This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document L:2013:188:FULL
Official Journal of the European Union, L 188, 9 July 2013
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, L 188, 9 ta' Lulju 2013
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, L 188, 9 ta' Lulju 2013
ISSN 1977-074X doi:10.3000/1977074X.L_2013.188.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 188 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 56 |
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
FTEHIMIET INTERNAZZJONALI |
|
|
|
2013/363/Euratom |
|
|
* |
||
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
* |
||
|
* |
||
|
|
||
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
* |
|
|
||
|
* |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
FTEHIMIET INTERNAZZJONALI
9.7.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 188/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-17 ta’ Mejju 2013
dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (Euratom) u l-Organizzazzjoni għall-Iżvilupp tal-Enerġija fil-Peniżola Koreana (KEDO)
(2013/363/Euratom)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari t-tieni paragrafu tal-Artikolu 101 tiegħu,
Wara li kisbet l-approvazzjoni tal-Kunsill,
Billi:
il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (Euratom) u l-(KEDO) għandu jiġi konkluż,
IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika (Euratom) u l-Organizzazzjoni għall-Iżvilupp tal-Enerġija fil-Peniżola Koreana (KEDO) huwa b’dan approvat f’isem il-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika. It-test tal-Ftehim jinsab mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kummissjoni jew il-Membru tal-Kummissjoni responsabbli għall-Enerġija huwa b’dan awtorizzat jiffirma l-Ftehim u jwettaq il-passi neċessarji kollha għad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim li għandu jiġi konkluż f’isem il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Mejju 2013.
Għall-Kummissjoni
Günther OETTINGER
Membru tal-Kummissjoni
FTEHIM
bejn il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Organizzazzjoni għall-Iżvilupp tal-Enerġija fil-Peniżola Koreana
IL-KOMUNITÀ EWROPEA TAL-ENERĠIJA ATOMIKA,
minn hawn ’il quddiem tissejjaħ “il-Komunità”, u
L-ORGANIZZAZZJONI GĦALL-IŻVILUPP TAL-ENERĠIJA FIL-PENIŻOLA KOREANA,
minn hawn ’il quddiem tissejjaħ “il-KEDO”,
Billi:
(1) |
Il-KEDO twaqqfet skont il-Ftehim tad-9 ta’ Marzu 1995 dwar it-twaqqif tal-Organizzazzjoni għall-Iżvilupp tal-Enerġija fil-Peniżola Koreana, kif emendat fid-19 ta’ Settembru 1997, bejn il-Gvernijiet tar-Repubblika tal-Korea, il-Ġappun u l-Istati Uniti tal-Amerika; |
(2) |
Il-ħames Ftehim konkluż bejn il-Komunità u l-KEDO skada fil-31 ta’ Mejju 2012; |
(3) |
Wara d-deċiżjoni tiegħu li jtemm il-proġett tal-KEDO tar-reatturi nukleari li jużaw l-ilma ordinarju, u wara d-deċiżjoni tal-2007 li jaqdi d-dmirijiet tas-Segretarjat b’persunal imnaqqas ħafna u b’faċilitajiet tal-uffiċċju minimi, fl-2011, il-Bord Eżekuttiv tal-KEDO ddeċieda li l-KEDO tkompli bl-organizzazzjoni lil hinn mill-31 ta’ Mejju 2012; |
(4) |
Kemm il-Komunità u kemm il-KEDO esprimew ix-xewqa li jkomplu l-kooperazzjoni tagħhom bil-għan li jimplimentaw it-tmiem tal-proġett tal-LWR, u li jsir ix-xoljiment xieraq tal-KEDO; |
FTIEHMU KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ta’ qabel
Sakemm mhux speċifikat mod ieħor f’xi Artikolu hawn taħt, id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ta’ qabel bejn il-Komunità u l-KEDO, li skada fil-31 ta’ Mejju 2012, għandhom jibqgħu japplikaw skont dan il-Ftehim.
