This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document L:2014:005:FULL
Official Journal of the European Union, L 005, 10 January 2014
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, L 005, 10 ta' Jannar 2014
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, L 005, 10 ta' Jannar 2014
ISSN 1977-074X doi:10.3000/1977074X.L_2014.005.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 5 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 57 |
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
||
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
2014/6/UE |
|
|
* |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
10.1.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 5/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 15/2014
tad-9 ta’ Jannar 2014
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Jannar 2014.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
(EUR/100 kg) |
||
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
0702 00 00 |
AL |
97,3 |
MA |
76,1 |
|
TN |
85,4 |
|
TR |
129,0 |
|
ZZ |
97,0 |
|
0707 00 05 |
MA |
158,2 |
TR |
143,8 |
|
ZZ |
151,0 |
|
0709 93 10 |
MA |
63,1 |
TR |
130,8 |
|
ZZ |
97,0 |
|
0805 10 20 |
EG |
43,4 |
MA |
85,5 |
|
TR |
83,5 |
|
ZA |
44,3 |
|
ZZ |
64,2 |
|
0805 20 10 |
IL |
186,9 |
MA |
72,7 |
|
ZZ |
129,8 |
|
0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90 |
IL |
75,9 |
JM |
93,8 |
|
MA |
117,4 |
|
TR |
80,8 |
|
ZZ |
92,0 |
|
0805 50 10 |
EG |
66,2 |
TR |
70,6 |
|
ZZ |
68,4 |
|
0808 10 80 |
CN |
110,7 |
MK |
27,7 |
|
US |
155,4 |
|
ZZ |
97,9 |
|
0808 30 90 |
CN |
53,4 |
US |
144,5 |
|
ZZ |
99,0 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.
DEĊIŻJONIJIET
10.1.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 5/3 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tad-9 ta’ Jannar 2014
dwar ir-rikonoxximent tal-“Iskema għad-Diżil Rinnovabbli HVO għall-Verifikazzjoni tal-Konformità mal-kriterji tas-sostenibbiltà tad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli għall-bijokarburanti” biex tintwera l-konformità mal-kriterji ta’ sostenibbiltà mogħtija fid-Direttivi 98/70/KE u 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(2014/6/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 18(6) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 98/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 1998 dwar il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/12/KEE (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 7c(6) tagħha,
Wara li kkonsultat mal-Kumitat dwar is-Sostenibbiltà tal-Bijokarburanti u l-Bijolikwidi,
Billi:
(1) |
Id-Direttivi 98/70/KE u 2009/28/KE jistipulaw il-kriterji ta’ sostenibbiltà għall-bijokarburanti. L-Artikoli 7b u 7c u tal-Anness IV tad-Direttiva 98/70/KE huma simili għall-Artikoli 17 u 18 tal-Anness V tad-Direttiva 2009/28/KE. |
(2) |
Meta l-bijofjuwils u l-bijolikwidi jkunu jridu jitqiesu għall-finijiet imsemmija fl-Artikolu 17(1)(a), (b) u (c) tad-Direttiva 2009/28/KE, l-Istati Membri għandhom jeżiġu li l-operaturi ekonomiċi juru l-konformità tal-bijofjuwils u tal-bijolikwidi mal-kriterji ta’ sostenibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 17(2) sa (5) tad-Direttiva 2009/28/KE. |
(3) |
Meta operatur ekonomiku jagħti provi jew dejta miksuba skont skema volontarja li hija rrikonoxxuta mill-Kummissjoni, safejn ikun kopert b’dik id-deċiżjoni ta’ rikonoxximent, Stat Membru ma għandux jeżiġi li l-fornitur jipprovdi aktar evidenza ta’ konformità mal-kriterji ta’ sostenibbiltà. |
(4) |
