Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document L:2013:246:FULL

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, L 246, 17 ta' Settembru 2013


    Display all documents published in this Official Journal
     

    ISSN 1977-074X

    doi:10.3000/1977074X.L_2013.246.mlt

    Il-Ġurnal Uffiċjali

    tal-Unjoni Ewropea

    L 246

    European flag  

    Edizzjoni bil-Malti

    Leġiżlazzjoni

    Volum 56
    17 ta' Settembru 2013


    Werrej

     

    II   Atti mhux leġiżlattivi

    Paġna

     

     

    REGOLAMENTI

     

     

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 884/2013 tas-16 ta’ Settembru 2013 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

    1

     

     

    Rettifika

     

    *

    Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1122/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 fir-rigward tal-kundizzjonalità, il-modulazzjoni u s-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll, skont l-iskemi ta’ appoġġ għall-bdiewa previsti għal dak ir-Regolament, kif ukoll għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tal-kundizzjonalità skont l-iskema ta’ appoġġ prevista għas-settur tal-inbid ( ĠU L 316, 2.12.2009 )

    3

     

     

     

    *

    Avviż lill-qarrejja – Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 216/2013 tas-7 ta’ Marzu 2013 dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (Ara paġna 3 tal-qoxra)

    s3

     

    *

    Nota lill-qarrejja – kif tirreferi għall-atti (Ara paġna 3 tal-qoxra)

    s3

    MT

    L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

    It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


    II Atti mhux leġiżlattivi

    REGOLAMENTI

    17.9.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 246/1


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 884/2013

    tas-16 ta’ Settembru 2013

    li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

    (2)

    Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Settembru 2013.

    Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

    Jerzy PLEWA

    Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


    (1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

    (2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


    ANNESS

    Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

    (EUR/100 kg)

    Kodiċi tan-NM

    Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

    Valur standard tal-importazzjoni

    0702 00 00

    MK

    44,1

    XS

    23,1

    ZZ

    33,6

    0707 00 05

    MK

    62,5

    ZZ

    62,5

    0709 93 10

    TR

    118,8

    ZZ

    118,8

    0805 50 10

    AR

    113,0

    CL

    126,7

    IL

    142,1

    TR

    80,0

    UY

    127,6

    ZA

    112,2

    ZZ

    116,9

    0806 10 10

    EG

    184,6

    TR

    142,1

    ZZ

    163,4

    0808 10 80

    AR

    100,1

    BA

    68,8

    BR

    41,7

    CL

    123,6

    CN

    74,8

    NZ

    147,0

    US

    158,4

    ZA

    112,2

    ZZ

    103,3

    0808 30 90

    AR

    231,4

    CL

    29,5

    CN

    83,0

    TR

    127,8

    ZA

    206,6

    ZZ

    135,7

    0809 30

    TR

    126,9

    ZZ

    126,9

    0809 40 05

    BA

    45,1

    MK

    54,9

    XS

    48,8

    ZZ

    49,6


    (1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


    Rettifika

    17.9.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 246/3


    Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1122/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 fir-rigward tal-kundizzjonalità, il-modulazzjoni u s-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll, skont l-iskemi ta’ appoġġ għall-bdiewa previsti għal dak ir-Regolament, kif ukoll għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tal-kundizzjonalità skont l-iskema ta’ appoġġ prevista għas-settur tal-inbid

    ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 316 tat-2 ta’ Diċembru 2009 )

    F’paġna 103, fil-punt (a) tal-paragrafu 3 tal-Artikolu 82:

    minflok:

    “f’perjodu tat-trasferiment li għandu jiġi ddeterminat mill-Istati Membri il-persuna li tirċievi t-trasferiment tinforma lill-awtorità kompetenti bit-trasferiment u titlob il-pagamenti tal-għajnuna;”,

    aqra:

    “f’perjodu li għandu jiġi ddeterminat mill-Istati Membri, il-persuna li tirċievi t-trasferiment tinforma lill-awtorità kompetenti dwar it-trasferiment u titlob li jsir il-pagament tal-għajnuna;”.


    17.9.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 246/s3


    AVVIŻ LILL-QARREJJA

    Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 216/2013 tas-7 ta’ Marzu 2013 dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    Skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 216/2013 tas-7 ta’ Marzu 2013 dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 69, 13.3.2013, p. 1), mill-1 ta’ Lulju 2013, l-edizzjoni elettronika biss tal-Ġurnal Uffiċjali għandha tiġi meqjusa awtentika u għandu jkollha effett legali.

    Fejn ma jkunx possibbli li tiġi ppubblikata l-edizzjoni elettronika tal-Ġurnal Uffiċjali minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali u mhux previsti, l-edizzjoni stampata għandha tkun awtentika u għandu jkollha effett legali skont it-termini u l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 216/2013.


    17.9.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 246/s3


    NOTA LILL-QARREJJA – KIF TIRREFERI GĦALL-ATTI

    Mill-1 ta' Lulju 2013, il-mod ta' kif jiġu ċċitati l-atti nbidel.

    Waqt il-perjodu ta' tranżizzjoni, il-metodu l-ġdid jibqa' jeżisti flimkien mal-qadim.


    Top