Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014D0499

    Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/499/PESK tal- 25 ta' Lulju 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina

    ĠU L 221, 25.7.2014, p. 15–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 25/07/2014

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/499/oj

    25.7.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 221/15


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/499/PESK

    tal-25 ta' Lulju 2014

    li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Fis-17 ta' Marzu 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/145/PESK. (1)

    (2)

    Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni fl-Ukraina, ir-restrizzjonijiet fuq l-ammissjoni u l-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi għandhom japplikaw ukoll għal persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi li jappoġġjaw attivament, materjalment jew finanzjarjament, jew li jieħdu benefiċċju minn, persuni Russi li jieħdu d-deċiżjonijiet, responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea jew id-destabilizzazzjoni tal-Lvant tal-Ukraina.

    (3)

    Barra minn hekk, il-Kunsill iqis li persuni fiżiċi u ġuridiċi addizzjonali għandhom jinżdiedu mal-lista ta' persuni, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK.

    (4)

    Id-Deċiżjoni 2014/145/PESK għandha tiġi emendata skont dan.

    (5)

    Hija meħtieġa aktar azzjoni mill-Unjoni sabiex dawn il-miżuri jiġu implimentati,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Id-Deċiżjoni 2014/145/PESK hija emendata kif ġej:

    (1)

    L-Artikolu 1(1) jinbidel b'dan li ġej:

    “1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jipprevjenu d-dħul fit-territorji tagħhom, jew it-transitu minnhom, ta':

    (a)

    persuni fiżiċi responsabbli għal, li jappoġġaw attivament jew li jimplimentaw azzjonijiet jew politiki li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, jew l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Ukraina, jew li jostakolaw il-ħidma ta' organizzazzjonijiet internazzjonali fl-Ukraina, u ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi, assoċjati magħhom; jew

    (b)

    persuni fiżiċi li jappoġġaw attivament, materjalment jew finanzjarjament, jew li jieħdu benefiċċju minn, persuni Russi li jieħdu d-deċiżjonijiet, responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea jew id-destabilizzazzjoni tal-Lvant tal-Ukraina,

    kif elenkat fl-Anness.”

    ;

    (2)

    L-Artikolu 2(1) jinbidel b'dan li ġej:

    “1.   Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu għal, jew huma proprjetà ta', jew huma miżmuma jew ikkontrollati minn:

    (a)

    persuni fiżiċi responsabbli għal, li jappoġġaw b'mod attiv jew li jimplimentaw, azzjonijiet jew politiki li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, jew l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Ukraina, jew li jostakolaw il-ħidma ta' organizzazzjonijiet internazzjonali fl-Ukraina, u persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom;

    (b)

    persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi li jappoġġaw b'mod materjali jew finanzjarju, azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina;

    (c)

    persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi fil-Krimea jew Sevastopol li s-sjieda tagħhom tkun ġiet trasferita b'mod li jmur kontra l-liġi tal-Ukraina, jew persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi li jkunu bbenefikaw minn dan it-trasferiment; jew

    (d)

    persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jappoġġaw attivament, materjalment jew finanzjarjament, jew li jieħdu benefiċċju minn, persuni Russi li jieħdu d-deċiżjonijiet, responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea jew id-destabilizzazzjoni tal-Lvant tal-Ukraina,

    kif elenkat fl-Anness, għandhom jiġu ffriżati.”

    .

    Artikolu 2

    Il-persuni u l-entitajiet elenkati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni għandhom jinżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Lulju 2014.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    S. GOZI


    (1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina (ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16).


    ANNESS

    LISTA TA' PERSUNI U ENTITAJIET IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 2

    I.   Individwi

     

    Isem

    Informazzjoni ta' identifikazzjoni

    Raġunijiet

    Data ta' elenkar

    1.

    Mikhail Efimovich FRADKOV

    Михаил Ефимович Фрадков

    Twieled fl-1.9.1950 f'Kurumoch, reġjun ta' Kuibyshev

    Membru permanenti tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Federazzjoni Russa; Direttur tas-Servizz tal-Intelligence Estera. Bħala membru tal-Kunsill tas-Sigurtà, li jipprovdi pariri dwar u jikkoordina l-affarijiet ta' sigurtà nazzjonali, huwa kien involut fit-tfassil tal-politika tal-Gvern Russu li thedded l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina.

    25.7.2014

    2.

