This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32010R0318
Commission Regulation (EU) No 318/2010 of 16 April 2010 amending for the 124th time Council Regulation (EC) No 881/2002 imposing certain specific restrictive measures directed against certain persons and entities associated with Usama bin Laden, the Al-Qaida network and the Taliban
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 318/2010 tas- 16 ta’ April 2010 li jemenda għall-124 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 318/2010 tas- 16 ta’ April 2010 li jemenda għall-124 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban
ĠU L 97, 17.4.2010, p. 10–11
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
17.4.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 97/10 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 318/2010
tas-16 ta’ April 2010
li jemenda għall-124 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network tal-Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ ċerti merkanzija u servizzi lejn l-Afganistan, waqt li jsaħħaħ il-projbizzjoni ta’ titjiriet u jestendi l-iffriżar ta’ fondi u riżorsi finanzjarji oħra rigward it-Taliban tal-Afganistan (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament. |
(2) |
Fil-29 ta’ Marzu 2010, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jneħħi persuna naturali mil-lista tagħha ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi. |
(3) |
L-Anness I għandu b'hekk jiġi aġġornat kif xieraq. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 881/2002 hu emendat kif stabbilit fl-Anness ma' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ April 2010.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
João VALE DE ALMEIDA
Direttur Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni
(1) ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.
ANNESS
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:
L-annotazzjoni li ġejja taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha titħassar:
“Azahari Husin. Titlu: Dr. Indirizz: Taman Sri Pulai, Johor, il-Malasja; Data tat-twelid: 14.9.1957. Post tat-twelid: Negeri Sembilan, il-Malasja; Ċittadinanza: Malasjana. Numru tal-passaport: A 11512285. Numru nazzjonali ta' identifikazzjoni: 570914-05-5411. Tagħrif ieħor: Allegatament miet fl-2005. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 9.9.2003.”