Fl-14 ta’ Awwissu 2013 tressqet quddiem il-Kummissjoni talba biex jiġi rikonoxxut li l-“Iskema għad-Diżil Rinnovabbli HVO għall-Verifikazzjoni tal-Konformità mal-kriterji tas-sostenibbiltà tad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli għall-bijokarburanti” turi li konsenji ta’ bijokarburant jikkonformaw mal-kriterji ta’ sostenibbiltà stabbiliti fid-Direttiva 98/70/KE u fid-Direttiva 2009/28. L-iskema tista’ tkopri l-bażijiet kollha li huma addattati għall-bijokarburant tat-tip HVO (Hydro-treated Vegetable Oil (fosthom iż-żejt tal-palm mhux raffinat, iż-żejt taż-żerriegħa tal-kolza, iż-żejt tas-sojja u x-xaħmijiet tal-annimali) u għandha ambitu dinji. L-iskema tkopri l-katina tal-provvista kollha mill-produzzjoni tal-materja prima sad-distribuzzjoni tal-bijokarburanti. Ladarba tiġi rrikonoxxuta, l-iskema għandha tkun disponibbli fil-pjattaforma ta’ trasparenza stabbilita skont id-Direttiva 2009/28/KE. Għandhom jitqiesu kwistjonijiet ta’ sensittività kummerċjali u dawn jistgħu jwasslu għal pubblikazzjoni parzjali biss tal-iskema. |
(5) |
Valutazzjoni tal-“Iskema għad-Diżil Rinnovabbli HVO għall-Verifikazzjoni tal-Konformità mal-kriterji tas-sostenibbiltà tad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli għall-bijokarburanti” sabet li din tkopri b’mod adegwat il-kriterji tas-sostenibbiltà tad-Direttiva 98/70/KE u tad-Direttiva 2009/28/KE, u tapplika metodoloġija ta’ bilanċ tal-massa konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 7c(1) tad-Direttiva 98/70/KE u l-Artikolu 18(1) tad-Direttiva 2009/28/KE. |
(6) |
L-evalwazzjoni tal-“Iskema għad-Diżil Rinnovabbli HVO għall-Verifikazzjoni tal-Konformità mal-kriterji tas-sostenibbiltà tad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli għall-bijokarburanti” sabet li din tilħaq standards adegwati ta’ affidabbiltà, trasparenza u awditjar indipendenti, u tikkonforma wkoll mar-rekwiżiti metodoloġiċi li jinsabu fl-Anness IV tad-Direttiva 98/70/KE u fl-Anness V tad-Direttiva 2009/28/KE. |
(7) |
“L-Iskema għad-Diżil Rinnovabbli HVO għall-Verifikazzjoni tal-Konformità mal-kriterji tas-sostenibbiltà tad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli għall-bijokarburanti” ġiet ivvalutata bi tqabbil mal-leġiżlazzjoni fis-seħħ fiż-żmien tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni. F’każ li jkun hemm bidliet rilevanti fil-bażi legali, il-Kummissjoni se tivvaluta l-iskema biex tistabbilixxi jekk l-iskema tkunx għadha qed tkopri b’mod adegwat il-kriterji ta’ sostenibbiltà li għalihom hija rikonoxxuta. |
(8) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar is-Sostenibbiltà tal-Bijokarburanti u l-Bijolikwidi, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
“L-Iskema għad-Diżil Rinnovabbli HVO għall-Verifikazzjoni tal-Konformità mal-kriterji tas-sostenibbiltà tad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli għall-bijokarburanti” (minn hawn ‘il quddiem “l-Iskema”), li tressqet quddiem il-Kummissjoni għar-rikonoxximent fl-14 ta’ Awwissu 2013, turi li konsenji ta’ bijokarburanti jikkonformaw mal-kriterji tas-sostenibbiltà kif stipulati fl-Artikolu 17(3), (4) u (5) tad-Direttiva 2009/28/KE u fl-Artikolu 7b(3), (4) u (5) tad-Direttiva 98/70/KE.
L-iskema fiha wkoll dejta preċiża għall-finijiet tal-Artikolu 17(2) tad-Direttiva 2009/28/KE u tal-Artikolu 7b(2) tad-Direttiva 98/70/KE.
L-iskema tista’ tintuża biex tintwera l-konformità mal-Artikolu 7c(1) tad-Direttiva 98/70/KE u mal-Artikolu 18(1) tad-Direttiva 2009/28/KE.
Artikolu 2
Jekk isir xi tibdil fil-kontenut tal-iskema wara li tiġi adottata din id-Deċiżjoni b’tali mod li dan jista’ jaffettwa l-bażi ta’ din id-Deċiżjoni, it-tali tibdil għandu jiġi nnotifikat lill-Kummissjoni minnufih. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta t-tibdil innotifikat bil-għan li tistabbilixxi jekk l-iskema tkunx għadha qed tkopri b’mod xieraq il-kriterji ta’ sostenibbiltà li għalihom tkun ġiet irrikonoxxuta jew le.
Il-Kummissjoni tista’ tirrevoka din id-Deċiżjoni jekk ikun intwera biċ-ċar li l-iskema ma tkunx implimentat elementi meqjusa bħala deċiżivi għal din id-Deċiżjoni u jekk ikun twettaq ksur serju u strutturali ta’ dawk l-elementi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija valida għal perjodu ta’ ħames snin.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Jannar 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16.
(2) ĠU L 350, 28.12.1998, p. 58.