    Nikolai Platonovich PATRUSHEV

    Николай Платонович Патрушев

    Twieled fil-11.7.1951 f'Leningrad (St Petersburg)

    Membru permanent u Segretarju tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Federazzjoni Russa. Bħala membru tal-Kunsill tas-Sigurtà, li jipprovdi pariri dwar u jikkoordina l-affarijiet ta' sigurtà nazzjonali, huwa kien involut fit-tfassil tal-politika tal-Gvern Russu li thedded l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina.

    25.7.2014

    3.

    Aleksandr Vasilievich BORTNIKOV

    Александр Васильевич Бортников

    Twieled fil-15.11.1951 f'Perm

    Membru permanenti tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Federazzjoni Russa; Direttur tas-Servizz Federali ta' Sigurtà (FSB). Bħala membru tal-Kunsill tas-Sigurtà, li jipprovdi pariri dwar u jikkoordina l-affarijiet ta' sigurtà nazzjonali, huwa kien involut fit-tfassil tal-politika tal-Gvern Russu li thedded l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina.

    25.7.2014

    4.

    Rashid Gumarovich NURGALIEV

    Рашид Гумарович Нургалиев

    Twieled fit-8.10.1956 f'Zhetikara, Repubblika Soċjalista Sovjetika Kazaka

    Membru permanenti u Viċi Segretarju tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Federazzjoni Russa. Bħala membru tal-Kunsill tas-Sigurtà, li jipprovdi pariri dwar u jikkoordina l-affarijiet ta' sigurtà nazzjonali, huwa kien involut fit-tfassil tal-politika tal-Gvern Russu li thedded l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina.

    25.7.2014

    5.

    Boris Vyacheslavovich GRYZLOV

    Борис Вячеславович Грызлов

    Twieled fil-15.12.1950 fi Vladivostok

    Membru permanenti tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Federazzjoni Russa. Bħala membru tal-Kunsill tas-Sigurtà, li jipprovdi pariri dwar u jikkoordina l-affarijiet ta' sigurtà nazzjonali, huwa kien involut fit-tfassil tal-politika tal-Gvern Russu li thedded l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina.

    25.7.2014

    6.

    Sergei Orestovoch BESEDA

    Сергей Орестович Беседа

    1954

    Kmandant tal-Ħames Servizz tal-FSB, is-Servizz Federali ta' Sigurtà tal-Federazzjoni Russa.

    Bħala uffiċjali għoli tal-FSB, huwa jmexxi servizz responsabbli li jissorvelja l-operazzjonijiet ta' intelligence u l-attività internazzjonali.

    25.7.2014

    7.

    Mikhail Vladimirovich DEGTYAREV

    Михаил Владимирович Дегтярёв

    Twieled fl-10.7.1981 f'Kuibyshev (Samara)

    Membru tad-Duma tal-Istat.

    Fit-23.05.2014 huwa ħabbar l-inawgurazzjoni tal-“ambaxxata de facto” tal-hekk imsejħa u mhux rikonoxxuta “Repubblika Popolari ta' Donetsk” f'Moska, huwa jikkontribwixxi għad-dgħajfien jew it-theddid tal-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina.

    25.7.2014

    8.

    Ramzan Akhmadovitch KADYROV

    Рамзан Ахматович Кадыров

    Twieled fil-05.10.1976 fi Tsentaroy.

    President tar-Repubblika taċ-Ċeċnja. Kadyrov għamel dikjarazzjonijiet b'appoġġ għall-annessjoni illegali tal-Krimea u b'appoġġ għar-ribelljoni armata fl-Ukraina. Fl-14 ta' Ġunju 2014 huwa ddikjara fost affarijiet oħra li hu 'ser jagħmel minn kollox biex jagħti l-ħajja mill-ġdid lill-Krimea'. F'dak il-kuntest, huwa ingħata l-medalja għal-'liberazzjoni tal-Krimea' mill-Aġent Kap tar-Repubblika Awtonoma tal-Krimea għall-appoġġ li pprovda lill-annessjoni illegali tal-Krimea. Barra minn hekk, fl-1 ta' Ġunju 2014 huwa qal li huwa lest jibgħat 74 000 voluntier Ċeċen fl-Ukraina jekk jintalab jagħmel dan.

    25.7.2014

    9.

    Alexander Nikolayevich TKACHYOV

    АЛЕКСАНДР НИКОЛАЕВИЧ ТКАЧЁВ

    Twieled fit-23.12.1960 fi Vyselki.

