This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009D0512
2009/512/EC: Council Decision of 22 June 2009 on the conclusion of the Agreement between the European Community and the Hashemite Kingdom of Jordan on certain aspects of air services
2009/512/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 22 ta' Ġunju 2009 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru
2009/512/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 22 ta' Ġunju 2009 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru
ĠU L 173, 3.7.2009, p. 6–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/512/oj
3.7.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 173/6 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-22 ta' Ġunju 2009
dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru
(2009/512/KE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkonsidra t-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 80(2), flimkien mal-ewwel sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 300(2) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 300(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,
Billi:
(1) |
Fil-5 ta’ Ġunju 2003, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ in-negozjati ma’ pajjiżi terzi dwar is-sostituzzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet fi ftehimiet bilaterali eżistenti bi ftehim Komunitarju. |
(2) |
F’isem il-Komunità, il-Kummissjoni nnegozjat Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju Ħaxemit tal-Ġordan dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru (1) (il-Ftehim) f’konformità mal-mekkaniżmi u d-direttivi fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati ma’ pajjiżi terzi dwar is-sostituzzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet fi ftehimiet bilaterali eżistenti bi ftehim Komunitarju. |
(3) |
Il-Ftehim ġie ffirmat f’isem il-Komunità fil-25 ta’ Frar 2008, suġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data aktar tard, f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/216/KE (2) tal-25 ta’ Ġunju 2007. |
(4) |
Il-Ftehim għandu jiġi approvat, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju Ħaxemit tal-Ġordan dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru huwa b’dan approvat f’isem il-Komunità.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill b’dan huwa awtorizzat li jinnomina l-persuni mogħtija s-setgħa jagħmlu n-notifika prevista fl-Artikolu 9(1) tal-Ftehim.
Magħmul fil-Lussemburgu, it-22 ta’ Ġunju 2009.
Għall-Kunsill
Il-President
J. ŠEBESTA
(1) ĠU L 68, 12.3.2008, p. 15.
(2) ĠU L 68, 12.3.2008, p. 14.