This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32016R0057
Commission Implementing Regulation (EU) 2016/57 of 19 January 2016 amending Annex I to Regulation (EC) No 798/2008 as regards the entry for the United States in the list of third countries, territories, zones or compartments from which poultry and poultry products may be imported into or transit through the Union in relation to highly pathogenic avian influenza outbreaks in the State of Minnesota (Text with EEA relevance)
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/57 tad-19 ta' Jannar 2016 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 dwar l-entrata għall-Istati Uniti fil-lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu importati tjur u prodotti tat-tjur lejn l-Unjoni jew isir tranżitu minnha fir-rigward tat-tifqigħat tal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja fl-Istat ta' Minnesota (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/57 tad-19 ta' Jannar 2016 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 dwar l-entrata għall-Istati Uniti fil-lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu importati tjur u prodotti tat-tjur lejn l-Unjoni jew isir tranżitu minnha fir-rigward tat-tifqigħat tal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja fl-Istat ta' Minnesota (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 13, 20.1.2016, p. 49–52
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Impliċitament imħassar minn 32020R0692
20.1.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 13/49 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/57
tad-19 ta' Jannar 2016
li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 dwar l-entrata għall-Istati Uniti fil-lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu importati tjur u prodotti tat-tjur lejn l-Unjoni jew isir tranżitu minnha fir-rigward tat-tifqigħat tal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja fl-Istat ta' Minnesota
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (1), u b'mod partikolari l-frażi introduttorja tal-Artikolu 8, l-ewwel subparagrafu tal-punt 1 tal-Artikolu 8, il-punt 4 tal-Artikolu 8, u l-Artikolu 9(4)(c) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju, u l-importazzjoni ta' tajr u bajd għat-tfaqqis minn pajjiżi terzi (2), u b'mod partikolari l-Artikoli 23(1), 24(2) u 25(2) tagħha,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 (3) jistabbilixxi r-rekwiżiti dwar iċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjonijiet fl-Unjoni u t-tranżitu minnha, inkluż il-ħżin waqt it-tranżitu, ta' tjur u prodotti tat-tjur (“il-prodotti”). Dan jistipula li l-prodotti jistgħu jiġu impurtati fl-Unjoni u jgħaddu minnha bi tranżitu biss mill-pajjiżi terzi, mit-territorji, miż-żoni jew mill-kumpartimenti mniżżla fil-kolonni 1 u 3 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I tiegħu. |
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 798/2008 jistabbilixxi wkoll il-kundizzjonijiet biex pajjiż terz, territorju, żona jew kumpartiment jitqies bħala ħieles mill-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja (HPAI). |
(3) |
L-Istati Uniti huma mniżżla fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 bħala pajjiż terz li ċerti partijiet tat-territorju tiegħu għandhom l-awtorizzazzjoni għall-importazzjoni fl-Unjoni u t-tranżitu minnha tal-prodotti skont il-preżenza tat-tifqigħat tal-HPAI. Dik ir-reġjonalizzazzjoni ġiet rikonoxxuta bir-Regolament (KE) Nru 798/2008, kif emendat bir-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/243 (4), (UE) 2015/342 (5), (UE) 2015/526 (6), (UE) 2015/796 (7), (UE) 2015/1153 (8), (UE) 2015/1220 (9), (UE) 2015/1363 (10) u (UE) 2015/1884 (11), wara li seħħew tifqigħat ta' HPAI f'dak il-pajjiż terz. |
(4) |