    Gvernatur tal-Krasnodar Krai.

    Ingħata l-medalja “għal-liberazzjoni tal-Krimea” mill-Aġent kap tar-Repubblika Awtonoma tal-Krimea għall-appoġġ li pprovda lill-annessjoni illegali tal-Krimea. F'dik l-okkażjoni, l-Aġent Kap tar-Repubblika Awtonoma tal-Krimea qal li Tkachyov kien minn tal-ewwel li esprimew l-appoġġ tagħhom għat-“tmexxija” l-ġdida tal-Krimea.

    25.7.2014

    10.

    Pavel GUBAREV

    Павел Юрьевич Губарев

    Twieled fl-10.2.1983 f'Sievierodonetsk

    Wieħed minn dawk li jiddefinixxu lilhom infushom mexxejja tal-hekk imsejħa “Repubblika popolari ta' Donetsk”. Huwa talab l-intervent Russu fl-Ukraina tal-lvant, inkluż permezz tal-iskjerament ta' forzi taż-żamma tal-paċi Russi. Huwa assoċjat ma' Igor Strelkov/Girkin, li hu responsabbli għal azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina. Gubarev huwa responsabbli mir-reklutaġġ ta' nies għall-forzi armati tas-separatisti.

    Responsabbli għat-teħid tal-bini tal-gvern reġjonali f'Donetsk b'forzi pro-Russi u pproklama lilu nnifsu bħala l-“gvernatur tal-poplu”.

    Minkejja li ġie arrestat għat-theddid tal-integrità territorjali tal-Ukraina, u sussegwentement inħeles, huwa kompla jilgħab rwol prominenti fl-attivitajiet separatisti, u għaldaqstant dgħajjef l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina.

    25.7.2014

    11.

    Ekaterina GUBAREVA

    Екатерина Юрьевна Губарева

    Twieldet fil-5.7.1983 f'Kakhovka

    Fil-kapaċità tagħha tal-hekk imsejjaħ “Ministru tal-Affarijiet Barranin” hija responsabbli għad-difiża tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Donetsk”, u għaldaqstant iddgħajjef l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina.

    Barra minn hekk, il-kont tal-bank tagħha huwa użat biex jiffinanzja gruppi separatisti illegali armati.

    Billi ħadet u aġixxiet f'din il-kapaċità għalhekk hija appoġġat azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina.

    25.7.2014

    12.

    Fedor BEREZIN

    Фёдор Дмитриевич Березин

    Twieled fis-7.2.1960 f'Donetsk

    L-hekk imsejjaħ “viċi ministru tad-difiża” tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Donetsk”. Huwa assoċjat ma' Igor Strelkov/Girkin, l-hekk imsejjaħ “ministru tad-difiża” tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Donetsk”, li huwa responsabbli għal azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina. Billi ħa u aġixxa f'din il-kapaċità Berezin għalhekk appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina.

    25.7.2014

    13.

    Valery Vladimirovich KAUROV

    Валерий Владимирович Кауров

    Twieled fit-2.4.1956 f'Odessa

    L-hekk imsejjaħ “president” tal-hekk imsejħa “Repubblika ta' Novorossiya” li appella lir-Russja biex tiskjera truppi fl-Ukraina. Billi ħa u aġixxa f'din il-kapaċità huwa għalhekk appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina.

    25.7.2014

    14.

    Serhii Anatoliyovych ZDRILIUK

    Сергей Анатольевич Здрылюкv

    Twieled fit-23.6.1972 fir-reġjun ta' Vinnytsia

    Assistent għoli ta' Igor Strelkov/Girkin li huwa responsabbli għal azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina. Billi ħa u aġixxa f'din il-kapaċità, Zdriliuk għalhekk appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina.

    25.7.2014

    15.

    Vladimir ANTYUFEYEV

    Владимир Антюфеев

    (magħruf ukoll bħala Vladimir SHEVTSOV, Vladimir Iurievici ANTIUFEEV, Vladimir Gheorghievici ALEXANDROV, Vadim Gheorghievici SHEVTSOV)

    Twieled fid-19.2.1951 f'Novosibirsk

    Ex-'Ministru tas-Sigurtà tal-Istat' fir-reġjun separatist tat-Transnistrija. Mid-9 ta' Lulju 2014, huwa kien l-ewwel l-ewwel viċi prim ministru tar-Repubblika Popolari ta' Donetsk, responsabbli għas-sigurtà u l-infurzar tal-liġi. Fil-kapaċità tiegħu, huwa responsabbli għall-attivitajiet 'governamentali' tas-separatisti tal-hekk imsejjaħ 'gvern tar-Repubblika Popolari ta' Donetsk'.

