This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31998D0145
98/145/EC: Council Decision of 12 February 1998 on the approval, on behalf of the European Community, of the amendments to Appendices I and II to the Bonn Convention on the conservation of migratory species of wild animals as decided by the fifth meeting of the Conference of the parties to the Convention
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar ta' l-1998 fuq l-approvazzjoni, f'isem il-Komunità Ewropea, tal-emendi għall-Appendiċi I u II għall-Konvenzjoni ta' Bonn fuq il-konservazzjoni ta' speċi migratorji ta' Annimali Selvaġġi kif deċiż mill-ħames laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar ta' l-1998 fuq l-approvazzjoni, f'isem il-Komunità Ewropea, tal-emendi għall-Appendiċi I u II għall-Konvenzjoni ta' Bonn fuq il-konservazzjoni ta' speċi migratorji ta' Annimali Selvaġġi kif deċiż mill-ħames laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni
ĠU L 46, 17.2.1998, p. 6–7
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
Official Journal L 046 , 17/02/1998 P. 0006 - 0007
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar ta' l-1998 fuq l-approvazzjoni, f'isem il-Komunità Ewropea, tal-emendi għall-Appendiċi I u II għall-Konvenzjoni ta' Bonn fuq il-konservazzjoni ta' speċi migratorji ta' Annimali Selvaġġi kif deċiż mill-ħames laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni (98/145/KE) IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej u b'mod partikolari l-Artikolu 130s(1), flimkien ma' l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 228(2) u l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 228(3), Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2], billi il-Komunità' Ewropea hija Parti Kontrajenti għall-Konvenzjoni fuq il-Konservazzjoni ta' l-Ispeċi Migratorji ta' Annimali Selvaġġi wara d-Deċiżjoni 82/461/KEE [3]; billi fil-Ħames Laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet miżmuma f'Ġinevra bejn l-10 u s-16 ta' April 1997, wieħed u għoxrin speċi migratorji mhedda kienu miżjuda ma' l-Appendiċi I tal-Konvenzjoni u tnejn u għoxrin speċi kienu miżjuda ma' l-Appendiċi II tal-Konvenzjoni; billi il-Kummissjoni pparteċipat f'din il-laqgħa f'isem il-Komunità; billi ħdax mill-ispeċi huma koperti bid-Direttiva tal-Kunsill 79/409/KEE tat-2 ta' April ta' l-1979 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi [4]; billi, skond l-Artikolu XI tal-Konvenzjoni, emenda għall-Appendiċi tal-Konvenzjoni għandha tidħol fis-seħħ għall-partijiet kollha disgħin jum wara il-laqgħa tal-konferenza tal-partijiet li fiha tkun adottata, ħlief għall dawk il-partijiet li jagħmlu riserva skond paragrafu 6 ta' dak l-Artikolu; billi huwa neċċessarju għall-Komunità li tapprova l-emendi għall-Appendiċi I u II tal-Konvenzjoni adottata fil-Ħames Laqgħa tal-Partijiet Kontrajenti kif stabbilit f'Artiklu XI tal-Konvenzjoni, IDDECIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 L-inklużjoni ta' l-ispeċi Lutra provocax, Lutra felina, Pontoporia blainvillei, Hippocamelus bisulcus, Spheniscus humboldti, Diomedea amsterdamensis, Phoenicoparrus andinus, Phoenicoparrus jamesi, Anser erythropus, Branta ruficollis, Marmaronetta angustirostris, Aythya nyroca, Polysticta stelleri, Aquila clanga, Aquila heliaca, Falco naumanni, Sarothrura ayresi, Chettusia gregaria, Larus atlanticus, Hirundo atrocaerulea, Acrocephalus paludicola fl-Appendiċi I tal-Konvenzjoni fuq il-konservazzjoni ta' speċi migratorji ta' Annimali Selvaġġi u tal-ispeċi Phocoena spinipinnis, Phocoena drioptica, Cephalorhynchus eutropia, Lagenorhynchus obscurus, Spheniscus demersus, Diomedea exulans, Diomedea epomophora, Diomedea irrorata, Diomedea nigripes, Diomedea immutabilis, Diomedea melanophris, Diomedea bulleri, Diomedea cauta, Diomedea chlororhynchos, Diomedea chrysostoma, Phoebetria fusca, Phoebetria palpebrata, Sarothrura ayresi, Crex crex, Amazona tucumana, Hirundo atrocaerulea, Acrocephalus paludicola, fl-Appendiċi II tal-Konvenzjoni huwa hawnhekk approvat f'isem il-Komunità' Ewropea. Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppublikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Magħmula fi Brussel, fit-12 ta'Frar 1998. Għall-Kunsill Il-President J. Battle [1] ĠU C 267, tat-3.9.1997, p. 66 [2] ĠU C 339, ta' l-10.11.1997 [3] ĠU L 210, tad-19.7.1982, p. 10 [4] ĠU L 103, tal-25.4.1979, p. 1 --------------------------------------------------