This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011R0546
Commission Regulation (EU) No 546/2011 of 10 June 2011 implementing Regulation (EC) No 1107/2009 of the European Parliament and of the Council as regards uniform principles for evaluation and authorisation of plant protection products Text with EEA relevance
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 546/2011 tal- 10 ta’ Ġunju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar prinċipji uniformi għall-evalwazzjoni u l-awtorizzazzjoni ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 546/2011 tal- 10 ta’ Ġunju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar prinċipji uniformi għall-evalwazzjoni u l-awtorizzazzjoni ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 155, 11.6.2011, p. 127–175
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 21/11/2022
11.6.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 155/127 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 546/2011
tal-10 ta’ Ġunju 2011
li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar prinċipji uniformi għall-evalwazzjoni u l-awtorizzazzjoni ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 29(6) u 84 tiegħu,
Wara li kkonsultat mal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,
Billi:
(1) |
Skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 l-prinċipji uniformi għall-evalwazzjoni u l-awtorizzazzjoni tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti għandhom ikollhom ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness VI għad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (2). |
(2) |
Għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 għalhekk huwa neċessarju li jiġi adottat regolament li fih ir-rekwiżiti, kif stabbilit fl-Anness VI għad-Direttiva 91/414/KEE. Tali regolament ma għandu jinkludi l-ebda modifika sostanzjali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-prinċipji uniformi għall-evalwazzjoni u l-awtorizzazzjoni ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti stipulati fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 għandhom ikunu dawk stabbiliti fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu jibda japplika mill-14 ta’ Ġunju 2011.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Ġunju 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 309, 24.11.2009, p. 11.
(2) ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.
ANNESS
PRINĊIPJI UNIFORMI GĦALL-EVALWAZZJONI U L-AWTORIZZAZZJONI TA’ PRODOTTI GĦALL-PROTEZZJONI TAL-PJANTI, KIF STIPULAT FL-ARTIKOLU 29(6) TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 1107/2009
PARTI I
Prinċipji uniformi għall-evalwazzjoni u l-awtorizzazzjoni ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti
WERREJ
A. |
INTRODUZZJONI |
B. |
EVALWAZZJONI |
1. |
Prinċipji ġenerali |
2. |
Prinċipji speċifiċi |
2.1. |
Effikaċja |
2.2. |
In-nuqqas ta’ effetti mhux aċċettabbli fuq il-pjanti jew il-prodotti mill-pjanti |
2.3. |
L-impatt fuq l-annimali bis-sinsla li jridu jiġu kontrollati |
2.4. |
L-impatt fuq is-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali |
2.4.1. |
L-impatt fuq is-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali li jirriżulta mill-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti |
2.4.2. |
L-impatt fuq is-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali li jirriżulta mir-residwi |
2.5. |
L-influwenza fuq l-ambjent |
2.5.1. |
Id-destin u d-distribuzzjoni fl-ambjent |
2.5.2. |
L-impatt fuq l-ispeċi li mhumiex fil-mira |
2.6. |
Metodi analitiċi |
2.7. |
Proprjetajiet fiżiċi u kimiċi |
C. |
TEĦID TAD-DEĊIŻJONIJIET |
1. |
Prinċipji ġenerali |
2. |
Prinċipji speċifiċi |
2.1. |
Effikaċja |
2.2. |
In-nuqqas ta’ effetti mhux aċċettabbli fuq il-pjanti jew il-prodotti mill-pjanti |
2.3. |
L-impatt fuq l-annimali bis-sinsla li jridu jiġu kkontrollati |
2.4. |
L-impatt fuq is-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali |
2.4.1. |
L-impatt fuq is-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali li jirriżulta mill-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti |
2.4.2. |
L-impatt fuq is-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali li jirriżulta mir-residwi |
2.5. |
L-influwenza fuq l-ambjent |
2.5.1. |
Id-destin u d-distribuzzjoni fl-ambjent |
2.5.2. |
L-impatt fuq l-ispeċi li mhumiex fil-mira |
2.6. |
Metodi analitiċi |
2.7. |
Proprjetajiet fiżiċi u kimiċi |
A. INTRODUZZJONI
1. Il-prinċipji żviluppati f’dan l-Anness għandhom l-għan li jassiguraw li l-evalwazzjonijiet u d-deċiżjonijiet fir-rigward tal-awtorizzazzjoni ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, bil-kundizzjoni li jkunu preparazzjonijiet kimiċi, iwasslu għall-implimentazzjoni tar-rekwiżiti tal-Artikolu 29(1)(e) flimkien mal-Artikolu 4(3), l-Artikolu 29(1)(f), (g) u (h) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 mill-Istati Membri kollha f’livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali u tal-ambjent.
2. Fl-evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet u l-għoti tal-awtorizzazzjonijiet, l-Istati Membri għandhom:
(a) |
|
(b) |
jikkunsidraw id-dejta dwar is-sustanza attiva fil-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti tal-Anness mar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 544/2011 (2), sottomessa għall-finijiet tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009, u r-riżultati tal-evalwazzjoni ta’ dik id-dejta, mingħajr ħsara, fejn rilevanti, għad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 33(3), 34 u 59 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009; |
(c) |
iqisu kull informazzjoni teknika u xjentifika oħra rilevanti illi jistgħu raġonevolment jippossjedu dwar il-prestazzjoni tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti jew rigward l-effetti negattivi potenzjali tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti, il-komponenti jew ir-residwi tiegħu. |
3. Fejn fil-prinċipji speċifiċi dwar l-evalwazzjoni ssir referenza għad-dejta tal-Anness mar-Regolament (UE) Nru 544/2011 din għandha tinftiehem bħala d-dejta msemmija fil-punt 2 (b).
4. Meta d-dejta u l-informazzjoni mogħtija jkunu biżżejjed sabiex jippermettu li ssir l-evalwazzjoni għal wieħed mill-użi proposti, l-applikazzjonijiet iridu jiġu evalwati u trid tittieħed deċiżjoni dwar l-użu propost.
Billi jqisu l-ġustifikazzjonijiet mogħtija u bil-benefiċċju ta’ kwalunkwe kjarifika sussegwenti, l-Istati Membri għandhom jirrifjutaw applikazzjonijiet li fihom in-nuqqasijiet fid-dejta jkunu tali li ma jkunx possibbli li tiġi finalizzata l-evalwazzjoni u li tittieħed deċiżjoni ta’ min joqgħod fuqha dwar mill-inqas wieħed mill-użi proposti.
5. Matul il-proċess ta’ evalwazzjoni u ta’ teħid tad-deċiżjonijiet, l-Istati Membri għandhom jikkooperaw mal-applikanti sabiex isolvu kwalunkwe mistoqsija dwar id-dossier u sabiex jidentifikaw kmieni kwalunkwe studju addizzjonali li jkun meħtieġ għal evalwazzjoni xierqa tad-dossier, jew sabiex jemendaw kwalunkwe kundizzjoni proposta għall-użu tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti jew sabiex jimmodifikaw in-natura u l-kompożizzjoni tiegħu sabiex jassiguraw li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta’ dan l-Anness jew tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.
L-Istati Membri għandhom jaslu għal deċiżjoni raġunata fi żmien 12-il xahar minn meta jirċievu dossier teknikament komplet. Dossier teknikament komplet huwa wieħed li jissodisfa r-rekwiżiti kollha tal-Anness mar-Regolament (UE) Nru 545/2011.
6. Il-ġudizzji magħmula mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fil-proċess tal-evalwazzjoni u tat-teħid tad-deċiżjoni jridu jkunu msejsa fuq prinċipji xjentifiċi, preferibbilment rikonoxxuti fuq livell internazzjonali (per-eżempju, mill-EPPO), u jkunu magħmula bil-benefiċċju ta’ pariri esperti.
B. EVALWAZZJONI
1. Prinċipji ġenerali
1.1. Wara li jikkunsidraw l-għarfien xjentifiku u tekniku preżenti, l-Istati Membri għandhom jevalwaw l-informazzjoni msemmija fil-punt 2 tal-Parti A u b’mod partikolari:
(a) |
jivvalutaw il-prestazzjoni f’termini tal-effikaċja u l-fitotossiċità tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti għal kull użu li għalih tiġi mitluba l-awtorizzazzjoni; u |
(b) |
jidentifikaw il-perikli li jinħolqu, jivvalutaw is-sinifikat tagħhom u jagħmlu ġudizzju dwar il-perikli probabbli għall-bniedem, l-annimali jew l-ambjent. |
1.2. Skont it-termini tal-Artikolu 29 tar-Regolament (KE) ru 1107/2009, li fost l-oħrajn jispeċifika li l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw il-kundizzjonijiet normali kollha li fihom jista’ jintuża l-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti, u l-konsegwenzi tal-użu tiegħu, l-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-evalwazzjonijiet imwettqa jqisu l-kundizzjonijiet prattiċi proposti tal-użu u b’mod partikolari l-iskop tal-użu, id-doża, il-mod, il-frekwenza u l-iskeda tal-applikazzjonijiet, u n-natura u l-kompożizzjoni tal-preparazzjoni. Kull fejn ikun possibbli, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw ukoll il-prinċipji tal-kontroll integrat.
1.3. Fl-evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet sottomessi, l-Istati Membri għandhom iqisu l-kundizzjonijiet agrikoli, is-saħħa tal-pjanti jew tal-ambjent (inkluża l-klima) fiż-żoni fejn jintużaw.
1.4. Fl-interpretazzjoni tar-riżultati tal-evalwazzjonijiet, l-Istati Membru għandhom iqisu l-elementi possibbli ta’ inċertezza fit-tagħrif miksub matul l-evalwazzjoni, sabiex jiġi żgurat illi l-possibbiltà li ma jinstabux l-effetti negattivi jew li l-importanza tagħhom tiġi sottovalutata tiġi mnaqqsa għal minimu. Il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet għandu jiġi eżaminat sabiex jiġu identifikati l-punti kritiċi tad-deċiżjoni jew tal-punti ta’ dejta li minħabba fihom l-inċertezzi jistgħu jwasslu għal klassifika falza tar-riskju.
L-ewwel evalwazzjoni għandha tkun imsejsa fuq l-aħjar dejta disponibbli jew fuq stimi li jirriflettu l-kundizzjonijiet realistiċi tal-użu tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti.
Dan għandu jiġi segwit minn ripetizzjoni tal-evalwazzjoni, li tqis l-inċertezzi potenzjali fid-dejta kritika u ta’ firxa ta’ kundizzjonijiet ta’ użu illi x’aktarx jiġru u li jirriżultaw f’metodu realistiku tal-agħar każ, sabiex jiġi stabbilit jekk huwiex possibbli illi l-evalwazzjoni inizjali setgħet kienet differenti b’mod sinifikanti.
1.5. Meta l-prinċipji speċifiċi fit-Taqsima 2 jipprovdu għall-użu ta’ mudelli ta’ kalkolazzjoni fl-evalwazzjoni ta’ prodott għall-protezzjoni tal-pjanti, dawn il-mudelli għandhom:
— |
jagħmlu l-aħjar stima possibbli tal-proċessi kollha rilevanti involuti filwaqt li jitqiesu parametri u suppożizzjonijiet realistiċi, |
— |
jiġu sottomessi għall-analiżi kif imsemmi f’B, punt 1.4, |
— |
jiġu validati b’mod affidabbli f’ċirkustanzi rilevanti għall-użu tal-mudell, |
— |
ikunu rilevanti għall-kundizzjonijiet fiż-żona tal-użu. |
1.6. Meta fil-prinċipji speċifiċi ssir referenza għall-metaboliti, il-prodotti ta’ degradazzjoni jew ta’ reazzjoni, għandhom jitqiesu biss dawk illi jkunu rilevanti għall-kriterju propost.
2. Prinċipji speċifiċi
Għall-evalwazzjoni tad-dejta u l-informazzjoni ppreżentata b’appoġġ għall-applikazzjonijiet, u mingħajr preġudizzju għall-prinċipji ġenerali tat-Taqsima 1, l-Istati Membri għandhom jimplimentaw il-prinċipji li ġejjin.
2.1. Effikaċja
2.1.1. Meta l-użu propost jirrigwarda l-kontroll fuq jew il-protezzjoni kontra organiżmu, l-Istati Membri għandhom jevalwaw il-possibbiltà illi dan l-organiżmu jista’ jkun ta’ ħsara fil-kundizzjonijiet agrikoli, tas-saħħa tal-pjanti u tal-ambjent (inkluża l-klima) fiż-żona tal-użu propost.
2.1.2. Meta l-użu propost jirrigwarda effett differenti mill-kontroll fuq jew il-protezzjoni kontra organiżmu, l-Istati Membri għandhom jevalwaw jekk jistgħux jinqalgħu telf jew inkonvenjenza fil-kundizzjonijiet agrikoli, tas-saħħa tal-pjanti jew tal-ambjent (inkluża l-klima) fiż-żona tal-użu propost kieku ma jkunx intuża l-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti.
2.1.3. L-Istati Membri għandhom jevalwaw id-dejta tal-effikaċja dwar il-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti kif stipulat fl-Anness mar-Regolament UE) Nru 545/2011 billi jqisu l-livell ta’ kontroll jew il-firxa tal-effett mixtieq u billi jqisu l-kundizzjonijiet sperimentali rilevanti bħal:
— |
l-għażla tal-wiċċ tar-raba’ jew tal-varjetà mnissla bil-kultivazzjoni, |
— |
il-kundizzjonijiet agrikoli u ambjentali (inklużi dawk klimatiċi), |
— |
il-preżenza u d-densità tal-organiżmu li jġib il-ħsara, |
— |
l-istadju tal-iżvilupp tal-wiċċ tar-raba’ u tal-organiżmu, |
— |
l-ammont użat tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti, |
— |
jekk ikun meħtieġ fuq it-tikketta, l-ammont ta’ awżiljarju miżjud, |
— |
il-frekwenza u ż-żmien tal-applikazzjonijiet, |
— |
it-tip ta’ tagħmir użat fl-applikazzjoni. |
2.1.4. L-Istati Membri għandhom jevalwaw il-prestazzjoni tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti f’firxa ta’ kundizzjonijiet agrikoli, tas-saħħa tal-pjanti u ambjentali (inkluża l-klima) li x’aktarx jiltaqgħu magħhom fil-prattika fiżżona tal-użu propost u b’mod partikolari
(i) |
il-livell, il-konsistenza u t-tul tal-effett imfittex fir-rigward tad-doża meta mqabbla ma’ prodott jew prodotti xierqa ta’ referenza u ma’ kontroll mingħajr trattament; |
(ii) |
fejn rilevanti, l-effett fuq il-produzzjoni jew it-tnaqqis tat-telf waqt il-ħażna, f’termini ta’ kwantità u/jew kwalità, paragunati ma’ prodott jew prodotti xierqa ta’ referenza u ma’ kontroll mingħajr trattament. |
Meta ma jkun jeżisti l-ebda prodott xieraq ta’ referenza, l-Istati Membri għandhom jevalwaw il-prestazzjoni tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti sabiex jistabbilixxu jekk ikunx hemm benefiċċju konsistenti u li jista’ jiġi definit fil-kundizzjonijiet agrikoli, tas-saħħa tal-pjanti u ambjentali (inkluża l-klima) fiż-żona tal-użu propost.
2.1.5. Meta t-tikketta tal-prodott tinkludi rekwiżiti għall-użu tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti ma’ prodotti oħra għall-protezzjoni tal-pjanti u/jew awżiljarji bħala taħlita għat-tank, l-Istati Membri għandhom jagħmlu l-evalwazzjonijiet imsemmija fil-punti 2.1.1 sa 2.1.4 dwar it-tagħrif mogħti għat-taħlita tat-tank.
Meta t-tikketta tal-prodott tinkludi rakkomandazzjonijiet għall-użu tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti ma’ prodotti oħra għall-protezzjoni tal-pjanti u/jew awżiljarji bħala taħlita għat-tank, l-Istati Membri għandhom jevalwaw l-adegwatezza tat-taħlita u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħha.
2.2. In-nuqqas ta’ effetti mhux aċċettabbli fuq il-pjanti jew il-prodotti mill-pjanti
2.2.1. L-Istati Membri għandhom jevalwaw il-livell ta’ effetti ħżiena fuq il-wiċċ tar-raba’ trattat wara l-użu tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti skont il-kundizzjonijiet proposti ta’ użu meta mqabbel, fejn rilevanti, ma’ prodott jew prodotti xierqa ta’ referenza, fejn ikunu jeżistu, u/jew kontroll mhux ittrattat.
(a) |
Din l-evalwazzjoni għandha tikkunsidra l-informazzjoni li ġejja:
|
(b) |
Din l-evalwazzjoni għandha tinkludi:
|
2.2.2. Meta d-dejta disponibbli tindika li s-sustanza attiva jew metaboliti, prodotti tad-degradazzjoni jew ta’ reazzjoni jibqgħu preżenti fil-ħamrija u/jew ġewwa jew fuq sustanzi tal-pjanti fi kwantitajiet sinifikanti wara l-użu tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti skont il-kundizzjonijiet proposti tal-użu, l-Istati Membri għandhom jevalwaw il-livell ta’ effetti negattivi fuq l-uċuħ tar-raba’ sussegwenti. Din l-evalwazzjoni għandha titwettaq kif speċifikat fil-punt 2.2.1.
2.2.3. Meta t-tikketta tal-prodott tinkludi rekwiżiti għall-użu tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti ma’ prodotti oħra għall-protezzjoni tal-pjanti u/jew awżiljarji bħala taħlita għat-tank, l-evalwazzjoni kif speċifikata fil-punt 2.1.1 għandha titwettaq fir-rigward tat-tagħrif mogħti għat-taħlita tat-tank.
2.3. L-impatt fuq l-annimali bis-sinsla li jrid jiġi kkontrollat
Meta l-użu propost tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti jkollu l-għan li jeżerċita effett fuq annimali bis-sinsla, l-Istati Membri għandhom jevalwaw il-mekkaniżmu li bih jinkiseb dan l-effett u l-effetti osservati fuq l-imġiba u s-saħħa tal-annimali fil-mira; meta l-effett maħsub ikun dak li joqtol l-annimal fil-mira, huma għandhom jevalwaw il-ħin li jieħu l-annimal biex imut u l-kundizzjonijiet li fihom isseħħ il-mewt.
Din l-evalwazzjoni għandha tikkunsidra l-informazzjoni li ġejja:
(i) |
it-tagħrif kollu rilevanti kif stipulat fl-Anness mar-Regolament (UE) Nru 544/2011 u r-riżultati tal-evalwazzjoni tiegħu, inklużi l-istudji tossikoloġiċi u tal-metaboliżmu; |
(ii) |
it-tagħrif kollu rilevanti dwar il-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti fl-Anness mar-Regolament (UE) Nru 545/2011, inklużi l-istudji tossikoloġiċi u d-dejta dwar l-effikaċja. |
2.4. L-impatt fuq is-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali
2.4.1.
2.4.1.1. L-Istati Membri għandhom jevalwaw l-espożizzjoni tal-operatur għas-sustanza attiva u/jew għal komposti tossikoloġiċi rilevanti fil-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti li x’aktarx tiġri minħabba l-kundizzjonijiet proposti tal-użu (fosthom b’mod partikolari d-doża, il-metodu tal-applikazzjoni u l-kundizzjonijiet klimatiċi) billi preferibbilment tintuża dejta realistika dwar l-espożizzjoni u, jekk din id-dejta ma tkunx disponibbli, mudell xieraq ta’ kalkolu vvalidat.
(a) |
Din l-evalwazzjoni għandha tikkunsidra l-informazzjoni li ġejja:
|
(b) |
Din l-evalwazzjoni għandha ssir għal kull tip ta’ metodu ta’ applikazzjoni u tagħmir tal-applikazzjoni propost għall-użu tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti kif ukoll għat-tipi u d-daqsijiet differenti tal-kontenituri li jintużaw, filwaqt li jitqies it-taħlit, l-operazzjonijiet tat-tagħbija, l-applikazzjoni tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti, it-tindif u l-manutenzjoni ta’ rutina tat-tagħmir tal-applikazzjoni. |
2.4.1.2. L-Istati Membri għandhom jeżaminaw it-tagħrif relatat man-natura u l-karatteristiċi tal-ippakkjar propost b’referenza partikolari għall-aspetti li ġejjin:
— |
it-tip ta’ ppakkjar, |
— |
il-qisien tiegħu u kemm jesa’ (il-kapaċità), |
— |
id-daqs tal-fetħa, |
— |
it-tip ta’ għeluq, |
— |
is-saħħa tiegħu, kemm jissiġilla ruħu sewwa kontra t-tnixxija u r-reżistenza tiegħu għat-trasport u l-immaniġġjar normali, |
— |
ir-reżistenza tiegħu għall-kontenut u l-kompatibbiltà miegħu. |
2.4.1.3. L-Istati Membri għandhom jeżaminaw in-natura u l-karatteristiċi tal-ilbies u tat-tagħmir protettiv propost b’referenza partikolari għall-aspetti li ġejjin:
— |
kemm jinkisbu malajr u kemm huma xierqa, |
— |
kemm jintlibsu malajr billi jitqiesu l-pressjoni fiżika u l-kundizzjonijiet klimatiċi. |
2.4.1.4. L-Istati Membri għandhom jevalwaw il-possibbiltà ta’ espożizzjoni ta’ bnedmin oħra (nies ta’ madwar jew ħaddiema esposti wara l-applikazzjoni tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti) jew annimali oħra għas-sustanza attiva u/jew għal komposti oħra tossikoloġikament rilevanti fil-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti minħabba l-kundizzjonijiet proposti għall-użu.
Din l-evalwazzjoni għandha tikkunsidra l-informazzjoni li ġejja:
(i) |
l-istudji tossikoloġiċi u tal-metaboliżmu dwar is-sustanzi attivi kif stipulat fl-Anness mar-Regolament (UE) Nru 544/2011 u r-riżultati tal-evalwazzjoni tagħhom, inkluż il-livell aċċettabbli ta’ espożizzjoni tal-operatur; |
(ii) |
l-istudji tossikoloġiċi stipulati fl-Anness mar-Regolament (UE) Nru 545/2011 inkluż fejn xieraq l-istudji tal-assorbiment dermali; |
(iii) |
tagħrif ieħor rilevanti dwar il-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti kif stipulat fl-Anness mar-Regolament (UE) Nru 545/2011 bħal:
|
2.4.2.
2.4.2.1. L-Istati Membri għandhom jevalwaw l-informazzjoni speċifika dwar it-tossikoloġija kif stipulat fl-Anness mar-Regolament (UE) Nru 544/2011 u b’mod partikolari:
— |
il-kalkolu tal-konsum aċċettabli fil-ġurnata (ADI), |
— |
l-identifikazzjoni tal-metaboliti, tal-prodotti tad-degradazzjoni u tal-prodotti mir-reazzjoni fil-pjanti jew prodotti mill-pjanti trattati, |
— |
l-imġiba tar-residwi tas-sustanza attiva u l-metaboliti tagħha mill-waqt tal-applikazzjoni sal-ħsad, jew fil-każ ta’ użi wara l-ħsad, sakemm il-prodotti mill-pjanti maħżuna jitgħabbew għal barra. |
2.4.2.2. Qabel ma jiġu evalwati l-livelli tar-residwi fil-provi rapportati jew fi prodotti ta’ oriġini mill-annimali, l-Istati Membri għandhom jeżaminaw it-tagħrif li ġej:
— |
id-dejta dwar il-prattika agrikola tajba proposta, fosthom id-dejta dwar l-applikazzjoni kif stipulat fl-Anness mar-Regolament (UE) Nru 545/2011 u l-intervalli proposti ta’ qabel il-ħsad għall-użi previsti, jew il-perjodi ta’ żamma jew ħażna, fil-każ ta’ użi wara l-ħsad, |
— |
in-natura tal-preparazzjoni, |
— |
il-metodi analitiċi u d-definizzjoni tar-residwi. |
2.4.2.3. Fuq il-bażi ta’ mudelli statistiċi xierqa, l-Istati Membri għandhom jevalwaw il-livelli ta’ residwi osservati fil-provi rappurtati. Din l-evalwazzjoni għandha ssir għal kull wieħed mill-użi proposti u għandha tqis:
(i) |
il-kundizzjonijiet tal-użu proposti tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti; |
(ii) |
it-tagħrif speċifiku dwar ir-residwi ġewwa jew fuq il-pjanti trattati, il-prodotti mill-pjanti, l-ikel u l-għalf kif stipulat fl-Anness mar-Regolament (UE) Nru 545/2011 u d-distribuzzjoni tar-residwi bejn partijiet li jittieklu u dawk li ma jittiklux; |
(iii) |
it-tagħrif speċifiku dwar ir-residwi ġewwa jew fuq il-pjanti trattati, il-prodotti mill-pjanti, l-ikel u l-għalf kif stipulati fl-Anness mar-Regolament (UE) Nru 544/2011 u r-riżultati tal-evalwazzjoni tiegħu; |
(iv) |
il-possibbiltajiet realistiċi tal-estrapolazzjoni ta’ dejta minn wiċċ għall-ieħor. |
2.4.2.4. L-Istati Membri għandhom jevalwaw il-livelli tar-residwi osservati fi prodotti li joriġinaw mill-annimali, billi jqisu t-tagħrif stipulat fil-punt 8.4 tal-Parti A tal-Anness mar-Regolament (UE) Nru 545/2011 u r-residwi li jirriżultaw minn użi oħra.