    25.7.2014


    II.   Entitajiet li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina

     

    Isem

    Informazzjoni ta' Identifikazzjoni

    Raġunijiet

    Data ta' elenkar

    1.

    L-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Lugansk”

    “Луганская народная республика”

    “Luganskaya narodnaya respublika”

    Sit elettroniku uffiċjali:

    http://lugansk-online.info

    Numru tat-telefon

    +38-099-160-74-14

    L-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Lugansk” ġiet stabbilita fis-27 ta' April 2014.

    Responsabbli għall-organizzazzjoni tar-referendum illegali fil-11 ta' Mejju 2014. Dikjarazzjoni tal-indipendenza fit-12 ta' Mejju 2014.

    Fit-22 ta' Mejju 2014, l-hekk imsejħin “Repubbliki Popolari” ta' Donetsk u Lugansk ħolqu l-hekk imsejjaħ “Stat Federali ta' Novorossiya”.

    Dan huwa bi ksur tal-liġi kostituzzjonali Ukraina, u, bħala konsegwenza, tad-dritt internazzjonali, u għaldaqstant dgħajjef l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina.

    Hija involuta wkoll fir-reklutaġġ tal-“Armata tax-Xlokk” separatista u gruppi separatisti illegali armati oħrajn, u għaldaqstant iddgħajjef l-istabbiltà jew is-sigurtà tal-Ukraina.

    25.7.2014

    2.

    L-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Donetsk”

    “Донецкая народная республика”

    “Donétskaya naródnaya respúblika”

    Informazzjoni uffiċjali, inkluż il-Kostituzzjoni tar-Repubblika Popolari ta' Donetsk u l-kompożizzjoni tal-Kunsill Suprem

    http://dnr-news.com/

    Media soċjali:

    https://twitter.com/dnrpress

    http://vk.com/dnrnews

    L-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Donetsk” ġiet iddikjarata fis-7 ta' April 2014.

    Responsabbli għall-organizzazzjoni tar-referendum illegali fil-11 ta' Mejju 2014. Dikjarazzjoni tal-indipendenza fit-12 ta' Mejju 2014.

    Fl-24 ta' Mejju 2014, l-hekk imsejħin “Repubbliki Popolari” ta' Donetsk u Lugansk iffirmaw ftehim dwar il-ħolqien tal-hekk imsejjaħ “Stat Federali ta' Novorossiya”.

    Dan huwa bi ksur tal-liġi kostituzzjonali Ukraina, u, bħala konsegwenza, tad-dritt internazzjonali, u għaldaqstant dgħajjef l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina.

    Hija involuta wkoll fir-reklutaġġ tal- gruppi separatisti illegali armati, u għaldaqstant iddgħajjef l-istabbiltà jew is-sigurtà tal-Ukraina.

    25.7.2014

    3.

    L-hekk imsejjaħ “Stat Federali ta' Novorossiya”

    “Федеративное государство Новороссия”

    “Federativnoye Gosudarstvo Novorossiya”

    Stqarrijiet uffiċjali għall-istampa:

    http://novorossia.su/official

    Fl-24 ta' Mejju 2014, l-hekk imsejħin “Repubbliki Popolari” ta' Donetsk u Lugansk iffirmaw ftehim dwar il-ħolqien tal-hekk imsejjaħ “Stat Federali ta' Novorossiya” mhux rikonoxxut.

    Dan huwa bi ksur tal-liġi kostituzzjonali Ukraina, u, bħala konsegwenza, tad-dritt internazzjonali, u għaldaqstant dgħajjef l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina.

    25.7.2014

    4.

    Unjoni Internazzjonali ta' Assoċjazzjonijiet Pubbliċi “Great Don Army”

    Международный Союз Общественных Объединений

    “Всевеликое Войско Донское”

    Sit elettroniku uffiċjali:

    http://vvd2003.narod.ru/

    Numru tat-telefon:

    +7-8-908-178-65-57

    Media soċjali:

    Gwardja Nazzjonali Kosakka

    http://vk.com/kazak_nac_guard

    Indirizz: 346465 Russia Rostov Region. October (C) District. St Zaplavskaya. Str Shosseynaya 1

    Il-“Great Don Army” stabbiliet il-“Gwardja Nazzjonali Kosakka”, responsabbli għall-ġlied kontra l-forzi tal-gvern Ukrain fl-Ukraina tal-Lvant, u għaldaqstant dgħajfet l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina kif ukoll thedded l-istabbilta jew is-sigurtà tal-Ukraina.

