This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015D0048
Decision (EU) 2015/2464 of the European Central Bank of 16 December 2015 amending Decision (EU) 2015/774 on a secondary markets public sector asset purchase programme (ECB/2015/48)
Deċiżjoni (UE) 2015/2464 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2015 li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2015/774 dwar programm ta' xiri ta' assi ta' swieq sekondarji mis-settur pubbliku (BĊE/2015/48)
Deċiżjoni (UE) 2015/2464 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2015 li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2015/774 dwar programm ta' xiri ta' assi ta' swieq sekondarji mis-settur pubbliku (BĊE/2015/48)
ĠU L 344, 30.12.2015, p. 1–4
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 15/02/2020; Impliċitament imħassar minn 32020D0188
30.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 344/1 |
DEĊIŻJONI (UE) 2015/2464 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tas-16 ta' Diċembru 2015
li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2015/774 dwar programm ta' xiri ta' assi ta' swieq sekondarji mis-settur pubbliku (BĊE/2015/48)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 12.1 flimkien mal-ewwel inċiż tal-Artikolu 3.1, u l-Artikolu 18.1 tiegħu,
Billi:
(1) |
Fl-4 ta' Marzu 2015, il-Kunsill Governattiv adotta d-Deċiżjoni (UE) 2015/774 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2015/10) (1) li stabbilixxa programm ta' xiri ta' assi tas-settur pubbliku minn swieq sekondarji (iktar 'il quddiem il-“PSPP”). Billi stabbilixxa l-PSPP, il-Kunsill Governattiv espanda l-programmi eżistenti ta' xiri ta' assi biex jinkludi titoli tas-settur pubbliku. Flimkien mat-titelet programm ta' xiri ta' bonds koperti (iktar 'il quddiem is-“CBPP3”) u l-programm ta' xiri ta' titoli ggarantiti b'assi (iktar 'il qudiem l-“ABSPP”), il-PSPP huwa parti mill-programm ta' xiri ta' assi mwessa' (iktar 'il quddiem l-“APP”). L-għan tal-APP huwa li jkompli jtejjeb it-trasmissjoni tal-politika monetarja, sabiex jiffaċilita l-għoti ta' kreditu lill-ekonomija taż-żona tal-euro, iħaffef il-kundizzjonijiet għat-teħid ta' self minn unitajiet domestiċi u ditti u jikkontribwixxi sabiex ir-rati tal-inflazzjoni jinġiebu lura għal livelli eqreb għal 2 % b'mod konsistenti mal-objettiv primarju tal-BĊE li jżomm l-istabbiltà tal-prezzijiet. |
(2) |
Fit-3 ta' Diċembru 2015, il-Kunsill Governattiv iddeċieda, b'mod konformi mal-mandat tiegħu li jiżgura l-istabilità tal-prezzijiet, li jirreċevi wħud mill-karatteristiċi tad-disinn tal-PSPP, sabiex jiġi żgurat aġġustament sostnut fit-trajettorja tal-inflazzjoni lejn livelli li huma taħt, iżda qrib it-2 %, fuq medda ta' żmien medju. Ir-reviżjoniiet huma konformi mal-mandat tal-politika monetarja tal-Kunsill Governattiv u jirriflettu kif suppost kunsiderazzjonijiet tal-ġestjoni tar-riskju. |
(3) |
Għaldaqstant, sabiex jinkisbu l-objettivi tal-PSPP, il-Kunsill Governattiv iddeċieda li jestendi l-orizzont maħsub tax-xirjiet taħt il-PSPP sat-tmiem ta' Marzu 2017, jew lil hinn, jekk meħtieġ, u fi kwalunkwe każ sakemm il-Kunsill Governattiv jara aġġustament sostnut fit-trajettorja tal-inflazzjoni li tkun konsistenti mal-għan tiegħu li jikseb rati ta' inflazzjoni li jkunu taħt, iżda qrib, it-2 % fuq medda ta' żmien medju. Il-Kunsill Governattiv iddeċieda li jestenti l-orizzont maħsub tax-xirjiet taħt is-CBPP3 u l-ABSPP, kif meħtieġ. |
(4) |
Il-Kunsill Governattiv iddeċieda wkoll li, sabiex itejjeb il-flessibbiltà tal-PSPP u b'hekk jappoġġa l-issuktar tal-implimentazzjoni mingħajr xkiel tax-xirjiet ta' mill-inqas sad-data tat-tmiem maħsuba tiegħu, strumenti ta' dejn negozjabbli ddenominati f'euro maħruġa minn gvernijiet reġjonali u lokali stabbiliti fiż-żona tal-euro għandhom ikunu eliġibbli għal xirjiet regolari taħt il-PSPP mill-banek ċentrali nazzjonali tal-ġurisdizzjoni fejn tkun tinsab l-entità emittenti. |
