This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32018D0478
Commission Implementing Decision (EU) 2018/478 of 20 March 2018 amending the Annex to Implementing Decision 2014/709/EU concerning animal health control measures relating to African swine fever in certain Member States (notified under document C(2018) 1592) (Text with EEA relevance. )
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/478 tal-20 ta' Marzu 2018 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri (notifikata bid-dokument C(2018) 1592) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/478 tal-20 ta' Marzu 2018 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri (notifikata bid-dokument C(2018) 1592) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
C/2018/1592
ĠU L 79, 22.3.2018, p. 38–54
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 21/04/2021
22.3.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 79/38 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/478
tal-20 ta' Marzu 2018
li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri
(notifikata bid-dokument C(2018) 1592)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar, veterinarju u żootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta' ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(3) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/709/UE (4) tistabbilixxi miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri, fejn kien hemm każijiet ikkonfermati ta' dik il-marda fi ħnieżer domestiċi jew slavaġ (l-Istati Membri kkonċernati). Il-partijiet I sa IV tal-Anness ta' dik id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni jiddemarkaw u jelenkaw ċerti żoni tal-Istati Membri kkonċernati, differenzjati skont il-livell ta' riskju abbażi tas-sitwazzjoni epidemjoloġika fir-rigward ta' dik il-marda. |
(2) |
Ir-riskju tat-tixrid tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fl-organiżmi selvaġġi huwa marbut mat-tixrid naturali bil-mod ta' dik il-marda fost il-popolazzjonijiet taċ-ċingjali, kif ukoll ir-riskji marbuta mal-attività umana, kif deher fl-evoluzzjoni epidemjoloġika riċenti ta' dik il-marda fl-Unjoni, u kif iddokumentat mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) fl-Opinjoni Xjentifika tal-Bord dwar is-Saħħa u l-Welfare tal-Annimali, ippubblikata fl-14 ta' Lulju 2015; fir-Rapport Xjentifiku tal-EFSA fuq l-analiżi epidemjoloġiċi dwar id-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-pajjiżi Baltiċi u fil-Polonja, ippubblikat fit-23 ta' Marzu 2017; u fir-Rapport Xjentifiku tal-EFSA fuq l-analiżi epidemjoloġiċi dwar id-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-pajjiżi Baltiċi u fil-Polonja, ippubblikat fis-7 ta' Novembru 2017 (5). |
(3) |
L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE ġie emendat diversi drabi sabiex jitqiesu l-bidliet fis-sitwazzjoni epidemjoloġika fejn jidħol id-deni Afrikan tal-ħnieżer fl-Unjoni li kienu meħtieġa jiġu riflessi f'dak l-Anness. L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE ġie emendat riċentament bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/169 (6) sabiex jitqiesu l-bidliet fis-sitwazzjoni epidemjoloġika fir-Repubblika Ċeka, fil-Latvja, fil-Litwanja u fil-Polonja. L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE ġie mbagħad emendat ukoll bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/263 (7) sabiex jitqiesu l-bidliet fis-sitwazzjoni epidemjoloġika fil-Polonja. |
(4) |
Sa mis-7 ta' Frar 2017, ma saret ebda notifika ta' xi tifqigħa tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fi ħnieżer domestiċi f'ċerti żoni fil-Punent ta' Riga fil-Latvja li bħalissa huma elenkati fil-Parti III tal-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE. Barra minn hekk, id-dejta tas-sorveljanza mogħtija minn dak l-Istat Membru turi li s-sorveljanza tal-miżuri ta' bijosigurtà ġew implimentati b'mod sodisfaċenti fl-azjendi agrikoli ta' dawk iż-żoni, abbażi ta' programmi nazzjonali għall-bijosigurtà mmirati lejn il-prevenzjoni tat-tixrid ta' dak il-virus. Dawn il-fatti jindikaw titjib fis-sitwazzjoni epidemjoloġika fil-Latvja. |
