Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009L0097

Direttiva tal-Kummissjoni 2009/97/KE tat- 3 ta' Awwissu 2009 li temenda d-Direttivi 2003/90/KE u 2003/91/KE jistabbilixxu miżuri ta’ implimentazzjoni għall-iskopijiet tal-Artikolu 7 tad-Direttivi tal-Kunsill 2002/53/KE u 2002/55/KE rispettivament fir-rigward tal-karatteristiċi li għandhom jiġu koperti bħala minimu mill-eżami u l-kundizzjonijiet minimi għall-eżami ta’ ċerti varjetajiet ta’ speċi ta’ pjanti agrikoli u ta’ ħxejjex (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

ĠU L 202, 4.8.2009, p. 29–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2009/97/oj

4.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 202/29


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2009/97/KE

tat-3 ta' Awwissu 2009

li temenda d-Direttivi 2003/90/KE u 2003/91/KE jistabbilixxu miżuri ta’ implimentazzjoni għall-iskopijiet tal-Artikolu 7 tad-Direttivi tal-Kunsill 2002/53/KE u 2002/55/KE rispettivament fir-rigward tal-karatteristiċi li għandhom jiġu koperti bħala minimu mill-eżami u l-kundizzjonijiet minimi għall-eżami ta’ ċerti varjetajiet ta’ speċi ta’ pjanti agrikoli u ta’ ħxejjex

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-varjetajiet komuni ta’ katalgi ta’ speċi ta’ pjanti agrikoli (1), u partikolarment l-Artikolu 7(2) (a) u (b) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-marketing ta’ żrieragħ tal-ħxejjex (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2) (a) u (b) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttivi tal-Kummissjoni 2003/90/KE (3) u 2003/91/KE (4) ġew adottati biex jiżguraw li l-varjetajiet li l-Istati Membri jinkludu fil-katalgi nazzjonali tagħhom jikkonformaw mal-linji gwida stabbiliti mill-Uffiċċju Komunitarju għall-Varjetajiet tal-Pjanti (CPVO) fir-rigward tal-karatteristiċi li għandhom jiġu koperti bħala minimu mill-eżami tal-ispeċi varji u l-kundizzjonijiet minimi għall-eżami tal-varjetajiet, sa fejn kienu ġew stabbiliti linji gwida ta’ dan it-tip. Għal varjetajiet oħra, dawk id-Direttivi jipprevedu l-applikazzjoni tal-linji gwida tal-Unjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni ta’ Varjetajiet ġodda ta’ Pjanti (UPOV).

(2)

Is-CPVO sadanittant stabbilixxa linji gwida ulterjuri għal għadd ta’ speċi oħra, u aġġorna dawk eżistenti.

(3)

Rigward id-Direttiva 2003/90/KE, iridu jiżdiedu linji gwida għal speċi ġodda li dan l-aħħar ġew inklużi fil-listi ta’ speċi koperti mid-Direttivi tal-Kunsill 66/401/KEE (5) u 66/402/KEE (6).

(4)

Id-Direttivi 2003/90/KE u 2003/91/KE għandhom għalhekk jiġu emendati f’dan is-sens.

(5)

Il-miżuri stipulati f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar iż-Żrieragħ u Materjal ta’ Propagazzjoni għall-Agrikoltura, l-Ortikoltura u l-Foresterija,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Annessi I u II għad-Direttiva 2003/90/KE joħdilhom posthom it-test fil-parti A tal-Anness għal din id-Direttiva.

Artikolu 2

L-Annessi għad-Direttiva 2003/91/KE joħdilhom posthom it-test fil-parti B tal-Anness għal din id-Direttiva.

Artikolu 3

Għall-eżamijiet mibdija qabel l-1 ta’ Jannar 2010, l-Istati Membri jistgħu japplikaw id-Direttivi 2003/90/KE u 2003/91/KE fil-verżjoni li tapplika qabel l-emenda tagħhom permezz ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 4

L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2009, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva. Għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Jannar 2010.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn referenza ta’ dan it-tip dakinhar li jiġu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir referenza ta’ dan it-tip.