2.4.2.5. L-Istati Membri għandhom jagħmlu stima tal-espożizzjoni potenzjali tal-konsumaturi permezz tad-dieta u, fejn rilevanti, manjieri oħra ta’ espożizzjoni, billi jużaw mudell xieraq ta’ kalkolazzjoni. Din l-evalwazzjoni għandha tikkunsidra, fejn ikun rilevanti, sorsi oħra ta’ informazzjoni bħalma huma użi oħra awtorizzati ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom l-istess sustanza attiva jew li jwasslu għall-istess residwi.
2.4.2.6. L-Istati Membri għandhom, fejn rilevanti, jagħmlu stima tal-espożizzjoni tal-annimali, billi jqisu l-livelli ta’ residwi osservati fil-pjanti jew fil-prodotti mill-pjanti trattati maħsuba sabiex jingħataw bħala għalf lill-annimali.
2.5. L-influwenza fuq l-ambjent
2.5.1.
Fl-evalwazzjoni tad-destin u kif jinfirex il-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti fl-ambjent, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw l-aspetti kollha tal-ambjent, inklużi l-bijoti, u b’mod partikolari dawn li ġejjin:
2.5.1.1. |
L-Istati Membri għandhom jevalwaw il-possibbiltà li l-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti jilħaq il-ħamrija fil-kundizzjonijiet proposti għall-użu; jekk tkun teżisti din il-possibbiltà, huma għandhom jistmaw ir-rata u r-rotta ta’ degradazzjoni fil-ħamrija, il-mobilità fil-ħamrija u l-bidla fil-konċentrazzjoni (li tista’ titneħħa u li ma tistax titneħħa) (3) tas-sustanza attiva u tal-metaboliti rilevanti, il-prodotti tad-degradazzjoni u ta’ reazzjoni li tista’ tkun mistennija fil-ħamrija fiż-żona tal-użu previst wara l-użu tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti skont il-kundizzjonijiet proposti tal-użu. Din l-evalwazzjoni għandha tikkunsidra l-informazzjoni li ġejja:
|
2.5.1.2. |
L-Istati Membri għandhom jevalwaw il-possibbiltà li l-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti jilħaq l-ilma ta’ taħt l-art fil-kundizzjonijiet proposti tal-użu; jekk tkun teżisti din il-possibbiltà, huma għandhom jistmaw, bl-użu ta’ metodu xieraq ta’ kalkolazzjoni validat fil-livell tal-UE, il-konċentrazzjoni tas-sustanza attiva u tal-metaboliti, il-prodotti ta’ degradazzjoni u ta’ reazzjoni li jistgħu jkunu mistennija fl-ilma ta’ taħt l-art fiż-żona tal-użu propost wara l-użu tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti skont il-kundizzjonijiet proposti tal-użu. Sakemm ma jkunx hemm mudell ta’ kalkolazzjoni tal-UE validat, l-Istati Membri għandhom jibbażaw l-evalwazzjoni tagħhom b’mod partikolari fuq ir-riżultati tal-istudji tal-mobilità u l-persistenza fil-ħamrija kif stipulat fl-Anness mar-Regolament (UE) Nru 544/2011 u r-Regolament (UE) Nru 545/2011. Din l-evalwazzjoni għandha tikkunsidra l-informazzjoni li ġejja:
|
2.5.1.3. |
L-Istati Membri għandhom jevalwaw il-possibbiltà li l-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti jmiss l-ilma tal-wiċċ fil-kundizzjonijiet proposti għall-użu; jekk tkun teżisti din il-possibbiltà, huma għandhom jistmaw, bl-użu ta’ metodu xieraq ta’ kalkolazzjoni validat fil-livell tal-UE, il-konċentrazzjoni mbassra fuq perjodu qasir u twil tas-sustanza attiva u tal-metaboliti, il-prodotti ta’ degradazzjoni u ta’ reazzjoni li jistgħu jkunu mistennija fl-ilma tal-wiċċ fiż-żona tal-użu previst wara l-użu tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti skont il-kundizzjonijiet proposti tal-użu. Jekk m’hemmx mudell ta’ kalkolazzjoni tal-UE validat, l-Istati Membri għandhom jibbażaw l-evalwazzjoni tagħhom speċjalment fuq ir-riżultati tal-istudji tal-mobilità u l-persistenza fil-ħamrija u t-tagħrif dwar l-iskol u l-moviment tal-kurrent kif stipulat fl-Anness mar-Regolament (UE) Nru 544/2011 u għar-Regolament (UE) Nru 545/2011. Din l-evalwazzjoni għandha tikkunsidra wkoll l-informazzjoni li ġejja:
|
2.5.1.4. |
L-Istati Membri għandhom jevalwaw il-possibbiltà illi l-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti jiġi mxerred fl-arja fil-kundizzjonijiet proposti għall-użu; jekk tkun teżisti din il-possibbiltà, huma għandhom jagħmlu l-aħjar stima possibbli, billi fejn ikun hemm bżonn jużaw mudell xieraq validat ta’ kalkolazzjoni, il-konċentrazzjoni tas-sustanza attiva u tal-metaboliti, il-prodotti ta’ degradazzjoni u ta’ reazzjoni rilevanti li jistgħu jkunu mistennija fl-arja wara l-użu tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti skont il-kundizzjonijiet proposti tal-użu. Din l-evalwazzjoni għandha tikkunsidra l-informazzjoni li ġejja:
|
2.5.1.5. |
L-Istati Membri għandhom jevalwaw il-proċeduri għall-qerda jew id-dekontaminazzjoni tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti u l-imballaġġ tiegħu. |
2.5.2.
Meta jkunu qegħdin jikkalkolaw il-proporzjonijiet ta’ tossiċità/espożizzjoni, l-Istati Membri għandhom iqisu l-iktar organiżmu sensittiv rilevanti użat fit-testijiet.
2.5.2.1. L-Istati Membri għandhom jevalwaw il-possibbiltà ta’ espożizzjoni tal-għasafar u annimali oħra terrestri bis-sinsla għall-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti fil-kundizzjonijiet proposti għall-użu; jekk tkun teżisti din il-possibbiltà, huma għandhom jevalwaw il-livell tar-riskju fuq perjodu qasir u twil li għandu jkun mistenni għal dawn l-organiżmi, inkluża r-riproduzzjoni tagħhom, wara l-użu tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti skont il-kundizzjonijiet proposti tal-użu.
(a) |
Din l-evalwazzjoni għandha tikkunsidra l-informazzjoni li ġejja:
|
(b) |
Din l-evalwazzjoni għandha tinkludi:
|
2.5.2.2. L-Istati Membri għandhom jevalwaw il-possibbiltà tal-espożizzjoni ta’ orġaniżmi akkwatiċi għall-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti skont fil-kundizzjonijiet proposti għall-użu; jekk tkun teżisti din il-possibbiltà, huma għandhom jevalwaw il-livell ta’ riskju fuq perjodu qasir u fit-tul li għandu jkun mistenni għall-organiżmi akkwatiċi wara l-użu tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti skont il-kundizzjonijiet proposti tal-użu.
(a) |
Din l-evalwazzjoni għandha tikkunsidra l-informazzjoni li ġejja:
|
(b) |
Din l-evalwazzjoni għandha tinkludi:
|
2.5.2.3. L-Istati Membri għandhom jevalwaw il-possibbiltà tal-espożizzjoni tan-naħal tal-għasel għall-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti fil-kundizzjonijiet proposti għall-użu; jekk tkun teżisti din il-possibbiltà, huma għandhom jevalwaw ir-riskju fuq perjodu qasir u fit-tul li għandu jiġi mistenni għan-naħal tal-għasal wara l-użu tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti skont il-kundizzjonijiet proposti tal-użu.
(a) |
Din l-evalwazzjoni għandha tikkunsidra l-informazzjoni li ġejja:
|
(b) |
Din l-evalwazzjoni għandha tinkludi:
|
2.5.2.4. L-Istati Membri għandhom jevalwaw il-possibbiltà ta’ espożizzjoni ta’ artropodi oħra ta’ ġid għajr in-naħal tal-għasel għall-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti fil-kundizzjonijiet proposti għall-użu; jekk tkun teżisti din il-possibbiltà, huma għandhom jivvalutaw l-effetti letali u subletali li għandhom ikunu mistennija fuq dawn l-organiżmi u t-tnaqqis fl-attività tagħhom wara l-użu tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti skont il-kundizzjonijiet proposti tal-użu.
Din l-evalwazzjoni għandha tikkunsidra l-informazzjoni li ġejja:
(i) |
it-tagħrif speċifiku dwar it-tossiċità għan-naħal tal-għasel u artropodi oħra ta’ benefiċċju kif stipulat fl-Anness mar-Regolament (UE) Nru 544/2011 u r-riżultati tal-evalwazzjoni tiegħu; |
(ii) |
tagħrif ieħor rilevanti dwar is-sustanza attiva bħal:
|
(iii) |
it-tagħrif kollu rilevanti dwar il-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti kif stipulat fl-Anness mar-Regolament (UE) Nru 545/2011 bħal:
|
(iv) |
fejn rilevanti, użi oħra awtorizzati ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti fiż-żona tal-użu previst, li jkun fihom l-istess sustanza attiva u li joħolqu l-istess residwi. |
2.5.2.5. L-Istati Membri għandhom jevalwaw il-possibbiltà ta’ espożizzjoni tal-ħniex tal-art u makroorganiżmi oħra tal-ħamrija li mhumiex fil-mira, għall-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti fil-kundizzjonijiet proposti għall-użu; jekk tkun teżisti din il-possibbiltà, huma għandhom jevalwaw il-livell ta’ riskju fuq perjodu qasir u fit-tul li għandu jkun mistenni għal dawn l-organiżmi wara l-użu tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti skont il-kundizzjonijiet proposti tal-użu.
(a) |
Din l-evalwazzjoni għandha tikkunsidra l-informazzjoni li ġejja:
|
(b) |
Din l-evalwazzjoni għandha tinkludi:
|
2.5.2.6. Meta l-evalwazzjoni mwettqa skont il-punt 2.5.1.1. ma teskludix il-possibbiltà li l-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti jilħaq il-ħamrija fil-kundizzjonijiet proposti tal-użu, l-Istati Membri għandhom jevalwaw l-impatt fuq l-attività mikrobika bħalma huma l-proċessi ta’ mineralizzazzjoni tan-nitroġenu u tal-karbonju fil-ħamrija wara l-użu tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti skont il-kundizzjonijiet proposti tal-użu.
Din l-evalwazzjoni għandha tikkunsidra l-informazzjoni li ġejja:
(i) |
it-tagħrif kollu rilevanti dwar is-sustanza attiva, inkluż it-tagħrif speċifiku relatat mal-effetti fuq il-mikroorganiżmi tal-ħamrija li mhumiex fil-mira kif stipulat fl-Anness mar-Regolament (UE) Nru 544/2011 u r-riżultati tal-evalwazzjoni tiegħu; |
(ii) |
it-tagħrif kollu rilevanti dwar il-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti kif stipulat fl-Anness mar-Regolament (UE) Nru 545/2011, inklużi l-effetti fuq il-mikroorganiżmi tal-ħamrija li mhumiex fil-mira; |
(iii) |
fejn rilevanti, użi oħra awtorizzati ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti fiż-żona tal-użu propost, li jkun fihom l-istess sustanza attiva jew li joħolqu l-istess residwi; |
(iv) |
it-tagħrif kollu disponibbli mill-għarbil bijoloġiku primarju. |
2.6. Metodi analitiċi
L-Istati Membri għandhom jevalwaw il-metodi analitiċi proposti għall-finijiet ta’ kontroll u monitoraġġ wara r-reġistrazzjoni, sabiex jistabbilixxu:
2.6.1. |
għall-analiżi tal-formulazzjoni: in-natura u l-kwatità tas-sustanza/i attiva/i fil-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti u, fejn jixraq, kull impurità u koformulanti li huma tossikoloġikament, ekotossikoloġikament jew ambjentalment sinifikanti. Din l-evalwazzjoni għandha tikkunsidra l-informazzjoni li ġejja:
|
2.6.2. |
Għall-analiżi tar-residwi: ir-residwi tas-sustanza attiva, il-metaboliti, il-prodotti tal-bdil fl-istruttura kimika jew ta’ reazzjoni li jirriżultaw mill-użi awtorizzati tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti u li huma ta’ importanza tossikoloġika, ekotossikoloġika jew ambjentali. Din l-evalwazzjoni għandha tikkunsidra l-informazzjoni li ġejja:
|
2.7. Proprjetajiet fiżiċi u kimiċi
2.7.1. L-Istati Membri għandhom jevalwaw il-kontenut attwali tas-sustanza attiva tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti u l-istabbilità tagħha waqt il-ħażna.
2.7.2. L-Istati Membri għandhom jevalwaw il-proprjetajiet fiżiċi u kimiċi tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti u b’mod partikolari:
— |
meta teżisti speċifikazzjoni xierqa tal-FAO (l-Organizzazzjoni għall-Ikel u l-Agrikultura tan-Nazzjonijiet Uniti), il-proprjetajiet fiżiċi u kimiċi indirizzati f’dik l-ispeċifikazzjoni, |
— |
meta ma tkun teżisti l-ebda speċifikazzjoni xierqa tal-FAO, il-proprjetajiet fiżiċi u kimiċi rilevanti kollha għall-formulazzjoni kif imsemmija fil-“Manwal dwar l-iżvilupp u l-użu tal-i speċifikazzjonijiet tal-FAO u tad-WHO għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti”. |
Din l-evalwazzjoni għandha tikkunsidra l-informazzjoni li ġejja:
(i) |
id-dejta dwar il-proprjetajiet fiżiċi u kimiċi tas-sustanza attiva kif stipulat fl-Anness mar-Regolament (UE) Nru 544/2011 u r-riżultati tal-evalwazzjoni tagħha; |
(ii) |
id-dejta dwar il-proprjetajiet fiżiċi u kimiċi tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti kif stipulat fl-Anness mar-Regolament (UE) Nru 545/2011. |
2.7.3. Meta l-pretensjonijiet proposti fuq it-tikketta jinkludu rekwiżiti jew rakkomandazzjonijiet għall-użu tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti ma’ prodotti oħra għall-protezzjoni tal-pjanti jew ma’ awżiljari bħala taħlita għat-tank, għandha tiġi evalwata l-kompatibbiltà fiżika u kimika tal-prodotti fit-taħlita.
C. TEĦID TAD-DEĊIŻJONIJIET
1. Prinċipji ġenerali
1.1. Fejn ikun xieraq, l-Istati Membri għandhom jimponu kundizzjonijiet jew restrizzjonijiet fuq l-awtorizzazzjonijiet li jagħtu. In-natura u s-severità ta’ dawn il-miżuri jridu jintgħażlu fuq il-bażi ta’, u jridu jkunu xierqa skont, in-natura u l-firxa tal-vantaġġi mistennija u r-riskji li x’aktarx jinħolqu.
1.2. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li, fejn ikun meħtieġ, id-deċiżjonijiet li jittieħdu fir-rigward tal-għoti tal-awtorizzazzjonijiet iqisu l-kundizzjonijiet agrikoli, tas-saħħa tal-pjanti u ambjentali (inkluża l-klima) fiż-żoni tal-użu previst. Konsiderazzjonijiet bħal dawn jistgħu jwasslu għal kundizzjonijiet u restrizzjonijiet speċifiċi tal-użu, u fejn ikun meħtieġ, sabiex tingħata awtorizzazzjoni għal xi żoni iżda mhux oħrajn fi ħdan l-Istat Membru inkwistjoni.
1.3. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-ammonti awtorizzati, f’termini ta’ rati u numru ta’ applikazzjonijiet, ikunu l-minimu neċessarju sabiex jinkiseb l-effett mixtieq anki meta ammonti ogħla ma jwasslux għal riskji mhux aċċettabbli għas-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali jew għall-ambjent. L-ammonti awtorizzati jridu jiġu differenzjati skont, u jkunu adattati għall-kundizzjonijiet agrikoli, tas-saħħa tal-pjanti jew ambjentali (fosthom il-klima) fid-diversi żoni li għalihom tingħata awtorizzazzjoni. Madankollu, ir-rati u n-numru ta’ applikazzjonijiet ma jistgħux joħolqu effetti mhux mixtieqa bħalma hu l-iżvilupp tar-reżistenza.
1.4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi d-deċiżjonijiet jirrispettaw il-prinċipji ta’ kontroll integrat jekk il-prodott ikun maħsub biex jintuża f’kundizzjonijiet meta dawn il-prinċipji jkunu ta’ min joqgħod fuqhom.
1.5. Billi l-evalwazzjoni għandha tkun ibbażata fuq dejta li tirrigwarda numru limitat ta’ speċi rappreżentattivi, l-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-użu tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti ma jkollux riperkussjonijiet fit-tul fuq l-abbundanza u d-diversità tal-ispeċi li mhumiex fil-mira.
1.6. Qabel ma joħorġu awtorizzazzjoni, l-Istati Membri għandhom jassiguraw li t-tikketta tal-prodott:
— |
tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 547/2011 (4), |
— |
tinkludi wkoll l-informazzjoni dwar il-protezzjoni tal-utenti li hija meħtieġa mil-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema, |
— |
tispeċifika b’mod partikolari l-kundizzjonijiet jew ir-restrizzjonijiet illi bihom il-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti jista’ jew ma jistax jintuża kif imsemmi fil-punti 1.1, 1.2, 1.3, 1.4 u 1.5 iktar ’il fuq. |
L-awtorizzazzjoni għandha ssemmi d-dettalji indikati fid-Direttiva 1999/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) u fir-Regolament (UE) Nru 547/2011.
1.7. Qabel ma joħorġu l-awtorizzazzjonijiet, l-Istati Membri għandhom:
(a) |
jassiguraw li l-imballaġġ propost ikun skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 1999/45/KE; |
(b) |
jassiguraw li:
ikunu skont id-dispożizzjonijiet regolatorji rilevanti. |
1.8. Ma għandha tingħata l-ebda awtorizzazzjoni sakemm ma jkunux issodisfati r-rekwiżiti kollha msemmija fit-Taqsima 2. Madankollu:
(a) |
meta wieħed jew aktar mir-rekwiżiti speċifiċi għat-teħid tad-deċiżjonijiet li hemm imsemmija fil-punti 2.1, 2.2, 2.3 jew 2.7 ma jiġux issodisfati b’mod sħiħ, l-awtorizzazzjonijiet għandhom jingħataw biss meta l-vantaġġi tal-użu tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti fil-kundizzjonijiet proposti tal-użu jkunu akbar mill-effetti negattivi possibbli tal-użu tiegħu. Kull restrizzjoni dwar l-użu tal-prodott li għandha x’taqsam man-nuqqas ta’ konformità ma’ xi wħud mir-rekwiżiti msemmija iktar ’il fuq trid tissemma fuq it-tikketta, u n-nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti msemmija fil-punt 2.7 ma jridx jikkomprometti l-użu xieraq tal-prodott. Dawn il-vantaġġi jistgħu jkunu f’termini ta’:
|
(b) |
meta l-kriterji msemmija fil-punt 2.6 ma jiġux issodisfati kompletament minħabba limitazzjonijiet fix-xjenza u t-teknoloġija analitika preżenti, għandha tingħata awtorizzazzjoni għal żmien limitat jekk il-metodi sottomessi jirriżultaw adegwati għall-iskopijiet maħsuba. F’dan il-każ l-applikant għandu jingħata limitu taż-żmien li fih irid jiżviluppa u jissottometti metodi analitiċi li jkunu skont dawk il-kriterji. L-awtorizzazzjoni għandha tiġi riveduta malli jiskadi l-limitu taż-żmien mogħti lill-applikant; |
(c) |
fejn ir-riproduċibilità tal-metodi analitiċi ppreżentati msemmija fil-punt 2.6 tkun ġiet ivverifikata f’żewġ laboratorji biss, għandha tingħata awtorizzazzjoni għal sena waħda sabiex l-applikant ikun jista’ juri r-riproduċibilità ta’ dawk il-metodi skont il-kriterji maqbula. |
1.9. Meta awtorizzazzjoni tkun ingħatat skont ir-rekwiżiti stipulati f’dan l-Anness, l-Istati Membri jistgħu, bis-saħħa tal-Artikolu 44 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009:
(a) |
jiddefinixxu, fejn possibbli, b’kooperazzjoni mill-qrib mal-applikant, il-miżuri sabiex itejbu l-prestazzjoni tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti, u/jew |
(b) |
jiddefinixxu, fejn possibbli, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-applikant, miżuri sabiex inaqqsu aktar l-espożizzjoni illi jista’ jkun hemm matul u wara l-użu tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti. |
L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-applikanti b’kull miżura identifikata skont (a) u (b) u għandhom jistiednu lill-applikanti sabiex jipprovdu d-dejta u t-tagħrif supplimentari kollha meħtieġa sabiex juru l-prestazzjoni jew ir-riskji potenzjali fil-kundizzjonijiet mibdula.
2. Prinċipji speċifiċi
Il-prinċipji speċifiċi għandhom japplikaw bla ħsara għall-prinċipji ġenerali msemmija fit-Taqsima 1.
2.1. Effikaċja
2.1.1. Fejn l-użi proposti jinkludu rakkomandazzjonijiet għall-kontroll ta’ jew protezzjoni kontra organiżmi li ma jkunux ikkunsidrati ta’ ħsara fuq il-bażi tal-esperjenza miksuba jew ta’ evidenza xjentifika f’kundizzjonijiet agrikoli, tas-saħħa tal-pjanti u ambjentali (inkluża l-klima) normali fiż-żoni tal-użu propost jew fejn l-effetti intenzjonati l-oħra ma jkunux ikkunsidrati bħala ta’ benefiċċju f’dawk il-kundizzjonijiet, ma għandhiex tingħata awtorizzazzjoni għal dawk l-użi.
2.1.2. Il-livell, il-konsistenza u t-tul taż-żmien tal-kontroll jew tal-protezjoni jew ta’ effetti oħra maħsuba jistgħu jkunu jixbhu lil dawk li jirriżultaw mill-użu ta’ prodotti xierqa ta’ referenza. Jekk ma jkun jeżisti l-ebda prodott xieraq ta’ referenza, il-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti jrid jintwera illi jagħti benefiċċju xieraq f’termini tal-livell, il-konsistenza u t-tul taż-żmien tal-kontroll jew tal-protezzjoni jew ta’ effetti oħra maħsuba fil-kundizzjonijiet agrikoli, tas-saħħa tal-pjanti u ambjentali (inkluża l-klima) fiż-żona tal-użu propost.
