This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02018D1538-20220209
Commission Implementing Decision (EU) 2018/1538 of 11 October 2018 on the harmonisation of radio spectrum for use by short-range devices within the 874-876 and 915-921 MHz frequency bands (notified under document C(2018) 6535) (Text with EEA relevance)Text with EEA relevance
Consolidated text: Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1538 tal-11 ta' Ottubru 2018 dwar l-armonizzazzjoni tal-ispettru tar-radju li għandu jintuża mit-tagħmir għal meded qosra fil-baned tal-frekwenzi ta' 874-876 MHz u 915-921 MHz (notifikata bid-dokument C(2018) 6535) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1538 tal-11 ta' Ottubru 2018 dwar l-armonizzazzjoni tal-ispettru tar-radju li għandu jintuża mit-tagħmir għal meded qosra fil-baned tal-frekwenzi ta' 874-876 MHz u 915-921 MHz (notifikata bid-dokument C(2018) 6535) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2018/1538/2022-02-09
02018D1538 — MT — 09.02.2022 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1538 tal-11 ta' Ottubru 2018 dwar l-armonizzazzjoni tal-ispettru tar-radju li għandu jintuża mit-tagħmir għal meded qosra fil-baned tal-frekwenzi ta' 874-876 MHz u 915-921 MHz (notifikata bid-dokument C(2018) 6535) (ĠU L 257 15.10.2018, p. 57) |
Emendata bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/172 tas-7 ta’ Frar 2022 |
L 28 |
21 |
9.2.2022 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1538
tal-11 ta' Ottubru 2018
dwar l-armonizzazzjoni tal-ispettru tar-radju li għandu jintuża mit-tagħmir għal meded qosra fil-baned tal-frekwenzi ta' 874-876 MHz u 915-921 MHz
(notifikata bid-dokument C(2018) 6535)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Artikolu 1
Din id-Deċiżjoni tarmonizza l-baned tal-frekwenzi u l-kundizzjonijiet tekniċi relatati għad-disponibilità u l-użu effiċjenti tal-ispettru għat-tagħmir għal meded qosra fi ħdan il-baned tal-frekwenzi 874-876 MHz u 915-921 MHz.
Artikolu 2
Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, għanhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“apparat ta’ medda qasira” tfisser apparat tar-radju li jipprovdi komunikazzjoni unidirezzjonali jew bidirezzjonali u li jirċievi u/jew jittrażmetti fuq distanza qasira b’potenza baxxa;
“bla interferenza u bażi bla protezzjoni” tfisser li ma tista’ tiġi kkawżata l-ebda interferenza dannuża lil kwalunkwe servizz ta’ komunikazzjoni bir-radju u li ma tista’ ssir l-ebda talba għall-protezzjoni ta’ dawn l-apparati kontra interferenza li toriġina minn servizzi ta’ komunikazzjoni bir-radju;
“kategorija ta’ apparati ta’ medda qasira” tfisser grupp ta’ apparati ta’ medda qasira jew apparati ta’ medda qasira netwerkjati li jużaw spettru b’mekkaniżmi tal-aċċess għal spettri tekniċi simili jew ibbażat fuq xenarji ta’ użu komuni.
Artikolu 3
Artikolu 4
L-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw l-użu tal-baned tal-frekwenzi 874-876 MHz u 915-921 MHz, inkluż l-użu potenzjali tas-subbaned 874,4-876 MHz u 919,4-921 MHz għall-proġett Future Rail Mobile Communications System (FRMCS), u jirrappurtaw is-sejbiet tagħhom lill-Kummissjoni fuq talba jew fuq inizjattiva tagħhom biex jippermettu r-reviżjoni regolari u f'waqtha tad-Deċiżjoni.
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS
Baned ta’ frekwenzi bil-kundizzjonijiet tekniċi armonizzati u l-iskadenzi ta’ implimentazzjoni korrispondenti għall-apparati ta’ medda qasira
It-tabella li ġejja tispeċifika kombinazzjonijiet differenti ta’ banda ta’ frekwenzi u kategorija ta’ apparati ta’ medda qasira (kif definit fl-Artikolu 2(6)), u l-kundizzjonijiet tekniċi armonizzati għall-aċċess għall-ispettru u l-implimentazzjoni tal-iskadenzi applikabbli hemmhekk.