(5) |
F'Jannar 2018 seħħet tifqigħa tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-ħnieżer domestiċi fl-inħawi ta' gminy Jabłoń tal-Polonja. Bħalissa, din iż-żona hi elenkata fil-Parti II tal-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE. Din it-tifqigħa tikkostitwixxi żieda fil-livell tar-riskju li jenħtieġ li tkun riflessa fl-Anness ta' dik id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni. |
(6) |
Fi Frar 2018, ġew osservati għadd ta' każijiet ta' deni Afrikan tal-ħnieżer fiċ-ċingjali fin-Nofsinhar taż-żona fir-Repubblika Ċeka elenkata fil-Parti II tal-Anness tad-Deċiżjoni ta' implimentazzjoni 2014/709/UE. Dawn il-każijiet jikkostitwixxu żieda fil-livell tar-riskju li jenħtieġ tiġi riflessa fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE. |
(7) |
F'Jannar u Frar 2018, ġew osservati għadd ta' każijiet ta' deni Afrikan tal-ħnieżer fiċ-ċingjali fit-Tramuntana tal-Litwanja fil-fruntiera mal-Latvja u fil-parti tan-Nofsinhar tal-Litwanja fil-fruntiera mal-Polonja. Dawn il-każijiet jikkostitwixxu żieda fil-livell tar-riskju fit-Tramuntana u fin-Nofsinhar tal-Litwanja li jenħtieġ tiġi riflessa fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE. |
(8) |
Fi Frar 2018, ġew osservati għadd ta' każijiet ta' deni Afrikan tal-ħnieżer fiċ-ċingjali f'ċerti żoni fit-Tramuntana taż-żona elenkata fil-Parti I u fil-Lvant tal-Latvja u f'ċerti żoni elenkati fil-Parti I tal-Latvja fil-fruntiera mal-Litwanja. Dawn il-każijiet jikkostitwixxu żieda fil-livell tar-riskju li jenħtieġ tiġi riflessa fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE. |
(9) |
Sabiex il-miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali previsti fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE jiġu ffokati, u biex hekk jiġi evitat aktar tifrix tad-deni Afrikan tal-ħnieżer, filwaqt li fl-istess ħin jiġi evitat xkiel mhux meħtieġ għall-kummerċ fl-Unjoni, u jiġu evitati wkoll ostakli mhux ġustifikati għall-kummerċ minn pajjiżi terzi, il-lista tal-Unjoni taż-żoni soġġetti għall-miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali stipulati fl-Anness ta' dik id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni jenħtieġ li tiġi emendata biex jitqiesu t-tibdiliet fis-sitwazzjoni epidemjoloġika fir-rigward ta' dik il-marda fir-Repubblika Ċeka, fil-Latvja, fil-Litwanja u fil-Polonja. |
(10) |
Sabiex jitqiesu l-iżviluppi riċenti tal-evoluzzjoni epidemjoloġika tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fl-Unjoni, u sabiex ir-riskji marbuta mal-marda jiġu miġġielda b'mod proattiv, jenħtieġ li ż-żoni ta' daqs suffiċjenti li huma l-aktar fir-riskju jiġu demarkati għar-Repubblika Ċeka, il-Latvja, il-Litwanja u l-Polonja u jiġu inklużi fil-listi fil-Partijiet I u II tal-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE. |
(11) |
Barra minn hekk, xi wħud miż-żoni milquta mit-tifqigħat riċenti tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fiċ-ċingjali fir-Repubblika Ċeka, fil-Latvja, fil-Litwanja u fil-Polonja li bħalissa huma elenkati fil-Parti I tal-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE jenħtieġ li minflok, issa jiġu elenkati fil-Parti II ta' dak l-Anness. |
(12) |
Barra minn hekk, iż-żoni speċifiċi tal-Latvja li bħalissa huma elenkati fil-Parti III tal-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE, fejn ma seħħet ebda notifika riċenti ta' tifqigħat tad-deni Afrikan tal-ħnieżer, jenħtieġ li minflok, issa jiġu elenkati fil-Parti II ta' dak l-Anness. |
(13) |
Barra minn hekk, iż-żoni speċifiċi tal-Polonja li bħalissa huma elenkati fil-Parti II tal-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE, fejn ma seħħet ebda notifika riċenti ta' tifqigħa tad-deni Afrikan tal-ħnieżer, jenħtieġ li minflok, issa jiġu elenkati fil-Parti III ta' dak l-Anness. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE jiġi emendat skont dan. |
(14) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE huwa sostitwit bit-test stipulat fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Marzu 2018.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.