Artikolu 5

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 6

Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, it-3 ta’ Awwissu 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 193, 20.7.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 193, 20.7.2002, p. 33.

(3)  ĠU L 254, 8.10.2003, p. 7.

(4)  ĠU L 254, 8.10.2003, p. 11.

(5)  ĠU 125, 11.7.1966, p. 2298/66.

(6)  ĠU 125, 11.7.1966, p. 2309/66.


ANNESS

PARTI A

ANNESS I

Lista ta’ speċi msemmija fl-Artikolu 1(2)(a) li għandhom jikkonformaw mal-protokolli tat-test tas-CPVO

L-isem xjentifiku

L-isem komuni

Il-protokoll tas-CPVO

Pisum sativum L.

Piżelli

TP 7/1 tal-6.11.2003

Vicia faba L.

Favetta

TP Broadbean/1 tal-25.3.2004

Brassica napus L.

Kolza

TP 36/1 tal-25.3.2004

Helianthus annuus L.

Ġirasol

TP 81/1 tal-31.10.2002

Linum usitatissimum L.

Kittien

TP 57/1 tal-21.3.2007

Avena nuda L.

Ħafur għeri żgħir, Ħafur bla buq

TP 20/1 tal-6.11.2003

Avena sativa L. (inkluża A. byzantina K. Koch)

Ħafur u Ħafur aħmar

TP 20/1 tal-6.11.2003

Hordeum vulgare L.

Xgħir

TP 19/2 tal-6.11.2003

Oryza sativa L.

Ross

TP 16/1 tal-18.11.2004

Secale cereale L.

Segala

TP 58/1 tal-31.10.2002

xTriticosecale Wittm. ex A. Camus

Ibridi li jirriżultaw mill-inkroċjar ta’ xi speċi tal-ġenus Triticum ma’ xi speċi tal-ġenus Secale

TP 121/2 tal-22.1.2007

Triticum aestivum L.

Qamħ

TP 3/4 tal-23.6.2008

Triticum durum Desf.

Qamħ durum

TP 120/2 tal-6.11.2003

Zea mays L.

Qamħirrum

TP 2/2 tal-15.11.2001

Solanum tuberosum L.

Patata

TP 23/2 tal-1.12.2005

It-test ta’ dawn il-protokolli jinsab fil-websajt tas-CPVO (www.cpvo.europa.eu).

ANNESS II

Lista ta’ speċi msemmija fl-Artikolu 1(2)(b) li għandhom jikkonformaw mal-linji gwida tat-test tal-UPOV

L-isem xjentifiku

L-isem komuni

Il-linja gwida tal-UPOV

Beta vulgaris L.

Pitravi tal-għalf

TG/150/3 tal-4.11.1994

Agrostis canina L.

Velvet bent

TG/30/6 tal-12.10.1990

Agrostis gigantea Roth.

Red top

TG/30/6 tal-12.10.1990

Agrostis stolonifera L.

Creeping bent

TG/30/6 tal-12.10.1990

Agrostis capillaris L.

Brown top

TG/30/6 tal-12.10.1990

Bromus catharticus Vahl

Rescue grass

TG/180/3 tal-4.4.2001

Bromus sitchensis Trin.

Bunixxief tal-Alaska

TG/180/3 tal-4.4.2001

Dactylis glomerata L.

Sieq is-serduq

TG/31/8 tal-17.4.2002

Festuca arundinacea Schreber

Żwien twil

TG/39/8 tal-17.4.2002

Festuca filiformis Pourr.

Żwien in-nagħaġ tal-werqa fina

TG/67/5 tal-5.4.2006

Festuca ovina L.

Żwien in-nagħaġ

TG/67/5 tal-5.4.2006

Festuca pratensis Huds.

Żwien il-bur

TG/39/8 tal-17.4.2002

Festuca rubra L.

Żwien aħmar

TG/67/5 tal-5.4.2006

Festuca trachyphylla (Hack.) Krajina

Żwien iebes

TG/67/5 tal-5.4.2006

Lolium multiflorum Lam.

Sikrana Taljana

TG/4/8 tal-5.4.2006

Lolium perenne L.

