Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document L:2012:238:FULL

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, L 238, 4 ta' Settembru 2012


    Display all documents published in this Official Journal
     

    ISSN 1977-074X

    doi:10.3000/1977074X.L_2012.238.mlt

    Il-Ġurnal Uffiċjali

    tal-Unjoni Ewropea

    L 238

    European flag  

    Edizzjoni bil-Malti

    Leġiżlazzjoni

    Volum 55
    4 ta' Settembru 2012


    Werrej

     

    II   Atti mhux leġiżlattivi

    Paġna

     

     

    REGOLAMENTI

     

    *

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 795/2012 tat-28 ta’ Awwissu 2012 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 585/2012 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw mir-Russja u l-Ukraina, wara reviżjoni interim parzjali taħt l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009

    1

     

    *

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 796/2012 tat-30 ta’ Awwissu 2012 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet tal-mekkaniżmi tat-tip lever arch u li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara reviżjoni ta’ skadenza taħt l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009

    5

     

     

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 797/2012 tat-3 ta’ Settembru 2012 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

    16

    MT

    L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

    It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


    II Atti mhux leġiżlattivi

    REGOLAMENTI

    4.9.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 238/1


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 795/2012

    tat-28 ta’ Awwissu 2012

    li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 585/2012 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw mir-Russja u l-Ukraina, wara reviżjoni interim parzjali taħt l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(4) u l-Artikolu 11(3), (5) u (6) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea, ippreżentata wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv,

    Billi:

    1.   PROĊEDURA

    1.1.   Miżuri fis-seħħ

    (1)

    Bir-Regolament (KE) Nru 954/2006 (2), il-Kunsill, konsegwentement għal investigazzjoni (“l-investigazzjoni oriġinali”) impona dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw mill-Kroazja, ir-Russja u l-Ukraina. Il-miżuri kienu jikkonsistu f’dazju anti-dumping ad valorem li jvarja minn 12,3 % għal 25,7 % impost fuq l-importazzjonijiet mingħand produtturi esportaturi msemmija individwalment, b’rata ta’ dazju residwa ta’ 25,7 % fuq l-importazzjonijiet mingħand il-kumpaniji l-oħrajn kollha fl-Ukraina. Id-dazju anti-dumping definittiv impost fuq l-esportatur soġġett għall-investigazzjoni attwali ta’ reviżjoni, CJSC Nikopolsky Seamless Tubes Plant, Niko Tube u OJSC Nizhnedneprovsky Tube Rolling Plant, li issa għandu l-isem LLC Interpipe Niko Tube u OJSC Interpipe Nizhnedneprovsky Tube Rolling Plant (“l-applikant” jew “Interpipe”), kien ta’ 25,1 %.

    (2)

    Konsegwentement għal applikazzjoni mill-Interpipe għall-annullament tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 954/2006, fl-10 ta’ Marzu 2009 l-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej annullat l-Artikolu 1 ta’ dak ir-Regolament safejn id-dazju anti-dumping iffissat għal Interpipe qabeż dak li kien ikun applikabbli kieku l-prezz tal-esportazzjoni ma ġiex aġġustat għal kummissjoni meta sar il-bejgħ permezz tal-intermedjarju tal-kummerċjant affiljat, Sepco SA (3). Fis-16 ta’ Frar 2012, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea kkonfermat is-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (4).

    (3)

    Konsegwentement għal dawn is-sentenzi, il-Kunsill emenda r-Regolament (KE) Nru 954/2006 permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2012 (5) biex jikkoreġi d-dazju anti-dumping impost fuq Interpipe safejn kien ġie stabbilit b’mod żbaljat. Għaldaqstant, bħalissa d-dazju anti-dumping fis-seħħ għal Interpipe huwa 17,7 %.

    (4)

    Bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 585/2012 (6) il-Kunsill, konsegwentement għal reviżjoni tal-iskadenza, żamm il-miżuri imposti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 954/2006 fuq l-importazzjonijiet ta’ pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw mir-Russja u l-Ukraina (“l-investigazzjoni ta’ reviżjoni ta’ skadenza”).