(2) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.
(3) ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.
(4) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/709/UE tad-9 ta' Ottubru 2014 dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri u li tħassar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/178/UE (ĠU L 295, 11.10.2014, p. 63).
(5) EFSA Journal 2015;13(7):4163 [92 pp.]; EFSA Journal 2017;15(3):4732 [73 pp.]; u EFSA Journal 2017;15(11): 5068 [30 pp.].
(6) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/169 tal-1 ta' Frar 2018 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri (ĠU L 31, 3.2.2018, p. 88).
(7) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/263 tal-20 ta' Frar 2018 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri (ĠU L 49, 22.2.2018, p. 66).
ANNESS
L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE huwa sostitwit b'dan li ġej:
ANNESS
PARTI I
1. Ir-Repubblika Ċeka
Iż-żoni li ġejjin fir-Repubblika Ċeka:
— |
okres Uherské Hradiště, |
— |
okres Kroměříž, |
— |
okres Vsetín, |
— |
katastrální území obcí v okrese Zlín:
|
2. L-Estonja
Iż-żoni li ġejjin fl-Estonja:
— |
Hiiu maakond. |
3. Il-Latvja
Iż-żoni li ġejjin fil-Latvja:
— |
Aizputes novads, |
— |
Alsungas novads, |
— |
Kuldīgas novada Gudenieku, Turlavas, un Laidu pagasts, |
— |
Pāvilostas novada Sakas pagasts un Pāvilostas pilsēta, |
— |
Saldus novada Ezeres, Kursīšu, Novadnieku, Pampāļu, Saldus un Zaņas pagasts un Zirņu pagasta daļa, kas atrodas uz dienvidiem no autoceļa A9, Saldus pilsēta, |
— |
Skrundas novada, Nīkrāces un Rudbāržu pagasts un Skrundas pagasta daļa, kas atrodas uz dienvidiem no autoceļa A9, Skrundas pilsēta, |
— |
Stopiņu novada daļa, kas atrodas uz rietumiem no autoceļa V36, P4 un P5, Acones ielas, Dauguļupes ielas un Dauguļupītes, |
— |
Ventspils novada Jūrkalnes pagasts. |
4. Il-Litwanja
Iż-żoni li ġejjin fil-Litwanja:
— |
Akmenės rajono savivaldybė: Papilės seniūnijos,, |
— |
Jurbarko rajono savivaldybė: Eržvilko, Smalininkų ir Viešvilės seniūnijos, |
— |
Kazlų Rūdos savivaldybė, |
— |
Kelmės rajono savivaldybė, |
— |
Mažeikių rajono savivaldybė: Sedos, Šerkšnėnų, Tirkšlių ir Židikų seniūnijos, |
— |
Pagėgių savivaldybė, |
— |
Raseinių rajono savivaldybė: Girkalnio ir Kalnūjų seniūnijos dalis į šiaurę nuo kelio Nr A1, Nemakščių, Paliepių, Raseinių, Raseinių miesto ir Viduklės seniūnijos, |
— |
Šakių rajono savivaldybė, |
— |
Šiaulių miesto savivaldybė, |
— |
Šiaulių rajono savivaldybė, |
— |
Tauragės rajono savivaldybė, |
— |
Telšių rajono savivaldybė: Nevarėnų ir Tryškių seniūnijos. |
5. Il-Polonja
Iż-żoni li ġejjin fil-Polonja:
|
w województwie warmińsko-mazurskim:
|
|
w województwie podlaskim:
|
|
w województwie mazowieckim:
|
|