Il-kundizzjonijiet tekniċi ġenerali li japplikaw għall-baned kollha u għall-apparati ta’ medda qasira li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni:
It-termini użati:
“Ċiklu tat-tħaddim” hija ddefinita bħala l-proporzjon, espress bħala persentaġġ, ta’ Σ(Ton)/(Tobs) fejn Ton huwa l-ħin “mixgħul” ta’ apparat ta’ trażmettitur uniku u Tobs huwa l-perjodu ta’ osservazzjoni. It-Ton jitkejjel f’banda ta’ frekwenzi ta’ osservazzjoni (Fobs). Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor f’dan l-anness tekniku, it-Tobs huwa perjodu kontinwu ta’ siegħa u l-Fobs hija l-banda ta’ frekwenzi applikabbli f’dan l-Anness. Il-kundizzjonijiet inqas restrittivi skont l-Artikolu 3(3) tfisser li l-Istati Membri jistgħu jippermettu valur akbar għaċ-“ċiklu tat-tħaddim”.
Nru tal-banda |
Banda ta’ frekwenzi |
Kategorija tal-apparati ta’ medda qasira |
Limitu tal-potenza tat-trażmissjoni/limitu tas-saħħa tal-kamp/limitu tad-densità tal-potenza |
Parametri addizzjonali (regoli dwar it-tqassim tal-kanali u/jew aċċess għall-kanali u l-okkupazzjoni) |
Restrizzjonijiet oħra tal-użu |
Skadenza tal-implimentazzjoni |
1 |
874–874,4 MHz () |
Apparati ta’ medda qasira mhux speċifiċi () |
e.r.p. ta’ 500 mW Huwa meħtieġ Kontroll tal-Potenza Adattattiv (APC), inkella tekniki ta’ mitigazzjoni oħra li għall-inqas ikollhom livell ekwivalenti ta’ kompatibbiltà tal-ispettru. |
Għandhom jintużaw tekniki għall-aċċess tal-ispettru u għall-mitigazzjoni tal-interferenzi li jipprovdu livell xieraq ta’ prestazzjoni għall-konformità mar-rekwiżiti essenzjali tad-Direttiva 2014/53/UE. Jekk it-tekniki rilevanti huma deskritti fi standards armonizzati jew f’partijiet minnhom li r-referenzi għalihom ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea skont id-Direttiva 2014/53/UE, għandha tiġi żgurata għall-inqas prestazzjoni ekwivalenti għal dawn it-tekniki. Wisa’ tal-banda: ≤ 200 kHz Ċiklu tat-tħaddim: ≤ 10 % għall-punti tal-aċċess tan-network () Ċiklu tat-tħaddim: 2,5 % f’każijiet oħra |
Dan is-sett ta’ kundizzjonijiet għall-użu huwa disponibbli biss għan-networks tad-data L-apparati nomadiċi u mobbli kollha fi ħdan in-network tad-data għandhom ikunu kkontrollati minn punt tal-aċċess tan-network ewlieni (), (), (), () |
fl-1 ta’ Lulju 2022. |
2 |
917,4–919,4 MHz () |
Apparati tat-trażmissjoni tad-data fuq banda wiesgħa () |
e.r.p. ta’ 25 mW |
Għandhom jintużaw tekniki għall-aċċess tal-ispettru u għall-mitigazzjoni tal-interferenzi li jipprovdu livell xieraq ta’ prestazzjoni għall-konformità mar-rekwiżiti essenzjali tad-Direttiva 2014/53/UE. Jekk it-tekniki rilevanti huma deskritti fi standards armonizzati jew f’partijiet minnhom li r-referenzi għalihom ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea skont id-Direttiva 2014/53/UE, għandha tiġi żgurata għall-inqas prestazzjoni ekwivalenti għal dawn it-tekniki. Wisa’ tal-banda: > 600 kHz u ≤ 1 MHz Ċiklu tat-tħaddim: ≤ 10 % għall-punti tal-aċċess tan-network () Ċiklu tat-tħaddim: ≤ 2,8 % f’każijiet oħra |
Dan is-sett ta’ kundizzjonijiet għall-użu huwa disponibbli biss għall-apparati ta’ medda qasira fuq banda wiesgħa f’networks tad-data L-apparati nomadiċi u mobbli kollha fi ħdan in-network tad-data għandhom ikunu kkontrollati minn punt tal-aċċess tan-network ewlieni (), (), () |
fl-1 ta’ Lulju 2022. |
3 |