    (5)

    Għaldaqstant, il-miżuri li bħalissa huma fis-seħħ huma dawk stabbiliti bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 585/2012, jiġifieri bejn 24,1 % u 35,8 % għall-importazzjonijiet mir-Russja u bejn 12,3 % u 25,7 % għall-importazzjonijiet mill-Ukraina, u Interpipe għandu dazju anti-dumping ta’ 17,7 %.

    1.2.   Talba għal reviżjoni interim parzjali

    (6)

    Fid-29 ta’ Lulju 2011, permezz ta’ notifika ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni ħabbret il-bidu (“Notifika ta’ bidu”) (7) ta’ reviżjoni interim parzjali, taħt l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku, tal-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw mill-Ukraina.

    (7)

    Ir-reviżjoni, li hija limitata fl-ambitu tagħha għall-eżami tad-dumping, inbdiet fuq talba sostanzjata ppreżentata mill-Interpipe. Fit-talba, Interpipe ipprovda evidenza prima facie li t-tkomplija tal-impożizzjoni tal-miżuri fil-livell attwali ma għadhiex meħtieġa biex tikkumpensa għad-dumping dannuż.

    1.3.   Investigazzjoni

    (8)

    L-investigazzjoni tal-livell tad-dumping kopriet il-perjodu mill-1 ta’ April 2010 sal-31 ta’ Marzu 2011 (“il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ reviżjoni” jew “PIR”).

    (9)

    Il-Kummissjoni għarrfet uffiċjalment lill-applikant, lill-awtoritajiet tal-pajjiż esportatur u lill-industrija tal-Unjoni bil-bidu tar-reviżjoni interim parzjali. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jesprimu fehmiethom bil-miktub u li jitolbu seduta ta’ smigħ fil-limitu taż-żmien stabbilit fin-Notifika ta’ bidu.

    (10)

    Sabiex tinkiseb l-informazzjoni meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju lill-applikant, li wieġeb sal-iskadenza stabbilita.

    (11)

    Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li qieset bħala meħtieġa biex jiġi determinat il-livell tad-dumping. Saru żjarat ta’ verifika fl-istabbilimenti tal-applikant u fil-kumpaniji kummerċjali relatati tiegħu LLC Interpipe Ukraine u Interpipe Europe SA.

    2.   PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI

    2.1.   Il-prodott ikkonċernat

    (12)

    Il-prodott ikkonċernat huwa l-istess bħal dak definit fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 585/2012 li impona l-miżuri li bħalissa huma fis-seħħ, jiġifieri pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi tal-ħadid jew tal-azzar (“SPT”), bi profil trasversali ċirkulari, b’dijametru estern li ma jaqbiżx 406,4 mm b’Valur Ekwivalenti tal-Karbonju (Carbon Equivalent Value - CEV) li ma jaqbiżx 0,86 skont il-formula u l-analiżi kimika tal-Istitut Internazzjonali tal-Welding (IIW) (8), li joriġinaw mill-Ukraina, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 7304 11 00, ex 7304 19 10, ex 7304 19 30, ex 7304 22 00, ex 7304 23 00, ex 7304 24 00, ex 7304 29 10, ex 7304 29 30, ex 7304 31 80, ex 7304 39 58, ex 7304 39 92, ex 7304 39 93, ex 7304 51 89, ex 7304 59 92 u ex 7304 59 93 (“il-prodott ikkonċernat”).

    2.2.   Il-prodott simili

    (13)

    Kif ġie stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali kif ukoll fl-investigazzjoni ta’ reviżjoni ta’ skadenza, l-investigazzjoni attwali kkonfermat li l-prodott fabbrikat fl-Ukraina u esportat lejn l-Unjoni, il-prodott fabbrikat u mibjugħ fis-suq domestiku tal-Ukraina u l-prodott fabbrikat u mibjugħ fl-Unjoni mill-produtturi tal-Unjoni għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi bażiċi u l-istess użi aħħarija. Għaldaqstant, dawn il-prodotti jitqiesu simili fis-sens tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

    3.   ID-DUMPING

    3.1.   Rimarki preliminari

    (14)

    Interpipe huwa s-sid waħdieni u jikkontrolla żewġ produtturi esportaturi, LLC Interpipe Niko Tube (Niko Tube) u OJSC Interpipe Nizhnedneprovsky Tube Rolling Plant (Interpipe NTRP). Skont il-prattika standard tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, ġie kkalkulat marġni komuni wieħed tad-dumping għaż-żewġ produtturi esportaturi. L-ammont ta’ dumping l-ewwel kien ġie kkalkulat għal kull produttur esportatur individwali qabel ma ġiet determinata rata medja peżata waħda ta’ dumping għaż-żewġ kumpaniji.