w województwie lubelskim:
|
PARTI II
1. Ir-Repubblika Ċeka
Iż-żoni li ġejjin fir-Repubblika Ċeka:
— |
katastrální území obcí v okrese Zlín:
|
2. L-Estonja
Iż-żoni li ġejjin fl-Estonja:
— |
Haapsalu linn, |
— |
Hanila vald, |
— |
Harju maakond, |
— |
Ida-Viru maakond, |
— |
Jõgeva maakond, |
— |
Järva maakond, |
— |
Kihelkonna vald, |
— |
Kullamaa vald, |
— |
Kuressaare linn, |
— |
Lääne-Viru maakond, |
— |
Lääne-Saare vald, |
— |
osa Leisi vallast, mis asub lääne pool Kuressaare-Leisi maanteest (maantee nr 79), |
— |
Lihula vald, |
— |
Martna vald, |
— |
Muhu vald, |
— |
Mustjala vald, |
— |
Osa Noarootsi vallast, mis asub põhja pool maanteest nr 230, |
— |
Nõva vald, |
— |
Pihtla vald, |
— |
Pärnu maakond (välja arvatud Audru ja Tõstamaa vald), |
— |
Põlva maakond, |
— |
Rapla maakond, |
— |
Osa Ridala vallast, mis asub edela pool maanteest nr 31, |
— |
Ruhnu vald, |
— |
Salme vald, |
— |
Tartu maakond, |
— |
Torgu vald, |
— |
Valga maakond, |
— |
Viljandi maakond, |
— |
Vormsi vald, |
— |
Võru maakond. |
3. Il-Latvja
Iż-żoni li ġejjin fil-Latvja:
— |
Ādažu novads, |
— |
Aglonas novada Kastuļinas, Grāveru un Šķeltovas pagasts, |
— |
Aizkraukles novads, |
— |
Aknīstes novads, |
— |
Alojas novads, |
— |
Alūksnes novads, |
— |
Amatas novads, |
— |
Apes novads, |
— |
Auces novada Bēnes, Lielauces, Īles, Vecauces un Ukru pagasts, Auces pilsēta, |
— |
Babītes novads, |
— |
Baldones novads, |
— |
Baltinavas novads, |
— |
Balvu novads, |
— |
Bauskas novads, |
— |
Beverīnas novads, |
— |
Brocēnu novads, |
— |
Burtnieku novads, |
— |
Carnikavas novads, |
— |
Cēsu novads, |
— |
Cesvaines novads, |
— |
Ciblas novads, |
— |
Dagdas novads, |
— |
Daugavpils novada Vaboles, Līksnas, Sventes, Medumu, Demenes, Kalkūnes, Laucesas, Tabores, Maļinovas, Ambeļu, Biķernieku, Naujenes, Vecsalienas, Salienas un Skrudalienas pagasts, |
— |
Dobeles novads, |
— |
Dundagas novads, |
— |
Engures novads, |
— |
Ērgļu novads, |
— |
Garkalnes novads, |
— |
Gulbenes novads, |
— |
Iecavas novads, |
— |
Ikšķiles novads, |
— |
Ilūkstes novads, |
— |
Inčukalna novads, |
— |
Jaunjelgavas novads, |
— |
Jaunpiebalgas novads, |
— |
Jaunpils novads, |
— |
Jēkabpils novads, |
— |
Jelgavas novads, |
— |
Kandavas novads, |
— |
Kārsavas novads, |
— |
Ķeguma novads, |
— |
Ķekavas novads, |
— |
Kocēnu novads, |
— |
Kokneses novads, |
— |
Krāslavas novads, |
— |
Krimuldas novads, |
— |
Krustpils novads, |
— |
Kuldīgas novada Ēdoles, Īvandes, Kurmāles, Padures, Pelču, Rumbas, Rendas, Kabiles, Snēpeles un Vārmes pagasts, Kuldīgas pilsēta, |
— |
Lielvārdes novads, |
— |
Līgatnes novads, |
— |
Limbažu novads, |
— |
Līvānu novads, |
— |
Lubānas novads, |
— |
Ludzas novads, |
— |
Madonas novads, |
— |
Mālpils novads, |
— |
Mārupes novads, |