2.1.3. Fejn ikun rilevanti, ir-riżultat tal-produzzjoni meta l-prodott jintuża u t-tnaqqis tat-telf fil-ħażna jridu jixbhu kwantitattivament u/jew kwalitattivament lil dawk li joħorġu mill-użu ta’ prodotti xierqa ta’ referenza. Jekk ma jkun jeżisti l-ebda prodott xieraq ta’ referenza, il-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti jrid jintwera li jagħti benefiċċju konsistenti u definit kwantitattivament u/jew kwalitattivament f’termini tar-riżultat mill-produzzjoni u t-tnaqqis tat-telf fil-ħażna fil-kundizzjonijiet agrikoli, tas-saħħa tal-pjanti u ambjentali (inkluża l-klima) fiż-żona tal-użu propost.
2.1.4. Il-konklużjonijiet dwar il-prestazzjoni tal-preparazzjoni jridu jkunu validi għaż-żoni kollha tal-Istat Membru li fih tkun se tiġi awtorizzata, u jridu jgħoddu għall-kundizzjonijiet kollha li fihom ikun propost l-użu tagħha, ħlief meta t-tikketta proposta tispeċifika li l-preparazzjoni hija maħsuba għall-użu f’ċerti ċirkustanzi speċifikati (eż. infestazzjonijiet ħfief, tipi ta’ ħamrija partikolari jew kundizzjonijiet partikolari ta’ tkabbir).
2.1.5. Meta l-pretensjonijiet proposti fuq it-tikketta jinkludu rekwiżiti għall-użu tal-preparazzjoni ma’ prodotti speċifiċi għall-protezzjoni tal-pjanti jew awżiljarji bħala taħlita għat-tank, it-taħlita trid tikseb l-effett mixtieq u tikkonforma mal-prinċipji msemmija fil-punti 2.1.1 sa 2.1.4.
Meta l-pretensjonijiet proposti fuq it-tikketta jinkludu rakkomandazzjonijiet għall-użu tal-preparazzjoni ma’ prodotti speċifiċi għall-protezzjoni tal-pjanti jew awżiljarji bħala taħlita għat-tank, l-Istati Membri ma għandhomx jaċċettaw ir-rakkomandazzjonijiet sakemm ma jkunux ġustifikati.
2.2. In-nuqqas ta’ effetti mhux aċċettabbli fuq il-pjanti jew il-prodotti mill-pjanti
2.2.1. Ma jridx ikun hemm effetti fitotossiċi rilevanti fuq il-pjanti jew il-prodotti mill-pjanti trattati għajr meta t-tikketta proposta tindika limitazzjonijiet xierqa tal-użu.
2.2.2. M’għandux ikun hemm nuqqas fil-produzzjoni fil-ħsad minħabba effetti fitotossiċi taħt dak li jista’ jiġi miksub mingħajr l-użu tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti, għajr jekk dan it-tnaqqis jiġi kkumpensat b’vantaġġi oħra bħalma huwa t-titjib fil-kwalità tal-pjanti jew prodotti mill-pjanti trattati.
2.2.3. M’għandux ikun hemm effetti ħżiena mhux aċċettabbli fuq il-kwalità tal-pjanti jew il-prodotti mill-pjanti ttrattati, ħlief fil-każ ta’ effetti ħżiena fuq l-ipproċessar fejn il-pretensjonijiet proposti fuq it-tikketta jispeċifikaw li l-preparazzjoni ma għandhiex tiġi applikata fuq uċuħ tar-raba’ li se jintużaw għal skopijiet ta’ pproċessar.
2.2.4. M’għandux ikun hemm effetti negattivi mhux aċċettabbli fuq il-pjanti jew il-prodotti mill-pjanti ttrattati li jintużaw għat-tkattir jew għar-riproduzzjoni, bħalma huma l-effetti fuq il-vijabilità, il-ġerminazzjoni, in-nibta, it-tkabbir tal-għeruq u t-twaqqif, għajr meta l-pretensjonijiet proposti fuq it-tikketta jispeċifikaw illi l-preparazzjoni ma għandhiex tiġi applikata għall-pjanti jew il-prodotti mill-pjanti li jkunu sejrin jintużaw għat-tkattir jew għar-riproduzzjoni.
2.2.5. Ma jrid ikun hemm l-ebda impatt mhux aċċettabbli fuq l-uċuħ tar-raba’ li jiġu wara, ħlief meta l-pretensjonijiet proposti fuq it-tikketta jispeċifikaw li wċuħ tar-raba’ partikolari, li jkunu se jiġu affettwati, ma għandhomx jitkabbru wara l-wiċċ trattat.
2.2.6. Ma jrid ikun hemm l-ebda impatt mhux aċċettabbli fuq uċuħ tar-raba’ ġirien, għajr meta l-pretensjonijiet proposti fuq it-tikketta jispeċifikaw illi l-preparazzjoni ma għandhiex tiġi applikata meta jkun hemm uċuħ tar-raba’ partikolari u sensittivi li jmissu mal-wiċċ.
2.2.7. Meta l-pretensjonijiet proposti fuq it-tikketta jinkludu rekwiżiti sabiex il-preparazzjoni tintuża ma’ prodotti oħra għall-protezzjoni tal-pjanti jew ma’ awżiljarji, bħala taħlita għat-tank, it-taħlita trid tikkonforma mal-prinċipji msemmija fil-punti 2.2.1 sa 2.2.6.
2.2.8. L-istruzzjonijiet proposti għat-tindif tat-tagħmir tal-applikazzjoni jridu jkunu kemm prattiċi kif ukoll effettivi sabiex ikunu jistgħu jiġu applikati bil-kumdità hekk li jiżguraw it-tneħħija ta’ traċċi tar-residwi tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti li jistgħu sussegwentement jagħmlu l-ħsara.
2.3. L-impatt fuq l-annimali bis-sinsla li jridu jiġu kontrollati
Awtorizzazzjoni għal prodott għall-protezzjoni tal-pjanti maħsub sabiex jelimina annimali bis-sinsla għandha tingħata biss meta:
— |
il-mewt tiġi fl-istess waqt mat-telf tas-sensi, jew |
— |
il-mewt tiġri fil-pront, jew |
— |
il-funzjonijiet vitali jitnaqqsu gradwalment mingħajr sinjali evidenti ta’ tbatija. |
Għall-prodotti repellenti, l-effett maħsub għandu jinkiseb mingħajr tbatija u wġigħ żejjed għall-annimali fil-mira.
2.4. L-impatt fuq is-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali
2.4.1.
2.4.1.1. Ma għandha tingħata l-ebda awtorizzazzjoni jekk il-livell ta’ espożizzjoni tal-operatur fl-immaniġġjar u l-użu tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti fil-kundizzjonijiet proposti tal-użu, inkluż il-metodu tad-dożaġġ u l-applikazzjoni, jaqbeż l-AOEL.
Barra minn hekk, il-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni għandhom jikkonformaw mal-valur tal-limitu stabbilit għas-sustanza attiva u/jew il-kompost(i) tossikoloġikament rilevanti skont id-Direttiva tal-Kunsill 98/24/KE (6) u skont id-Direttiva 2004/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7).
2.4.1.2. Fejn il-kundizzjonijiet proposti tal-użu jeħtieġu l-użu ta’ lbies u tagħmir protettiv, ma għandha tingħata l-ebda awtorizzazzjoni sakemm dawk l-affarijiet ma jkunux effettivi u skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-UE u jkunu jistgħu jinkisbu malajr mill-utent u sakemm ma jkunx vijabbli li jintużaw fiċ-ċirkustanzi tal-użu tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti, billi jitqiesu b’mod partikolari l-kundizzjonijiet klimatiċi.
2.4.1.3. Il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li minħabba proprjetajiet partikolari jew għaliex imqandla jew użati ħażin iwasslu għal grad għoli ta’ riskju jridu jgħaddu minn restrizzjonijiet partikolari bħalma huma restrizzjonijiet dwar id-daqs tal-pakkett, it-tip tal-formulazzjoni, id-distribuzzjoni, l-użu jew kif jintużaw.
Barra minn hekk, ma jistgħux ikunu awtorizzati għall-użu minn utenti mhux professjonisti dawk il-prodotti li huma kklassifikati bħala:
(i) |
tossiċità akuta tal-kategorija 1 u 2 għal kwalunkwe rotta ta’ teħid, sakemm l-ATE (l-istima tat-tossiċità akuta) tal-prodott ma jaqbiżx 25 mg/kg bw għar-rotta tat-teħid orali jew 0,25 mg/l/4h għall-inalazzjoni ta’ trab, raxx jew dħaħen; |
(ii) |
STOT (espożizzjoni singola), kategorija 1 (orali), sakemm il-klassifikazzjoni tagħhom tkun minħabba l-preżenza ta’ sustanzi klassifikati li juru effetti tossiċi sinifikanti mhux letali fil-valuri ta’ gwida taħt 25 mg/kg bw; |
(iii) |
STOT (espożizzjoni singola), kategorija 1 (dermali), sakemm il-klassifikazzjoni tagħhom tkun minħabba l-preżenza ta’ sustanzi kklassifikati li juru effetti tossiċi sinifikanti mhux letali fil-valuri ta’ gwida taħt 50 mg/kg bw; |
(iv) |
STOT (espożizzjoni singola), kategorija 1 (inalazzjoni ta’ gass/fwar), sakemm il-klassifikazzjoni tagħhom tkun minħabba l-preżenza ta’ sustanzi kklassifikati li juru effetti tossiċi sinifikanti mhux letali fil-valuri ta’ gwida taħt 0,5 mg/l/4h; |
(v) |
STOT (espożizzjoni singola), kategorija 1 (inalazzjoni ta’ trab/raxx/dħaħen), sakemm il-klassifikazzjoni tagħhom tkun minħabba l-preżenza ta’ sustanzi klassifikati li juru effetti tossiċi sinifikanti mhux letali fil-valuri ta’ gwida taħt 0,25 mg/l/4 h. |
2.4.1.4. Il-perjodi ta’ stennija u tad-dħul mill-ġdid jew prekawzjonijiet oħra jridu jkunu tali li l-espożizzjoni tal-persuni fil-qrib jew tal-ħaddiema esposti wara l-applikazzjoni tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti ma taqbiżx il-livelli tal-AOEL stabbiliti għas-sustanza attiva jew kompost(i) tossikoloġikament rilevanti fil-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti u l-ebda valur tal-limitu stabbilit għal dawn il-komposti skont id-dispożizzjonijiet tal-UE msemmija fil-punt 2.4.1.1.
2.4.1.5. Il-perjodi ta’ stennija u tad-dħul mill-ġdid jew prekawzjonijiet oħrajn iridu jiġu stabbiliti b’mod illi ma jseħħ l-ebda impatt negattiv fuq l-annimali.
2.4.1.6. Il-perjodi ta’ stennija u tad-dħul mill-ġdid jew prekawzjonijiet oħra sabiex jiżguraw illi l-livelli AOEL u l-valuri tal-limitu jiġu rispettati jridu jkunu realistiċi; meta jkun hemm il-bżonn, iridu jiġu stabbiliti miżuri speċjali ta’ prekawzjoni.
2.4.2.
2.4.2.1. L-awtorizzazzjonijiet iridu jassiguraw li r-residwi li jseħħu jkunu jirriflettu l-kwantitajiet minimi tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti li huma meħtieġa sabiex jinkiseb kontroll adegwat li jikkorrispondi għal prattika agrikola tajba, applikati b’mod (fosthom intervalli qabel il-ħsad jew perjodi ta’ żamma jew perjodi ta’ ħażna) li r-residwi fil-ħsad, qatla jew wara l-ħażna, kif ikun xieraq, jitnaqqsu għall-minimu.
2.4.2.2. Fejn iċ-ċirkostanzi ġodda li fihom ikun se jintuża l-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti ma jaqblux ma’ dawk li taħthom ġie stabbilit preċedentement MRL (limitu massimu ta’ residwu), l-Istati Membri ma għandhomx jagħtu awtorizzazzjoni għall-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti sakemm l-applikant ma jkunx jista’ jipprovdi evidenza li l-użu rakkomandat tiegħu m’għandux jaqbeż il-MRL stabbilit skont ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8).
2.4.2.3. Fejn ikun jeżisti MRL, l-Istati Membri ma għandhomx jagħtu awtorizzazzjoni għall-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti sakemm l-applikant ma jipprovdix evidenza li l-użu rakkomandat tiegħu m’għandux jaqbeż dak il-MRL, jew sakemm ma jkunx ġie stabbilit MRL ġdid skont ir-Regolament (KE) Nru 396/2005.
2.4.2.4. Fil-każijiet imsemmija fil-punti 2.4.2.2., kull applikazzjoni għal awtorizzazzjoni trid tkun akkumpanjata minn valutazzjoni tar-riskju li tqis l-agħar każ ta’ espożizzjoni potenzjali tal-konsumaturi fl-Istat Membru kkonċernat fuq il-bażi ta’ prattika agrikola tajba.
Billi jitqiesu l-użi kollha rreġistrati, l-użu propost m’għandux jiġi awtorizzat jekk l-aħjar stima possibbli tal-espożizzjoni bid-dieta taqbeż l-ADI.
2.4.2.5. Meta n-natura tar-residwi tiġi affettwata matul l-ipproċessar, ikun meħtieġ li ssir stima separata tar-riskju skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt 2.4.2.4.
2.4.2.6. Meta l-pjanti jew il-prodotti mill-pjanti trattati jkunu maħsuba biex jingħataw bħala għalf lill-annimali, ir-residwi li jinħolqu m’għandux ikollhom effett negattiv fuq is-saħħa tal-annimali.
2.5. L-influwenza fuq l-ambjent
2.5.1.
2.5.1.1. Ma għandha tingħata l-ebda awtorizzazzjoni jekk is-sustanza attiva u, fejn ikunu ta’ importanza minn perspettiva tossikoloġika, ekotossikoloġika u ambjentali, il-metaboliti u l-prodotti ta’ bdil fl-istruttura kimika jew ta’ reazzjoni fil-kundizzjonijiet proposti tal-użu:
— |
matul it-testijiet fil-post, jippersistu fil-ħamrija għal iżjed minn sena (jiġifieri DT90 > 1 sena u DT50 > 3 xhur), jew |
— |
matul it-testijiet fil-laboratorju, jiffurmaw residwi li ma jistgħux jitneħħew f’ammonti li jaqbżu 70 % tad-doża inizjali wara 100 ġurnata b’rata ta’ mineralizzazzjoni ta’ inqas minn 5 % f’100 ġurnata, |
sakemm ma jintweriex b’mod xjentifiku li fil-kundizzjonijiet tal-post ma jkun hemm l-ebda akkumulazzjoni fil-ħamrija f’livelli li jirriżultaw residwi mhux aċċettabbli fl-uċuħ tar-raba’ li jiġu wara u/jew li jseħħu effetti fitotossiċi mhux aċċettabbli fuq l-uċuħ tar-raba’ li jiġu wara u/jew li jkun hemm impatt mhux aċċettabbli fuq l-ambjent, skont ir-rekwiżiti rilevanti stipulati fil-punti 2.5.1.2, 2.5.1.3, 2.5.1.4 u 2.5.2.
2.5.1.2. Ma għandha tingħata l-ebda awtorizzazzjoni jekk il-konċentrazzjoni tas-sustanza attiva jew tal-metaboliti, il-prodotti ta’ degradazzjoni jew ta’ reazzjoni fl-ilma ta’ taħt l-art, tista’ tkun mistennija li taqbeż, b’riżultat tal-użu tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti fil-kundizzjonijiet proposti tal-użu, l-inqas mill-valuri tal-limitu li ġejjin:
(i) |
il-konċentrazzjoni massima permissibbli stabbilita bid-Direttiva 2006/118/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9); jew |
(ii) |
il-konċentrazzjoni massima stabbilita meta tiġi approvata s-sustanza attiva skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009, fuq il-bażi ta’ dejta xierqa, b’mod partikolari dejta tossikoloġika, jew, meta dik il-konċentrazzjoni ma tkunx ġiet stabbilita, il-konċentrazzjoni li tikkorrispondi għal wieħed minn kull għaxra tal-ADI stabbilit meta s-sustanza attiva ġiet approvata skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 |
għajr jekk jintwera xjentifikament li fil-kundizzjonijiet rilevanti fil-post ma tinqabiżx il-konċentrazzjoni l-aktar baxxa.
2.5.1.3. Ma għandha tingħata l-ebda awtorizzazzjoni jekk il-konċentrazzjoni tas-sustanza attiva jew tal-metaboliti, il-prodotti ta’ bidla fl-istruttura kimika jew ta’ reazzjoni li huma mistennija wara l-użu tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti fil-kundizzjonijiet proposti tal-użu fl-ilma tal-wiċċ:
— |
taqbeż, fejn l-ilma tal-wiċċ fiż-żona tal-użu previst jew minnha huwa maħsub għall-estrazzjoni tal-ilma tax-xorb, konċentrazzjonijiet li ‘l fuq minnhom tiġi kompromessal-konformità mal-kwalità tal-ilma tax-xorb stabbilita skont d-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10), jew |
— |
ikollha impatt meqjus bħala mhux aċċettabbli fuq l-ispeċi fil-mira, fosthom l-annimali, skont ir-rekwiżiti rilevanti stipulati fil-punt 2.5.2. |
L-istruzzjonijiet proposti għall-użu tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti, inklużi l-proċeduri għat-tindif tat-tagħmir tal-applikazzjoni, iridu jkun tali illi tiġi mnaqqsa għall-minimu l-eventwalità possibbli ta’ kontaminazzjoni aċċidentali tal-ilma tal-wiċċ.
2.5.1.4. Ma għandha tingħata l-ebda awtorizzazzjoni jekk il-konċentrazzjoni tas-sustanza attiva li tinġarr fl-arja fil-kundizzjonijiet proposti tal-użu tkun tali li jew l-AOEL jew il-valuri tal-limitu għall-operaturi, il-persuni fil-qrib jew il-ħaddiema kif imsemmija fil-punt 2.4.1, jiġu maqbuża.
2.5.2.
2.5.2.1. Fejn ikun hemm il-possibbiltà li jiġu esposti għasafar u vertebrati terrestri oħra mhux fil-mira, ma għandha tingħata l-ebda awtorizzazzjoni jekk:
— |
il-proporzjon tat-tossiċità/espożizzjoni akuta u fuq perjodu fil-qosor għall-għasafar u vertebrate terrestri oħra mhux fil-mira jkun inqas minn 10 fuq il-bażi ta’ LD50 jew il-proporzjon tat-tossiċità/espożizzjoni fuq perjodu fit-tul jkun inqas minn 5, sakemm ma jkunx stabbilit b’mod ċar permezz ta’ valutazzjoni xierqa tar-riskju li fil-kundizzjonijiet proprja tal-użu ma jseħħ l-ebda impatt mhux aċċettabbli wara l-użu tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti skont il-kundizzjonijiet proposti tal-użu; |
— |
il-fattur ta’ bijokonċentrazzjoni (BCF, relatat mat-tessut tax-xaħam) ikun akbar minn 1, sakemm ma jiġix stabbilit permezz ta’ valutazzjoni xierqa tar-riskju li fil-kundizzjonijiet proprja tal-użu ma jseħħ l-ebda effett mhux aċċettabbli — direttament jew indirettament — wara l-użu tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti skont il-kundizzjonijiet proposti tal-użu. |
2.5.2.2. Fejn ikun hemm il-possibbiltà li jiġu esposti organiżmi akkwatiċi, ma għandha tingħata l-ebda awtorizzazzjoni jekk:
— |
il-proporzjon ta’ tossiċità/espożizzjoni għall-ħut u d-Daphnia jkun ta’ inqas minn 100 għal espożizzjoni akuta u ta’ inqas minn 10 għal espożizzjoni fit-tul, jew |
— |
il-proporzjon ta’ inibizzjoni/espożizzjoni fit-trobbija tal-alka jkun ta’ inqas minn 10, jew |
— |
il-fattur massimu ta’ bijokonċentrazzjoni (BCF) ikun akbar minn 1 000 għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom sustanzi attivi li huma faċilment bijodegradabbli jew aktar minn 100 għal dawk li mhumiex faċilment bijodegradabbli, |
sakemm ma jiġix stabbilit b’mod ċar permezz ta’ valutazzjoni xierqa tar-riskju li fil-kundizzjonijiet proprja tal-użu ma jseħħ l-ebda impatt mhux aċċettabbli fuq il-vijabilità tal-ispeċi esposti (predaturi) — direttament jew indirettament — wara l-użu tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti skont il-kundizzjonijiet proposti tal-użu.
2.5.2.3. Fejn ikun hemm il-possibbiltà li jiġu esposti n-naħal tal-għasel, ma għandha tingħata l-ebda awtorizzazzjoni jekk il-kwozjenti tal-periklu għall-espożizzjoni orali jew b’kuntatt tan-naħal tal-għasel ikunu akbar minn 50, sakemm ma jiġix stabbilit b’mod ċar permezz ta’ valutazzjoni xierqa tar-riskju li fil-kundizzjonijiet proprja tal-użu ma jkunx hemm effetti mhux aċċettabbli fuq il-larvi tan-naħal tal-għasel, l-imġiba tan-naħal tal-għasel, jew is-sopravivenza u l-iżvilupp tal-kolonji wra l-użu tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti skont il-kundizzjonijiet proposti tal-użu.
2.5.2.4. Fejn ikun hemm il-possibbiltà li jiġu esposti artropodi oħra ta’ ġid differenti min-naħal tal-għasel, ma għandha tingħata l-ebda awtorizzazzjoni jekk jiġu affettwati iżjed minn 30 % tal-organiżmi ttestjati f’testijiet letali jew subletali tal-laboratorju mwettqa bir-rata massima proposta ta’ applikazzjoni, sakemm ma jiġix stabbilit b’mod ċar permezz ta’ valutazzjoni xierqa tar-riskju li fil-kundizzjonijiet proprja tal-użu ma jkun hemm ebda impatt mhux aċċettabbli fuq dawk l-organiżmi wara l-użu tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti skont il-kundizzjonijiet proposti tal-użu. Kull pretensjoni għas-selettività u għal proposti għall-użu f’sistemi integrati ta’ kontroll fuq l-annimali li jagħmlu l-ħsara għandhom ikunu ssostanzjati b’dejta xierqa.
2.5.2.5. Fejn ikun hemm il-possibbiltà li jiġu esposti l-ħniex tal-art, ma għandha tingħata l-ebda awtorizzazzjoni jekk il-proporzjon tat-tossiċità/espożizzjoni akuta għall-ħniex tal-art ikun inqas minn 10 jew il-proporzjon tat-tossiċità/espożizzjoni fuq perjodu fit-tul ikun inqas minn 5, sakemm ma jiġix stabbilit b’mod ċar permezz ta’ valutazzjoni xierqa tar-riskju li fil-kundizzjonijiet proprja tal-użu, il-popolazzjonijiet tal-ħniex tal-art ma jkunux f’riskju wara l-użu tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti skont il-kundizzjonijiet proposti tal-użu.
2.5.2.6. Fejn ikun hemm il-possibbiltà li jiġu esposti mikroorganiżmi tal-ħamrija li ma jkunux fil-mira, ma għandha tingħata l-ebda awtorizzazzjoni jekk il-proċessi ta’ mineralizzazzjoni tan-nitroġenu jew tal-karbonju fl-istudji tal-laboratorju jiġu affettwati b’iżjed minn 25 % wara 100 ġurnata, sakemm ma jiġix stabbilit b’mod ċar permezz ta’ valutazzjoni xierqa tar-riskju li fil-kundizzjonijiet proprja tal-użu ma jkun hemm l-ebda impatt mhux aċċettabbli fuq l-attività mikrobika wara l-użu tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti skont il-kundizzjonijiet proposti tal-użu, meta titqies il-kapaċità tal-mikroorganiżmi li jimmultiplikaw.