916,1–918,9 MHz () |
Apparati ta’ Identifikazzjoni bil-Frekwenza tar-Radju (RFID) () |
It-trażmissjonijiet tal-interrogatur b’e.r.p. ta’ 4 W huma permessi biss fil-frekwenzi ċentrali ta’ 916,3 MHz, 917,5 MHz, 918,7 MHz |
Għandhom jintużaw tekniki għall-aċċess tal-ispettru u għall-mitigazzjoni tal-interferenzi li jipprovdu livell xieraq ta’ prestazzjoni għall-konformità mar-rekwiżiti essenzjali tad-Direttiva 2014/53/UE. Jekk it-tekniki rilevanti huma deskritti fi standards armonizzati jew f’partijiet minnhom li r-referenzi għalihom ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea skont id-Direttiva 2014/53/UE, għandha tiġi żgurata għall-inqas prestazzjoni ekwivalenti għal dawn it-tekniki. Wisa’ tal-banda: ≤ 400 kHz |
fl-1 ta’ Lulju 2022. |
|
4 |
917,3–918,9 MHz |
Apparati ta’ medda qasira mhux speċifiċi () |
e.r.p. ta’ 500 mW It-trażmissjonijiet huma permessi biss fil-meded ta’ frekwenzi ta’ 917,3-917,7 MHz, 918,5-918,9 MHz Huwa meħtieġ Kontroll tal-Potenza Adattattiv (APC), inkella tekniki ta’ mitigazzjoni oħra li għall-inqas ikollhom livell ekwivalenti ta’ kompatibbiltà tal-ispettru. |
Għandhom jintużaw tekniki għall-aċċess tal-ispettru u għall-mitigazzjoni tal-interferenzi li jipprovdu livell xieraq ta’ prestazzjoni għall-konformità mar-rekwiżiti essenzjali tad-Direttiva 2014/53/UE. Jekk it-tekniki rilevanti huma deskritti fi standards armonizzati jew f’partijiet minnhom li r-referenzi għalihom ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea skont id-Direttiva 2014/53/UE, għandha tiġi żgurata għall-inqas prestazzjoni ekwivalenti għal dawn it-tekniki. Wisa’ tal-banda: ≤ 200 kHz Ċiklu tat-tħaddim: ≤ 10 % għall-punti tal-aċċess tan-network () Ċiklu tat-tħaddim: ≤ 2,5 % f’każijiet oħra |
Dan is-sett ta’ kundizzjonijiet għall-użu huwa disponibbli biss għan-networks tad-data L-apparati nomadiċi u mobbli kollha fi ħdan in-network tad-data għandhom ikunu kkontrollati minn punt tal-aċċess tan-network ewlieni (), (), (), () |
fl-1 ta’ Lulju 2022. |
5 |
917,4–919,4 MHz () |
Apparati ta’ medda qasira mhux speċifiċi () |
e.r.p. ta’ 25 mW |
Għandhom jintużaw tekniki għall-aċċess tal-ispettru u għall-mitigazzjoni tal-interferenzi li jipprovdu livell xieraq ta’ prestazzjoni għall-konformità mar-rekwiżiti essenzjali tad-Direttiva 2014/53/UE. Jekk it-tekniki rilevanti huma deskritti fi standards armonizzati jew f’partijiet minnhom li r-referenzi għalihom ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea skont id-Direttiva 2014/53/UE, għandha tiġi żgurata għall-inqas prestazzjoni ekwivalenti għal dawn it-tekniki. Wisa’ tal-banda: ≤ 600 kHz Ċiklu tat-tħaddim: ≤ 1 %, |
Dan is-sett ta’ kundizzjonijiet għall-użu huwa disponibbli biss għall-apparat ta’ medda qasira f’networks tad-data L-apparati nomadiċi u mobbli kollha fi ħdan in-network tad-data għandhom ikunu kkontrollati minn punt tal-aċċess tan-network ewlieni (), (), () |
fl-1 ta’ Lulju 2022. |
(1)
Il-kategorija tal-apparat ta’ medda qasira mhux speċifiku tkopri t-tipi kollha ta’ apparati tar-radju, irrispettivament mill-applikazzjoni jew l-iskop, li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tekniċi kif speċifikat għal banda speċifika ta’ frekwenzi. Fost l-użi tipiċi hemm it-telemetrija, it-telekmand, l-allarmi, it-trażmissjonijiet tad-data inġenerali u applikazzjonijiet oħra.