— |
Mazsalacas novads, |
— |
Mērsraga novads, |
— |
Naukšēnu novads, |
— |
Neretas novada Mazzalves pagasta daļa, kas atrodas uz ziemeļaustrumiem no autoceļa P73 un uz rietumiem no autoceļa 932, |
— |
Ogres novads, |
— |
Olaines novads, |
— |
Ozolnieku novads, |
— |
Pārgaujas novads, |
— |
Pļaviņu novads, |
— |
Preiļu novada Saunas pagasts, |
— |
Priekuļu novada Veselavas pagasts un Priekuļu pagasta daļa, kas atrodas uz dienvidiem no autoceļa P28 un rietumiem no autoceļa P20, |
— |
Raunas novada Drustu pagasts un Raunas pagasta daļa, kas atrodas uz dienvidiem no autoceļa A2, |
— |
republikas pilsēta Daugavpils, |
— |
republikas pilsēta Jelgava, |
— |
republikas pilsēta Jēkabpils, |
— |
republikas pilsēta Jūrmala, |
— |
republikas pilsēta Rēzekne, |
— |
republikas pilsēta Valmiera, |
— |
Rēzeknes novada Audriņu, Bērzgales, Čornajas, Dricānu, Gaigalavas, Griškānu, Ilzeskalna, Kantinieku, Kaunatas, Lendžu, Lūznavas, Maltas, Mākoņkalna, Nagļu, Ozolaines, Ozolmuižas, Rikavas, Nautrēnu, Sakstagala, Silmalas, Stoļerovas, Stružānu un Vērēmu pagasts un Feimaņu pagasta daļa, kas atrodas uz ziemeļiem no autoceļa V577 un Pušas pagasta daļa, kas atrodas uz ziemeļaustrumiem no autoceļa V577 un V597, |
— |
Riebiņu novada Sīļukalna, Stabulnieku, Galēnu un Silajāņu pagasts, |
— |
Rojas novads, |
— |
Ropažu novads, |
— |
Rugāju novads, |
— |
Rundāles novads, |
— |
Rūjienas novads, |
— |
Salacgrīvas novads, |
— |
Salas novads, |
— |
Salaspils novads, |
— |
Saldus novada Jaunlutriņu, Lutriņu un Šķēdes pagasts un Zirņu pagasta daļa, kas atrodas uz Ziemeļiem no autoceļa A9, |
— |
Saulkrastu novads, |
— |
Sējas novads, |
— |
Siguldas novads, |
— |
Skrīveru novads, |
— |
Skrundas novada Raņķu pagasts un Skrundas pagasta daļa, kas atrodas uz Ziemeļiem no autoceļa A9 |
— |
Smiltenes novads, |
— |
Stopiņu novada daļa, kas atrodas uz austrumiem no autoceļa V36, P4 un P5, Acones ielas, Dauguļupes ielas un Dauguļupītes, |
— |
Strenču novads, |
— |
Talsu novads, |
— |
Tērvetes novads, |
— |
Tukuma novads, |
— |
Valkas novads, |
— |
Varakļānu novads, |
— |
Vecpiebalgas novads, |
— |
Vecumnieku novads, |
— |
Ventspils novada Ances, Tārgales, Popes, Vārves, Užavas, Piltenes, Puzes, Ziru, Ugāles, Usmas un Zlēku pagasts, Piltenes pilsēta, |
— |
Viesītes novada Elkšņu un Viesītes pagasts, Viesītes pilsēta, |
— |
Viļakas novads, |
— |
Viļānu novads, |
— |
Zilupes novads. |
4. Il-Litwanja
Iż-żoni li ġejjin fil-Litwanja:
— |
Akmenės rajono savivaldybė: Akmenės, Naujosios Akmenės kaimiškoji, Kruopių, Naujosios Akmenės miesto ir Ventos seniūnijos, |
— |
Alytaus miesto savivaldybė, |
— |
Alytaus rajono savivaldybė, |
— |