2.6. Metodi analitiċi
Il-metodi proposti għandhom jirriflettu t-teknoloġija l-aktar avvanzata. Il-kriterji li ġejjin għandhom jiġu ssodisfati sabiex issir validazzjoni tal-metodi analitiċi għall-kontroll u l-monitoraġġ wara r-reġistrazzjoni:
2.6.1. |
għall-analiżi tal-formulazzjoni: il-metodu jrid ikun kapaċi jistabbilixxi u jidentifika s-sustanza/i attiva/i u fejn xieraq l-impuritajiet u l-koformulanti sinifikanti kollha tossikoloġiċi, ekotossikoloġiċi jew ambjentali; |
2.6.2. |
għall-analiżi tar-residwi:
|
2.7. Proprjetajiet fiżiċi u kimiċi
2.7.1. Meta tkun teżisti speċifikazzjoni xierqa mill-FAO, dik l-ispeċifikazzjoni trid tiġi ssodisfata.
2.7.2. Meta ma tkun teżisti l-ebda speċifikazzjoni xierqa mill-FAO, il-proprjetajiet fiżiċi u kimiċi tal-prodotti jridu jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin
(a) |
Il-proprjetajiet kimiċi: Matul il-perjodu ta’ validità tal-prodott, id-differenza bejn il-kontenut dikjarat u dak attwali tas-sustanza attiva fil-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti ma għandhiex taqbeż il-valuri li ġejjin:
|
(b) |
Il-proprjetajiet fiżiċi: Il-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti jrid jissodisfa l-kriterji fiżiċi (fosthom l-istabilità fil-ħażna) speċifikati għat-tip ta’ formulazzjoni rilevanti fil-“Manwal dwar l-iżvilupp u l-użu ta’ speċifikazzjonijiet tal-FAO u tad-WHO għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti”. |
2.7.3. Meta l-pretensjonijiet proposti fuq it-tikketta jinkludu rekwiżiti jew rakkomandazzjonijiet għall-użu tal-preparazzjoni ma’ prodotti oħra għall-protezzjoni tal-pjanti jew ma’ awżiljari bħala taħlita għat-tank u/jew meta t-tikketta proposta tinkludi indikazzjonijiet dwar il-kompatibbiltà tal-preparazzjoni ma’ prodotti oħra għall-protezzjoni tal-pjanti bħala taħlita għat-tank, dawn il-prodotti jew awżiljarji jridu jkunu fiżikament u kimikament kompatibbli fit-taħlita għat-tank.
PART II
Prinċipji uniformi għall-evalwazzjoni u l-awtorizzazzjoni ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom mikroorganiżmi
WERREJ
A. |
INTRODUZZJONI |
B. |
EVALWAZZJONI |
1. |
Prinċipji ġenerali |
2. |
Prinċipji speċifiċi |
2.1. |
Identità |
2.1.1. |
L-identità tal-mikroorganiżmu fil-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti |
2.1.2. |
L-identità tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti |
2.2. |
Il-proprjetajiet bijoloġiċi, fiżiċi, kimiċi u tekniċi |
2.2.1. |
Il-proprjetajiet bijoloġiċi tal-mikroorganiżmu fil-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti |
2.2.2. |
Il-proprjetajiet fiżiċi, kimiċi u tekniċi tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti |
2.3. |
Informazzjoni ulterjuri |
2.3.1. |
Kontroll tal-kwalità tal-produzzjoni tal-mikroorganiżmu fil-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti |
2.3.2. |
Kontroll tal-kwalità tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti |
2.4. |
Effikaċja |
2.5. |
Metodi għall-identifikazzjoni/ditezzjoni u l-kwantifikazzjoni |
2.5.1. |
Metodi analitiċi għall-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti |
2.5.2. |
Metodi analitiċi sabiex jiġu stabbiliti r-residwi |
2.6. |
L-impatt fuq is-saħħa tal-bniedem u tal-annimali |
2.6.1. |
L-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali li jirriżultaw mill-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti |
2.6.2. |
L-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali li jirriżultaw mir-residwi |
2.7. |
Destin u mġiba fl-ambjent |
2.8. |
L-effetti fuq u l-espożizzjoni ta’ organiżmi mhux fil-mira |
2.9. |
Konklużjonijiet u proposti |
C. |
TEĦID TAD-DEĊIŻJONIJIET |
1. |
Prinċipji ġenerali |
2. |
Prinċipji speċifiċi |
2.1. |
Identità |
2.2. |
Proprjetajiet bijoloġiċi u tekniċi |
2.3. |
Informazzjoni ulterjuri |
2.4. |
Effikaċja |
2.5. |
Metodi għall-identifikazzjoni/ditezzjoni u l-kwantifikazzjoni |
2.6. |
L-impatt fuq is-saħħa tal-bniedem u tal-annimali |
2.6.1. |
L-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali li jirriżultaw mill-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti |
2.6.2. |
L-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali li jirriżultaw mir-residwi |
2.7. |
Destin u mġiba fl-ambjent |
2.8. |
Effetti fuq organiżmi li mhumiex fil-mira |
A. INTRODUZZJONI
1. Il-prinċipji żviluppati fil-Parti II għandhom l-għan li jassiguraw li l-evalwazzjonijiet u d-deċiżjonijiet fir-rigward tal-awtorizzazzjoni tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, bil-kundizzjoni li jkunu prodotti mikrobiċi għall-protezzjoni tal-pjanti, iwasslu għall-implimentazzjoni tar-rekwiżiti tal-Artikolu 29(1)(e) flimkien mal-Artikolu 4(3), l-Artikolu 29(f), (g) u (h) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 mill-Istati Membri kollha f’livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali u tal-ambjent.
2. Fl-evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-għoti tal-awtorizzazzjonijiet, l-Istati Membri għandhom:
(a) |
|
(b) |
jikkunsidraw id-dejta msemmija fil-parti B tal-Anness mar-Regolament (UE) Nru 544/2011, li tikkonċerna s-sustanza attiva magħmula minn mikroorganiżmi (inklużi virus) fil-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti, sottomessa għall-approvazzjoni tal-mikroorganiżmu kkonċernat bħala sustanzi attivi skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009, u r-riżultati tal-evalwazzjoni ta’ dik id-dejta, mingħajr preġudizzju, fejn rilevanti, għall-Artikoli 33(3), 34 u 59 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009; |
(c) |
jikkunsidraw informazzjoni teknika u xjentifika rilevanti oħra li jistgħu raġonevolment ikollhom fir-rigward tal-prestazzjoni tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti jew dwar l-effetti potenzjalment ħżiena tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti, il-komponenti tiegħu jew il-metaboliti/tossini tiegħu. |
3. Meta, fil-prinċipji speċifiċi dwar l-evalwazzjoni, ssir referenza għad-dejta tal-parti B tal-Anness mar-Regolament (UE) Nru 544/2011 din għandha tinftiehem bħala d-dejta msemmija fil-punt 2(b).
4. Meta d-dejta u l-informazzjoni mogħtija jkunu biżżejjed sabiex jippermettu li ssir l-evalwazzjoni għal wieħed mill-użi proposti, l-applikazzjonijiet iridu jiġu evalwati u trid tittieħed deċiżjoni dwar l-użu propost.
Billi jqisu l-ġustifikazzjonijiet mogħtija u bil-benefiċċju ta’ kwalunkwe kjarifika sussegwenti, l-Istati Membri għandhom jirrifjutaw applikazzjonijiet li fihom in-nuqqasijiet fid-dejta jkunu tali li ma jkunx possibbli li tiġi finalizzata l-evalwazzjoni u li tittieħed deċiżjoni ta’ min joqgħod fuqha għall-inqas dwar wieħed mill-użi proposti.
5. Matul il-proċess ta’ evalwazzjoni u ta’ teħid tad-deċiżjonijiet, l-Istati Membri għandhom jikkooperaw mal-applikanti sabiex isolvu kwalunkwe mistoqsija dwar id-dossier jew sabiex jidentifikaw kmieni kwalunkwe studju addizzjonali li jkun meħtieġ għal evalwazzjoni xierqa tad-dossier, jew sabiex jemendaw kwalunkwe kundizzjoni proposta għall-użu tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti jew sabiex jimmodifikaw in-natura u l-kompożizzjoni tiegħu sabiex jassiguraw li jiġu ssodisfati b’mod sħiħ ir-rekwiżiti ta’ dan l-Anness jew tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.
L-Istati Membri għandhom normalment jaslu għal deċiżjoni raġunata fi żmien 12-il xahar minn meta jirċievu dossier teknikament komplet. Dossier teknikament komplet huwa wieħed li jissodisfa r-rekwiżiti kollha tal-parti B tal-Anness mar-Regolament (UE) Nru 545/2011.
6. Il-ġudizzji magħmula mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fil-proċess tal-evalwazzjoni u tat-teħid tad-deċiżjoni jridu jkunu msejsa fuq prinċipji xjentifiċi, preferibbilment rikonoxxuti fuq livell internazzjonali, u jkunu magħmula bil-benefiċċju ta’ parir espert.
7. Prodott mikrobiku għall-protezzjoni tal-pjanti jista’ jkun fih mikroorganiżmi vijabbli u mhux vijabbli (inklużi virus) u sustanzi fformulati. Jista’ jkun fih ukoll metaboliti/tossini rilevanti prodotti matul it-tkabbir, residwi mill-mezz tat-tkabbir, u kontaminanti mikrobiċi. Il-mikroorganiżmu, il-metaboliti/it-tossini rilevanti u l-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti bil-mezz tat-tkabbir residwu u l-kontaminanti mikrobiċi preżenti jridu jiġu evalwati kollha.
8. L-Istati Membri għandhom jikkunsidraw dawk id-dokumenti ta’ gwida kkunsidrati mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali (SCFCAH).
9. Għall-mikroorganiżmi ġenetikament modifikati, għandha tiġi kkunsidrata d-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11). Trid tiġi pprovduta u kkunsidrata l-evalwazzjoni mwettqa fil-qafas ta’ dik id-Direttiva.
10. Definizzjonijiet u spjegazzjoni tat-termini mikrobijoloġiċi
Antibijosi: Relazzjoni bejn żewġ speċijiet jew aktar li fiha speċi waħda ġġarrab ħsara attivament (minħabba l-produzzjoni ta’ tossini mill-ispeċi li tagħmel ħsara).
Antiġeniku: Kwalunkwe sustanza li, billi tiġi f’kuntatt maċ-ċelloli xierqa, tikkawża stat ta’ sensittività u/jew rispons immuni wara perjodu latenti (ġranet sa ġimgħat) u li tirreaġixxi b’mod dimostrabbli mal-antikorpi u/jew maċ-ċelloli immuni tas-suġġett sensitizzat in vivo jew in vitro.
Antimikrobiċi: Aġenti antimikrobiċi jew antimikrobiċi jirreferu għal sustanzi semisintetiċi jew sintetiċi li jseħħu naturalment li juru attività antimikrobika (joqtlu jew jimpedixxu t-tkabbir ta’ mikroorganiżmi).
It-terminu antimikrobiku/antimikrobiċi jinkludi:
— |
antibijotiċi, li jirreferu għas-sustanzi prodotti minn jew derivati minn mikroorganiżmi, u |
— |
antikoċċidjali, li jirreferu għas-sustanzi li huma attivi kontra l-koċċidji, parassiti protożoani uniċellulari. |
CFU: Unità ta’ formazzjoni tal-kolonji; ċellola waħda jew aktar li jikbru biex jiffurmaw kolonja viżibbli waħda.
Kolonizzazzjoni: Proliferazzjoni u persistenza ta’ mikroorganiżmu f’ambjent, bħal fuq uċuħ tal-ġisem esterni (il-ġilda) jew interni (l-intestini, il-pulmuni). Għall-kolonizzazzjoni, il-mikroorganiżmu jrid mill-anqas jippersisti għal perjodu itwal minn dak mistenni f’organu speċifiku. Il-popolazzjoni tal-mikroorganiżmi tista’ tonqos iżda b’rata iżjed bil-mod minn tneħħija normali; tista’ tkun popolazzjoni stabbli jew tista’ tkun popolazzjoni li qed tikber. Il-kolonizzazzjoni tista’ tkun relatata ma’ mikroorganiżmi funzjonali u li ma jagħmlux ħsara kif ukoll ma’ mikroorganiżmi patoġeniċi. L-okkorrenza possibbli tal-effetti mhijiex indikata.
Niċċa ekoloġika: Pożizzjoni ambjentali unika okkupata minn speċi partikolari, perċepita f’termini tal-ispazju fiżiku proprju okkupat u l-funzjoni mwettqa fi ħdan komunità jew ekosistema.
Ospitant: Annimal (inkluż il-bniedem) jew pjanta li żżomm jew issostni organiżmu ieħor (parassita).
Speċifiċità tal-ospitant: Il-firxa ta’ speċijiet ospitanti differenti li jistgħu jiġu kolonizzati minn speċijiet jew razez ta’ mikrobi. Mikroorganiżmu speċifiku għall-ospitant jikkolonizza jew għandu effetti ħżiena fuq speċi ospitanti waħda biss jew fuq numru żgħir biss ta’ speċijiet ospitanti differenti. Mikroorganiżmu li mhuwiex speċifiku għall-ospitant jista’ jikkolonizza jew ikollu effetti ħżiena fuq firxa wiesgħa ta’ speċijiet ospitanti differenti.
Infezzjoni: L-introduzzjoni jew id-dħul ta’ mikroorganiżmu patoġeniku f’ospitant suxxettibbli, irrispettivament minn jekk jikkawżax effetti patoloġiċi jew mard jew le. L-organiżmu jrid jidħol fil-ġisem tal-ospitant, normalment fiċ-ċelloli, u jkun kapaċi jirriproduċi biex jifforma unitajiet infettivi ġodda. Li sempliċement jiġi inġestit patoġenu ma jfissirx li dan bilfors iwassal għal infezzjoni.
Infettiv: Kapaċi jittrażmetti infezzjoni.
Infettività: Il-karatteristiċi ta’ mikroorganiżmu li jagħmluha possibbli li jinfetta ospitant suxxettibbli.
Invażjoni: Id-dħul ta’ mikroorganiżmu fil-ġisem ospitanti (eż. Penetrazzjoni proprja tal-qoxra, ċelloli epiteljali tal-imsaren, eċċ). “Invażività primarja” hija proprjetà tal-mikroorganiżmi patoġeniċi.
Multiplikazzjoni: Il-kapaċità ta’ mikroorganiżmu li jirriproduċi u jiżdied fin-numru matul infezzjoni.
Mikotossina: Tossina fungali.
Mikroorganiżmu mhux vijabbli: Mikroorganiżmu li mhux kapaċi jirreplika jew jittrasferixxi materjal ġenetiku.
Residwu mhux vijabbli: Residwu li mhux kapaċi jirreplika jew jittrasferixxi materjal ġenetiku.
Patoġeniċità: Il-kapaċità ta’ mikroorganiżmu li jikkawża mard u/jew ħsara lill-ospitant. Ħafna patoġeni jikkawżaw mard permezz ta’ kombinazzjoni ta’ (i) tossiċità u invażività jew (ii) tossiċità u kapaċità għall-kolonizzazzjoni. Madankollu, ċerti patoġeni invażivi jikkawżaw mard li jirriżulta minn reazzjoni mhux normali tas-sistema ta’ difiża tal-ospitant.
Simbjożi: Tip ta’ interazzjoni bejn organiżmi fejn organiżmu wieħed jgħix f’assoċjazzjoni intima ma’ ieħor, li hi favorevoli għaż-żewġ organiżmi.
Mikroorganiżmu vijabbli: Mikroorganiżmu li hu kapaċi jirreplika jew jittrasferixxi materjal ġenetiku.
Residwu vijabbli: Residwu li hu kapaċi jirreplika jew jittrasferixxi materjal ġenetiku.
Virojd: kwalunkwe klassi ta’ aġenti infettivi li jikkonsistu minn linja żgħira ta’ RNA li ma tkun assoċjata mal-ebda proteina. Ir-RNA ma jikkodifikax għall-proteini u ma jiġix tradott; dan huwa replikat minn enżimi ta’ ċelloli ospitanti. Il-virojdi huma magħrufa li jikkawżaw ħafna mard tal-pjanti.
Virulenza: Kejl tal-livell tal-kapaċità ta’ mikroorganiżmu li jipproduċi mard kif indikat mis-severità tal-mard prodott. Il-kejl tad-dożaġġ (daqs tal-inoculum) meħtieġ biex jikkawża livell speċifiku ta’ patoġeniċità. Din titkejjel b’mod sperimentali bid-doża letali mezzana (LD50) jew bid-doża infettiva mezzana (ID50).
B. EVALWAZZJONI
L-għan ta’ evalwazzjoni huwa li jiġu identifikati u valutati, fuq bażi xjentifika u sakemm tinkiseb aktar esperjenza fuq bażi ta’ każ b’każ, l-effetti ħżiena potenzjali fuq is-saħħa tal-bniedem u tal-annimali u l-ambjent mill-użu ta’ prodott mikrobiku għall-protezzjoni tal-pjanti. L-evalwazzjoni għandha titwettaq ukoll sabiex tiġi identifikata l-ħtieġa ta’ miżuri għall-ġestjoni tar-riskju u sabiex jiġu identifikati u rakkomandati miżuri xierqa.
Minħabba l-kapaċità tal-mikroorganiżmi li jirreplikaw, hemm differenza ċara bejn il-kimiki u l-mikroorganiżmi użati bħala prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti. Il-perikli li jqumu mhux neċessarjament huma tal-istess natura bħal dawk ippreżentati mill-kimiki, speċjalment fir-rigward tal-kapaċità tal-mikroorganiżmi li jippersistu u jimmultiplikaw f’ambjenti differenti. Barra minn hekk, il-mikroorganiżmi jikkonsistu minn firxa wiesgħa ta’ organiżmi differenti, kollha bil-karatteristiċi uniċi tagħhom. Dawn id-differenzi bejn il-mikroorganiżmi jridu jiġu kkunsidrati fl-evalwazzjoni.
Il-mikroorganiżmu fil-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti għandu idealment jiffunzjona bħala fabbrika taċ-ċelloli li taħdem direttament fuq il-post fejn jagħmel ħsara l-organiżmu fil-mira. Għaldaqstant il-fehim ta’ kif jaħdem huwa pass kruċjali fil-proċess tal-evalwazzjoni.
Il-mikroorganiżmi jistgħu jipproduċu firxa ta’ metaboliti differenti (eż. tossini batteriċi jew mikotossini) li ħafna minnhom għandhom importanza tossikoloġika, u li waħda jew iżjed minnhom jistgħu jkunu involuti fil-mod ta’ azzjoni tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti. Iridu jiġu vvalutati l-karatterizzazzjoni u l-identifikazzjoni tal-metaboliti rilevanti u għandha tiġi indirizzata t-tossiċità ta’ dawn il-metaboliti. It-tagħrif dwar il-produzzjoni u/jew ir-rilevanza tal-metaboliti jista’ jiġi dedott minn:
(a) |
studji dwar it-tossiċità; |
(b) |
il-proprjetajiet bijoloġiċi tal-mikroorganiżmu; |
(c) |
ir-relazzjoni ma’ patoġeni magħrufa fil-pjanti, l-annimali jew il-bniedem; |
(d) |
il-mod ta’ azzjoni; |
(e) |
metodi analitiċi. |
Abbażi ta’ dan it-tagħrif, il-metaboliti jistgħu jitqiesu bħala potenzjalment rilevanti. Għalhekk għandha tiġi vvalutata l-espożizzjoni potenzjali għal dawn il-metaboliti, sabiex tittieħed deċiżjoni dwar ir-rilevanza tagħhom.
1. Prinċipji ġenerali
1.1. Billi jikkunsidraw l-għarfien xjentifiku u tekniku preżenti, l-Istati Membri għandhom jevalwaw it-tagħrif mogħti skont ir-rekwiżiti tal-parti B tal-Anness mar-Regolament (UE) Nru 544/2011 u l-parti B tal-Anness mar-Regolament (UE) Nru 545/2011 u b’mod partikolari:
(a) |
jidentifikaw il-perikli li jinħolqu, jivvalutaw is-sinifikat tagħhom u jagħmlu ġudizzju dwar ir-riskji probabbli għall-bniedem, l-annimali jew l-ambjent; u |
(b) |
jivvalutaw il-prestazzjoni f’termini tal-effikaċja u l-fitotossiċità/patoġeniċità tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti għal kull użu li għalih tkun qiegħda tintalab l-awtorizzazzjoni. |
1.2. Il-kwalità/metodoloġija tat-testijiet, fejn ma jkunx hemm metodi standardizzati ta’ ttestjar, għandhom ikunu evalwati u jridu jiġu vvalutati l-karatteristiċi li ġejjin, fejn disponibbli, tal-metodi deskritti:
ir-rilevanza; ir-rappreżentattività; is-sensittività; ir-riproduċibbilità; il-validazzjonijiet bejn il-laboratorji; il-prevedibilità.
1.3. Fl-interpretazzjoni tar-riżultati tal-evalwazzjonijiet, l-Istati Membru għandhom iqisu l-elementi possibbli ta’ inċertezza fit-tagħrif miksub matul l-evalwazzjoni, sabiex jiġi żgurat illi l-possibbiltà li ma jinstabux l-effetti negattivi jew li l-importanza tagħhom tiġi sottovalutata tiġi mnaqqsa għall-minimu. Il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet għandu jiġi eżaminat sabiex jiġu identifikati l-punti kritiċi tad-deċiżjoni jew tal-punti ta’ dejta li minħabba fihom l-inċertezzi jistgħu jwasslu għal klassifika falza tar-riskju.
L-ewwel evalwazzjoni għandha tkun imsejsa fuq l-aħjar dejta disponibbli jew fuq stimi li jirriflettu l-kundizzjonijiet realistiċi tal-użu tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti. Dan għandu jiġi segwit minn ripetizzjoni tal-evalwazzjoni, li tqis l-inċertezzi potenzjali fid-dejta kritika u ta’ firxa ta’ kundizzjonijiet ta’ użu illi x’aktarx jiġru u jirriżultaw f’metodu realistiku tal-agħar każ, sabiex jiġi stabbilit jekk huwiex possibbli illi l-evalwazzjoni inizjali setgħet kienet differenti b’mod sinifikanti.
1.4. L-Istati Membri għandhom jevalwaw kull prodott mikrobiku għall-protezzjoni tal-pjanti li għalih issir applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni f’dak l-Istat Membru — jista’ jiġi kkunsidrat it-tagħrif evalwat għall-mikroorganiżmu. L-Istati Membri għandhom jikkunsidraw il-fatt li kwalunkwe koformulant jista’ jkollu impatt fuq il-karatteristiċi tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti meta mqabbel mal-mikroorganiżmu.
1.5. Meta jevalwaw l-applikazzjonijiet u jagħtu l-awtorizzazzjonijiet, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw il-kundizzjonijiet prattiċi proposti tal-użu u b’mod partikolari l-iskop tal-użu, id-doża, il-mod, il-frekwenza u ż-żmien tal-applikazzjonijiet, u n-natura u l-kompożizzjoni tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti. Kull fejn ikun possibbli, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw ukoll il-prinċipji tal-kontroll integrat tal-insetti u l-annimali li jagħmlu ħsara lill-pjanti.
1.6. Fl-evalwazzjoni, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw il-kundizzjonijiet agrikoli, tas-saħħa tal-pjanti jew ambjentali (inkluża l-klima) fiż-żoni tal-użu.
1.7. Meta l-prinċipji speċifiċi fit-Taqsima 2 jipprovdu għall-użu ta’ mudelli ta’ kalkolazzjoni fl-evalwazzjoni ta’ prodott għall-protezzjoni tal-pjanti, dawn il-mudelli għandhom:
(a) |
jagħmlu l-aħjar stima possibbli tal-proċessi kollha rilevanti involuti filwaqt li jitqiesu parametri u suppożizzjonijiet realistiċi; |
(b) |
jiġu sottomessi għal evalwazzjoni kif imsemmi fil-punt 1.3; |
(c) |
jiġu validati b’mod affidabbli permezz ta’ kejl imwettaq f’ċirkustanzi rilevanti għall-użu tal-mudell; |
(d) |
ikunu rilevanti għall-kundizzjonijiet fiż-żona tal-użu; |
(e) |
jiġu appoġġjati b’dettalji li jindikaw kif il-mudell jikkalkula l-istimi mogħtija, u spjegazzjonijiet tal-inputs kollha għall-mudell u dettalji ta’ kif ġew derivati. |
1.8. Ir-rekwiżiti tad-dejta, speċifikati fil-parti B tal-Anness mar-Regolament (UE) Nru 544/2011 u l-parti B tal-Anness mar-Regolament (UE) Nru 545/2011, jinkludu gwida dwar meta u kif ċertu tagħrif għandu jiġi sottomess u dwar il-proċeduri li għandhom jiġu segwiti fil-preparazzjoni u l-evalwazzjoni ta’ dossier. Dik il-gwida għandha tiġi rrispettata.
