This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013R0317
Commission Regulation (EU) No 317/2013 of 8 April 2013 amending the Annexes to Regulations (EC) No 1983/2003, (EC) No 1738/2005, (EC) No 698/2006, (EC) No 377/2008 and (EU) No 823/2010 as regards the International Standard Classification of Education Text with EEA relevance
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 317/2013 tat- 8 ta’ April 2013 li temenda l-Annessi tar-Regolamenti (KE) Nru 1983/2003, (KE) Nru 1738/2005, (KE) Nru 698/2006, (KE) Nru 377/2008 u (UE) Nru 823/2010 fir-rigward tal-Klassifikazzjoni Standard Internazzjonali tal-Edukazzjoni Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 317/2013 tat- 8 ta’ April 2013 li temenda l-Annessi tar-Regolamenti (KE) Nru 1983/2003, (KE) Nru 1738/2005, (KE) Nru 698/2006, (KE) Nru 377/2008 u (UE) Nru 823/2010 fir-rigward tal-Klassifikazzjoni Standard Internazzjonali tal-Edukazzjoni Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 99, 9.4.2013, p. 1–10
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
9.4.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 99/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 317/2013
tat-8 ta’ April 2013
li temenda l-Annessi tar-Regolamenti (KE) Nru 1983/2003, (KE) Nru 1738/2005, (KE) Nru 698/2006, (KE) Nru 377/2008 u (UE) Nru 823/2010 fir-rigward tal-Klassifikazzjoni Standard Internazzjonali tal-Edukazzjoni
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Ġunju 2003 li jirrigwarda l-istatistika Komunitarja dwar l-introjtu u l-kundizzjonijiet tal-għajxien (UE-SILC) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 530/1999 tad-9 ta’ Marzu 1999 li jikkonċerna l-istatistiċi strutturali dwar il-qligħ u dwar l-ispejjeż tax-xogħol (2), u partikolarment l-Artikolu 11 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 tad-9 ta’ Marzu 1998 dwar l-organizzazzjoni ta’ stħarriġ ta’ kampjuni tal-forza tax-xogħol fil-Komunità (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 452/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar il-produzzjoni u l-iżvilupp tal-istatistika dwar l-edukazzjoni u t-tagħlim tul il-ħajja (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-introduzzjoni ta’ sistema ta’ klassifikazzjoni aġġornata hija ċentrali għall-isforzi kontinwi tal-Kummissjoni biex tinżamm ir-rilevanza tal-istatistika Ewropea, billi jitqiesu l-iżviluppi u l-bidliet fil-qasam tal-edukazzjoni. |
(2) |
L-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (il-Unesco) irrevediet il-verżjoni tal-Klassifikazzjoni Standard Internazzjonali tal-Edukazzjoni (l-ISCED) li ntużat sa issa (l-ISCED 1997) bl-għan li jkun żgurat li hija konsistenti mal-iżviluppi fil-politiki u l-istrutturi tal-edukazzjoni u t-taħriġ. |
(3) |
Il-komparabbiltà internazzjonali tal-istatistika tal-edukazzjoni teħtieġ li l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jużaw klassifikazzjonijiet tal-edukazzjoni li huma kompatibbli mal-verżjoni riveduta tal-Klassifikazzjoni Standard Internazzjonali tal-Edukazzjoni ISCED 2011 (minn hawn ’il quddiem “ISCED 2011”), kif adottata mill-Istati Membri tal-Unesco fis-36 Konferenza Ġenerali f’Novembru 2011. |
(4) |
L-istabbiliment ta’ verżjoni riveduta tal-Klassifikazzjoni Standard Internazzjonali tal-Edukazzjoni jwassal għall-ħtieġa li jkunu emendati bosta referenzi għall-ISCED, l-ISCED 97 u l-ISCED 1997 kif ukoll li jkunu emendati għadd ta’ strumenti rilevanti. |
(5) |
Għaldaqstant huwa meħtieġ li jkunu emendati skont ir-Regolamenti li ġejjin: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1983/2003 tas-7 ta’ Novembru 2003 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika tal-Komunità fuq id-dħul u l-kundizzjonijiet tal-ħajja (UE-SILC) rigward il-lista ta’ varjabbli ta’ mira primarja (5); Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1738/2005 tal-21 ta’ Ottubru 2005 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1916/2000 li jirrigwarda d-definizzjoni u t-trażmissjoni tat-tagħrif dwar l-istruttura tal-qligħ (6); Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 698/2006 tal-5 ta’ Mejju 2006 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 530/1999 rigward l-evalwazzjoni tal-kwalità tal-istatistiki strutturali dwar l-ispejjeż tax-xogħol u l-qligħ (7); Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 377/2008 tal-25 ta’ April 2008 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 dwar l-organizzazzjoni ta’ stħarriġ ta’ kampjuni tal-forza tax-xogħol fil-Komunità fir-rigward tal-kodifikazzjoni li għandha tintuża għat-trażmissjoni ta’ dejta mill-2009 ’il quddiem, u l-użu ta’ subkampjun għall-ġbir ta’ dejta dwar il-varjabbli strutturali u d-definizzjoni tal-kwarti ta’ referenza (8); Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 823/2010 tas-17 ta’ Settembru 2010 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 452/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-produzzjoni u l-iżvilupp tal-istatistika dwar l-edukazzjoni u t-tagħlim tul il-ħajja, f’dak li għandu x’jaqsam mal-parteċipazzjoni tal-adulti fit-tagħlim tul il-ħajja (9). |
(6) |
Il-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema Statistika Ewropea, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emenda għar-Regolament (KE) Nru 1983/2003
In-nota f’qiegħ il-paġna Nru 19 fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1983/2003 qed tinbidel b’dan li ġej:
“ISCED 2011: Klassifikazzjoni standard internazzjonali tal-edukazzjoni 2011.”