Sikrana perenni

TG/4/8 tal-5.4.2006

Lolium x boucheanum Kunth

Sikrana ibrida

TG/4/8 tal-5.4.2006

Phleum nodosum L.

Ħaxix ta’ Timothy żgħir

TG/34/6 tal-7.11.1984

Phleum pratense L.

Ħaxix ta’ Timothy

TG/34/6 tal-7.11.1984

Poa pratensis L.

Ħaxix il-bur taz-zokk lixx

TG/33/6 tal-12.10.1990

Lupinus albus L.

Lupina bajda

TG/66/4 tal-31.3.2004

Lupinus angustifolius L.

Lupina tal-werqa dejqa

TG/66/4 tal-31.3.2004

Lupinus luteus L.

Lupina safra

TG/66/4 tal-31.3.2004

Medicago sativa L.

Xnien

TG/6/5 tal-6.4.2005

Medicago x varia T. Martyn

Xnien ir-ramel

TG/6/5 tal-6.4.2005

Trifolium pratense L.

Silla ħamra

TG/5/7 tal-4.4.2001

Trifolium repens L.

Silla bajda

TG/38/7 tal-9.4.2003

Vicia sativa L.

Ġulbiena komuni

TG/32/6 tal-21.10.1988

Brassica napus L. var. napobrassica (L.) Rchb.

Kolza

TG/89/6 tal-4.4.2001

Raphanus sativus L. var. oleiformis Pers.

Ravanell tal-għalf

TG/178/3 tal-4.4.2001

Arachis hypogea L.

Karawett

TG/93/3 tal-13.11.1985

Brassica rapa L. var. silvestris (Lam.) Briggs

Rapa tan-nevew

TG/185/3 tal-17.4.2002

Carthamus tinctorius L.

Għosfor

TG/134/3 tal-12.10.1990

Gossypium spp.

Qoton

TG/88/6 tal-4.4.2001

Papaver somniferum L.

Peprin

TG/166/3 tal-24.3.1999

Sinapis alba L.

Ġarġir abjad

TG/179/3 tal-4.4.2001

Glycine max (L.) Merrill

Żerriegħa tas-sojja

TG/80/6 tal-1.4.1998

Sorghum bicolor (L.) Moench

Sorgu

TG/122/3 tal-6.10.1989

It-test ta’ dawn il-linji gwida jinsab fil-websajt tal-UPOV (www.upov.int).

PARTI B

ANNESS I

Lista ta’ speċi msemmija fl-Artikolu 1(2)(a) li għandhom jikkonformaw mal-protokolli tat-test tas-CPVO

L-isem xjentifiku

L-isem komuni

Il-protokoll tas-CPVO

Allium cepa L. (il-grupp Cepa)

Basal u Ekaljun

TP 46/2 tal-1.4.2009

Allium cepa L. (il-grupp Aggregatum)

Shallot

TP 46/2 tal-1.4.2009

Allium porrum L.

Kurrat

TP 85/2 tal-1.4.2009

Allium sativum L.

Tewm

TP 162/1 tal-25.3.2004

Allium schoenoprasum L.

Kurrat salvaġġ

TP 198/1 tal-1.4.2009

Apium graveolens L.

Karfus

TP 82/1 tal-13.3.2008

Apium graveolens L.

Krafes

TP 74/1 tal-13.3.2008

Asparagus officinalis L.

Spraġ

TP 130/1 tal-27.3.2002

Beta vulgaris L.

Pitravi inkluża l-pitrava ta’ Cheltenham

TP 60/1 tal-1.4.2009

Brassica oleracea L.

Pastard

TP 45/1 tal-15.11.2001

Brassica oleracea L.

Brokkli li qed inibbet jew Kalabriż

TP 151/2 tal-21.3.2007

Brassica oleracea L.

Brussels Sprouts

TP 54/2 tal-1.12.2005

Brassica oleracea L.

Ġidra

TP 65/1 tal-25.3.2004

Brassica oleracea L.

Kaboċċa mfelfla (Savoy), Kaboċċa bajda u Kaboċċa ħamra

TP 48/2 tal-1.12.2005

Brassica rapa L.

