This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014R1058
Commission Implementing Regulation (EU) No 1058/2014 of 8 October 2014 amending for the 221st time Council Regulation (EC) No 881/2002 imposing certain specific restrictive measures directed against certain persons and entities associated with the Al Qaida network
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1058/2014 tat- 8 ta' Ottubru 2014 li jemenda għall-221 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta' Al-Qaida
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1058/2014 tat- 8 ta' Ottubru 2014 li jemenda għall-221 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta' Al-Qaida
ĠU L 293, 9.10.2014, p. 12–14
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
9.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 293/12 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1058/2014
tat-8 ta' Ottubru 2014
li jemenda għall-221 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta' Al-Qaida
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-network ta' Al-Qaida, (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u l-Artikolu 7a(1) u (5) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament. |
(2) |
Fit-23 ta' Settembru 2014, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSC) approva ż-żieda ta' erbatax-il persuna fiżika u żewġ entitajiet mal-lista tal-Kumitat dwar is-Sanzjonijiet fuq l-Al-Qaida ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika l-iffriżar tal-fondi u r-riżorsi ekonomiċi. Barra minn hekk iddeċieda li jemenda annotazzjoni waħda fil-lista. |
(3) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan, |
(4) |
Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ minnufih, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Ottubru 2014.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija
(1) ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.
ANNESS
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-annotazzjonijiet li ġejjin għandhom jiżdiedu taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi”:
|
(2) |
L-entrati li ġejjin jiżdiedu taħt l-intestatura “Persuni, gruppi u entitajiet ġuridiċi”:
|
(3) |
l-annotazzjoni “Iyad ag Ghali. Data tat-twelid: 1954. Post tat-twelid: Abeibara, reġjun tal-Kidal, il-Mali. Ċittadinanza: Mali Id-data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 25.2.2013.” taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” għandha tiġi ssostitwita b'dan li ġej: “Iyad ag Ghali (alias (a)Sidi Mohamed Arhali). Funzjoni: Mexxej ta' Ansar Eddine. Indirizz: Il-Mali. Data tat-twelid: (a) 1.1.1958; (b) 1958. Post tat-twelid: (a) Abeibara, reġjun tal-Kidal, il-Mali; (b) Bouressa, reġjun tal-Bourem, il-Mali. Numru tal-passaport: A1037434 (passaport tal-Mali maħruġ fl-10.8.2001, skada fil-31.12.2014). Informazzjoni oħra: (a) Isem missieru huwa Ag Bobacer Arhali, isem ommu huwa Rhiachatou Wallet Sidi; (b) Ċertifikat tat-twelid tal-Mali Nru 012546. Id-data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 25.2.2013.” |