2. Prinċipji speċifiċi
L-Istati Membri għandhom jimplimentaw il-prinċipji li ġejjin fl-evalwazzjoni tad-dejta u t-tagħrif sottomess bħala appoġġ għall-applikazzjonijiet, mingħajr ħsara għall-prinċipji ġenerali preskritti fit-Taqsima 1:
2.1. Identità
2.1.1.
L-identità tal-mikroorganiżmu għandha tiġi stabbilita b’mod ċar. Għandu jiġi żgurat li tingħata d-dejta xierqa biex tippermetti l-verifika tal-identità tal-mikroorganiżmu fil-livell tar-razza fil-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti.
L-identità tal-mikroorganiżmu għandha tiġi evalwata fil-livell tar-razza. Fejn il-mikroorganiżmu jkun jew mutanti jew inkella organiżmu ġenetikament modifikat (12), għandhom jiġu rreġistrati d-differenzi speċifiċi minn razez oħra tal-istess speċi. L-okkorrenza ta’ stadji ta’ waqfien għandha tiġi rreġistrata.
Id-depożizzjoni tar-razza f’kollezzjoni ta’ kulturi rikonoxxuta internazzjonalment għandha tiġi verifikata.
2.1.2.
L-Istati Membri għandhom jevalwaw it-tagħrif kwantitattiv u kwalitattiv dettaljat ipprovdut dwar il-kompożizzjoni tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti, bħal dak dwar il-mikroorganiżmu (ara hawn fuq), il-metaboliti/it-tossini rilevanti, il-mezz tat-tkabbir residwu, il-koformulanti u l-kontaminanti mikrobiċi preżenti.
2.2. Il-proprjetajiet bijoloġiċi, fiżiċi, kimiċi, u tekniċi
2.2.1.
2.2.1.1. Għandhom jiġu evalwati l-oriġini tar-razza, fejn rilevanti, il-ħabitat naturali tagħha inklużi l-indikazzjonijiet dwar il-livell naturali tal-isfond, iċ-ċiklu tal-ħajja u l-possibbiltajiet għas-sopravivenza, il-kolonizzazzjoni, ir-riproduzzjoni u t-tixrid. Il-proliferazzjoni tal-mikroorganiżmi indiġeni wara perjodu qasir ta’ tkabbir għandha tistabbilizza ruħha u tkompli bħal tal-mikroorganiżmi ta’ sfond.
2.2.1.2. Il-kapaċità tal-mikroorganiżmi biex jaddattaw għall-ambjent għandha tiġi evalwata. B’mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw il-prinċipji li ġejjin:
(a) |
skont il-kundizzjonijiet (eż. id-disponibbiltà ta’ sustrati għat-tkabbir u l-metaboliżmu) il-mikroorganiżmi jistgħu jħaddmu jew le l-espressjoni ta’ ċerti karatteristiċi fenotipiċi; |
(b) |
ir-razez ta’ mikrobi l-aktar adattati għall-ambjent jistgħu jgħixu u jimmultiplikaw aħjar minn razez mhux adattati. Ir-razez adattati għandhom vantaġġ selettiv u jistgħu jiffurmaw il-maġġoranza f’popolazzjoni wara numru ta’ ġenerazzjonijiet; |
(c) |
il-multiplikazzjoni relattivament rapida tal-mikroorganiżmi twassal għal frekwenza ogħla ta’ mutazzjonijiet. Jekk mutazzjoni tkun qiegħda tippromwovi s-sopravivenza fl-ambjent, ir-razza mutanti tista’ ssir dominanti; |
(d) |
il-proprjetajiet tal-virus, b’mod partikolari, jistgħu jinbidlu malajr, inkluża l-virulenza tagħhom. |
Għalhekk, fejn ikun xieraq, għandu jiġi evalwat it-tagħrif dwar l-istabbiltà ġenetika tal-mikroorganiżmu fil-kundizzjonijiet ambjentali tal-użu propost, kif ukoll it-tagħrif dwar il-kapaċità tal-mikroorganiżmu biex jittrasferixxi materjal ġenetiku lil organiżmi oħra u t-tagħrif dwar l-istabilità tal-karatteristiċi kodifikati.
2.2.1.3. Il-mod ta’ azzjoni tal-mikroorganiżmu għandu jiġi evalwat fid-dettall xieraq. Għandu jiġi evalwat ir-rwol potenzjali tal-metaboliti/tat-tossini għall-mod ta’ azzjoni u meta jiġi identifikat, għandha tiġi stabbilita l-inqas konċentrazzjoni effettiva għal kull metabolit/tossina. It-tagħrif dwar il-mod ta’ azzjoni jista’ jkun għodda siewja ħafna fl-identifikazzjoni tar-riskji potenzjali. L-aspetti li jridu jiġu kkunsidrati fl-evalwazzjoni huma:
(a) |
l-antibijosi; |
(b) |
l-induzzjoni tar-reżistenza tal-pjanta; |
(c) |
l-interferenza mal-virulenza ta’ organiżmu patoġeniku fil-mira; |
(d) |
it-tkabbir endofitiku; |
(e) |
il-kolonizzazzjoni tal-għeruq; |
(f) |
il-kompetizzjoni ta’ niċċa ekoloġika (eż. nutrijenti, ħabitats); |
(g) |
il-parassitazzjoni; |
(h) |
il-patoġeniċità tal-invertebrati. |
2.2.1.4. Sabiex jiġu evalwati l-effetti potenzjali fuq organiżmi mhux fil-mira, irid jiġi evalwat it-tagħrif dwar l-ispeċifiċità tal-ospitant tal-mikroorganiżmu, billi jiġu kkunsidrati l-karatteristiċi u l-proprjetajiet deskritti f’(a) u (b).
(a) |
Trid tiġi vvalutata l-kapaċità ta’ mikroorganiżmu li jkun patoġeniku għal organiżmi mhux fil-mira (bnedmin, annimali, u organiżmi oħra mhux fil-mira). Għandha tiġi vvalutata kwalunkwe relazzjoni ma’ patoġeni magħrufa fil-pjanti, fl-annimali jew fil-bniedem li jkunu speċijiet tal-ġenus tal-mikroorganiżmi attivi u/jew kontaminanti. |
(b) |
Il-patoġeniċità kif ukoll il-virulenza huma relatati sew mal-ispeċi ospitant (eż. determinata mit-temperatura tal-ġisem, l-ambjent fiżjoloġiku) u mal-kundizzjonijiet tal-ospitant (eż. il-kundizzjoni tas-saħħa, l-istat tal-immunità). Pereżempju, il-multiplikazzjoni fil-bniedem tiddependi fuq il-kapaċità tal-mikroorganiżmu li jikber fit-temperatura tal-ġisem tal-ospitant. Ċertu mikroorganiżmi jistgħu jikbru biss u jkunu attivi metabolikament f’temperaturi ferm inqas jew ogħla mit-temperatura tal-ġisem tal-bniedem, u għalhekk ma jistgħux ikunu patoġeniċi għall-bniedem. Madankollu, ir-rotta tad-dħul tal-mikroorganiżmu fl-ospitant (orali, inalazzjoni, ġilda/ferita) tista’ tkun fattur kritiku wkoll. Pereżempju, speċi ta’ mikrobu tista’ tikkawża mard wara d-dħul permezz ta’ ħsara fil-ġilda, iżda mhux mill-ħalq. |
2.2.1.5. Ħafna mikroorganiżmi jipproduċu sustanzi ta’ antibijosi li jikkawżaw interferenzi normali fil-komunità mikrobika. Għandha tiġi vvalutata r-reżistenza għal sustanzi antimikrobiċi ta’ importanza għall-mediċina umana u veterinarja. Trid tiġi evalwata l-possibbiltà tat-trasferiment ta’ ġeni li jikkodifikaw għar-reżistenza għal aġenti antimikrobjali.
2.2.2.
2.2.2.1. Skont in-natura tal-mikroorganiżmu u t-tip ta’ formulazzjoni, għandhom jiġu vvalutati l-proprjetajiet tekniċi tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti.
2.2.2.2. Iridu jiġu evalwati ż-żmien kemm idum tajjeb il-prodott fuq l-ixkaffa u l-istabbiltà waqt il-ħżin tal-preparazzjoni, billi jitqiesu l-bidliet potenzjali fil-kompożizzjoni bħat-tkabbir tal-mikroorganiżmu jew ta’ mikroorganiżmi kontaminanti, il-produzzjoni ta’ metaboliti/tossini, eċċ.
2.2.2.3. L-Istati Membri għandhom jivvalutaw il-proprjetajiet fiżiċi u kimiċi tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti u ż-żamma ta’ dawn il-karatteristiċi wara l-ħżin u jqisu:
(a) |
fejn teżisti speċifikazzjoni xierqa tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti (FAO), il-proprjetajiet fiżiċi u kimiċi indirizzati f’dik l-ispeċifikazzjoni, |
(b) |
meta ma tkun teżisti l-ebda speċifikazzjoni xierqa tal-FAO, il-proprjetajiet fiżiċi u kimiċi rilevanti kollha għall-formulazzjoni msemmija fil-Manwal dwar l-iżvilupp u l-użu tal-ispeċifikazzjonijiet tal-FOA u tal-Organizzazzjonijiet Dinjija tas-Saħħa (WHO) dwar il-pestiċidi. |
2.2.2.4. Meta l-pretensjonijiet proposti fuq it-tikketta jinkludu rekwiżiti jew rakkomandazzjonijiet għall-użu tal-preparazzjoni ma’ prodotti oħra għall-protezzjoni tal-pjanti jew ma’ awżiljari bħala taħlita għat-tank, u/jew fejn it-tikketta proposta tinkludi indikazzjonijiet dwar il-kompatibilità tal-preparazzjoni ma’ prodotti oħra għall-protezzjoni tal-pjanti bħala taħlita għat-tank, dawn il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti jew l-awżiljarji jridu jkunu fiżikament u kimikament kompatibbli fit-taħlita għat-tank. Il-kompatibilità bijoloġika għandha tintwera ukoll għal taħlitiet fit-tankijiet, jiġifieri għandu jintwera li kull prodott għall-protezzjoni tal-pjanti fit-taħlita jaħdem kif mistenni u li ma jseħħ l-ebda antagoniżmu.
2.3. Informazzjoni ulterjuri
2.3.1.
Għandhom jiġu evalwati l-kriterji tal-assigurazzjoni tal-kwalità proposti għall-produzzjoni tal-mikroorganiżmu. Fil-kriterji ta’ evalwazzjoni relatati mal-kontroll tal-proċess, għandhom jingħataw kunsiderazzjoni il-prattiċi tajba tal-manifattura, il-prattiċi operattivi, il-flussi tal-proċess, il-prattiċi tat-tindif, il-monitoraġġ tal-mikrobi u l-kundizzjonijiet iġjeniċi sabiex tiġi żgurata l-kwalità tajba tal-mikroorganiżmu. Il-kwalità, l-istabbiltà, il-purità eċċ, tal-mikroorganiżmu għandhom jiġu indirizzati fis-sistema ta’ kontroll tal-kwalità.
2.3.2.
Għandhom jiġu evalwati l-kriterji proposti tal-assigurazzjoni tal-kwalità. Jekk il-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti jkun fih metaboliti/tossini prodotti matul it-tkabbir u residwi mill-mezz tat-tkabbir, dawn għandhom jiġu evalwati. Trid tiġi evalwata l-possibbiltà li jitfaċċaw mikroorganiżmi kontaminanti.
2.4. Effikaċja
2.4.1. Meta l-użu propost jirrigwarda l-kontroll ta’ jew il-protezzjoni kontra organiżmu, l-Istati Membri għandhom jevalwaw il-possibbiltà li dan l-organiżmu jista’ jkun ta’ ħsara fil-kundizzjonijiet agrikoli, tas-saħħa tal-pjanti u tal-ambjent (inkluża l-klima) fiż-żona tal-użu propost.
2.4.2. L-Istati Membri għandhom jevalwaw jekk jistax iseħħ dannu, telf jew inkonvenjenza sinifikanti fil-kundizzjonijiet agrikoli, tas-saħħa tal-pjanti u ambjentali (inklużi klimatiċi) fiż-żona tal-użu propost kieku ma jintużax il-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti.
2.4.3. L-Istati Membri għandhom jevalwaw id-dejta tal-effikaċja stipulata fil-parti B tal-Anness mar-Regolament (UE) Nru 545/2011 dwar il-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti billi jqisu l-livell ta’ kontroll jew il-firxa tal-effett mixtieq u billi jikkunsidraw kundizzjonijiet sperimentali rilevanti bħal:
(a) |
l-għażla tal-wiċċ tar-raba’ jew tal-varjetà mnissla bil-kultivazzjoni; |
(b) |
il-kundizzjonijiet agrikoli u ambjentali (inklużi klimatiċi) (jekk meħtieġa għal effikaċja aċċettabbli, tali dejta/tagħrif għandhom jingħataw ukoll għaż-żmien ta’ qabel u ta’ wara l-applikazzjoni); |
(c) |
il-preżenza u d-densità tal-organiżmu li jġib il-ħsara; |
(d) |
l-istadju tal-iżvilupp tal-wiċċ tar-raba’ u tal-organiżmu; |
(e) |
l-ammont użat tal-prodott mikrobiku għall-protezzjoni tal-pjanti; |
(f) |
jekk ikun meħtieġ fuq it-tikketta, l-ammont ta’ awżiljarju miżjud; |
(g) |
il-frekwenza u ż-żmien tal-applikazzjonijiet; |
(h) |
it-tip ta’ tagħmir tal-applikazzjoni; |
(i) |
il-ħtieġa għal kwalunkwe miżuri ta’ tindif speċjali għat-tagħmir tal-applikazzjoni. |
2.4.4. L-Istati Membri għandhom jevalwaw il-prestazzjoni tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti f’firxa ta’ kundizzjonijiet agrikoli, tas-saħħa tal-pjanti u ambjentali (inkluża l-klima) li x’aktarx ikun hemm fil-prattika fiż-żona tal-użu propost. L-effett fuq il-kontroll integrat għandu jkun inkluż fl-evalwazzjoni. B’mod partikolari, għandha tingħata konsiderazzjoni lil:
(a) |
il-livell, il-konsistenza u t-tul tal-effett imfittex fir-rigward tad-doża meta mqabbla ma’ prodott jew prodotti xierqa ta’ referenza, fejn jeżistu, u ma’ kontroll mingħajr trattament; |
(b) |
fejn rilevanti, l-effett fuq il-produzzjoni jew it-tnaqqis tat-telf waqt il-ħażna, f’termini ta’ kwantità u/jew kwalità, paragunati ma’ prodott jew prodotti xierqa ta’ referenza, fejn jeżistu, u ma’ kontroll mingħajr trattament. |
Meta ma jkun jeżisti l-ebda prodott xieraq ta’ referenza, l-Istati Membri għandhom jevalwaw il-prestazzjoni tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti sabiex jistabbilixxu jekk ikunx hemm benefiċċju konsistenti u li jista’ jiġi definit fil-kundizzjonijiet agrikoli, tas-saħħa tal-pjanti u ambjentali (inkluża l-klima) li x’aktarx li jkun hemm fil-prattika fiż-żona tal-użu propost.
2.4.5. L-Istati Membri għandhom jevalwaw il-livell ta’ effetti ħżiena fuq il-wiċċ tar-raba’ trattat wara l-użu tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti skont il-kundizzjonijiet proposti ta’ użu meta mqabbel, fejn rilevanti, ma’ prodott jew prodotti xierqa ta’ referenza, fejn ikunu jeżistu, u/jew kontroll mhux ittrattat.
(a) |
Din l-evalwazzjoni għandha tikkunsidra l-informazzjoni li ġejja:
|
(b) |
Din l-evalwazzjoni għandha tinkludi:
|
2.4.6. Meta t-tikketta tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti tinkludi rekwiżiti għall-użu tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti ma’ prodotti oħra għall-protezzjoni tal-pjanti u/jew awżiljarji bħala taħlita għat-tank, l-Istati Membri għandhom jagħmlu l-evalwazzjonijiet imsemmija fil-punti 2.4.3 sa 2.4.5 fir-rigward tat-tagħrif mogħti għat-taħlita tat-tank.
Meta t-tikketta tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti tinkludi rakkomandazzjonijiet għall-użu tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti ma’ prodotti oħra għall-protezzjoni tal-pjanti u/jew awżiljarji bħala taħlita għat-tank, l-Istati Membri għandhom jevalwaw l-adegwatezza tat-taħlita u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħha.
2.4.7. Meta d-dejta disponibbli tindika li l-mikroorganiżmu jew metaboliti/tossini, prodotti tad-degradazzjoni jew ta’ reazzjoni rilevanti sinifikanti tal-formulanti jibqgħu preżenti fil-ħamrija u/jew ġewwa jew fuq sustanzi tal-pjanti fi kwantitajiet sinifikanti wara l-użu tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti skont il-kundizzjonijiet proposti tal-użu, l-Istati Membri għandhom jevalwaw il-livell ta’ effetti negattivi fuq l-uċuħ tar-raba’ sussegwenti.
2.4.8. Meta l-użu propost ta’ prodott għall-protezzjoni tal-pjanti jkun maħsub sabiex ikollu effett fuq annimali bis-sinsla, l-Istati Membri għandhom jevalwaw il-mekkaniżmu li bih jinkiseb dan l-effett u l-effetti osservati fuq l-imġiba u s-saħħa tal-annimali fil-mira. Meta l-effett maħsub ikun dak li joqtol l-annimal fil-mira, huma għandhom jevalwaw iż-żmien meħtieġ sabiex tinkiseb il-mewt tal-annimal u l-kundizzjonijiet li fihom isseħħ il-mewt.
Din l-evalwazzjoni għandha tikkunsidra l-informazzjoni li ġejja:
(a) |
it-tagħrif kollu rilevanti kif stipulat fil-parti B tal-Anness mar-Regolament (UE) Nru 545/2011 u r-riżultati tal-evalwazzjoni tiegħu, inklużi l-istudji tossikoloġiċi; |
(b) |
it-tagħrif kollu rilevanti dwar il-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti kif stipulat fil-parti B tal-Anness mar-Regolament (UE) Nru 545/2011, inklużi l-istudji tossikoloġiċi u d-dejta dwar l-effikaċja. |
2.5. Metodi ta’ identifikazzjoni/ditezzjoni u kwantifikazzjoni
L-Istati Membri għandhom jevalwaw il-metodi analitiċi proposti għal skopijiet ta’ kontroll u monitoraġġ wara r-reġistrazzjoni tal-komponenti vijabbli u mhux vijabbli kemm fil-formulazzjoni kif ukoll bħala residwi fl-uċuħ tar-raba’ trattati jew fuqhom. Hija meħtieġa validazzjoni suffiċjenti tal-metodi ta’ qabel l-awtorizzazzjoni u tal-metodi ta’ monitoraġġ ta’ wara l-awtorizzazzjoni. Iridu jiġu identifikati b’mod ċar il-metodi li huma kkunsidrati xierqa għall-monitoraġġ ta’ wara l-awtorizzazzjoni.
2.5.1.
2.5.1.1.
L-Istati Membri għandhom jevalwaw il-metodi analitiċi proposti sabiex jiġu identifikati u kwantifikati l-komponenti mhux vijabbli li huma tossikoloġikament, ekotossikoloġikament jew ambjentalment sinifikanti li jirriżultaw mill-mikroorganiżmu u/jew li jkunu preżenti bħala impurità jew koformulant (inklużi prodotti li jirriżultaw eventwalment mid-degradazzjon u/jew bħala reazzjoni tagħha).
Din l-evalwazzjoni għandha tikkunsidra t-tagħrif dwar il-metodi analitiċi stipulati fil-parti B tal-Anness mar-Regolament (UE) Nru 544/2011 u fil-parti B tal-Anness mar-Regolament (UE) Nru 545/2011 u r-riżultati tal-evalwazzjoni tiegħu. B’mod partikolari, għandha tiġi kkunsidrata l-informazzjoni li ġejja:
(a) |
kemm huma speċifiċi u lineari l-metodi proposti; |
(b) |
il-preċiżjoni (ripetibilità) tal-metodi proposti; |
(c) |
l-importanza tal-interferenzi; |
(d) |
il-preċiżjoni tal-metodi proposti f’konċentrazzjonijiet xierqa; |
(e) |
il-limitu ta’ kwantifikazzjoni tal-metodi proposti. |
2.5.1.2.
L-Istati Membri għandhom jevalwaw il-metodi proposti għall-kwantifikazzjoni u l-identifikazzjoni tar-razza speċifika kkonċernata u speċjalment metodi li jiddiskriminaw dik ir-razza minn razez relatati mill-qrib.
Din l-evalwazzjoni għandha tikkunsidra t-tagħrif dwar il-metodi analitiċi stipulat fil-parti B tal-Anness mar-Regolament (UE) Nru 544/2011 u fil-parti B tal-Anness mar-Regolament (UE) Nru 545/2011 u r-riżultati tal-evalwazzjoni tiegħu. B’mod partikolari, għandha tiġi kkunsidrata l-informazzjoni li ġejja:
(a) |
kemm huma speċifiċi l-metodi proposti; |
(b) |
il-preċiżjoni (ripetibilità) tal-metodi proposti; |
(c) |
l-importanza tal-interferenzi; |
(d) |
il-kwantifikabilità tal-metodi proposti. |
2.5.2.
2.5.2.1.
L-Istati Membri għandhom jevalwaw il-metodi analitiċi proposti għall-identifikazzjoni u l-kwantifikazzjoni tar-residwi mhux vijabbli, tossikoloġikament, ekotossikoloġikament jew ambjentalment sinifikanti, li jirriżultaw mill-mikroorganiżmu (inklużi prodotti li jirriżultaw eventwalment mid-degradazzjon u/jew bħala reazzjoni tagħha).
Din l-evalwazzjoni għandha tikkunsidra t-tagħrif dwar il-metodi analitiċi stipulat fil-parti B tal-Anness mar-Regolament (UE) Nru 544/2011 u fil-parti B tal-Anness mar-Regolament (UE) Nru 545/2011 u r-riżultati tal-evalwazzjoni tiegħu. B’mod partikolari, għandha tiġi kkunsidrata l-informazzjoni li ġejja:
(a) |
kemm huma speċifiċi u lineari l-metodi proposti; |
(b) |
il-preċiżjoni (ripetibilità) tal-metodi proposti; |
(c) |
ir-riproduċibilità (validazzjoni ta’ laboratorju indipedenti) tal-metodi proposti; |
(d) |
l-importanza tal-interferenzi; |
(e) |
il-preċiżjoni tal-metodi proposti f’konċentrazzjonijiet xierqa; |
(f) |
il-limitu ta’ kwantifikazzjoni tal-metodi proposti. |
2.5.2.2.
L-Istati Membri għandhom jevalwaw il-metodi proposti għall-identifikazzjoni tar-razza speċifika kkonċernata u speċjalment metodi li jiddiskriminaw dik ir-razza minn razez relatati mill-qrib.