    Assoċjata mas-Sur Nikolay KOZITSYN, li huwa Kmandant tal-forzi Kosakki u responsabbli għat-tmexxija tas-separatisti fl-Ukraina tal-Lvant li qed jiġġieldu kontra l-forzi tal-gvern Ukrain.

    25.7.2014

    5.

    “Sobol”

    “СОБОЛЬ”

    Sit elettroniku uffiċjali:

    http://soboli.net

    Media soċjali:

    http://vk.com/sobolipress

    Numru tat-telefon:

    (0652) 60-23-93.

    Posta elettronika: SoboliPress@gmail.com

    Indirizz: Crimea, Simferopol, str. Kiev, 4 (area bus station “Central”).

    Organizzazzjoni paramilitari radikali, responsabbli għall-appoġġ bla ħabi tal-użu tal-forza biex jintemm il-kontroll tal-Ukraina fuq il-Krimea, u għaldaqstant iddgħajjef l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina.

    Responsabbli għat-taħriġ ta' separatisti biex jiġġieldu kontra l-forzi tal-gvern Ukrain fl-Ukraina tal-Lvant, u għaldaqstant jheddu l-istabbiltà jew is-sigurtà tal-Ukraina.

    25.7.2014

    6.

    L-hekk imsejħa “Gwardja ta' Lugansk”

    “Луганская гвардия”

    Media soċjali:

    https://vk.com/luguard

    http://vk.com/club68692201

    Milizzja għall-awtodifiża ta' Lugansk, responsabbli għat-taħriġ ta' separatisti biex jiġġieldu kontra l-forzi tal-gvern Ukrain fl-Ukraina tal-Lvant, u għaldaqstant jheddu l-istabbiltà jew is-sigurtà tal-Ukraina.

    Assoċjata mas-Sur German PROPOKIV, mexxej attiv li huwa responsabbli li ħa parti fit-teħid tal-bini tal-uffiċċju reġjonali ta' Lugansk tas-Servizz tas-Sigurtà Ukrain u rreġistra filmat b'dikjarazzjoni lill-President Putin u r-Russja mill-bini okkupat.

    25.7.2014

    7.

    L-hekk imsejħa “Armata tax-Xlokk”

    “Армии Юго-Востока”

    Reklutaġġ:

    http://lugansk-online.info/statements

    Media Soċjali:

    http://vk.com/lugansksbu

    Grupp separatista illegali armat li huwa kkunsidrat bħala wieħed mill-aktar importanti fl-Ukraina tal-Lvant.

    Responsabbli għall-okkupazzjoni tal-bini tas-Servizz tas-Sigurtà fir-reġjun ta' Lugansk. Uffiċjal irtirat.

    Assoċjat mas-Sur Valeriy BOLOTOV, elenkat bħala wieħed mill-mexxejja tal-grupp.

    Assoċjat mas-Sur Vasyl NIKITIN, responsabbli għall-attivitajiet “governamentali” separatisti tal-hekk imsejjaħ “gvern tar-Repubblika Popolari ta' Luhansk”

    25.7.2014

    8.

    L-hekk imsejħa “Milizzja Popolari ta' Donbass”

    “Нарóдное ополчéние Донбáсса”

    Media soċjali:

    http://vk.com/polkdonbassa

    +38-099-445-63-78;

    +38-063-688-60-01;

    +38-067-145-14-99;

    +38-094-912-96-60;

    +38-062-213-26-60

    Posta elettronika: voenkom.dnr@mail.ru

    mobilisation@novorossia.co

    Volontarji fuq it-telefon fir-Russja:

    +7 (926) 428-99-51

    +7 (967) 171-27-09

    jew posta elettronika novoross24@mail.ru

    Indirizz: Donetsk. Prospect Zasyadko.13

    Grupp separatista illegali armat responsabbli għall-ġlied kontra l-forzi tal-gvern Ukrain fl-Ukraina tal-Lvant, u għaldaqstant jhedded l-istabbiltà jew is-sigurtà tal-Ukraina.