Ftehim bejn l-Unjoni u l-Istati Uniti (12) jistipula li għandu jintlaħaq malajr ir-rikonoxximent reċiproku tal-miżuri ta' reġjonalizzazzjoni fil-każ ta' tifqigħat ta' marda fl-Unjoni jew fl-Istati Uniti (“il-Ftehim”). |
(5) |
Wara kull tifqigħa tal-HPAI, l-Istati Uniti implimentaw politika ta' qerda biex jikkontrollaw l-HPAI u jillimitaw it-tixrid tagħha. L-awtoritajiet veterinarji tal-Istati Uniti issospendew il-ħruġ taċ-ċertifikati veterinarji għall-kunsinni ta' prodotti maħsuba għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni mit-territorju kollu tal-Istati affettwati jew minn partijiet minnhom li tqiegħdu taħt restrizzjonijiet veterinarji u li huma soġġetti għal miżuri ta' reġjonalizzazzjoni tal-Unjoni. |
(6) |
Ma ġiet skoperta l-ebda tifqigħa oħra ta' HPAI fl-Istati Uniti sa minn nofs Ġunju 2015. M'għadx hemm fis-seħħ restrizzjonijiet veterinarji għal importazzjonijiet fl-Unjoni tal-prodotti msemmija fil-kolonna 4 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 għat-territorju kollu tal-Istati Uniti, ħlief għall-Istat ta' Minnesota. L-aħħar tifqigħa ta' HPAI fi stabbiliment tat-tjur f'Minnesota ġiet skoperta fil-5 ta' Ġunju 2015. Fl-24 ta' Novembru 2015, l-Istati Uniti bagħtu informazzjoni aġġornata lill-Kummissjoni dwar il-qagħda epidemjoloġika f'Minnesota, u dwar il-miżuri li dan l-Istat ħa biex jipprevjeni t-tixrid tal-HPAI, inkluż operazzjonijiet ta' qerda għal qatgħat ta' tjur infettati u għal qatgħat fi stabbiliment tat-tjur li tqiesu bħala stabbilimenti fejn il-kuntatt jitqies bħala perikoluż. |
(7) |
Barra minn hekk, l-Istati Uniti rrappurtaw it-tlestija ta' miżuri ta' tindif u diżinfezzjoni li nbdew wara l-operazzjonijiet ta' qerda li l-Istat ta' Minnesota wettaq fi stabbilimenti tat-tjur fit-territorju tiegħu. Huwa rrapporta wkoll li s-sorveljanza meħtieġa għall-influwenza tat-tjur, li twettqet matul il-perijodu ta' tliet xhur wara t-tlestija tal-operazzjonijiet ta' qerda wara l-aħħar tifqigħa ta' HPAI f'Minnesota, ġiet finalizzata qabel l-10 ta' Settembru 2015, b'riżultati favorevoli. |
(8) |
L-informazzjoni pprovduta mill-Istati Uniti issa ġiet evalwata mill-Kummissjoni. Fuq il-bażi ta' din l-evalwazzjoni, u fuq il-bażi tal-impenji stabbiliti fil-Ftehim u l-garanziji mogħtija mill-Istati Uniti, huwa xieraq li jitneħħew ir-restrizzjonijiet fuq l-introduzzjoni fl-Unjoni ta' prodotti msemmija hawn fuq mill-Istat ta' Minnesota, u li tiġi indikata d-data minn meta dak l-Istat jista' jerġa' jitqies bħala ħieles mill-HPAI. Għandha wkoll tiġi indikata d-data meta għandhom jerġgħu jiġu awtorizzati l-importazzjonijiet lejn l-Unjoni ta' prodotti li joriġinaw minn Minnesota. |
(9) |
Għaldaqstant, l-entrata għall-Istati Uniti fil-lista fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 għandha tiġi emendata biex titqies il-qagħda epidemjoloġika attwali f'Minnesota. Għaldaqstant, l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 għandu jiġi emendat skont dan. |
(10) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 hija emendata skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Jannar 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.
(2) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 74.
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 tat-8 ta' Awwissu 2008 li jistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu impurtati u jsir tranżitu ta' tjur u prodotti tat-tjur fil-Komunità u r-rekwiżiti ta' ċertifikazzjoni veterinarja (ĠU L 226, 23.8.2008, p. 1).
(4) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/243 tat-13 ta' Frar 2015 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 dwar l-entrata għall-Istati Uniti fil-lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu importati ċerti prodotti tat-tjur lejn l-Unjoni jew isir tranżitu minnha fir-rigward tal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja (ĠU L 41, 17.2.2015, p. 5).