Anykščių rajono savivaldybė: Andrioniškio, Anykščių, Debeikių, Kavarsko seniūnijos dalis į šiaurės rytus nuo kelio Nr. 1205 ir į šiaurę rytus nuo kelio Nr. 1218, Kurklių, Skiemonių, Svėdasų, Troškūnų ir Viešintų seniūnijos, |
— |
Birštono savivaldybė, |
— |
Biržų miesto savivaldybė, |
— |
Biržų rajono savivaldybė: Nemunėlio Radviliškio, Pabiržės, Pačeriaukštės ir Parovėjos seniūnijos, |
— |
Elektrėnų savivaldybė, |
— |
Ignalinos rajono savivaldybė, |
— |
Jonavos rajono savivaldybė, |
— |
Joniškio rajono savivaldybė |
— |
Jurbarko rajono savivaldybė: Girdžių, Jurbarko miesto, Jurbarkų, Juodaičių, Raudonės, Seredžiaus, Veliuonos,Skirsnemunės ir Šimkaičių seniūnijos, |
— |
Kaišiadorių miesto savivaldybė, |
— |
Kaišiadorių rajono savivaldybė, |
— |
Kalvarijos savivaldybė, |
— |
Kauno miesto savivaldybė, |
— |
Kauno rajono savivaldybės: Akademijos, Alšėnų, Batniavos, Domeikavos, Ežerėlio, Garliavos apylinkių, Garliavos, Karmėlavos, Kačerginės, Kulautuvos, Lapių, Linksmakalnio, Neveronių, Raudondvario, Ringaudų, Rokų, Samylų, Taurakiemio, Užliedžių, Vilkijos apylinkių, Vilkijos, Zapyškio seniūnijos, |
— |
Kėdainių rajono savivaldybė savivaldybės: Dotnuvos, Gudžiūnų, Josvainių seniūnijos dalis į šiaurę nuo kelio Nr 3514 ir Nr 229, Krakių, Kėdainių miesto, Surviliškio, Truskavos, Vilainių ir Šėtos seniūnijos, |
— |
Kupiškio rajono savivaldybė: Noriūnų, Skapiškio, Subačiaus ir Šimonių seniūnijos, |
— |
Marijampolės savivaldybė, |
— |
Mažeikių rajono savivaldybės: Laižuvos, Mažeikių apylinkės, Mažeikių, Reivyčių ir Viekšnių seniūnijos, |
— |
Molėtų rajono savivaldybė, |
— |
Pakruojo rajono savivaldybė: Klovainių, Rozalimo, Lygumų, Pakruojo, Žeimelio, Linkuvos ir Pašvitinio seniūnijos, |
— |
Panevėžio rajono savivaldybė: Krekenavos seninūnijos dalis į vakarus nuo Nevėžio upės ir į pietus nuo kelio Nr. 3004, |
— |
Pasvalio rajono savivaldybė: Joniškėlio apylinkių, Joniškėlio miesto, Saločių ir Pušaloto seniūnijos, |
— |
Radviliškio rajono savivaldybė, |
— |
Raseinių rajono savivaldybė: Ariogalos, Betygalos, Pagojukų ir Šiluvos seniūnijos ir Kalnūjų ir Girkalnio seniūnijų dalisį pietus nuo kelio Nr. A1, |
— |
Prienų miesto savivaldybė, |
— |
Prienų rajono savivaldybė, |
— |
Rokiškio rajono savivaldybė, |
— |
Širvintų rajono savivaldybė, |
— |
Švenčionių rajono savivaldybė, |
— |
Trakų rajono savivaldybė, |
— |
Utenos rajono savivaldybė, |
— |
Vilniaus miesto savivaldybė, |
— |
Vilniaus rajono savivaldybė, |
— |
Vilkaviškio rajono savivaldybė, |
— |
Visagino savivaldybė, |
— |
Zarasų rajono savivaldybė. |
5. Il-Polonja
Iż-żoni li ġejjin fil-Polonja:
|
w województwie warmińsko-mazurskim:
|
|
w województwie podlaskim:
|
|
w województwie mazowieckim:
|
|
w województwie lubelskim:
|
PARTI III
1. L-Estonja
Iż-żoni li ġejjin fl-Estonja:
— |
Audru vald, |
— |
Lääne-Nigula vald, |
— |