Artikolu 2
Kontribuzzjoni Komunitarja
Ma għandu jkun hemm l-ebda kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità lill-baġit tal-KEDO skont dan il-Ftehim.
Artikolu 3
Tul ta’ żmien
Dan il-Ftehim se jiskadi fil-31 ta’ Mejju 2013. Se jiġġedded awtomatikament kull sena għal perjodu ta’ sena oħra, sakemm parti ma tinnotifikax lill-parti l-oħra li tixtieq ittemm il-Ftehim mill-anqas xahar qabel id-data tal-iskadenza tiegħu. Jista’ jintemm ukoll b’effett immedjat wara l-irtirar mill-KEDO minn kwalunkwe Membru ieħor bħalissa rrappreżentat fil-Bord Eżekuttiv. Il-Ftehim ma għandux jiġġedded wara l-31 ta’ Mejju 2015.
Artikolu 4
Dħul fis-seħħ
Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ mal-iffirmar tiegħu mill-Komunità u l-KEDO, u għandu jkun effettiv mill-1 ta’ Ġunju 2012.
Magħmul fi Brussell fir-raba’ jum ta’ Lulju elfejn u tlettax, f’żewġ oriġinali
Għall-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika
Günther OETTINGER
Magħmul fi New Jersey fl-erbgħa u għoxrin jum ta’ Ġunju elfejn u tlettax, f’żewġ oriġinali
Għall-Organizzazzjoni dwar l-Iżvilupp tal-Enerġija tal-Peniżola Koreana
David WALLACE
REGOLAMENTI
9.7.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 188/3 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 648/2013
tal-4 ta’ Lulju 2013
li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Prés-salés de la baie de Somme (DPO)]
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 ħassar u ssostitwixxa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (2). |
(2) |
B’konformità mal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-applikazzjoni minn Franza biex id-denominazzjoni “Prés-salés de la baie de Somme” tiddaħħal fir-reġistru, ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3). |
(3) |
Ladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda stqarrija ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, id-denominazzjoni “Prés-salés de la baie de Somme” għandha tiġi rreġistrata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament hija b’dan irreġistrata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Lulju 2013.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Dacian CIOLOȘ
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.
(3) ĠU C 257, 25.8.2012, p. 10.
ANNESS
Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I tat-Trattat:
Klassi 1.1. Laħam frisk (u l-ġewwieni)
FRANZA
Prés-salés de la baie de Somme (DPO)
9.7.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 188/5 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 649/2013
tat-8 ta’ Lulju 2013
li jidderoga mir-Regolamenti (KE) Nru 1122/2009 u (UE) Nru 65/2011 fir-rigward tat-tnaqqis tal-ammonti tal-għajnuna għat-tressiq tard ta’ applikazzjonijiet uniċi b’konnessjoni mal-mergħat Alpini fiż-żoni muntanjużi tal-Awstrija għall-2013
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 tal-20 ta’ Settembru 2005 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 91 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 142(c) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1122/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 fir-rigward tal-kundizzjonalità, il-modulazzjoni u s-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll, skont l-iskemi ta’ appoġġ għall-bdiewa previsti għal dak ir-Regolament, kif ukoll għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tal-kundizzjonalità skont l-iskema ta’ appoġġ prevista għas-settur tal-inbid (3), fl-Artikolu 23(1) tiegħu, jipprevedi t-tnaqqis li għandu jiġi applikat fil-każ tat-tressiq tard ta’ applikazzjoni għall-għajnuna kif ukoll ta’ dokumenti, kuntratti jew dikjarazzjonijiet li huma kostituttivi għall-eliġibbiltà għall-għajnuna. |