(5) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/342 tat-2 ta' Marzu 2015 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 dwar l-entrata għall-Istati Uniti fil-lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu importati ċerti prodotti tat-tjur lejn l-Unjoni jew isir tranżitu minnha fir-rigward tal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja wara t-tifqigħat fl-Istat ta' Idaho u dak ta' California (ĠU L 60, 4.3.2015, p. 31).
(6) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/526 tas-27 ta' Marzu 2015 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 dwar l-entrata għall-Istati Uniti fil-lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu importati ċerti prodotti tat-tjur lejn l-Unjoni jew isir tranżitu minnha fir-rigward ta' tifqigħat oħra tal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja f'dak il-pajjiż (ĠU L 84, 28.3.2015, p. 30).
(7) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/796 tal-21 ta' Mejju 2015 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 dwar l-entrata għall-Istati Uniti fil-lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu importati ċerti prodotti tat-tjur lejn l-Unjoni jew isir tranżitu minnha fir-rigward tal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja wara aktar tifqigħat f'dak il-pajjiż (ĠU L 127, 22.5.2015, p. 9).
(8) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1153 tal-14 ta' Lulju 2015 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 fir-rigward tal-entrata għall-Istati Uniti fil- lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu importati ċerti prodotti tat-tjur lejn l-Unjoni jew isir tranżitu minnha fir-rigward tal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja wara aktar tifqigħat f'dak il-pajjiż (ĠU L 187, 15.7.2015, p. 10).
(9) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1220 tal-24 ta' Lulju 2015 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 dwar l-entrata għall-Istati Uniti fil-lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu importati ċerti prodotti tat-tjur lejn l-Unjoni jew isir tranżitu minnha fir-rigward tal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja wara t-tifqigħat fl-Istati ta' Indiana u Nebraska (ĠU L 197, 25.7.2015, p. 1).
(10) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1363 tas-6 ta' Awwissu 2015 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 dwar l-entrata għall-Istati Uniti fil-lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu importati ċerti prodotti tat-tjur lejn l-Unjoni jew isir tranżitu minnha fir-rigward tat-tifqigħat tal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja f'dak il-pajjiż (ĠU L 210, 7.8.2015, p. 24).
(11) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1884 tal-20 ta' Ottubru 2015 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 dwar l-entrata għall-Kanada u għall-Istati Uniti fil-lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu importati tjur u prodotti tat-tjur lejn l-Unjoni jew isir tranżitu minnha fir-rigward tat-tifqigħat tal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja f'dak il-pajjiż (ĠU L 276, 21.10.2015, p. 28).
(12) Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika fuq miżuri ta' saħħa biex jipproteġu s-saħħa pubblika u saħħet l-annimali fil-kummerċ ta' annimali ħajjin u prodotti minn annimali, kif approvat f'isem il-Komunità Ewropea bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 1998/258/KE (ĠU L 118, 21.4.1998, p. 1).
ANNESS
Fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008, l-entrata għall-kodiċi US-2.10 dwar l-Istat ta' Minnesota tal-Istati Uniti tinbidel b'dan li ġej:
Kodiċi ISO u isem il-pajjiż terz jew it-territorju |
Kodiċi tal-pajjiż terz, tat-territorju, taż-żona jew tal-kumpartiment |
Deskrizzjoni tal-pajjiż terz, tat-territorju, taż-żona jew tal-kumpartiment |
Ċertifikat veterinarju |
Kundizzjonijiet speċifiċi |
Kundizzjonijiet speċifiċi |
Status ta' sorveljanza tal-influwenza avjarja |
Status tat-tilqim kontra l-influwenza avjarja |
Status tal-kontroll tas-salmonella |
||
Mudell(i) |
Garanziji addizzjonali |
Data ta' għeluq (1) |
Data tal-ftuħ (2) |
|||||||
1 |
2 |
3 |
4 |
5 |
6 |
6 A |
6B |
7 |
8 |
9 |
“US — L-Istati Uniti |
US-2.10 |
L-Istat ta' Minnesota |
WGM |
VIII |
P2 |
5.3.2015 |
10.9.2015 |
|
|
|
POU, RAT |
|
N P2 |
|
|
|
|||||
BPR, BPP, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA, LT20 |
|
A |
|
S3, ST1” |