(2)
Il-kategorija tal-apparat tal-identifikazzjoni bil-frekwenza tar-radju (l-RFID) tkopri s-sistemi tal-komunikazzjoni bir-radju bbażati fuq interrogatur/tikketta, li jikkonsistu minn apparati tar-radju (tikketti) mehmuża ma’ oġġetti animati jew mhux animati u li jikkonsistu minn unitajiet ta’ trażmettitur/riċevitur (interrogaturi) li jattivaw it-tikketti u jirċievu lura d-data. Fost l-użi tipiċi hemm it-traċċar u l-identifikazzjoni ta’ oġġetti, bħal pereżempju għas-sorveljanza elettronika tal-oġġetti (EAS), u l-ġbir u t-trażmissjoni tad-data relatata mal-oġġetti li magħhom jinhemżu tikketti, li jistgħu jkunu bla batterija, jaħdmu bl-għajnuna ta’ batterija jew jaħdmu bil-batterija. Ir-risponsi minn tikketta jiġu vvalidati mill-interrogatur tagħha u jingħaddu lis-sistema li tospitaha.
(3)
Il-kategorija tal-apparat tat-trażmissjoni tad-data fuq banda wiesgħa tkopri l-apparati tar-radju li jużaw tekniki ta’ modulazzjoni fuq banda wiesgħa biex jaċċessaw l-ispettru. Fost l-użi tipiċi hemm is-sistemi tal-aċċess mingħajr fili bħalma huma n-networks tar-radju ta’ żona lokali (WAS/RLANs) jew l-apparati ta’ medda qasira fuq banda wiesgħa f’networks tad-data.
(4)
Punt tal-aċċess tan-network f’network tad-data huwa apparat terrestri fiss ta’ medda qasira li jaġixxi bħala punt ta’ konnessjoni għall-apparat l-ieħor ta’ medda qasira fin-network tad-data għal pjattaformi ta’ servizzi li jinsabu ’l barra minn dak in-network tad-data. It-terminu “network tad-data” jirreferi għal bosta apparati ta’ medda qasira, inkluż il-punt tal-aċċess tan-network, bħall-komponenti tan-networks, u għall-konnessjonijiet mingħajr fili bejniethom.”
(5)
Skont l-Artikolu 3(1) il-baned ta’ frekwenzi għandhom jiġu indikati u magħmula disponibbli fuq bażi mhux esklużiva u ta’ kondiviżjoni. Il-kundizzjonijiet tekniċi armonizzati għandhom jagħmluha possibbli li jitħaddmu bosta apparati ta’ medda qasira fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri soġġetti għar-reġim ta’ awtorizzazzjoni ġenerali skont id-dritt nazzjonali. Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 46 u 51 tad-Direttiva (UE) 2018/1972 u għall-Artikoli 3(2) u 7 tad-Direttiva 2014/53/UE. L-Istati Membri jistgħu jillimitaw l-użu ta’ din l-entrata b’mod li l-installazzjoni u t-tħaddim isiru biss minn utenti professjonali u jistgħu jikkunsidraw awtorizzazzjoni individwali, eż. għall-amministrazzjoni tal-kondiviżjoni ġeografika u/jew l-applikazzjoni ta’ tekniki ta’ mitigazzjoni biex tiġi żgurata l-protezzjoni tas-servizzi tar-radju.
(6)
Fl-Istati Membri fejn din il-medda ta’ frekwenzi hija użata kollha jew parti minnha għall-ordni pubblika u għal finijiet ta’ sigurtà pubblika u d-difiża u fejn il-koordinazzjoni ma tkunx possibbli, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jimplimentawx din l-entrata parzjalment jew b’mod sħiħ, f’konformità mal-Artikolu 1(4) tad-Deċiżjoni 676/2002/KE u l-Artikolu 3(2) ta’ din id-Deċiżjoni.
(7)
Jista’ jkun hemm il-ħtieġa ta’ regoli nazzjonali, bħall-koordinazzjoni lokali, biex jiġu evitati l-interferenzi għas-servizzi tar-radju li joperaw f’baned kontigwi, pereżempju minħabba l-intermodulazzjoni jew l-imblukkar.
(8)
Din il-medda ta’ frekwenzi ta’ 874-874,4 MHz hija l-banda ewlenija minima armonizzata.
(9)
Din il-medda ta’ frekwenzi ta’ 917,4-919,4 MHz hija l-banda ewlenija minima armonizzata.
(10)
It-tikketti RFID jirrispondu f’livell baxx ħafna tal-potenza (e.r.p ta’ -10 dBm) f’firxa ta’ frekwenzi madwar il-kanali tal-interrogatur tal-RFID u jridu jkunu konformi mar-rekwiżiti essenzjali tad-Direttiva 2014/53/UE. |