(2) |
Skont l-Artikolu 8(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 65/2011 tas-27 ta’ Jannar 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005, dwar l-implimentazzjoni ta’ proċeduri ta’ kontroll kif ukoll kundizzjonalità fir-rigward ta’ miżuri ta’ appoġġ għall-iżvilupp rurali (4), l-Artikoli 22 u 23 tar-Regolament (KE) Nru 1122/2009 japplikaw mutatis mutandis għat-talbiet għall-pagamenti skont it-Titolu I tal-Parti II tar-Regolament (UE) Nru 65/2011. |
(3) |
L-Awstrija implimentat sistema ta’ applikazzjoni unika għall-għajnuna li, b’konformità mal-Artikolu 19(3) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, tkopri għadd ta’ applikazzjonijiet għall-pagamenti u ċerti applikazzjonijiet għall-għajnuna mogħtija skont ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005. |
(4) |
Skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1122/2009 u l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) Nru 65/2011, l-Awstrija stabbiliet il-15 ta’ Mejju 2013 bħala l-aħħar jum li fih jistgħu jitressqu l-applikazzjonijiet uniċi għall-2013. |
(5) |
Biex tkun tista’ tiġi implimentata s-sistema ta’ kontroll, it-tielet sottoparagrafu tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1122/2009 jeżiġi li l-Istati Membri jiżguraw li l-ħbula tar-raba’ jiġu identifikati b’mod affidabbli u jeżiġi li l-applikazzjoni unika jkollha magħha dokumenti li jidentifikaw il-ħbula tar-raba’. |
(6) |
B’reazzjoni għan-nuqqasijiet marbutin mad-determinazzjoni taż-żona eliġibbli tal-ħbula tar-raba’, li nstabu fl-imgħoddi, l-Awtrija bdiet taġġorna s-Sistema ta’ Identifikazzjoni tal-Ħbula tar-Raba’ (LPIS) għall-mergħat Alpini kif iddefiniti mill-Awstrija, fiż-żoni muntanjużi magħżulin skont l-Artikolu 50 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005. |
(7) |
Fl-istaġun xitwi ta’ bejn l-2012 u l-2013, l-Awstrija kellha kundizzjonijiet tat-temp eċċezzjonali li ma ħallewx lill-awtoritajiet jispiċċaw il-proċess ta’ aġġornament tas-Sistema ta’ Identifikazzjoni tal-Ħbula tar-Raba’ għal ħbula tar-raba’ agrikoli ta’ mergħat Alpini f’dawk iż-żoni muntanjużi qabel ma tnieda l-proċess tal-applikazzjoni unika. Iż-żjarat mgħaġġlin fuq il-post ta’ dawk il-ħbula li qegħdin f’altitudni għolja ittardjaw minħabba nżul kbir ta’ borra tard fl-istaġun. Minħabba f’hekk, il-bdiewa li kellhom il-ħsieb li jressqu applikazzjoni unika marbuta mal-ħbula tar-raba’ ta’ mergħat Alpini se jingħataw informazzjoni aġġornata dwar il-ħbula tar-raba’ aktar tard milli previst. |
(8) |
Din il-qagħda affettwat il-kapaċità tal-applikanti li jressqu l-applikazzjonijiet uniċi għall-għajnuna u talbiet għal pagamenti marbutin mal-ħbula tar-raba’ agrikoli tal-mergħat Alpini fl-Awstrija fil-limiti ta’ żmien stipulati fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1122/2009 u fl-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) Nru 65/2011. |
(9) |