Din l-evalwazzjoni għandha tikkunsidra t-tagħrif dwar il-metodi analitiċi stipulat fil-parti B tal-Anness mar-Regolament (UE) Nru 544/2011 u fil-parti B tal-Anness mar-Regolament (UE) Nru 545/2011 u r-riżultati tal-evalwazzjoni tiegħu. b’mod partikolari, għandha tiġi kkunsidrata l-informazzjoni li ġejja:
(a) |
kemm huma speċifiċi l-metodi proposti, |
(b) |
il-preċiżjoni (ripetibilità) tal-metodi proposti, |
(c) |
l-importanza tal-interferenzi, |
(d) |
il-kwantifikabilità tal-metodi proposti. |
2.6. L-impatt fuq is-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali
Għandu jiġi evalwat l-impatt fuq is-saħħa tal-bnedmin jew tal-annimali. B’mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw il-prinċipji li ġejjin:
(a) |
minħabba l-kapaċità tal-mikroorganiżmi li jirreplikaw, hemm differenza ċara bejn il-kimiki u l-mikroorganiżmi użati bħala prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti. Il-perikli li jirriżultaw mhux neċessarjament huma tal-istess natura bħal dawk ippreżentati mill-kimiki, speċjalment fir-rigward tal-kapaċità tal-mikroorganiżmi li jippersistu u jimmultiplikaw f’ambjenti differenti; |
(b) |
il-patoġeniċità tal-mikroorganiżmu għall-bnedmin u l-annimali mhux fil-mira, l-infettività tal-mikroorganiżmu, il-kapaċità tal-mikroorganiżmu li jikkolonizza, it-tossiċità tal-metaboliti/tat-tossini kif ukoll it-tossiċità tal-mezz tat-tkabbir residwu, il-kontaminanti u l-koformulanti, huma punti finali importanti fil-valutazzjoni tal-effetti ħżiena mill-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti; |
(c) |
il-kolonizzazzjoni, l-infettività u t-tossiċità jinkludu sett kumpless ta’ interazzjonijiet bejn il-mikroorganiżmi u l-ospitanti u dawn il-punti finali jistgħu ma jiġux riżolti faċilment bħala punti finali indipendenti; |
(d) |
meta jiġu kombinati dawn il-punti finali, l-aspetti l-aktar importanti tal-mikroorganiżmu li għandhom jiġu vvalutati huma:
|
(e) |
barra minn hekk, il-kumplessità tal-kwistjonijiet bijoloġiċi għandha tiġi kkunsidrata fl-evalwazzjoni tal-perikli u r-riskji ppreżentati għall-bniedem u l-annimali bl-użu ta’ dawn il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti. Hija meħtieġa valutazzjoni tal-patoġeniċità u tal-infettività anki jekk il-potenzjal ta’ espożizzjoni jkun meqjus baxx; |
(f) |
għall-valutazzjoni tar-riskju, l-istudji użati dwar it-tossiċità akuta għandhom, fejn disponibbli, jinkludu mill-anqas żewġ dożi (eż. doża waħda għolja ħafna u oħra li tikkorrispondi għall-espożizzjoni mistennija taħt kundizzjonijiet prattiċi). |
2.6.1.
2.6.1.1. L-Istati Membri għandhom jevalwaw l-espożizzjoni tal-operatur għall-mikroorganiżmu, u/jew għal komposti tossikoloġikament rilevanti fil-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti (eż. l-metaboliti/it-tossini tagħhom, il-mezz tat-tkabbir residwu, il-kontaminanti u l-koformulanti), li probabbli sseħħ fil-kundizzjonijiet proposti tal-użu (inkluż b’mod partikolari d-doża, il-metodu ta’ applikazzjoni u l-kundizzjonijiet klimatiċi). Għandha tintuża dejta realistika dwar il-livelli ta’ espożizzjoni u, jekk tali dejta ma tkunx disponibbli, mudell ta’ kalkolu validat u xieraq. Meta tkun disponibbli, għandha tintuża bażi ta’ dejta Ewopea armonizzata tal-espożizzjoni ġenerika għall-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti.
(a) |
Din l-evalwazzjoni għandha tikkunsidra l-informazzjoni li ġejja:
|
(b) |
Abbażi tat-tagħrif imsemmi f’(a), il-punti finali ġenerali li ġejjin għandhom jiġu stabbiliti għal espożizzjoni waħda jew ripetuta tal-operatur wara l-użu maħsub:
Jekk ikun hemm indikazzjonijiet ta’ kolonizzazzjoni fl-ospitant u/jew jekk ikunu osservati effetti ħżiena, li jindikaw tossiċità/infettività, meta jitqies ix-xenarju tal-espożizzjoni (jiġifieri espożizzjoni akuta jew ripetuta), għandu jsir aktar ittestjar. |
(c) |
Din l-evalwazzjoni għandha ssir għal kull tip ta’ metodu ta’ applikazzjoni u tagħmir tal-applikazzjoni propost għall-użu tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti kif ukoll għat-tipi u d-daqsijiet differenti tal-kontenituri li se jintużaw, billi jitqiesu t-taħlit, l-operazzjonijiet tat-tagħbija, l-applikazzjoni tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti u t-tindif u l-manutenzjoni ta’ rutina tat-tagħmir tal-applikazzjoni. Fejn ikun rilevanti, jistgħu jiġu kkunsidrati wkoll użi oħra awtorizzati tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti fiż-żona tal-użu previst, li jkun fihom l-istess sustanza attiva jew li joħolqu l-istess residwi. Għandu jiġi kkunsidrat li jekk tkun mistennija replikazzjoni tal-mikroorganiżmu, il-valutazzjoni tal-espożizzjoni tista’ tkun spekulattiva ħafna. |
(d) |
L-assenza jew il-preżenza tal-potenzjal għall-kolonizzazzjoni jew tal-possibbiltà ta’ effetti fl-operaturi fil-livelli tad-doża ttestjati kif stipulat fil-parti B tal-Anness mar-Regolament (UE) Nru 544/2011 u fil-parti B tal-Anness mar-Regolament (UE) Nru 545/2011 għandhom jiġu vvalutati fir-rigward tal-livelli mkejla jew stmati tal-espożizzjoni tal-bniedem. Din il-valutazzjoni tar-riskju, preferibbilment kwantitattiva, għandha tinkludi kunsiderazzjoni pereżempju tal-mod tal-azzjoni, il-proprjetajiet bijoloġiċi, fiżiċi u kimiċi tal-mikroorganiżmu u sustanzi oħra fil-formulazzjoni. |
2.6.1.2. L-Istati Membri għandhom jeżaminaw it-tagħrif li għandu x’jaqsam man-natura u l-karatteristiċi tal-ippakkjar propost b’referenza partikolari għall-aspetti li ġejjin:
(a) |
it-tip ta’ ppakkjar; |
(b) |
il-qisien tiegħu u kemm jesa’ (il-kapaċità); |
(c) |
id-daqs tal-fetħa; |
(d) |
it-tip ta’ għeluq; |
(e) |
is-saħħa tiegħu, kemm jissiġilla ruħu sewwa kontra t-tnixxija u r-reżistenza tiegħu għat-trasport u l-immaniġġjar normali; |
(f) |
ir-reżistenza għall-kontenut u l-kompatibbiltà miegħu. |
2.6.1.3. L-Istati Membri għandhom jeżaminaw in-natura u l-karatteristiċi tal-ilbies u tat-tagħmir protettiv propost b’referenza partikolari għall-aspetti li ġejjin:
(a) |
kemm jinkisbu malajr u kemm huma adattati; |
(b) |
l-effikaċja; |
(c) |
il-faċilità biex jintlibes billi jiġu kkunsidrati l-istress fiżiku u l-kundizzjonijiet klimatiċi; |
(d) |
ir-reżistenza għall-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti u l-kompatibbiltà miegħu. |
2.6.1.4. L-Istati Membri għandhom jevalwaw il-possibbiltà ta’ espożizzjoni ta’ bnedmin (ħaddiema esposti wara l-applikazzjoni tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti, bħall-ħaddiema li jerġgħu jidħlu jew persuni fil-qrib) jew annimali oħra għall-mikroorganiżmu u/jew għal komposti oħra tossikoloġikament rilevanti fil-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti fil-kundizzjonijiet proposti għall-użu. Din l-evalwazzjoni għandha tikkunsidra l-informazzjoni li ġejja:
(a) |
id-dejta medika u l-istudji dwar it-tossiċità, l-infettività u l-patoġeniċità stipulati fil-parti B tal-Anness mar-Regolament (UE) Nru 544/2011, u r-riżultati tal-evalwazzjoni tagħhom. It-testijiet tal-Livell 1 għandhom jippermettu li ssir evalwazzjoni tal-mikroorganiżmu fir-rigward tal-kapaċità tiegħu li jippersisti jew jikber fl-ospitant u tal-kapaċità tiegħu li jikkawża effetti/reazzjonijiet fl-ospitant. Il-parametri li jindikaw l-assenza tal-kapaċità li jippersisti u jimmultiplika fl-ospitant, u n-nuqqas tal-kapaċità li jipproduċi effetti mhux ħżiena jew ħżiena f’ospitant, inkluż it-tneħħija rapida u kompleta mill-ġisem, l-ebda attivazzjoni tas-sistema tal-immunità, l-ebda bidliet ħistopatoloġiċi, u l-inkapaċità li jirreplika f’temperaturi ta’ ġisem mammiferu. Dawn il-parametri jistgħu f’ċerti każijiet ikunu valutati bl-użu ta’ studji akuti u dejta eżistenti dwar il-bniedem, u kultant jistgħu jiġu vvalutati biss bl-użu ta’ studji b’doża ripetuta. Evalwazzjoni bbażata fuq il-parametri rilevanti tat-testijiet tal-Livell 1 għandha twassal għal valutazzjoni tal-effetti potenzjali tal-espożizzjoni fuq il-post tax-xogħol, billi jiġu kkunsidrati l-intensità u d-dewmien tal-espożizzjoni, inkluża l-espożizzjoni minħabba użu ripetut matul l-użu prattiku. It-tossiċità ta’ ċertu metaboliti/tossini tista’ tiġi vvalutata biss jekk ikun intwera li l-annimali tat-test ikunu fil-fatt esposti għal dawn il-metaboliti/tossini; |
(b) |
tagħrif ieħor rilevanti dwar il-mikroorganiżmu, il-metaboliti/tossini, il-mezz tat-tkabbir tar-residwu, il-kontaminanti u l-koformulanti fil-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti, bħall-proprjetajiet bijoloġiċi, fiżiċi u kimiċi (eż. is-sopravivenza tal-mikroorganiżmu fit-temperatura tal-ġisem tal-bniedem u tal-annimali, in-niċċa ekoloġika, l-imġiba tal-mikroorganiżmu u/jew tal-metaboliti/tossini matul l-applikazzjoni); |
(c) |
l-istudji tossikoloġiċi stipulati fil-parti B tal-Anness mar-Regolament (UE) Nru 545/2011; |
(d) |
tagħrif ieħor rilevanti dwar il-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti kif stipulat fil-parti B tal-Anness mar-Regolament (UE) Nru 545/2011, bħal:
|
2.6.2.
Fl-evalwazzjoni, ir-residwi mhux vijabbli u vijabbli għandhom jiġu indirizzati separatament. Il-virus u l-virojdi għandhom jitqiesu bħala residwi vijabbli għaliex huma kapaċi jittrasferixxu materjal ġenetiku, għalkemm strettament dawn mhumiex ħajjin.
2.6.2.1.
(a) |
L-Istati Membri għandhom jevalwaw il-possibbiltà ta’ espożizzjoni tal-bniedem jew tal-annimali għal residwi mhux vijabbli u l-prodotti ta’ degradazzjoni tagħhom permezz tal-katina tal-ikel minħabba l-okkorrenza potenzjali ta’ tali residwi ġewwa jew fuq partijiet li jittieklu tal-uċuħ tar-raba’ trattati. B’mod partikolari, għandha tiġi kkunsidrata l-informazzjoni li ġejja:
|
(b) |
L-Istati Membri għandhom jevalwaw it-tossiċità tar-residwi mhux vijabbli u l-prodotti ta’ degradazzjoni tagħhom billi jikkunsidraw b’mod partikolari t-tagħrif speċifiku mogħti skont il-parti B tal-Anness mar-Regolament (UE) Nru 544/2011 u l-parti B tal-Anness mar-Regolament (UE) Nru 545/2011. |
(c) |
Fejn ir-residwi mhux vijabbli jew il-prodotti ta’ degradazzjoni tagħhom ikunu kkunsidrati bħala tossikoloġikament rilevanti għall-bniedem u/jew għall-annimali u fejn l-espożizzjoni ma tkunx ikkunsidrata bħala negliġibbli, għandhom jiġu stabbiliti l-livelli attwali ġewwa jew fuq il-partijiet li jittieklu tal-uċuħ tar-raba’ ttrattati, billi jitqiesu:
|
2.6.2.2.
(a) |
L-Istati Membri għandhom jevalwaw il-possibbiltà ta’ espożizzjoni tal-bniedem jew tal-annimali għal residwi vijabbli permezz tal-katina tal-ikel minħabba l-okkorrenza potenzjali ta’ tali residwi ġewwa jew fuq partijiet li jittieklu tal-uċuħ tar-raba’ ttrattati. B’mod partikolari, għandha tiġi kkunsidrata l-informazzjoni li ġejja:
|
(b) |
L-Istati Membri għandhom jevalwaw it-tagħrif speċifiku dwar il-kapaċità tar-residwi vijabbli li jippersistu jew jikbru fl-ospitant u l-kapaċità ta’ tali residwi li jikkawżaw effetti/reazzjonijiet fl-ospitant. B’mod partikolari, għandha tiġi kkunsidrata l-informazzjoni li ġejja:
Għandhom jiġu indirizzati d-diversi stadji differenti tal-iżvilupp/iċ-ċiklu tal-ħajja tal-mikroorganiżmi. |
(c) |
Fil-każ li r-residwi vijabbli jkunu kkunsidrati bħala tossikoloġikament rilevanti għall-bniedem u/jew għall-annimali u jekk l-espożizzjoni ma tkunx ikkunsidrata bħala negliġibbli, għandhom jiġu stabbiliti l-livelli attwali ġewwa u fuq il-partijiet li jittieklu tal-uċuħ tar-raba’ ttrattati, billi jitqiesu:
|
2.7. Destin u mġiba fl-ambjent
Iridu jiġu kkunsidrati l-bijokumplessità tal-ekosistemi u l-interazzjonijiet fil-komunitajiet mikrobiċi kkonċernati.
It-tagħrif dwar l-oriġini u l-proprjetajiet (eż. l-ispeċifiċità) tal-mikroorganiżmu/il-metaboliti residwi/it-tossini tiegħu u l-użu maħsub tiegħu jifforma l-bażi għal valutazzjoni tad-destin u l-imġiba fl-ambjent. Għandu jiġi kkunsidrat il-mod ta’ azzjoni tal-mikroorganiżmu.
Għandha ssir valutazzjoni tad-destin u tal-imġiba ta’ kwalunkwe metabolit rilevanti magħruf li hu prodott mill-mikroorganiżmu. Il-valutazzjoni għandha ssir għal kull kompartament ambjentali, u għandha tiġi attivata abbażi tal-kriterji speċifikati fit-taqsima 7 (iv) tal-parti B tal-Anness mar-Regolament (UE) Nru 544/2011.
Fil-valutazzjoni tad-destin u tal-imġiba ambjentali tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw l-aspetti kollha tal-ambjent, inkluż il-bijota. Il-potenzjal għall-persistenza u l-multiplikazzjoni tal-mikroorganiżmi għandu jiġi vvalutat fil-kompartamenti kollha ambjentali sakemm ma jkunx jista’ jiġi ġustifikat li mikroorganiżmi partikolari ma għandhomx jilħqu kompartament speċifiku. Iridu jiġu kkunsidrati l-mobilità tal-mikroorganiżmi u l-metaboliti residwi/it-tossini.
2.7.1. L-Istati Membri għandhom jevalwaw il-possibbiltà ta’ kontaminazzjoni tal-ilma ta’ taħt l-art, tal-ilma tal-wiċċ u tal-ilma tax-xorb fil-kundizzjonijiet tal-użu proposti tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti.
Fil-valutazzjoni ġenerali, l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lill-effetti ħżiena potenzjali fuq il-bniedem permezz tal-kontaminazzjoni tal-ilma ta’ taħt l-art, meta s-sustanza attiva tiġi applikata f’reġjuni b’kundizzjonijiet vulnerabbli, bħal żoni ta’ estrazzjoni tal-ilma tax-xorb.
2.7.2. L-Istati Membri għandhom jevalwaw ir-riskju għall-kompartament akkwatiku fejn tiġi stabbilita l-possibbiltà ta’ espożizzjoni tal-organiżmi akkwatiċi. Mikroorganiżmu jista’ joħloq riskji minħabba l-potenzjal tiegħu, permezz tal-multiplikazzjoni sabiex jistabbilixxi ruħu fl-ambjent u għalhekk jista’ jkollu impatti fit-tul jew permanenti fuq il-komunitajiet tal-mikrobi jew il-predaturi tagħhom.
Din l-evalwazzjoni għandha tikkunsidra l-informazzjoni li ġejja:
(a) |
il-proprjetajiet bijoloġiċi tal-mikroorganiżmu; |
(b) |
is-sopravivenza tal-mikroorganiżmu fl-ambjent; |
(c) |
in-niċċa ekoloġika tiegħu; |
(d) |
il-livell ta’ sfond naturali tal-mikroorganiżmu, fejn huwa indiġenu; |
(e) |
it-tagħrif dwar id-destin u l-imġiba fil-partijiet differenti tal-ambjent; |
(f) |
fejn rilevanti, it-tagħrif dwar l-interferenza potenzjali mas-sistemi analitiċi użati għall-kontroll tal-kwalità tal-ilma tax-xorb kif stipulat fid-Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE (13); |
(g) |
fejn rilevanti, użi oħra awtorizzati tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti fiż-żona tal-użu previst, eż. li jkun fihom l-istess sustanza attiva jew li joħolqu l-istess residwi. |
2.7.3. L-Istati Membri għandhom jevalwaw il-possibbiltà ta’ espożizzjoni tal-organiżmi fl-atmosfera għall-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti fil-kundizzjonijiet proposti tal-użu; jekk tkun teżisti din il-possibbiltà, huma għandhom jevalwaw ir-riskju għall-atmosfera. Għandu jiġi kkunsidrat it-trasport, fuq medda qasira u fuq medda twila, tal-mikroorganiżmu fl-atmosfera.
2.7.4. L-Istati Membri għandhom jevalwaw il-possibbiltà ta’ espożizzjoni tal-organiżmi fil-kompartiment terrestri għall-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti fil-kundizzjonijiet proposti tal-użu; jekk tkun teżisti din il-possibbiltà, huma għandhom jevalwaw ir-riskji li jqumu għall-kompartament terrestri. Mikroorganiżmu jista’ jikkawża riskji minħabba l-potenzjal tiegħu, permezz tal-multiplikazzjoni, li jistabbilixxi ruħu fl-ambjent u għalhekk jista’ jkollu impatti li jdumu jew permanenti fuq il-komunitajiet tal-mikrobi jew il-predaturi tagħhom.
Din l-evalwazzjoni għandha tikkunsidra l-informazzjoni li ġejja:
(a) |
il-proprjetajiet bijoloġiċi tal-mikroorganiżmu; |
(b) |
is-sopravivenza tal-mikroorganiżmu fl-ambjent; |
(c) |
in-niċċa ekoloġika tiegħu; |
(d) |
il-livell ta’ sfond naturali tal-mikroorganiżmu, fejn huwa indiġenu; |
(e) |
it-tagħrif dwar id-destin u l-imġiba fil-partijiet differenti tal-ambjent; |
(f) |
fejn rilevanti, użi oħra awtorizzati tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti fiż-żona tal-użu previst, eż. li jkun fihom l-istess sustanza attiva jew li joħolqu l-istess residwi. |
2.8. Effetti fuq u l-espożizzjoni ta’ organiżmi mhux fil-mira
Għandu jiġi vvalutat it-tagħrif dwar l-ekoloġija tal-mikroorganiżmu u l-effetti fuq l-ambjent kif ukoll il-livelli potenzjali ta’ espożizzjoni u l-effetti tal-metaboliti/tossini rilevanti tiegħu. Hija meħtieġa valutazzjoni ġenerali tar-riskji ambjentali li l-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti jista’ jikkawża, billi jiġu kkunsidrati l-livelli normali ta’ espożizzjoni għall-mikroorganiżmi kemm fl-ambjent kif ukoll fil-ġisem tal-organiżmi.
L-Istati Membri għandhom jevalwaw il-possibbiltà ta’ espożizzjoni ta’ organiżmi mhux fil-mira fil-kundizzjonijiet tal-użu proposti u jekk tkun teżisti din il-possibbiltà, huma għandhom jevalwaw ir-riskji li jqumu għall-organiżmi mhux fil-mira kkonċernati.
Fejn applikabbli, hija neċessarja valutazzjoni tal-infettività u tal-patoġeniċità, sakemm ma jkunx jista’ jiġi ġġustifikat li l-organiżmi mhux fil-mira ma għandhomx jiġu esposti.
Sabiex tiġi vvalutata l-possibbiltà ta’ espożizzjoni, għandha tiġi kkunsidrata wkoll l-informazzjoni li ġejja:
(a) |
is-sopravivenza tal-mikroorganiżmu fil-kompartament rispettiv; |
(b) |
in-niċċa ekoloġika tiegħu; |
(c) |
il-livell ta’ sfond naturali tal-mikroorganiżmu, fejn dan ikun indiġenu; |
(d) |
it-tagħrif dwar id-destin u l-imġiba fil-partijiet differenti tal-ambjent; |
(e) |
fejn rilevanti, użi oħra awtorizzati tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti fiż-żona tal-użu previst, li jkun fih l-istess sustanza attiva jew li joħloq l-istess residwi. |
2.8.1. L-Istati Membri għandhom jevalwaw il-possibbiltà ta’ espożizzjoni ta’, u l-effetti fuq il-ħajja selvaġġa terrestri (għasafar mhux domestiċi, mammiferi u vertebrati oħra terrestri).
2.8.1.1. Mikroorganiżmu jista’ joħloq riskji minħabba l-potenzjal tiegħu li jinfetta u jimmultiplika fis-sistemi tal-ospitanti għasafar u mammiferi. Għandu jiġi vvalutat jekk ir-riskji identifikati jistgħux jiġu mibdula jew le minħabba l-formulazzjoni tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti, b’kunsiderazzjoni tat-tagħrif li ġej dwar il-mikroorganiżmu:
(a) |
il-mod ta’ azzjoni tiegħu; |
(b) |
proprjetajiet bijoloġiċi oħra; |
(c) |
studji dwar it-tossiċità, il-patoġeniċità u l-infettività għall-mammiferi; |
(d) |
studji dwar it-tossiċità, il-patoġeniċità u l-infettività għall-għasafar. |
2.8.1.2. Prodott għall-protezzjoni tal-pjanti jista’ joħloq effetti tossiċi minħabba l-azzjoni tat-tossini jew tal-koformulanti. Għall-valutazzjoni ta’ dawn l-effetti, għandu jiġi kkunsidrat it-tagħrif li ġej:
(a) |
l-istudji dwar it-tossiċità għall-mammiferi; |
(b) |
l-istudji dwar it-tossiċità għall-għasafar; |
(c) |
it-tagħrif dwar id-destin u l-imġiba fil-partijiet differenti tal-ambjent. |
Jekk jiġu osservati mortalità jew sinjali ta’ intossifikazzjoni fit-testijiet, l-evalwazzjoni għandha tinkludi kalkulazzjoni tal-proporzjonijiet tat-tossiċità/espożizzjoni abbażi tal-kwozjent tal-valur LD50 u l-espożizzjoni stmata espressa f’ mg/kg ta’ piż tal-ġisem.