Kaboċċa Ċiniża

TP 105/1 tal-13.3.2008

Capsicum annuum L.

Bżar aħmar jew bżar

TP 76/2 tal-21.3.2007

Cichorium endivia L.

Indivja tal-werqa mibruma u Indivja tal-werqa sempliċi

TP 118/2 tal-1.12.2005

Cichorium intybus L.

Ċikwejra industrijali

TP 172/2 tal-1.12.2005

Cichorium intybus L.

Ċikwejra Witloof

TP 173/1 tal-25.3.2004

Citrullus lanatus (Thumb.) Matsum. et Nakai

Dulliegħ

TP 142/1 tal-21.3.2007

Cucumis melo L.

Bettieħ

TP 104/2 tal-21.3.2007

Cucumis sativus L.

Ħjara u Ħjara żgħira għall-immarinat (Gherkin)

TP 61/2 tal-13.3.2008

Cucurbita pepo L.

Qargħa bagħli jew Zukkini

TP 119/1 tal-25.3.2004

Cynara cardunculus L.

Qaqoċċ u Kardun

TP 184/1 tal-25.3.2004

Daucus carota L.

Karrotti u Karrotti għall-għalf

TP 49/3 tal-13.3.2008

Foeniculum vulgare Mill.

Bużbież

TP 183/1 tal-25.3.2004

Lactuca sativa L.

Ħass

TP 13/4 tal-1.4.2009

Lycopersicon esculentum Mill.

Tadam

TP 44/3 tal-21.3.2007

Petroselinum crispum (Mill.) Nyman ex A. W. Hill

Tursin

TP 136/1 tal-21.3.2007

Phaseolus coccineus L.

Fażola ta’ Spanja

TP 9/1 tal-21.3.2007

Phaseolus vulgaris L.

Fażola żgħira ta’ Franza u Fażola tixxeblek ta’ Franza

TP 12/3 tal-1.4.2009

Pisum sativum L. (partim)

Piżelli mkemmxa, Piżelli tonda u Piżelli ħelwa (sugar pea)

TP 7/1 tal-6.11.2003

Raphanus sativus L.

Ravanell

TP 64/1 tal-27.3.2002

Solanum melongena L.

Brunġiel

TP 117/1 tal-13.3.2008

Spinacia oleracea L.

Spinaċi

TP 55/2 tal-13.3.2008

Valerianella locusta (L.) Laterr.

Valerjanella

TP 75/2 tal-21.3.2007

Vicia faba L. (partim)

Ful kbir

TP Broadbean/1 tal-25.3.2004

Zea mays L. (partim)

Qamħ ħelu u Popkorn

TP 2/2 tal-15.11.2001

It-test ta’ dawn il-protokolli jinsab fil-websajt tas-CPVO (www.cpvo.europa.eu).

ANNESS II

Lista ta’ speċi msemmija fl-Artikolu 1(2)(b) li għandhom jikkonformaw mal-linji gwida tat-test tal-UPOV

L-isem xjentifiku

L-isem komuni

Il-linja gwida tal-UPOV

Allium fistulosum L.

Basal tal-għenieqed (Japanese bunching onion jew Welsh onion)

TG/161/3 tal-1.4.1998

Beta vulgaris L.

Spinach beet jew il-weraq tal-pitravi

TG/106/4 tal-31.3.2004

Brassica oleracea L.

Kaboċċa mberfla

TG/90/6 tal-31.3.2004

Brassica rapa L.

Nevew

TG/37/10 tal-4.4.2001

Cichorium intybus L.

Ċikwejra b’weraq kbir jew ċikwejra Taljana

TG/154/3 tal-18.10.1996

Cucurbita maxima Duchesne

Qargħa tat-tip gourd

TG/155/4 tal-28.3.2007

Raphanus sativus L.

Ravanell iswed

TG/63/6 tal-24.3.1999

Rheum rhabarbarum L.

Rabarbru

TG/62/6 tal-24.3.1999

Scorzonera hispanica L.

Scorzonera jew Salsafja sewda

TG/116/3 tal-21.10.1988

It-test ta’ dawn il-linji gwida jinsab fil-websajt tal-UPOV (www.upov.int).


Top