This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31994D0001
94/1/EC, ECSC: Decision of the Council and the Commission of 13 December 1993 on the conclusion of the Agreement on the European Economic Area between the European Communities, their Member States and the Republic of Austria, the Republic of Finland, the Republic of Iceland, the Principality of Liechtenstein, the Kingdom of Norway, the Kingdom of Sweden and the Swiss Confederation
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni tat-13 ta' Diċembru 1993 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea bejn il-Komunitajiet Ewropej, l-Istati Membri tagħhom u r-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Repubblika tal-Islanda, il-Prinċipat ta' Liechtenstein, ir-Renju tan-Norveġja, ir-Renju tal-Isvezja u l-Konfederazzjoni Svizzera
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni tat-13 ta' Diċembru 1993 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea bejn il-Komunitajiet Ewropej, l-Istati Membri tagħhom u r-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Repubblika tal-Islanda, il-Prinċipat ta' Liechtenstein, ir-Renju tan-Norveġja, ir-Renju tal-Isvezja u l-Konfederazzjoni Svizzera
ĠU L 1, 3.1.1994, p. 1–1
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1994/1(1)/oj
Official Journal L 001 , 03/01/1994 P. 0001 - 0001
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 11 P. 0037
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 11 P. 0037
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni tat-13 ta' Diċembru 1993 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea bejn il-Komunitajiet Ewropej, l-Istati Membri tagħhom u r-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Repubblika tal-Islanda, il-Prinċipat ta' Liechtenstein, ir-Renju tan-Norveġja, ir-Renju tal-Isvezja u l-Konfederazzjoni Svizzera (94/1/KEFA, KE) IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidraw it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar, Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari Artikolu 238 flimkien mat-tieni subparagrafu ta' Artikolu 228(3) tal-istess, Wara li kkunsidraw il-kunsens tal-Parlament Ewropew [1], Billi l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea bejn il-Komunitajiet Ewropej, l-Istati Membri tagħhom u r-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Repubblika tal-Islanda, il-Prinċipat ta' Liechtenstein, ir-Renju tan-Norveġja, ir-Renju tal-Isvezja u l-Konfederazzjoni Svizzera, iffirmat f'Oporto fit-2 ta' Mejju 1992 għandu jkun approvat, IDDEĊIDEW KIF ĠEJ: Artikolu 1 Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea bejn il-Komunitajiet Ewropej, l-Istati Membri tagħhom u r-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Repubblika tal-Islanda, il-Prinċipat ta' Liechtenstein, ir-Renju tan-Norveġja, ir-Renju tal-Isvezja u l-Federazzjoni Svizzera, il-Protokolli, l-Annessi mehmużin miegħu u d-Dikjarazzjonijiet, il-Minuti Miftiehma u l-korrispondenza mehmuża mal-Att Finali huma hawn approvati f'isem il-Komunità Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar. It-testi tal-atti li għalihom jirriferi l-ewwel paragrafu huma mehmuża ma’ din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 L-att ta' approvazzjoni li jipprovdi għalih l-Artikolu 129 tal-Ftehim għandu jkun depożitat mill-President tal-Kunsill f'isem il-Komunità Ewropea u mill-President tal-Kummissjoni f'isem il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar [2]. Magħmula fi Brussel, it-13 Diċembru 1993. Għall-Kunsill Il-President Ph. Maystadt Għall-Kummissjoni J. Delors Il-President [1] ĠU Ċ 305, tat- 23.11.1992, p. 66. [2] Ara paġna 606 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali. --------------------------------------------------