This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013L0031
Directive 2013/31/EU of the European Parliament and of the Council of 12 June 2013 amending Council Directive 92/65/EEC as regards the animal health requirements governing intra-Union trade in and imports into the Union of dogs, cats and ferrets Text with EEA relevance
Direttiva 2013/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 12 ta’ Ġunju 2013 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE fir-rigward tar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ u l-importazzjonijiet fl-Unjoni tal-klieb, il-qtates u l-inmsa Test b’relevanza għaż-ŻEE
Direttiva 2013/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 12 ta’ Ġunju 2013 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE fir-rigward tar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ u l-importazzjonijiet fl-Unjoni tal-klieb, il-qtates u l-inmsa Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 178, 28.6.2013, p. 107–108
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Impliċitament imħassar minn 32016R0429
28.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 178/107 |
DIRETTIVA 2013/31/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-12 ta’ Ġunju 2013
li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE fir-rigward tar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ u l-importazzjonijiet fl-Unjoni tal-klieb, il-qtates u l-inmsa
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li bagħtu l-abbozz tal-att leġislattiv lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxu f’konformità mal-proċedura leġislattiva ordinarja (2),
Billi:
(1) |
Ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ u l-importazzjonijiet fl-Unjoni tal-klieb, il-qtates u l-inmsa huma stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992 li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar is-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta’, u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta’ saħħa tal-annimali meħtieġa f’regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A (I) tad-Direttiva 90/425/KEE (3). |
(2) |
Dawk ir-rekwiżiti jirreferu għar-rekwiżiti rilevanti tas-saħħa tal-annimali applikabbli għall-movimenti mhux kummerċjali tal-klieb, il-qtates u l-inmsa fi Stat Membru minn Stat Membru ieħor jew minn pajjiżi jew territorji terzi stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar il-ħtiġiet rigward is-saħħa tal-annimali li japplikaw għall-moviment mhux kummerċjali tal-pets (4). |
(3) |
Minħabba t-tħassir tar-Regolament (KE) Nru 998/2003 bir-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’Ġunju 2013 dwar il-moviment mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi (5), id-Direttiva 92/65/KEE jeħtieġ li tiġi emendata sabiex jitneħħew ir-referenzi għar-Regolament (KE) Nru 998/2003 u jiġu sostitwiti b’referenzi għar-Regolament (UE) Nru 576/2013. |
(4) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 tat-22 ta’ Diċembru 2004 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport u operazzjonijiet relatati (6) japplika inter alia għat-trasport ta’ klieb, qtates u inmsa li jsir fl-Unjoni. Ir-referenza għal dak ir-Regolament għandha għalhekk tiddaħħal fid-Direttiva 92/65/KEE li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar is-saħħa tal-annimali applikabbli għall-kummerċ ta’ dawk l-annimali. |
(5) |
Barra minn hekk, l-esperjenza fl-applikazzjoni tad-Direttiva 92/65/KEE uriet li l-eżami kliniku ta’ annimal 24 siegħa qabel it-tluq, fil-parti l-kbira tal-każijiet mhuwiex prattiku. Għalhekk, jixraq li l-limitu ta’ żmien stabbilit fid-Direttiva 92/65/KEE jiġi estiż għal 48 siegħa, kif irrakkomandat mill-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali. |
(6) |
Il-Kummissjoni tqis li f’dan il-każ partikolari ma jkunx iġġustifikat li l-Istati Membri jintalbu jibagħtu dokumenti spjegattivi lill-Kummissjoni biex jispjegaw ir-relazzjoni bejn id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva u l-partijiet korrispondenti tad-dokumenti nazzjonali ta’ traspożizzjoni. Din id-Direttiva tipprevedi għadd limitat ħafna ta’ emendi għad-Direttiva 92/65/KEE, li għandhom jagħmluha possibbli li l-Kummissjoni tikseb l-informazzjoni rigward it-traspożizzjoni mingħajr ma talloka ħafna riżorsi għal dak il-kompitu. Fi kwalunkwe każ, l-Istati Membri għandhom jibagħtu t-test tal-miżuri trasposti lill-Kummissjoni. |
(7) |
Id-Direttiva 92/65/KEE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Emendi
Id-Direttiva 92/65/KEE hija b’dan emendata kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
Fl-Artikolu 16, it-tieni u t-tielet paragrafi huma sostitwiti b’dan li ġej: “Fir-rigward tal-qtates, il-klieb u l-inmsa, il-kondizzjonijiet tal-importazzjoni għandhom ikunu tal-inqas ekwivalenti għal dawk previsti fil-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 10(1) u l-punt (a) tal-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 576/2013. Barra mill-kondizzjonijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu, il-klieb, il-qtates u l-inmsa għandhom, matul it-trasport sal-post tad-destinazzjoni, ikunu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa li jkun mimli u ffirmat minn veterinarju uffiċjali, li għandu jiċċertifika li sar eżami kliniku 48 siegħa qabel il-ħin tat-tluq tal-annimali minn veterinarju awtorizzat mill-awtorità kompetenti u li jkun ivverifika li, fil-ħin tal-eżami kliniku, l-annimali kienu f’kondizzjoni tajba biex jiġu ttrasportati għall-vjaġġ intenzjonat.”. |
Artikolu 2
Traspożizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sat-28 ta' Diċembru 2014, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni dwar dan.
Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mid-29 ta' Diċembru 2014.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, huma għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi li bihom isiru dawn ir-referenzi għandhom jiġu stipulati mill-Istati Membri.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Destinatarji
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Strasburgu, it-12 ta’ Ġunju 2013.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
M. SCHULZ
Għall-Kunsill
Il-President
L. CREIGHTON
(1) ĠU C 229, 31.7.2012, p. 119.
(2) Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta’ Mejju 2013 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Ġunju 2013.
(3) ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54.
(4) ĠU L 146, 13.6.2003, p. 1.
(5) Ara paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.