Laimjala vald, |
— |
osa Leisi vallast, mis asub ida pool Kuressaare-Leisi maanteest (maantee nr 79), |
— |
Osa Noarootsi vallast, mis asub lõuna pool maanteest nr 230, |
— |
Orissaare vald, |
— |
Pöide vald, |
— |
Osa Ridala vallast, mis asub kirde pool maanteest nr 31, |
— |
Tõstamaa vald, |
— |
Valjala vald. |
2. Il-Latvja
Iż-żoni li ġejjin fil-Latvja:
— |
Aglonas novada Aglonas pagasts, |
— |
Auces novada Vītiņu pagasts, |
— |
Daugavpils novada Nīcgales, Kalupes, Dubnas un Višķu pagasts, |
— |
Neretas novada Neretas, Pilskalnes, Zalves pagasts un Mazzalves pagasta daļa, kas atrodas uz dienvidrietumiem no autoceļa P73 un uz austrumiem no autoceļa 932, |
— |
Priekuļu novada Liepas un Mārsnēnu pagasts un Priekuļu pagasta daļa, kas atrodas uz ziemeļiem no autoceļa P28 un austrumiem no autoceļa P20, |
— |
Preiļu novada Preiļu, Aizkalnes un Pelēču pagasts un Preiļu pilsēta, |
— |
Raunas novada Raunas pagasta daļa, kas atrodas uz ziemeļiem no autoceļa A2, |
— |
Rēzeknes novada Feimaņu pagasta daļa, kas atrodas uz dienvidiem no autoceļa V577 un Pušas pagasta daļa, kas atrodas uz dienvidrietumiem no autoceļa V577 un V597, |
— |
Riebiņu novada Riebiņu un Rušonas pagasts, |
— |
Saldus novada Jaunauces, Rubas, Vadakstes un Zvārdes pagasts, |
— |
Vārkavas novads, |
— |
Viesītes novada Rites un Saukas pagasts. |
3. Il-Litwanja
Iż-żoni li ġejjin fil-Litwanja:
— |
Anykščių rajono savivaldybė: Kavarsko seniūnijos dalis į vakarus nuo kelio Nr. 1205 ir į pietus nuo kelio Nr. 1218 ir Traupio seniūnija, |
— |
Biržų rajono savivaldybė: Vabalninko, Papilio ir Širvenos seniūnijos, |
— |
Druskininkų savivaldybė, |
— |
Kauno rajono savivaldybė: Babtų, Čekiškės ir Vandžiogalos seniūnijos, |
— |
Kėdainių rajono savivaldybė: Pelėdnagių, Pernaravos seniūnijos ir Josvainių seniūnijos dalis į pietus nuo kelio Nr 3514 ir Nr 229, |
— |
Kupiškio rajono savivaldybė: Alizavos ir Kupiškio seniūnijos, |
— |
Lazdijų rajono savivaldybė, |
— |
Pakruojo rajono savivaldybė: Guostagalio seniūnija, |
— |
Panevėžio miesto savivaldybė, |
— |
Panevėžio rajono savivaldybė: Karsakiškio, Miežiškių, Naujamiesčio, Paįstrio, Panevėžio Raguvos, Ramygalos, Smilgių, Upytės, Vadoklių, Velžio seniūnijos ir Krekenavos seniūnijos dalis į rytus nuo Nevėžio upės ir į šiaurę nuo kelio Nr. 3004, |
— |
Pasvalio rajono savivaldybė: Daujėnų, Krinčino, Namišių, Pasvalio apylinkių, Pasvalio miesto, Pumpėnų ir Vaškų seniūnijos, |
— |
Šalčininkų rajono savivaldybė, |
— |
Ukmergės rajono savivaldybė, |
— |
Varėnos rajono savivaldybė. |
4. Il-Polonja
Iż-żoni li ġejjin fil-Polonja:
|
w województwie podlaskim:
|
|
w województwie mazowieckim:
|
|
w województwie lubelskim:
|
PARTI IV
L-Italja
Iż-żoni li ġejjin fl-Italja:
— |
it-territorju kollu ta' Sardenja. |