Minħabba dawn id-diffikultajiet, il-proċess tal-applikazzjonijiet tal-2013 huwa mistenni li jibda aktar tard milli nbeda fis-snin ta’ qabel għall-bdiewa li għandhom ħbula tar-raba’ agrikoli tal-mergħat Alpini. L-informazzjoni mibgħuta mill-awtoritajiet Awstrijaċi lill-Kummissjoni dwar il-kapaċità tagħhom li jiffinalizzaw l-aġġornament tas-Sistema ta’ Identifikazzjoni tal-Ħbula tar-Raba’ juri li tinħtieġ deroga sat-28 ta’ Ġunju 2013 biex tippermetti lill-bdiewa u l-benefiċjarji kollha kkonċernati jressqu l-applikazzjonijiet uniċi tagħhom. |
(10) |
Għaldaqstant jixraq li permezz ta’ deroga mill-Artikolu 23(1) tar-Regolament (KE) Nru 1122/2009 ma jsirx tnaqqis fil-pagamenti minħabba t-tressiq tard tal-applikazzjonijiet uniċi għal dawk il-bdiewa li sa mhux aktar tard mit-28 ta’ Ġunju 2013, ikunu ressqu l-applikazzjonijiet uniċi marbutin ma’ mill-inqas ħabel wieħed tar-raba’ agrikolu ta’ mergħa Alpina kif iddefiniti mill-Awstrija fiż-żoni muntanjużi magħżulin skont l-Artikolu 50 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005. |
(11) |
Bl-istess mod, permezz ta’ deroga mill-Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) Nru 65/2011, u fejn jirrigwarda talbiet ta’ pagamenti skont it-Titolu I tal-Parti II tar-Regolament (UE) Nru 65/2011 marbutin ma’ mill-inqas ħabel wieħed tar-raba’ agrikolu ta’ mergħa Alpina fiż-żoni muntanjużi magħżulin skont l-Artikolu 50 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, jixraq li ma jsirx tnaqqis fil-pagamenti minħabba t-tressiq tard ta’ talbiet għall-pagamenti li jkunu tressqu mhux aktar tard mit-28 ta’ Ġunju 2013. |
(12) |
Minħabba li d-derogi għandhom ikopru l-applikazzjonijiet uniċi mressqin għas-sena tal-għajnuna 2013, jixraq li dan ir-Regolament japplika retroattivament. |
(13) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp Rurali u tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Pagamenti Diretti, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 23(1) tar-Regolament (KE) Nru 1122/2009 fir-rispett tas-sena ta’ applikazzjoni 2013, ma jsirx tnaqqis fil-pagamenti minħabba t-tressiq tard tal-applikazzjonijiet uniċi għal dawk il-bdiewa li sa mhux aktar tard mit-28 ta’ Ġunju 2013, ikunu ressqu l-applikazzjonijiet uniċi marbutin ma’ mill-inqas ħabel wieħed tar-raba’ agrikolu ta’ mergħa Alpina kif iddefiniti mill-Awstrija fiż-żoni muntanjużi magħżulin skont l-Artikolu 50 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005. Applikazzjonijiet uniċi bħal dawn, li jitressqu wara t-28 ta’ Ġunju 2013, se jitqiesu mhux ammissibbli.
Artikolu 2
Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) Nru 65/2011, fir-rigward tas-sena ta’ applikazzjoni 2013, ma għandux japplika t-tnaqqis stipulat fl-Artikolu 23(1) tar-Regolament (KE) Nru 1122/2009 fir-rigward ta’ talbiet ta’ pagamenti skont it-Titolu I tal-Parti II tar-Regolament (UE) Nru 65/2011 marbutin ma’ mill-inqas ħabel wieħed ta’ raba’ agrikolu li jinsab fil-mergħat Alpini kif iddefiniti mill-Awstrija fiż-żoni muntanjużi magħżulin b’konformità mal-Artikolu 50 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 minħabba tressiq tard tat-talbiet għall-pagamenti jekk dawk it-talbiet għall-pagamenti jkunu tressqu sa mhux aktar tard mit-28 ta’ Ġunju 2013. Talbiet għall-pagamenti bħal dawn, li jitressqu wara t-28 ta’ Ġunju 2013, se jitqiesu mhux ammissibbli.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2013.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Lulju 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 277, 21.10.2005, p. 1.
(2) ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16.
(3) ĠU L 316, 2.12.2009, p. 65.