Artikolu 2
Emenda għar-Regolament (KE) Nru 1738/2005
Ir-Regolament (KE) Nru 1738/2005 huwa emendat kif ġej:
(1) |
“ISCED 97” tinbidel bi “ISCED 2011” matul l-Annessi. |
(2) |
Il-Varjabbli 2.5 tal-Anness I jinbidel b’dan li ġej: “Il-livell edukattiv miksub (ISCED 2011)” |
(3) |
Il-Varjabbli 2.5 tal-Anness II jinbidel b’dan li ġej: “Il-livell edukattiv miksub (ISCED 2011) Dan il-varjabbli jikkonċerna l-ogħla livell ta’ edukazzjoni li nkiseb b’suċċess, li l-impjegat ingħata skont il-Klassifikazzjoni Standard Internazzjonali tal-Edukazzjoni, il-verżjoni tal-2011 (ISCED 2011). L-espressjoni “livell miksub b’suċċess” għandu jiġi assoċjat mal-kisba ta’ ċertifikat jew diploma, fejn hemm ċertifikazzjoni. F’każijiet fejn m’hemmx ċertifikazzjoni, kisba b’suċċess għandha tkun assoċjata ma’ attendenza sħiħa. Il-gruppi ta’ kodiċijiet li jridu jintużaw huma definiti fl-Arranġamenti ta’ Implimentazzjoni tal-istħarriġ SES.” |
Artikolu 3
Emenda għar-Regolament (KE) Nru 698/2006
Ir-Regolament (KE) Nru 698/2006 huwa emendat kif ġej:
Fit-taqsima 2.1(2) tal-Anness għar-Regolament (KE) Nru 698/2006, ir-referenza għal “livell tal-edukazzjoni (ISCED minn 0 sa 6)” qed tinbidel bi “il-livell edukattiv miksub (ISCED 2011 mil-livell 0 sa 8)”.
Artikolu 4
Emenda għar-Regolament (KE) Nru 377/2008
Ir-Regolament (KE) Nru 377/2008 huwa emendat kif ġej:
L-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 377/2008 huwa emendat skont l-Anness I ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 5
Emenda għar-Regolament (UE) Nru 823/2010
Ir-Regolament (KE) Nru 823/2010 huwa emendat kif ġej:
L-Annessi I u II għar-Regolament (UE) Nru 823/2010 huma emendati skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 6
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Ir-Regolament għandu japplika mis-sena ta’ referenza li tibda fl-1 ta’ Jannar 2014.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ April 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(2) ĠU L 63, 12.3.1999, p. 10.
(4) ĠU L 145, 4.6.2008, p. 227.
(5) ĠU L 298, 17.11.2003, p. 34.
(6) ĠU L 279, 22.10.2005, p. 32.
(7) ĠU L 121, 6.5.2006, p. 30.
(8) ĠU L 114, 26.4.2008, p. 57.
(9) ĠU L 246, 18.9.2010, p. 33.
ANNESS I
Emenda għar-Regolament (KE) Nru 377/2008
(1) |
Fl-Anness III l-istruzzjonijiet għall-kodifikazzjoni tal-varjabbli “HATLEVEL”, “HATFIELD”, u “HATYEAR” għandhom jinbidlu b’dan li ġej:
|
(2) |
Fl-Anness III il-varjabbli “EDUCFILD” u l-istruzzjonijiet għall-kodifikazzjoni tal-varjabbli “EDUCLEVL”, għandu jinbidel b’dan li ġej:
|
(1) L-ogħla livell ta’ edukazzjoni li nkiseb b’suċċess kif definit mill-ISCED 2011, kodifikar ibbażat fuq l-immeppjar tal-ISCED li jrid jitwassal lill-Eurostat.
(2) Jew subdiviżjonijiet tal-klassifikazzjoni tal-oqsma tal-edukazzjoni u t-taħriġ.”
(3) Kodifikar ibbażat fuq l-immeppjar tal-ISCED li jrid jitwassal lill-Eurostat.”
ANNESS II
Emenda għar-Regolament (UE) Nru 823/2010
(1) |
Fl-Anness I l-istruzzjonijiet għall-kodifikazzjoni tal-varjabbli “HATLEVEL”, “HATFIELD”, “HATYEAR”, “HATVOC”, “HATOTHER”, “HATOTHER_LEVEL”, “HATOTHER_VOC”, “HATOTHER_FIELD”, “HATCOMP” u “HATCOMPHIGH” għandhom jinbidlu b’dan li ġej:
|
(2) |
Fl-Anness I l-istruzzjonijiet għall-kodifikazzjoni tal-varjabbli “DROPHIGH”, “DROPLEVEL”, u “DROPVOC” għandhom jinbidlu b’dan li ġej:
|
(3) |
Fl-Anness I l-istruzzjonijiet għall-kodifikazzjoni tal-varjabbli “FEDLEVEL”, “FEDFIELD” u “FEDVOC” għandhom jinbidlu b’dan li ġej:
|
(4) |
Fl-Anness II, “Rekwiżiti għat-teħid tal-kampjuni u għall-preċiżjoni”, fil-paragrafu 3, l-indikatur “Ir-rata tal-parteċipazzjoni (%) fl-edukazzjoni u t-taħriġ mhux formali ta’ persuni b’livell għoli tal-edukazzjoni (il-livelli 5-6 tal-ISCED)” għandu jinbidel bi “Ir-rata tal-parteċipazzjoni (%) fl-edukazzjoni u t-taħriġ mhux formali ta’ persuni b’livell għoli ta’ edukazzjoni (il-livelli 5-8 tal-ISCED)”. |