(5) |
Il-Kunsill Governattiv iddeċieda wkoll li jinvesti mill-ġdid il-ħlasijiet prinċipali tat-titoli mixtrija taħt l-APP hekk kif jimmaturaw it-titoli sottostanti, sakemm dan ikun meħtieġ, biex b'hekk jikkontribwixxi għal kundizzjonijiet ta' likwidità favorevoli u għal pożizzjoni xierqa tal-politika monetarja. |
(6) |
Fir-rigward ta' titoli ta' dejn imsemmijin fl-Artikolu 3(2)(c) tad-Deċiżjoni (UE) 2015/774 (BĊE/2015/10), japplikaw limiti ta' emittenti u ta' ħruġ ta' ishma differenti. Dawn il-limiti se jiġu ffissati mill-Kunsill Governattiv wara li jitqiesu debitament l-ġestjoni tar-riskju u l-funzjonament tas-suq. |
(7) |
Għalhekk, id-Deċiżjoni (UE) 2015/774 (BĊE/2015/10) għandha tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Emendi
Id-Deċiżjoni (UE) 2015/774 (BĊE/2015/10) hija emendata skont kif ġej:
1. |
Fl-Artikolu 3, il-paragrafu 1 huwa mibdul b'li ġej: “1. Bla ħsara għar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 3, titoli ta' dejn negozjabbli ddenominati f'euro maħruġin minn gvernijiet ċentrali, reġjonali jew lokali ta' Stat Membru li l-valuta tagħhom hija l-euro, aġenziji rikonoxxuti li jinsabu fiż-żona tal-euro, organizzazzjonijiet internazzjonali li jinsabu fiż-żona tal-euro u banek multilaterali tal-iżvilupp li jinsabu fiż-żona tal-euro għandhom ikunu eliġibbli għal xiri mill-banek ċentrali tal-Eurosistema taħt il-PSPP. F'ċirkustanzi eċċezzjonali, fejn l-ammont ta' xiri previst ma jistax jintlaħaq, il-Kunsill Governattiv jista' jiddeċiedi li jixtri titoli ta' dejn negozjabbli maħruġin minn entitajiet oħrajn li jinsabu fiż-żona tal-euro, skont il-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 4.”; |
2. |
fl-Artikolu 3, il-paragrafu 3 huwa mibdul b'li ġej: “3. Sabiex ikunu eliġibbli għal xiri taħt il-PSPP, it-titoli ta' dejn, fit-tifsira tal-paragrafi 1 sa 2, għandu jkollhom maturità rimanenti minima ta' sentejn u maturità rimanenti massima ta' 30 sena meta jinxtraw mill-bank ċentrali tal-Eurosistema rilevanti. Sabiex tiġi ffaċilitata implimentazzjoni bla xkiel, strumenti ta' dejn negozjabbli b'maturità rimanenti ta' 30 sena u 364 jum għandhom ikunu eliġibbli taħt il-PSPP. Il-banek ċentrali nazzjonali għandhom iwettqu wkoll xirjiet sostituti ta' titoli ta' dejn negozjabbli maħruġin minn organizzazzjonijiet internazzjonali u banek multilaterali tal-iżvilupp jekk l-ammonti previsti li għandhom jinxtraw f'titoli ta' dejn negozjabbli maħruġin minn gvernijiet ċentrali, reġjunali jew lokali u aġenziji rikonoxxuti ma jkunux jistgħu jintlaħqu”. |
3. |
fl-Artikolu 3, il-paragrafu 4 huwa mibdul b'li ġej: “4. Il-banek ċentrali tal-Eurosistema jistgħu, f'ċirkustanzi eċċezzjonali, jipproponu lill-Kunsill Governattiv korporazzjonijiet pubbliċi mhux finanzjarji li jinsabu fil-ġurisdizzjoni tagħhom bħala emittenti ta' strumenti ta' dejn negozjabbli biex jinxtraw bħala sostituti fil-każ li l-ammonti previst li għandu jinxtara fi strumenti ta' dejn negozjabbli maħruġin mill-gvernijiet ċentrali, reġjonali jew lokali u aġenziji rikonoxxuti li jinsabu fil-ġurisdizzjoni tagħhom ma jkunux jistgħu jintlaħqu. Il-korporazzjonijiet pubbliċi mhux finanzjarji proposti għandhom jissodisfaw tal-inqas iż-żewġ kriterji li ġejjin:
Wara l-approvazzjoni tal-Kunsill Governattiv, strumenti ta' dejn negozjabbli ddenominati f'euro maħruġin minn dawn il-korporazzjonijiet mhux finanzjarji pubbliċi li jinsabu fiż-żona tal-euro li jikkonformaw ma' (i) il-kriterji ta' eliġibbiltà għalr assi negozjabbli bħala kollateral għal operazzjonijiet ta' kreditu tal-Eurosistema, skont il-Parti Erbgħa tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/60) (***); u (ii) ir-rekwiżiti fil-paragrafi 2 u 3 għandhom ikunu eliġibbli bħala xirjiet sostituti taħt il-PSPP. (*) Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar is-sistema Ewropea ta' kontijiet nazzjonali u reġjonali fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 174, 26.6.2013, p. 1)." (**) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3603/93 tat-13 Diċembru 1993 li jistabbilixxi d-definizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-projbizzjonijiet previsti fl-Artikoli 104 u 104b (1) tat-Trattat (ĠU L 332, 31.12.1993, p. 1)." (***) Linja Gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta' Diċembru 2014 dwar l-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (BĊE/2014/60) (ĠU L 91, 2.4.2015, p. 3).”;" |