9.7.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 188/7 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 650/2013
tat-8 ta’ Lulju 2013
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Lulju 2013.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
(EUR/100 kg) |
||
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
0707 00 05 |
MK |
33,9 |
TR |
105,8 |
|
ZZ |
69,9 |
|
0709 93 10 |
TR |
113,4 |
ZZ |
113,4 |
|
0805 50 10 |
AR |
82,5 |
TR |
69,0 |
|
UY |
83,3 |
|
ZA |
93,6 |
|
ZZ |
82,1 |
|
0808 10 80 |
AR |
125,7 |
BR |
94,3 |
|
CL |
131,5 |
|
CN |
96,1 |
|
NZ |
145,9 |
|
US |
154,5 |
|
ZA |
108,7 |
|
ZZ |
122,4 |
|
0808 30 90 |
AR |
111,6 |
CL |
120,4 |
|
CN |
49,9 |
|
NZ |
192,6 |
|
ZA |
112,4 |
|
ZZ |
117,4 |
|
0809 10 00 |
IL |
275,4 |
TR |
205,9 |
|
ZZ |
240,7 |
|
0809 29 00 |
TR |
284,2 |
ZZ |
284,2 |
|
0809 30 |
TR |
235,1 |
ZZ |
235,1 |
|
0809 40 05 |
IL |
99,1 |
MA |
99,1 |
|
ZA |
125,3 |
|
ZZ |
107,8 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.
DEĊIŻJONIJIET
9.7.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 188/9 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2013/364/PESK
tat-8 ta’ Lulju 2013
li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/330/PESK dwar il-Missjoni Integrata tal-Unjoni Ewropea tal-Istat tad-Dritt għall-Iraq, EUJUST LEX-IRAQ
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 28, l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fl-14 ta' Ġunju 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/330/PESK (1) li estendiet il-missjoni EUJUST LEX IRAQ sat-30 ta' Ġunju 2012. |
(2) |
Fl-10 ta' Lulju 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/372/PESK (2) li estendiet il-missjoni EUJUST LEX IRAQ għal 18-il xahar sal-31 ta' Diċembru 2013. |
(3) |
L-ammont ta’ referenza finanzjarja jkopri l-perijodu sat-30 ta' Ġunju 2013. Huwa meħtieġ ammont ġdid ta’ referenza finanzjarja biex ikopri n-nefqa relatat mal-Missjoni bejn l-1 ta' Lulju 2013 u l-31 ta’ Diċembru 2013. |
(4) |
Il-missjoni EUJUST LEX-IRAQ ser titmexxa fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u tista’ timpedixxi l-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbilit fl-Artikolu 21 tat-Trattat. |
(5) |
Id-Deċiżjoni 2010/330/PESK għandha għalhekk tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Jiddaħħal il-paragrafu li ġej fl-Artikolu 11 tad-Deċiżjoni 2010/330/PESK:
"2b. L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-Missjoni bejn l-1 ta' Lulju 2013 u l-31 ta' Diċembru 2013 għandu jkun ta' EUR 15 400 000.".
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Hija għandha tapplika mill-1 ta' Lulju 2013.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Lulju 2013.
Għall-Kunsill
Il-President
L. LINKEVIČIUS
(1) ĠU L 149, 15.6.2010, p. 12.
(2) ĠU L 179, 11.7.2012, p. 22.
9.7.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 188/s3 |
AVVIŻ LILL-QARREJJA
Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 216/2013 tas-7 ta’ Marzu 2013 dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
Skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 216/2013 tas-7 ta’ Marzu 2013 dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 69, 13.3.2013, p. 1), mill-1 ta’ Lulju 2013, l-edizzjoni elettronika biss tal-Ġurnal Uffiċjali għandha tiġi meqjusa awtentika u għandu jkollha effett legali.
Fejn ma jkunx possibbli li tiġi ppubblikata l-edizzjoni elettronika tal-Ġurnal Uffiċjali minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali u mhux previsti, l-edizzjoni stampata għandha tkun awtentika u għandu jkollha effett legali skont it-termini u l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 216/2013.