    Fost l-oħrajn, il-grupp militanti ħa l-kontroll ta' diversi binjiet tal-gvern fl-Ukraina tal-Lvant kmieni f'April 2014, u għaldaqstant dgħajjef l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina.

    L-ex mexxej tiegħu, is-Sur Pavel Gubarev,

    huwa responsabbli għat-teħid tal-bini tal-gvern reġjonali f'Donetsk b'forzi pro-Russi u pproklama lilu nnifsu l-“gvernatur tal-poplu”.

    25.7.2014

    9.

    “Battaljun Vostok”

    “батальоны Восток”

    Media soċjali:

    http://vk.com/patriotic_forces_of_donbas

    Grupp separatista illegali armat li huwa kkunsidrat bħala wieħed mill-aktar importanti fl-Ukraina tal-Lvant.

    Responsabbli għall-ġlied kontra l-forzi tal-gvern Ukrain fl-Ukraina tal-Lvant, u għaldaqstant jhedded l-istabbiltà jew is-sigurtà tal-Ukraina

    Ipprova jieħu l-Ajruport ta' Donetsk.

    25.7.2014


    III.   Entitajiet li s-sjieda tagħhom ġiet trasferita kontrarjament għal-liġi Ukraina

     

    Isem

    Informazzjoni ta' Identifikazzjoni

    Raġunijiet

    Data ta' elenkar

    1.

    Intrapriża statali tal-vapuri “Kerch ferry”

    Государственная судоходная компания “Керченская паромная переправа”

    Gosudarstvenoye predpriyatiye

    Kerchenskaya paromnaya pereprava

    16 Tselibernaya Street, 98307 Kerch

    (Автономная Республика Крым, г. Керчь, ул. Целимберная, 16)

    kodiċi: 14333981

    Is-sjieda tal-entità ġiet trasferita kontrarjament għall-liġi Ukraina. Il-“Parlament tal-Krimea” adotta riżoluzzjoni Nru 1757-6/14 fis-17.3.2014“Dwar in-nazzjonalizzazzjoni ta' xi kumpanniji li jappartjenu lill-ministeri Ukraini tal-infrastruttura jew l-agrikoltura” u l-“Presidju tal-Parlament tal-Krimea” adotta deċiżjoni Nru 1802-6/14 fl-24.3.2014“Dwar l-Intrapriża ta' sjieda tal-istat tal-vapuri ‘Kerch Ferry’ li tiddikjara l-approprjazzjoni tal-assi li jappartjenu lill-intrapriża statali tal-vapuri tal-passiġġieri ‘Kerch Ferry’ f'isem ir-Repubblika tal-Krimea”. L-intrapriża hija għalhekk effettivament konfiskata mill-“awtoritajiet” tal-Krimea.

    25.7.2014

    2.

    Intrapriża Statali “Port tal-baħar kummerċjali ta' Sevastopol”

    Государственное предприятие “Севастопольский морской торговый порт”

    Gosudarstvenoye predpriyatiye

    Sevastopolski morskoy torgovy port

    3 Place Nakhimova, 99011 Sevastopol

    (99011, г. Севастополь, пл. Нахимова, 3)

    kodiċi: 01125548

    Is-sjieda tal-entità ġiet trasferita kontrarjament għall-liġi Ukraina. Fis-17.3.2014 il-“Parlament tal-Krimea” adotta riżoluzzjoni Nru 1757-6/14“Dwar in-nazzjonalizzazzjoni ta' xi kumpanniji li jappartjenu lill-ministeri Ukraini tal-infrastruttura jew l-agrikoltura” li tiddikjara l-approprjazzjoni tal-assi li jappartjenu lill-intrapriża statali “Port tal-baħar kummerċjali ta' Sevastopol” f'isem ir-“Repubblika tal-Krimea”. L-intrapriża hija għalhekk effettivament konfiskata mill-“awtoritajiet” tal-Krimea. F'termini ta' volum ta' kummerċ, huwa l-akbar port tal-baħar kummerċjali fil-Krimea.

    25.7.2014

    3.