2.8.2. L-Istati Membri għandhom jevalwaw il-potenzjal ta’ espożizzjoni ta’ u l-effetti fuq l-organiżmi akkwatiċi.
2.8.2.1. Mikroorganiżmu jista’ joħloq riskji minħabba l-potenzjal tiegħu li jinfetta u jimmultiplika fl-organiżmi akkwatiċi. Għandu jiġi vvalutat jekk ir-riskji identifikati jistgħux jiġu mibdula jew le minħabba l-formulazzjoni tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti, b’kunsiderazzjoni tat-tagħrif li ġej dwar il-mikroorganiżmu:
(a) |
il-mod ta’ azzjoni tiegħu; |
(b) |
proprjetajiet bijoloġiċi oħra; |
(c) |
l-istudji dwar it-tossiċità, il-patoġeniċità u l-infettività. |
2.8.2.2. Prodott għall-protezzjoni tal-pjanti jista’ jikkawża effetti tossiċi minħabba l-azzjoni tat-tossini jew tal-koformulanti. Għall-valutazzjoni ta’ dawn l-effetti għandu jiġi kkunsidrat it-tagħrif li ġej:
(a) |
l-istudji dwar it-tossiċità għall-organiżmi akkwatiċi; |
(b) |
it-tagħrif dwar id-destin u l-imġiba fil-partijiet differenti tal-ambjent. |
Jekk jiġu osservati mortalità jew sinjali ta’ intossifikazzjoni fit-testijiet, l-evalwazzjoni għandha tinkludi kalkulazzjoni tal-proporzjonijiet tat-tossiċità/espożizzjoni abbażi tal-kwozjent tal-valur EC50 u/jew il-valur NOEC u l-espożizzjoni stmata.
2.8.3. L-Istati Membri għandhom jevalwaw il-potenzjal ta’ espożizzjoni ta’ u l-effetti fuq in-naħal.
2.8.3.1. Mikroorganiżmu jista’ joħloq riskji minħabba l-potenzjal tiegħu li jinfetta u jimmultiplika fin-naħal. Għandu jiġi vvalutat jekk ir-riskji identifikati jistgħux jinbidlu jew le minħabba l-formulazzjoni tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti, billi jiġi kkunsidrat it-tagħrif li ġej dwar il-mikroorganiżmu:
(a) |
il-mod ta’ azzjoni tiegħu; |
(b) |
proprjetajiet bijoloġiċi oħra; |
(c) |
l-istudji dwar it-tossiċità, il-patoġeniċità u l-infettività. |
2.8.3.2. Prodott għall-protezzjoni tal-pjanti jista’ jikkawża effetti tossiċi minħabba l-azzjoni tat-tossini jew tal-koformulanti. Għall-valutazzjoni ta’ dawn l-effetti għandu jiġi kkunsidrat it-tagħrif li ġej:
(a) |
l-istudji dwar it-tossiċità għan-naħal; |
(b) |
it-tagħrif dwar id-destin u l-imġiba fil-partijiet differenti tal-ambjent. |
Jekk jiġu osservati mortalità jew sinjali ta’ intossifikazzjoni fit-testijiet, l-evalwazzjoni għandha tinkludi kalkulazzjoni tal-kwozjent tal-periklu, abbażi tal-kwozjent tad-doża f’g/ha u l-valur LD50 f’μg/naħla.
2.8.4. L-Istati Membri għandhom jevalwaw il-potenzjal ta’ espożizzjoni ta’ u l-effetti fuq artropodi oħra minbarra n-naħal.
2.8.4.1. Mikroorganiżmu jista’ joħloq riskji minħabba l-potenzjal tiegħu li jinfetta u jimmultiplika f’artropodi minbarra n-naħal. Għandu jiġi vvalutat jekk ir-riskji identifikati jistgħux jinbidlu jew le minħabba l-formulazzjoni tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti, b’kunsiderazzjoni tat-tagħrif li ġej dwar il-mikroorganiżmu:
(a) |
il-mod ta’ azzjoni tiegħu; |
(b) |
proprjetajiet bijoloġiċi oħra; |
(c) |
l-istudji dwar it-tossiċità, il-patoġeniċità u l-infettività għan-naħal tal-għasel u artropodi oħra. |
2.8.4.2. Prodott għall-protezzjoni tal-pjanti jista’ jikkawża effetti tossiċi minħabba l-azzjoni tat-tossini jew tal-koformulanti. Għall-valutazzjoni ta’ dawn l-effetti għandu jiġi kkunsidrat it-tagħrif li ġej:
(a) |
l-istudji dwar it-tossiċità għall-artropodi; |
(b) |
it-tagħrif dwar id-destin u l-imġiba fil-partijiet differenti tal-ambjent; |
(c) |
id-dejta disponibbli mill-iskrinjar bijoloġiku primarju. |
Jekk jiġu osservati mortalità jew sinjali ta’ intossifikazzjoni fit-testijiet, l-evalwazzjoni għandha tinkludi kalkulazzjoni tal-proporzjonijiet tat-tossiċità/espożizzjoni abbażi tal-kwozjent tal-valur ER50 (rata effettiva) u l-espożizzjoni stmata.
2.8.5. L-Istati Membri għandhom jevalwaw il-potenzjal ta’ espożizzjoni ta’ u l-effetti fuq il-ħniex.
2.8.5.1. Mikroorganiżmu jista’ joħloq riskji minħabba l-potenzjal tiegħu li jinfetta u jimmultiplika fil-ħniex. Għandu jiġi vvalutat jekk ir-riskji identifikati jistgħux jinbidlu jew le minħabba l-formulazzjoni tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti, billi jiġi kkunsidrat it-tagħrif li ġej dwar il-mikroorganiżmu:
(a) |
il-mod ta’ azzjoni tiegħu; |
(b) |
proprjetajiet bijoloġiċi oħra; |
(c) |
l-istudji dwar it-tossiċità, il-patoġeniċità u l-infettività għall-ħniex. |
2.8.5.2. Prodott għall-protezzjoni tal-pjanti jista’ jikkawża effetti tossiċi minħabba l-azzjoni tat-tossini jew tal-koformulanti. Għall-valutazzjoni ta’ dawn l-effetti għandha tiġi kkunsidrata l-informazzjoni li ġejja:
(a) |
l-istudji dwar it-tossiċità għall-ħniex; |
(b) |
it-tagħrif dwar id-destin u l-imġiba fil-partijiet differenti tal-ambjent. |
Jekk jiġu osservati mortalità jew sinjali ta’ intossifikazzjoni fit-testijiet, l-evalwazzjoni għandha tinkludi kalkulazzjoni tal-proporzjonijiet tat-tossiċità/espożizzjoni abbażi tal-kwozjent tal-valur LC50 u l-espożizzjoni stmata espressa f’ mg/kg ta’ piż niexef tal-ħamrija.
2.8.6. L-Istati Membri għandhom jevalwaw il-possibbiltà ta’ espożizzjoni ta’ u l-effetti fuq il-mikroorganiżmi tal-ħamrija.
2.8.6.1. Mikroorganiżmu jista’ joħloq riskji minħabba l-potenzjal tiegħu li jinterferixxi mal-mineralizzazzjoni tan-nitroġenu u tal-karbonju fil-ħamrija. Għandu jiġi vvalutat jekk ir-riskji identifikati jistgħux jinbidlu jew le minħabba l-formulazzjoni tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti, billi jiġi kkunsidrat it-tagħrif li ġej dwar il-mikroorganiżmu:
(a) |
il-mod ta’ azzjoni tiegħu; |
(b) |
proprjetajiet bijoloġiċi oħra. |
Dejta sperimentali normalment mhijiex meħtieġa, jiġifieri, fejn jista’ jkun iġġustifikat li tista’ titwettaq valutazzjoni korretta tar-riskju bit-tagħrif disponibbli.
2.8.6.2. L-Istati Membri għandhom jevalwaw l-impatt ta’ mikroorganiżmi eżotiċi/mhux indiġeni fuq il-mikroorganiżmi mhux fil-mira u fuq il-predaturi tagħhom wara l-użu tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti skont il-kundizzjonijiet proposti tal-użu. Normalment mhijiex meħtieġa dejta sperimentali, jiġifieri, fejn jista’ jkun iġġustifikat li tista’ titwettaq valutazzjoni korretta tar-riskju bit-tagħrif disponibbli.
2.8.6.3. Prodott għall-protezzjoni tal-pjanti jista’ jikkawża effetti tossiċi minħabba l-azzjoni tat-tossini jew tal-koformulanti. Għall-valutazzjoni ta’ dawn l-effetti għandu jiġi kkunsidrat it-tagħrif li ġej:
(a) |
it-tagħrif dwar id-destin u l-imġiba fil-partijiet differenti tal-ambjent, |
(b) |
it-tagħrif kollu disponibbli mill-għarbil bijoloġiku primarju. |
2.9. Konklużjonijiet u proposti
L-Istati Membri għandhom jiġbdu konklużjonijiet dwar il-ħtieġa għal iżjed tagħrif u/jew ittestjar u l-ħtieġa għal miżuri li jillimitaw ir-riskji li jqumu. L-Istati Membri għandhom jiġġustifikaw il-proposti għall-klassifikazzjoni u l-ittikkettjar tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti.
C. TEĦID TAD-DEĊIŻJONIJIET
1. Prinċipji ġenerali
1.1. Fejn ikun xieraq, l-Istati Membri għandhom jimponu kundizzjonijiet jew restrizzjonijiet fuq l-awtorizzazzjonijiet li jagħtu. In-natura u s-severità ta’ dawn il-kundizzjonijiet jew restrizzjonijiet iridu jintgħażlu fuq il-bażi ta’, u jkunu adattati skont, in-natura u l-firxa tal-vantaġġi mistennija u r-riskji li x’aktarx jinħolqu.
1.2. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li, fejn ikun meħtieġ, id-deċiżjonijiet li jittieħdu fir-rigward tal-għoti tal-awtorizzazzjonijiet iqisu l-kundizzjonijiet agrikoli, tas-saħħa tal-pjanti u ambjentali (inkluża l-klima) fiż-żoni tal-użu previst. Konsiderazzjonijiet bħal dawn jistgħu jwasslu għal kundizzjonijiet u restrizzjonijiet speċifiċi fuq l-użu, sabiex tingħata awtorizzazzjoni għal xi żoni iżda mhux oħrajn fi ħdan l-Istat Membru inkwistjoni.
1.3. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-ammonti awtorizzati, f’termini ta’ rati u numru ta’ applikazzjonijiet, ikunu l-minimu neċessarju sabiex jinkiseb l-effett mixtieq anki meta ammonti ogħla ma jwasslux għal riskji mhux aċċettabbli għas-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali jew għall-ambjent. L-ammonti awtorizzati jridu jiġu differenzjati skont, u jkunu adattati għall-kundizzjonijiet agrikoli, tas-saħħa tal-pjanti jew ambjentali (fosthom il-klima) fid-diversi żoni li għalihom tingħata awtorizzazzjoni. Madankollu, ir-rati u n-numru ta’ applikazzjonijiet ma jistgħux joħolqu effetti mhux mixtieqa bħalma hu l-iżvilupp tar-reżistenza.
1.4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi d-deċiżjonijiet jirrispettaw il-prinċipji ta’ kontroll integrat tal-insetti u l-annimali li jagħmlu ħsara, jekk il-prodott ikun maħsub biex jintuża f’kundizzjonijiet meta dawn il-prinċipji jkunu ta’ min joqgħod fuqhom.
1.5. Billi l-evalwazzjoni għandha tkun ibbażata fuq dejta li tirrigwarda numru limitat ta’ speċi rappreżentattivi, l-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-użu tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti ma jkollux riperkussjonijiet fit-tul fuq l-abbundanza u d-diversità tal-ispeċi li mhumiex fil-mira.
1.6. Qabel ma joħorġu awtorizzazzjoni, l-Istati Membri għandhom jassiguraw li t-tikketta tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti:
(a) |
tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 547/2011; |
(b) |
tinkludi wkoll l-informazzjoni dwar il-protezzjoni tal-utenti li hija meħtieġa mil-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema; |
(c) |
tispeċifika b’mod partikolari l-kundizzjonijiet jew ir-restrizzjonijiet li bihom il-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti jista’ jew ma jistax jintuża kif imsemmija fil-punti 1.1 sa 1.5; |
(d) |
u li l-awtorizzazzjoni għandha ssemmi d-dettalji indikati fl-Annessi II u III mar-Regolament (UE) Nru 547/2011 u l-Artikolu 10(1.2), 10(2.4), 10(2.5) u 10(2.6) tad-Direttiva 1999/45/KE. |
1.7. Qabel ma joħorġu l-awtorizzazzjonijiet, l-Istati Membri għandhom:
(a) |
jiżguraw li l-imballaġġ propost ikun skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 1999/45/KE; |
(b) |
jiżguraw li:
ikunu skont id-dispożizzjonijiet regolatorji rilevanti. |
1.8. Ma għandha tingħata l-ebda awtorizzazzjoni sakemm ma jkunux issodisfati r-rekwiżiti kollha msemmija fil-punt 2. Madankollu, meta wieħed jew aktar mir-rekwiżiti speċifiċi għat-teħid tad-deċiżjonijiet li hemm imsemmija fil-punti 2.4 ma jiġux issodisfati b’mod sħiħ, l-awtorizzazzjonijiet għandhom jingħataw biss meta l-vantaġġi tal-użu tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti fil-kundizzjonijiet proposti tal-użu jkunu akbar mill-effetti negattivi li jista’ jkun hemm mill-użu tiegħu. Kwalunkwe restrizzjoni fuq l-użu tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti fir-rigward tan-nuqqas ta’ konformità ma’ wħud mir-rekwiżiti msemmija fil-punt 2.4 għandha tissemma fuq it-tikketta. Dawn il-vantaġġi jistgħu jkunu f’termini ta’:
(a) |
vantaġġi għal u kompatibbiltà mal-miżuri ta’ kontroll integrat jew tal-biedja organika; |
(b) |
li jiffaċilitaw l-istrateġiji sabiex jitnaqqas ir-riskju ta’ żvilupp tar-reżistenza; |
(c) |
riskju mnaqqas għall-ħaddiema u għall-konsumaturi; |
(d) |
kontaminazzjoni mnaqqsa tal-ambjent u impatt imnaqqas fuq l-ispeċi li mhumiex fil-mira. |
1.9. Meta awtorizzazzjoni tkun ingħatat skont ir-rekwiżiti stipulati f’dan l-Anness, l-Istati Membri jistgħu, bis-saħħa tal-Artikolu 44:
(a) |
jiddefinixxu, fejn possibbli, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-applikant, il-miżuri sabiex itejbu l-prestazzjoni tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti; u/jew |
(b) |
jiddefinixxu, fejn possibbli, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-applikant, miżuri sabiex inaqqsu aktar l-espożizzjoni illi jista’ jkun hemm matul u wara l-użu tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti. |
L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-applikanti b’kull miżura identifikata skont (a) jew (b) u għandhom jistiednu lill-applikanti sabiex jipprovdu kwalunkwe dejta u tagħrif supplimentari meħtieġa sabiex juru l-prestazzjoni jew ir-riskji potenzjali fil-kundizzjonijiet mibdula.
1.10. L-Istati Membri għandhom jiżguraw, safejn huwa prattikament possibbli, li għall-mikroorganiżmi kollha li jiġu kkunsidrati għal awtorizzazzjoni, l-applikant ikun ikkunsidra l-għarfien u t-tagħrif fil-letteratura rilevanti kollu disponibbli fi żmien is-sottomissjoni.
1.11. Fejn il-mikroorganiżmu jkun ġie modifikat ġenetikament, kif definit fid-Direttiva 2001/18/KE, ma għandha tingħata l-ebda awtorizzazzjoni sakemm ma tkunx ġiet sottomessal-evalwazzjoni mwettqa skont id-Direttiva 2001/18/KE, kif meħtieġ skont l-Artikolu 53 (4) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. Trid tiġi pprovduta d-deċiżjoni rilevanti meħuda mill-awtoritajiet kompetenti skont id-Direttiva 2001/18/KE.
1.12. Skont l-Artikolu 53 (4) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, ma għandha tingħata l-ebda awtorizzazzjoni għal prodott għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun fih organiżmu ġenetikament modifikat sakemm ma tingħatax awtorizzazzjoni skont il-parti C tad-Direttiva 2001/18/KE li taħtha dak l-organiżmu jista’ jiġi rilaxxat fl-ambjent.
1.13. Ma għandha tingħata l-ebda awtorizzazzjoni jekk fil-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti jkun hemm preżenti metaboliti/tossini rilevanti (jiġifieri dawk mistennija li jkunu ta’ tħassib għas-saħħa tal-bniedem u/jew tal-ambjent), magħrufa li jiġu ffurmati mill-mikroorganiżmu, u/jew minn kontaminanti mikrobiċi, sakemm ma jkunx jista’ jintwera li l-ammont preżenti jkun f’livell aċċettabbli qabel u wara l-użu propost tiegħu.
1.14. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu applikati miżuri xierqa ta’ kontroll tal-kwalità sabiex tiġi żgurata l-identità tal-mikroorganiżmu u l-kontenut tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti. Tali miżuri għandhom jinkludu sistema ta’ Punt ta’ Kontroll Kritiku għall-Analiżi tal-Perikli (HACCP) jew sistema ekwivalenti.
2. Prinċipji speċifiċi
Il-prinċipji speċifiċi għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għall-prinċipji ġenerali msemmija fit-Taqsima 1.
2.1. Identità
Għal kull awtorizzazzjoni mogħtija, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-mikroorganiżmu konċernat jiġi depożitat f’kollezzjoni ta’ kulturi rikonoxxuta b’mod internazzjonali u li jkollu numru tal-aċċess. Kull mikroorganiżmu għandu jiġi identifikat u mogħti isem fil-livell tal-ispeċi u jiġi karatterizzat fil-livell tar-razza. Irid ikun hemm ukoll tagħrif dwar jekk il-mikroorganiżmu jkunx jew le ta’ tip selvaġġ jew mutant b’mod spontanju jew b’mod indott, jew organiżmu ġenetikament modifikat.
2.2. Proprjetajiet bijoloġiċi u tekniċi
2.2.1. Għandu jkun hemm biżżejjed tagħrif li jippermetti valutazzjoni tal-kontenut minimu u massimu tal-mikroorganiżmu fil-materjal użat għall-manifattura tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, kif ukoll fil-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti. Il-kontenut ta’ komponenti u formulanti oħra fil-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti u l-mikroorganiżmi kontaminanti derivati mill-proċess tal-produzzjoni għandhom safejn possibbli, jiġu definiti. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-livell tal-organiżmi kontaminanti jkun ikkontrollat sa livell aċċettabbli. Barra minn hekk: iridu jiġu speċifikati n-natura fiżika u l-istat tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti, preferibbilment skont il-“Katalgu tat-tipi ta’ formulazzjoni tal-pestiċidi u s-sistema internazzjonali ta’ kodifika (CropLife International Technical Monograph Nru 2, il-Ħames Edizzjoni, 2002)”.
2.2.2. Ma għandha tingħata l-ebda awtorizzazzjoni jekk, fi kwalunkwe stadju fl-iżvilupp ta’ prodott mikrobiku għall-protezzjoni tal-pjanti, jidher ċar, fuq il-bażi tal-iżvilupp ta’ reżistenza, jew it-trasferiment ta’ reżistenza, jew mekkaniżmu ieħor, li jista’ jkun hemm interferenza mal-effettività ta’ aġent antimikrobiku użat fil-mediċina tal-bniedem jew tal-annimali.
2.3. Aktar tagħrif
Ma għandha tingħata l-ebda awtorizzazzjoni sakemm ma jingħatax tagħrif sħiħ dwar il-kontroll tal-kwalità kontinwu tal-metodu ta’ produzzjoni, tal-proċess tal-produzzjoni u tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti. B’mod partikolari, għandu jiġi kkunsidrat is-seħħ ta’ bidliet spontanji f’karatteristiċi prinċipali tal-mikroorganiżmu u n-nuqqas/preżenza ta’ organiżmi kontaminanti. Il-kriterji tal-assigurazzjoni tal-kwalità għall-produzzjoni u t-tekniki użati biex jiżguraw prodott uniformi għall-protezzjoni tal-pjanti għandhom safejn possibbli jkunu deskritti u speċifikati.
2.4. Effikaċja
2.4.1.
2.4.1.1. Ma għandha tingħata l-ebda awtorizzazzjoni fejn l-użi proposti jinkludu rakkomandazzjonijiet għall-kontroll ta’ jew għall-protezzjoni kontra organiżmi li ma jkunux ikkunsidrati ta’ ħsara fuq il-bażi tal-esperjenza miksuba jew ta’ evidenza xjentifika f’kundizzjonijiet agrikoli, tas-saħħa tal-pjanti u ambjentali (inkluża l-klima) normali fiż-żoni tal-użu propost jew fejn l-effetti intenzjonati l-oħra ma jkunux ikkunsidrati bħala ta’ benefiċċju f’dawk il-kundizzjonijiet, ma għandhiex tingħata awtorizzazzjoni għal dawk l-użi.
2.4.1.2. Il-livell, il-konsistenza u d-dewmien tal-kontroll jew tal-protezzjoni jew ta’ effetti oħra maħsuba jridu jkunu simili għal dawk li jirriżultaw mill-użu ta’ prodotti xierqa ta’ referenza. Jekk ma jkun jeżisti l-ebda prodott xieraq ta’ referenza, il-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti irid jintwera illi jagħti benefiċċju xieraq f’termini tal-livell, il-konsistenza u d-dewmien tal-kontroll jew tal-protezzjoni jew ta’ effetti oħra maħsuba fil-kundizzjonijiet agrikoli, tas-saħħa tal-annimali u ambjentali (inkluża l-klima) fiż-żona tal-użu propost.
2.4.1.3. Fejn ikun rilevanti, ir-riżultat tal-produzzjoni meta jintuża l-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti u t-tnaqqis tat-telf fil-ħażna jridu jkunu kwantitattivament u/jew kwalitattivament simili għal dawk li joħorġu mill-użu ta’ prodotti xierqa ta’ referenza. Jekk ma jkun jeżisti l-ebda prodott xieraq ta’ referenza, il-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti jrid jintwera li jagħti benefiċċju konsistenti u definit kwantitattivament u/jew kwalitattivament f’termini tar-riżultat mill-produzzjoni u t-tnaqqis tat-telf fil-ħażna fil-kundizzjonijiet agrikoli, tas-saħħa tal-annimali u ambjentali (inkluża l-klima) fiż-żona tal-użu propost.
2.4.1.4. Il-konklużjonijiet dwar il-prestazzjoni tal-preparazzjoni jridu jkunu validi għaż-żoni kollha tal-Istat Membru li fih tkun se tiġi awtorizzata, u jridu jgħoddu għall-kundizzjonijiet kollha li fihom ikun propost l-użu tagħha, ħlief meta t-tikketta proposta tispeċifika li l-preparazzjoni tkun maħsuba għall-użu f’ċerti ċirkustanzi speċifikati (eż. infestazzjonijiet ħfief, tipi ta’ ħamrija partikolari jew kundizzjonijiet partikolari ta’ tkabbir).
2.4.1.5. Meta l-pretensjonijiet proposti fuq it-tikketta jinkludu rekwiżiti għall-użu tal-preparazzjoni ma’ prodotti speċifiċi għall-protezzjoni tal-pjanti jew awżiljarji bħala taħlita għat-tank, it-taħlita trid tikseb l-effett mixtieq u tikkonforma mal-prinċipji msemmija fil-punti 2.4.1.1 sa 2.4.1.4.
Meta l-pretensjonijiet proposti fuq it-tikketta jinkludu rakkomandazzjonijiet għall-użu tal-preparazzjoni ma’ prodotti speċifiċi għall-protezzjoni tal-pjanti jew awżiljarji għat-taħlita tat-tank, l-Istati Membri ma għandhomx jaċċettaw ir-rakkomandazzjonijiet sakemm dawn ma jkunux ġustifikati.
2.4.1.6. Jekk ikun hemm evidenza ta’ żvilupp ta’ reżistenza tal-patoġeni lejn il-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti, l-Istat Membru għandu jiddeċiedi jekk l-istrateġija sottomessa għall-ġestjoni tar-reżistenza tindirizzax dan b’mod xieraq u suffiċjenti.
2.4.1.7. Huma biss il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom mikroorganiżmi mhux vijabbli li jistgħu jiġu awtorizzati sabiex jintużaw għall-kontroll ta’ speċijiet vertebrati. L-effett intiż fuq il-vertebrati li jridu jiġu kontrollati għandu jinkiseb mingħajr tbatija u wġigħ bla bżonn għal dawn l-annimali.
2.4.2.
2.4.2.1. Ma jridx ikun hemm effetti fitotossiċi rilevanti fuq il-pjanti jew il-prodotti mill-pjanti trattati għajr meta t-tikketta proposta tindika l-limitazzjonijiet xierqa tal-użu.