4. |
L-Artikolu 5 huwa mibdul b'dan li ġej: “Artikolu 5 Limiti tax-xiri 1. Bla ħsara għall-Artikolu 3, limitu ta' ħruġ ta' ishma skont in-numru tal-identifikazzjoni ta' titoli internazzjonali (ISIN) għandu japplika taħt il-PSPP għal titoli ta' dejn negozjabbli li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3, wara li jiġu kkonsolidati l-investimenti fil-portafolli tal-banek ċentrali tal-Eurosistema. Sa mill-10 ta' Novembru 2015, il-limitu ta' ħruġ ta' ishma huwa ffissat għal 33 % għal kull ISIN. Bħala eċċezzjoni, il-limitu ta' ħruġ ta' ishma huwa ffissat għal 25 % għal kull ISIN għal titoli ta' dejn negozjabbli eliġibbli li jkun fihom klawsola ta' azzjoni kollettiva (collective action clause — CAC) li tvarja mill-mudel għaż-żona tal-euro CAC elaborat mill-Kumitat Finanzjarju Ewropew u implimentat mill-Istati Membri skont l-Artikolu 12(3) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Mekkaniżmu ta' Stabbiltà Ewropew, iżda ser jiżdied għal 33 %, soġġett għal verifika fuq il-bażi ta' każ b'każ li parteċipazzjoni ta' 33 % għal kull ISIN mhux ser iwassal lill-banek ċentrali tal-Eurosistema biex jilħqu parteċipazzjonijiet minoritarji li jistgħu jimblukkaw proċeduri ta' ristrutturar ordnat ta' dejn. 2. Taħt il-PSPP, għandu japplika limitu aggregat ta' 33 % tat-titoli pendenti ta' emittent għall-univers ta' titoli ta' dejn negozjabbli eliġibbli fir-rigward tal-maturitajiet iddefiniti fl-Artikolu 3, wara l-konsolidazzjoni tal-investimenti fil-portafolli tal-banek ċentrali tal-Eurosistema. 3. Fir-rigward ta' titoli ta' dejn imsemmijin fl-Artikolu 3(2)(c), japplikaw limiti differenti ta' emittenti u ta' ħruġ ta' ishma. Dawn il-limiti għandhom jiġu ffissati mill-Kunsill Governattiv waqt li jqis kunsiderazzjonijiet tal-ġestjoni tar-riskju u tal-funzjonament tas-suq.”; |
5. |
fl-Artikolu 6, il-paragrafi 1 u 2 huma ssostitwiti b'dan li ġej: “1. Mill-valur nominali totali ta' xierjiet ta' titoli ta' dejn negozjabbli eliġibbli taħt il-PSPP, 12 % għandhom jinxtraw f'titoli maħruġin minn organizzazzjonijiet internazzjonali eliġibbli u banek multilaterali tal-iżvilupp, u 88 % għandhom jinxtraw f'titoli maħruġin minn gvernijiet ċentrali, reġjonali jew lokali eliġibbli u aġenziji rikonoxxuti jew, fejn applikabbli skont l-Artikolu 3(4) ta' din id-Deċiżjoni, f'titoli maħruġa minn korporazzjonijiet pubbliċi eliġibbli mhux finanzjarji. Din l-allokazzjoni hija suġġetta għal reviżjoni mill-Kunsill Governattiv. Xiri ta' titoli ta' dejn maħruġin minn organizzazzjonijiet internazzjonali u banek multilaterali tal-iżvilupp u gvernijiet reġjonali u lokali eliġibbli għandu jsir biss mill-BĊNi. 2. Is-sehem tal-BĊNi tal-valur nominali totali ta' xierjiet ta' titoli ta' dejn negozjabbli eliġibbli taħt il-PSPP għandu jkun ta' 92 %, u t-8 % li jifdal għandhom jinxtraw mill-BĊE. It-tqassim ta' xiri fi ħdan il-ġurisdizzjonijiet għandu jkun skont l-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-BĊE kif imsemmi fl-Artikolu 29 tal-Istatut tas-SEBĊ.”. |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-Il-Ġimgħa, 1 ta' Jannar 2016.
Magħmul fi Frankfurt am Main, is-16 ta' Diċembru 2015.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) Deċiżjoni (UE) 2015/774 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-4 ta' Marzu 2015 dwar programm ta' xiri ta' assi ta' swieq sekondarji mis-settur pubbliku (BĊE/2015/10) (ĠU L 121, 14.5.2015, p. 20).