    Intrapriża statali “Port tal-baħar kummerċjali ta' Kerch”

    Государственное предприятие “Керченский морской торговый порт”

    Gosudarstvenoye predpriyatiye

    Kerchenski morskoy torgovy port

    28 Kirova Str., 98312, Kerch, Autonomous Republic of Crimea,

    (98312, Автономная Республика Крым, г. Керчь, ул. Кирова, 28)

    Kodiċi: 01125554

    Is-sjieda tal-entità ġiet trasferita kontrarjament għall-liġi Ukraina. Il-“Parlament tal-Krimea” adotta riżoluzzjoni Nru 1757-6/14 fis-17.3.2014“Dwar in-nazzjonalizzazzjoni ta' xi kumpanniji li jappartjenu lill-ministeri Ukraini tal-infrastruttura jew l-agrikoltura” u riżoluzzjoni Nru 1865-6/14 fis-26.3.2014“Dwar l-Intrapriża ta' Sjieda tal-Istat”“Crimean Sea Ports” (“О Государственном предприятии ‘Крымские морские порты’”) li tiddikjara l-approprjazzjoni tal-assi li jappartjenu lill-intrapriża statali “Port tal-baħar kummerċjali ta' Kerch” f'isem ir-“Repubblika tal-Krimea”. L-intrapriża hija għalhekk effettivament konfiskata mill-“awtoritajiet” tal-Krimea. F'termini ta' volum ta' kummerċ, huwa t-tieni l-akbar port tal-baħar kummerċjali fil-Krimea.

    25.7.2014

    4.

    Intrapriża statali Universal -Avia

    Государственном предприятии “Универсал-Авиа”

    Gosudarstvenoye predpriyatiye

    “Universal-Avia”

    5, Aeroflotskaya street, 95024 Simferopol

    (Аэрофлотская улица, 5, Симферополь г.)

    Is-sjieda tal-entità ġiet trasferita kontrarjament għall-liġi Ukraina. Fl-24.3.2014 il-“Presidju tal-Parlament tal-Krimea” adotta deċiżjoni “Dwar l-Intrapriża ta' Sjieda tal-Istat ‘Gosudarstvenoye predpriyatiye Universal-Avia’” (“О Государственном предприятии ‘Универсал-Авиа’)” Nru 1794-6/14 li tiddikjara l-approprjazzjoni tal-assi li jappartjenu lill-intrapriża statali “Universal-Avia” f'isem ir-“Repubblika tal-Krimea”. L-intrapriża hija għalhekk effettivament konfiskata mill-“awtoritajiet” tal-Krimea.

    25.7.2014

    5.

    Resort “Nizhnyaya Oreanda”

    Санаторий “Нижняя Ореанда”

    Resort “Nizhnyaya Oreanda”, 08655, Yalta, Oreanda

    (08655, г.Ялта, пгт. Ореанда, Санаторий “Нижняя Ореанда”)

    Is-sjieda tal-entità ġiet trasferita kontrarjament għall-liġi Ukraina. Fil-21 ta' Marzu l-“Presidju tal-Parlament tal-Krimea” adotta deċiżjoni “Dwar il-kwistjonijiet tal-ħolqien ta' Assoċjazzjoni ta' sanatorji u resorts” Nru 1767-6/14 li tiddikjara l-approprjazzjoni tal-assi li jappartjenu lir-resort “Nizhnyaya Oreanda” f'isem ir-“Repubblika tal-Krimea”. L-intrapriża hija għalhekk effettivament konfiskata mill-“awtoritajiet” tal-Krimea.

    25.7.2014

    6.

    L-intrapriża tal-Krimea “Impjant tad-distillazzjoni Azov”

    Крымское республиканское предприятие “Азовский ликероводочный Завод”

    Azovsky likerovodochny zavod

    40 Zeleznodorozhnaya str., 96178 town of Azov, Jankoysky district

    Джанкойский район, пгт Азовское, ул. Железнодорожная, 40)

    code: 01271681

    Is-sjieda tal-entità ġiet trasferita kontrarjament għall-liġi Ukraina. Fid-9 ta' April il-“Presidju tal-Parlament tal-Krimea” adotta deċiżjoni Nru 1991-6/14“Dwar l-emendi għar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Istat tar-Repubblika tal-Krimea” tas-26 ta' Marzu 2014 Nru 1836-6/14“Dwar in-nazzjonalizzazzjoni tal-proprjetà tal-intrapriżi, l-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet tal-kumpless agro-industrijali, li jinsab fit-territorju tar-Repubblika tal-Krimea” li tiddikjara l-approprjazzjoni tal-assi li jappartjenu lil “Azovsky likerovodochny zavod” f'isem ir-“Repubblika tal-Krimea”. L-intrapriża hija għalhekk effettivament konfiskata mill-“awtoritajiet” tal-Krimea.