2.4.2.2. M’għandux ikun hemm nuqqas fil-produzzjoni fil-ħsad minħabba effetti fitotossiċi taħt dak li jista’ jinkiseb mingħajr l-użu tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti, sakemm dan it-tnaqqis ma jiġix ikkumpensat b’vantaġġi oħra bħalma huwa t-titjib fil-kwalità tal-pjanti jew il-prodotti mill-pjanti ttrattati.
2.4.2.3. Ma jrid ikun hemm l-ebda effetti negattivi mhux aċċettabbli fuq il-kwalità tal-pjanti jew il-prodotti mill-pjanti trattati, għajr fil-każ ta’ effetti negattivi fuq l-ipproċessar meta l-pretensjonijiet proposti fuq it-tikketta jispeċifikaw illi l-preparazzjoni ma għandhiex tiġi applikata fuq uċuħ tar-raba’ li jkunu sejrin jintużaw għal skopijiet ta’ proċessar.
2.4.2.4. Ma jridx ikun hemm effetti negattivi mhux aċċettabbli fuq il-pjanti jew il-prodotti mill-pjanti ttrattati li jintużaw għat-tkattir jew għar-riproduzzjoni, bħalma huma l-effetti fuq il-vijabilità, il-ġerminazzjoni, in-nibta, it-tkabbir tal-għeruq u t-twaqqif, għajr meta l-pretensjonijiet proposti fuq it-tikketta jispeċifikaw illi l-preparazzjoni ma għandhiex tiġi applikata għall-pjanti jew il-prodotti mill-pjanti li jkunu sejrin jintużaw għat-tkattir jew għar-riproduzzjoni.
2.4.2.5. Ma jrid ikun hemm l-ebda impatt mhux aċċettabbli fuq l-uċuħ tar-raba’ sussegwenti, għajr meta l-pretensjonijiet proposti fuq it-tikketta jispeċifikaw illi wċuħ partikolari tar-raba’, li jkunu sejrin jiġu affettwati, ma għandhomx jitkabbru wara l-wiċċ ittrattat.
2.4.2.6. Ma jrid ikun hemm l-ebda impatt mhux aċċettabbli fuq uċuħ tar-raba’ kontigwi, għajr meta l-pretensjonijiet proposti fuq it-tikketta jispeċifikaw illi l-preparazzjoni ma għandhiex tiġi applikata meta jkun hemm uċuħ tar-raba’ partikolari u sensittivi li jmissu mal-wiċċ.
2.4.2.7. Meta l-pretensjonijiet proposti fuq it-tikketta jinkludu rekwiżiti sabiex il-preparazzjoni tintuża ma’ prodotti oħra għall-protezzjoni tal-pjanti jew ma’ awżiljarji, bħala taħlita għat-tank, it-taħlita trid tikkonforma mal-prinċipji msemmija fil-punti 2.4.2.1 sa 2.4.2.6.
2.4.2.8. L-istruzzjonijiet proposti għat-tindif tat-tagħmir tal-applikazzjoni jridu jkunu kemm prattiċi kif ukoll effettivi sabiex ikunu jistgħu jiġu applikati bil-kumdità hekk li jiżguraw it-tneħħija tat-traċċi tar-residwi tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti li jistgħu sussegwentement jagħmlu l-ħsara.
2.5. Metodi ta’ identifikazzjoni/ditezzjoni u kwantifikazzjoni
Il-metodi proposti jridu jirriflettu l-aħħar tekniki. Il-metodi għall-monitoraġġ wara l-awtorizzazzjoni għandhom jinvolvu l-użu ta’ reaġenti u tagħmir li jinstabu b’mod komuni.
2.5.1. Ma għandha tingħata l-ebda awtorizzazzjoni sakemm ma jkunx hemm metodu xieraq ta’ kwalità suffiċjenti għall-identifikazzjoni u l-kwantifikazzjoni tal-mikroorganiżmu u l-komponenti mhux vijabbli (eż. tossini, impuritajiet u koformulanti) fil-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti. Fil-każ ta’ prodott għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun fih iżjed minn mikroorganiżmu wieħed, il-metodi rakkomandati għandhom ikunu kapaċi jidentifikaw u jiddeterminaw il-kontenut ta’ kull wieħed minnhom.
2.5.2. Ma għandha tingħata l-ebda awtorizzazzjoni sakemm ma jkunx hemm metodi xierqa għall-kontroll u l-monitoraġġ ta’ wara r-reġistrazzjoni ta’ residwi vijabbli u/jew mhux vijabbli. Il-metodi għandhom ikunu disponibbli għall-analiżi ta’:
(a) |
pjanti, prodotti tal-pjanti, oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-pjanti u l-annimali u għalf jekk iseħħu residwi tossikoloġikament rilevanti. Ir-residwi jiġu kkunsidrati bħala rilevanti jekk ikun meħtieġ livell massimu ta’ residwi (MRL) jew perjodu ta’ stennija jew ta’ sigurtà għad-dħul mill-ġdid jew prekawzjonijiet oħra simili; |
(b) |
ħamrija, ilma, arja u/jew tessuti tal-ġisem jekk iseħħu residwi tossikoloġikament, ekotossikoloġikament jew ambjentalment rilevanti. |
2.6. L-impatt fuq is-saħħa tal-bniedem u tal-annimali
2.6.1.
2.6.1.1. Ma għandha tingħata l-ebda awtorizzazzjoni jekk abbażi tat-tagħrif mogħti fid-dossier jidher li l-mikroorganiżmu huwa patoġeniku għall-bniedem jew għall- annimali li mhumiex fil-mira fil-kundizzjonijiet tal-użu rilevanti.
2.6.1.2. Ma għandha tingħata l-ebda awtorizzazzjoni jekk il-mikroorganiżmu u/jew il-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti li fih il-mikroorganiżmu jista’, fil-kundizzjonijiet tal-użu rakkomandati, inkluż l-agħar xenarju realistiku, jikkolonizza jew jikkawża effetti ħżiena fil-bniedem jew fl-annimali.
Meta jkunu qed jieħdu deċiżjoni dwar l-awtorizzazzjoni ta’ prodott mikrobiku għall-protezzjoni tal-pjanti, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw l-effetti potenzjali fuq il-popolazzjonijiet kollha umani, jiġifieri utenti professjonali, utenti mhux professjonali u bnedmin esposti direttament jew indirettament permezz tal-ambjent u fuq ix-xogħol, u l-annimali.
2.6.1.3. Il-mikroorganiżmi kollha għandhom jitqiesu bħala sensibilizzaturi potenzjali, sakemm ma jiġix stabbilit permezz ta’ tagħrif rilevanti li ma jkunx hemm riskju ta’ sensibilizzazzjoni, billi jiġu kkunsidrati l-individwi b’immunità kompromessa u individwi oħra sensittivi. L-awtorizzazzjonijiet mogħtija għalhekk għandhom jispeċifikaw li għandhom jintlibsu ħwejjeġ protettivi u ingwanti xierqa u li l-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti li fih il-mikroorganiżmu m’għandux jiġi inalat. Barra minn hekk, il-kundizzjonijiet proposti tal-użu jistgħu jeħtieġu l-użu ta’ ħwejjeġ u tagħmir protettiv addizzjonali.
Meta l-kundizzjonijiet proposti tal-użu jitolbu l-użu ta’ elementi ta’ lbies protettiv, ma għandha tingħata l-ebda awtorizzazzjoni sakemm dawn l-elementi ma jkunux effettivi u skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-UE, u jistgħu jinkisbu faċilment mill-utent u sakemm ma jkunx vijabbli li dawn jintużaw fil-kundizzjonijiet tal-użu tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti, billi jiġu kkunsidrati b’mod partikolari l-kundizzjonijiet klimatiċi.
2.6.1.4. Ma għandha tingħata l-ebda awtorizzazzjoni jekk ikun magħruf li t-trasferiment ta’ materjal ġenetiku mill-mikroorganiżmu għal organiżmi oħra jista’ jwassal għal effetti ħżiena fuq is-saħħa tal-bniedem u tal-annimali, inkluża r-reżistenza għal sustanzi terapewtiċi magħrufa.
2.6.1.5. Il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li, minħabba proprjetajiet partikolari jew għaliex imqandla jew użati ħażin iwasslu għal grad għoli ta’ riskju, jridu jgħaddu minn restrizzjonijiet partikolari bħalma huma restrizzjonijiet fuq id-daqs tal-pakkett, it-tip ta’ formulazzjoni, id-distribuzzjoni, l-użu jew kif jintużaw. Barra minn hekk, il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jkunu kklassifikati bħala tossiċi ħafna ma għandhomx jiġu awtorizzati għall-użu minn utenti mhux professjonali.
2.6.1.6. Il-perjodi siguri ta’ stennija u għad-dħul mill-ġdid jew prekawzjonijiet oħra għandhom jiġu stabbiliti b’mod li ma jkunu mistennija l-ebda kolonizzazzjoni jew effetti ħżiena fuq persuni fil-qrib jew ħaddiema esposti wara l-applikazzjoni tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti.
2.6.1.7. Il-perjodi ta’ stennija u tad-dħul mill-ġdid jew prekawzjonijiet oħrajn iridu jiġu stabbiliti b’mod illi ma jkunu mistennija l-ebda kolonizzazzjoni ta’, jew effetti ħżiena fuq l-annimali.
2.6.1.8. Il-perjodi ta’ stennija u tad-dħul mill-ġdid jew prekawzjonijiet oħra sabiex jiżguraw illi ma jkunu mistennija l-ebda kolonizzazzjoni jew effetti negattivi jridu jkunu realistiċi; jekk ikun meħtieġ, iridu jiġu stabbiliti miżuri speċjali ta’ prekawzjoni.
2.6.1.9. Il-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni għandhom jikkonformaw mad-Direttiva 98/24/KE u d-Direttiva 2000/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14). Għandhom jiġu kkunsidrati d-dejta sperimentali u t-tagħrif rilevanti għar-rikonoxximent tas-sintomi ta’ infezzjoni jew ta’ patoġeniċità u dwar l-effettività tal-miżuri tal-ewwel għajnuna u terapewtiċi provuti. Il-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni għandhom jikkonformaw ukoll mad-Direttiva 2004/37/KE. Il-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni għandhom jikkonformaw ukoll mad-Direttiva tal-Kunsill 89/656/KEE (15).
2.6.2.
2.6.2.1. Ma għandha tingħata l-ebda awtorizzazzjoni sakemm ma jkunx hemm biżżejjed tagħrif għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-mikroorganiżmu, sabiex jiġi deċiż li ma jkun hemm l-ebda effett ħażin fuq is-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali li jirriżulta mill-espożizzjoni għall-mikroorganiżmu, it-traċċi residwi tiegħu, il-metaboliti/tossini li jibqgħu fil-pjanti jew fil-prodotti mill-pjanti jew fuqhom.
2.6.2.2. Ma għandha tingħata l-ebda awtorizzazzjoni sakemm ir-residwi vijabbli u/jew ir-residwi mhux vijabbli li jseħħu ma jkunux jirriflettu l-kwantitajiet minimi tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti li huma neċessarji sabiex jinkiseb kontroll adegwat li jikkorrispondi għal prattika agrikola tajba, applikati b’mod (fosthom intervalli qabel il-ħsad jew perjodi ta’ żamma jew perjodi ta’ ħażna) li r-residwi vijabbli u/jew it-tossini fil-ħsad, il-qatla jew wara l-ħażna jitnaqqsu għal livell minimu.
2.7. Destin u mġiba fl-ambjent
2.7.1. Ma għandha tingħata l-ebda awtorizzazzjoni jekk it-tagħrif disponibbli jindika li jista’ jkun hemm effetti ambjentali ħżiena mhux aċċettabbli minħabba d-destin u l-imġiba tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti fl-ambjent.
2.7.2. Ma għandha tingħata l-ebda awtorizzazzjoni jekk il-kontaminazzjoni tal-ilma ta’ taħt l-art, tal-ilma tal-wiċċ jew tal-ilma tax-xorb mistennija b’riżultat tal-użu ta’ prodott għall-protezzjoni tal-pjanti fil-kundizzjonijiet tal-użu proposti, tista’ tikkawża interferenza mas-sistemi analitiċi għall-kontroll tal-kwalità tal-ilma tax-xorb stipulati fid-Direttiva 98/83/KE.
2.7.3. Ma għandha tingħata l-ebda awtorizzazzjoni jekk il-kontaminazzjoni tal-ilma ta’ taħt l-art mistennija bħala riżultat tal-użu ta’ prodott għall-protezzjoni tal-pjanti fil-kundizzjonijiet tal-użu proposti tikser jew taqbeż l-iżjed wieħed baxx minn dawn li ġejjin:
(a) |
il-parametri jew il-konċentrazzjonijiet massimi permissibbli stabbiliti mid-Direttiva 98/83/KE; jew |
(b) |
il-parametri jew il-konċentrazzjonijiet massimi permissibbli stabbiliti għall-komponenti fil-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti bħall-metaboliti/it-tossini rilevanti skont id-Direttiva 2000/60/KE; jew |
(c) |
il-parametri għall-mikroorganiżmu jew il-konċentrazzjoni massima stabbilita għall-komponenti fil-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti bħall-metaboliti/it-tossini rilevanti meta jkun qed jiġi approvat il-mikroorganiżmu skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009, abbażi ta’ dejta xierqa, b’mod partikolari, id-dejta tossikoloġika, jew, fejn dik il-konċentrazzjoni ma tkunx ġiet stabbilita, il-konċentrazzjoni li tikkorrispondi għal 1/10 tad-doża aċċettabbli fil-ġurnata (ADI) stabbilita meta l-mikroorganiżmu ġie approvat skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009, |
sakemm ma jintweriex xjentifikament li fil-kundizzjonijiet rilevanti fil-post ma jinkisrux jew jinqabżu il-parametri jew il-konċentrazzjonijiet l-iżjed baxxi.
2.7.4. Ma għandha tingħata l-ebda awtorizzazzjoni jekk il-kontaminazzjoni tal-ilma tal-wiċċ mistennija bħala riżultat tal-użu ta’ prodott għall-protezzjoni tal-pjanti fil-kundizzjonijiet proposti tal-użu:
(a) |
taqbeż, fejn l-ilma tal-wiċċ fiż-żona tal-użu previst jew minnha jkun maħsub għall-estrazzjoni tal-ilma tax-xorb, il-konċentrazzjonijiet li ‘l fuq minnhom il-konformità mal-kwalità tal-ilma tax-xorb stabbilita skont id-Direttiva 2000/60/KE tiġi kompromessa; jew |
(b) |
taqbeż il-parametri jew il-valuri għall-komponenti fil-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti, bħall-metaboliti/it-tossini rilevanti, stabbiliti skont id-Direttiva 2000/60/KE; jew |
(c) |
ikollha impatt meqjus bħala mhux aċċettabbli fuq speċijiet fil-mira, inklużi annimali, skont ir-rekwiżiti rilevanti stipulati fil-punt 2.8. |
L-istruzzjonijiet proposti għall-użu tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti, fosthom il-proċeduri għat-tindif tat-tagħmir tal-applikazzjoni, iridu jkunu tali illi l-eventwalità ta’ kontaminazzjoni aċċidentali tal-ilma tal-wiċċ titnaqqas għall-minimu.
2.7.5. Ma għandha tingħata l-ebda awtorizzazzjoni jekk ikun magħruf li t-trasferiment ta’ materjal ġenetiku mill-mikroorganiżmu għal organiżmi oħra, jista’ jwassal għal effetti mhux aċċettabbli fuq l-ambjent.
2.7.6. Ma għandha tingħata l-ebda awtorizzazzjoni sakemm ma jkunx hemm tagħrif biżżejjed dwar il-persistenza/kompetittività potenzjali tal-mikroorganiżmu u l-metaboliti/tossini sekondarji rilevanti ġewwa jew fuq il-wiċċ tar-raba’ fil-kundizzjonijiet ambjentali prevalenti matul u wara l-użu intiż.
2.7.7. Ma għandha tingħata l-ebda awtorizzazzjoni jekk jista’ jkun mistenni li l-mikroorganiżmu u/jew il-metaboliti/tossini rilevanti potenzjali tiegħu għandhom jippersistu fl-ambjent f’konċentrazzjonijiet konsiderevolment ogħla mil-livelli ta’ sfond naturali, meta jitqiesu l-applikazzjonijiet ripetuti matul is-snin, sakemm valutazzjoni robusta tar-riskju ma tindikax li r-riskji mill-konċentrazzjonijiet plateau akkumulati jkunu aċċettabbli.
2.8. Effetti fuq organiżmi li mhumiex fil-mira
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tagħrif disponibbli jkun biżżejjed biex jippermetti li tittieħed deċiżjoni dwar jekk jistax ikun hemm jew le effetti mhux aċċettabbli fuq speċijiet mhux fil-mira (flora u fawna), minħabba l-espożizzjoni għall-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti li fih il-mikroorganiżmu wara l-użu maħsub tiegħu.
L-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni speċjali lill-effetti potenzjali fuq l-organiżmi ta’ benefiċċju użati għall-kontroll bijoloġiku u l-organiżmi li jkollhom rwol importanti fil-kontroll integrat.
2.8.1. Fejn ikun hemm il-possibbiltà li jiġu esposti għasafar u vertebrati terrestri oħra mhux fil-mira, ma għandhiex tingħata awtorizzazzjoni jekk:
(a) |
il-mikroorganiżmu jkun patoġeniku għall-għasafar u vertebrati terrestri oħra mhux fil-mira; |
(b) |
fil-każ ta’ effetti tossiċi minħabba l-komponenti fil-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti, bħal metaboliti/tossini rilevanti, il-proporzjon ta’ tossiċità/espożizzjoni tkun inqas minn 10 fuq il-bażi tal-valur akut LD50 jew il-proporzjon ta’ tossiċità/espożizzjoni fit-tul tkun anqas minn 5, sakemm ma jiġix stabbilit b’mod ċar li fil-kundizzjonijiet tal-post ma jseħħu l-ebda effetti mhux aċċettabbli – direttament jew indirettament – wara l-użu tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti skont il-kundizzjonijiet proposti tal-użu. |
2.8.2. Fejn ikun hemm il-possibbiltà li jiġu esposti organiżmi akkwatiċi, ma għandhiex tingħata awtorizzazzjoni jekk:
(a) |
il-mikroorganiżmu jkun patoġeniku għall-organiżmi akkwatiċi; |
(b) |
fil-każ ta’ effetti tossiċi minħabba komponenti fil-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti bħal metaboliti/tossini rilevanti, il-proporzjon ta’ tossiċità/espożizzjoni tkun anqas minn 100 fil-każ ta’ tossiċità akuta (EC50) għad-dafnja u għall-ħut u 10 għat-tossiċità fit-tul/kronika għall-alka (EC50), għad-dafnja (NOEC) u għall-ħut (NOEC), sakemm ma jkunx stabbilit b’mod ċar permezz ta’ valutazzjoni xierqa tar-riskju li fil-kundizzjonijiet fil-post ma jseħħ l-ebda impatt mhux aċċettabbli fuq il-vijabilità tal-ispeċijiet esposti – direttament jew indirettament – wara l-użu tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti skont il-kundizzjonijiet proposti tal-użu. |
2.8.3. Fejn ikun hemm il-possibbiltà li jiġu esposti n-naħal, ma għandhiex tingħata awtorizzazzjoni jekk:
(a) |
il-mikroorganiżmu jkun patoġeniku għan-naħal; |
(b) |
fil-każ ta’ effetti tossiċi minħabba komponenti fil-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti bħal metaboliti/tossini rilevanti, il-kwozjenti tal-periklu għall-espożizzjoni orali jew permezz ta’ kuntatt tan-naħal tal-għasel ikunu akbar minn 50, sakemm ma jiġix stabbilit b’mod ċar permezz ta’ valutazzjoni xierqa tar-riskju li fil-kundizzjonijiet fil-post ma jkunx hemm impatt mhux aċċettabbli fuq il-larvi tan-naħal tal-għasel, l-imġiba tan-naħal tal-għasel, jew is-sopravivenza u l-iżvilupp tal-kolonji wara l-użu tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti skont il-kundizzjonijiet proposti tal-użu. |
2.8.4. Fejn ikun hemm il-possibbiltà li jiġu esposti artropodi differenti min-naħal, ma għandhiex tingħata awtorizzazzjoni jekk:
(a) |
il-mikroorganiżmu jkun patoġeniku għal artropodi minbarra n-naħal; |
(b) |
fil-każ ta’ effetti tossiċi minħabba komponenti fil-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti bħal metaboliti/tossini rilevanti, sakemm ma jiġix stabbilit b’mod ċar permezz ta’ valutazzjoni xierqa tar-riskju li fil-kundizzjonijiet proprja tal-użu ma jkun hemm l-ebda impatt mhux aċċettabbli fuq dawn l-organiżmi wara l-użu tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti skont il-kundizzjonijiet proposti tal-użu. Kwalunkwe pretensjoni għas-selettività u proposta għall-użu f’sistemi integrati ta’ kontroll fuq l-annimali li jagħmlu l-ħsara għandhom ikunu ssostanzjati b’dejta xierqa. |
2.8.5. Fejn ikun hemm il-possibbiltà li jiġu esposti ħniex tal-art, ma għandha tingħata l-ebda awtorizzazzjoni jekk il-mikroorganiżmu jkun patoġeniku għall-ħniex tal-art jew fil-każ ta’ effetti tossiċi minħabba komponenti fil-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti, bħal metaboliti/tossini rilevanti, il-proporzjon tat-tossiċità/espożizzjoni akuta jkun inqas minn 10, jew il-proporzjon tat-tossiċità/espożizzjoni fuq perjodu fit-tul ikun inqas minn 5, sakemm ma jiġix stabbilit b’mod ċar permezz ta’ valutazzjoni xierqa tar-riskju li fil-kundizzjonijiet proprja tal-użu, il-popolazzjonijiet tal-ħniex tal-art ma jkunux f’riskju wara l-użu tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti skont il-kundizzjonijiet proposti tal-użu.
2.8.6. Fejn ikun hemm il-possibbiltà li jiġu esposti mikroorganiżmi tal-ħamrija li ma jkunux fil-mira, ma għandha tingħata l-ebda awtorizzazzjoni jekk il-proċessi ta’ mineralizzazzjoni tan-nitroġenu jew tal-karbonju fl-istudji tal-laboratorju jiġu affettwati b’iżjed minn 25 % wara 100 ġurnata, sakemm ma jiġix stabbilit b’mod ċar permezz ta’ valutazzjoni xierqa tar-riskju li fil-kundizzjonijiet proprja tal-użu ma jkun hemm l-ebda impatt mhux aċċettabbli fuq il-komunità mikrobika wara l-użu tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti skont il-kundizzjonijiet proposti tal-użu, meta titqies il-kapaċità tal-mikroorganiżmi li jimmultiplikaw.
(1) Ara paġna 67 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(2) Ara paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(3) Ir-residwi li ma jistgħux jitneħħew (xi drabi msejħa residwi “mwaħħlin” jew “mhux imneħħija”) fil-pjanti u l-ħamrija huma definiti bħala speċi kimiċi li joriġinaw minn pestiċidi użati skont prattika agrikola tajba li ma jistgħux jitneħħew b’metodi li ma jibdlux b’mod sinifikanti n-natura kimika ta’ dawn ir-residwi. Dawn ir-residwi li ma jistgħux jitneħħew mhumiex ikkunsidrati li jinkludu frammenti permezz tal-mogħdijiet metaboliċi li jwasslu għal prodotti naturali.
(4) Ara paġna 176 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(5) ĠU L 200, 30.7.1999, p. 1.
(6) ĠU L 131, 5.5.1998, p. 11.
(7) ĠU L 158, 30.4.2004, p. 50.
(9) ĠU L 372, 27.12.2006, p. 19.
(10) ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1.
(11) ĠU L 106, 17.4.2001, p. 1.
(12) Ara d-definizzjoni ta’ “ġenetikament modifikat” fid-Direttiva 2001/18/KE.
(13) ĠU L 330, 5.12.1998, p. 32.