REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) .../...
ta’ 25.1.2022
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1859 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tal-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2019/1242 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ġbir ta’ ċertu data
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/1242 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi standards tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-vetturi tqal ġodda u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 595/2009 u (UE) 2018/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE 1 , u b’mod partikolari l-Artikolu 10 tiegħu,
Billi:
(1)L-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1859 2 jobbliga lill-manifatturi, fir-rigward ta’ ċerti vetturi heavy-duty ġodda, biex jimmonitorjaw u jirrapportaw lill-Kummissjoni l-fajl comma separated values tal-istess isem bħall-jobfajl u b’estensjoni .vsum li tinkludi r-riżultati aggregati għal kull profil tal-missjoni u kundizzjoni ta’ tagħbija simulati, li jiġu ġġenerati mill-għodda ta’ simulazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/2400 3 fil-verżjoni grafika tagħha tal-interfaċċa tal-utent (“il-fajl tad-data sum exec”).
(2)Dak l-obbligu tqassam maż-żmien, mid-data tas-simulazzjoni tal-vetturi; bid-dati l-aktar bikrin tas-simulazzjoni (l-1 ta’ Jannar 2019 sat-30 ta’ Settembru 2019) għandhom jiġu rrapportati biss mill-aħħar data taż-żewġ dati ta’ rapportar stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1859, sabiex jitqies il-fatt li l-manifatturi jistgħu ikollhom jirrepetu s-simulazzjoni tal-vetturi li jaqgħu f’dak il-lott għal raġunijiet lil hinn mir-responsabbiltà tagħhom.
(3)L-evalwazzjoni tad-data miksuba għall-ewwel perjodu ta’ rapportar, li l-iskadenza tagħha kienet it-30 ta’ Settembru, sadanittant, ikkonfermat li l-analiżi bbażata fuq dak l-ewwel lott ta’ fajls tad-data sum exec riċevuta skont l-Artikolu 1(2)(a) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1859 trendi riżultati stabbli. Għal din ir-raġuni, m’għadux meħtieġ li l-manifatturi jiġu obbligati jirrapportaw id-data msemmija fl-Artikolu 1(2)(b) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1859 u jenħtieġ li dak il-punt jitħassar.
(4)Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1859 jiġi emendat skont dan.
(5)Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emenda tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1859
Fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1859, jitħassar il-punt (b).
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.