    25.7.2014

    7.

    Entità statali “Assoċjazzjoni Nazzjonali ta' produtturi ‘Massandra’”

    Национальное производственно-аграрное объединение “Массандра”

    Nacionalnoye proizvodstvenno agrarnoye obyedinenye Massandra

    6, str. Mira, Massandra 98600 city of Yalta

    (98600, г. Ялта, пгт Массандра, ул. Мира, д. 6)

    kodiċi: 00411890

    Is-sjieda tal-entità ġiet trasferita kontrarjament għall-liġi Ukraina. Fid-9 ta' April il-“Presidju tal-Parlament tal-Krimea” adotta deċiżjoni Nru 1991-6/14“Dwar l-emendi għar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Istat tar-Repubblika tal-Krimea” tas-26 ta' Marzu 2014 Nru 1836-6/14“Dwar in-nazzjonalizzazzjoni tal-proprjetà tal-intrapriżi, l-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet tal-kumpless agro-industrijali, li jinsab fit-territorju tar-Repubblika tal-Krimea” li tiddikjara l-approprjazzjoni tal-assi li jappartjenu lill-entità statali “Assoċjazzjoni Nazzjonali ta' produtturi ‘Massandra’” f'isem ir-“Repubblika tal-Krimea”. L-intrapriża hija għalhekk effettivament konfiskata mill-“awtoritajiet” tal-Krimea.

    25.7.2014

    8.

    “Intrapriża statali Magarach tal-istitut nazzjonali tal-inbid”

    Государственное предприятие Агрофирма “Магарач” Национального института винограда и вина “Магарач”

    Gosudarstvenoye predpriyatiye “Agrofirma Magarach” nacionalnogo instituta vinograda i vina “Magarach”

    9 Chapayeva str., 98433 Vilino, Bakhchisarayski district,

    (98433, Автономная Республика Крым, Бахчисарайский район, с. Вилино, ул. Чапаева, д. 9)

    Kodiċi: 31332064

    Is-sjieda tal-entità ġiet trasferita kontrarjament għall-liġi Ukraina. Fid-9 ta' April il-“Presidju tal-Parlament tal-Krimea” adotta deċiżjoni Nru 1991-6/14“Dwar l-emendi għar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Istat tar-Repubblika tal-Krimea” tas-26 ta' Marzu 2014 Nru 1836-6/14“Dwar in-nazzjonalizzazzjoni tal-proprjetà tal-intrapriżi, l-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet tal-kumpless agro-industrijali, li jinsab fit-territorju tar-Repubblika tal-Krimea” li tiddikjara l-approprjazzjoni tal-assi li jappartjenu lill-entità statali “Gosudarstvenoye predpriyatiye ‘Agrofirma Magarach’ nacionalnogo instituta vinograda i vina ‘Magarach’” f'isem ir-“Repubblika tal-Krimea”. L-intrapriża hija għalhekk effettivament konfiskata mill-“awtoritajiet” tal-Krimea.

    25.7.2014

    9.

    Intrapriża statali “Fabbrika tal-inbid effervexxenti Novy Svet”

    Государственное предприятиеЗавод шампанских вин “Новый свет”

    Gosudarstvenoye predpriyatiye “Zavod shampanskykh vin Novy Svet”

    1 Shalyapina str., 98032 Sudak, Novy Svet

    (98032, г. Судак, пгт Новый Свет, ул. Шаляпина, д. 1)

    Kodiċi: 00412665

    Is-sjieda tal-entità ġiet trasferita kontrarjament għall-liġi Ukraina. Fid-9 ta' April il-“Presidju tal-Parlament tal-Krimea” adotta deċiżjoni Nru 1991-6/14“Dwar l-emendi għar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Istat tar-Repubblika tal-Krimea” tas-26 ta' Marzu 2014 Nru 1836-6/14“Dwar in-nazzjonalizzazzjoni tal-proprjetà tal-intrapriżi, l-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet tal-kumpless agro-industrijali, li jinsab fit-territorju tar-Repubblika tal-Krimea” li tiddikjara l-approprjazzjoni tal-assi li jappartjenu lill-entità statali “Zavod shampanskykh vin Novy Svet” f'isem ir-“Repubblika tal-Krimea”. L-intrapriża hija għalhekk effettivament konfiskata mill-“awtoritajiet” tal-Krimea.

    25.7.2014


    Top