    (15)

    Madanakollu, din il-metodoloġija kienet differenti mill-metodoloġija applikata fl-investigazzjoni oriġinali, fejn kien ġie kkalkulat marġni komuni ta’ dumping bil-kontrazzjoni tad-dejta kollha relatata mal-produzzjoni, profittabbiltà u bejgħ fl-Unjoni taż-żewġ entitajiet produtturi. Il-bidla fiċ-ċirkostanzi li teħtieġ din il-bidla fil-metodoloġija tikkonsisti f’bidla mmarkata fl-istruttura korporattiva tal-grupp li tippermetti l-identifikazzjoni tal-kumpanija produttriċi rilevanti fir-rigward tal-bejgħ u l-produzzjoni, li ma kinitx possibbli fl-investigazzjoni oriġinali.

    (16)

    Barra minn hekk, fl-investigazzjoni oriġinali, kien sar aġġustament taħt l-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku fir-rigward tal-kostijiet tal-enerġija ta’ Interpipe biex jirrifletti b’mod raġonevoli l-kostijiet assoċjati mal-produzzjoni u l-bejgħ tal-elettriku u l-gass fl-Ukraina. Dan l-aġġustament kien meqjus meħtieġ minħabba l-fatt li l-prezzijiet Ukraini tal-gass u l-elettriku, dak iż-żmien, kienu inqas b’mod sinifikanti mill-prezz medju mħallas fl-Unjoni u ma rriflettewx il-prezzijiet internazzjonali tas-suq. L-aġġustament kien imsejjes fuq il-prezzijiet medji osservati fir-Rumanija, li dak iż-żmien iffurmat parti mill-investigazzjoni.

    (17)

    Madanakollu, bil-kuntrarju għall-investigazzjoni oriġinali, huwa kkonsidrat li aġġustament tal-enerġija mhuwiex meqjus meħtieġ għall-fini tar-reviżjoni interim attwali. L-investigazzjoni wriet li l-prezzijiet Ukraini medji tal-enerġija żdiedu b’rata stabbli mill-investigazzjoni oriġinali ‘l hawn, b’rata ħafna iżjed ogħla mill-prezzijiet medji fl-Unjoni Ewropea, u għalhekk bil-mod qed tonqos id-differenza bejniethom. Għalhekk, id-differenza konsiderevoli fil-prezz fil-kostijiet tal-enerġija li nstabet matul l-investigazzjoni oriġinali u li rriflettiet il-ħtieġa ta’ aġġustament, bħalissa mhijiex preżenti.

    (18)

    Għaldaqstant, mhuwiex meqjus opportun li jsir aġġustament relatat mal-enerġija f’din ir-reviżjoni interim.

    3.2.   Id-dumping tal-importazzjonijiet matul il-PIR

    3.2.1.   Il-valur normali

    (19)

    Taħt l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, l-ewwel ġie eżaminat għal kull produttur esportatur jekk il-volum totali tiegħu tal-bejgħ domestiku tal-prodott simili lil klijenti indipendenti kienx rappreżentattiv meta mqabbel mal-volum totali tiegħu tal-bejgħ f’esportazzjoni lejn l-Unjoni, jiġifieri jekk il-volum totali ta’ tali bejgħ kienx jirrappreżenta mill-inqas 5 % tal-volum totali tal-bejgħ f’esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni. L-eżami stabbilixxa li l-bejgħ domestiku kien rappreżentattiv għaż-żewġ produtturi esportaturi.

    (20)

    Kien eżaminat ukoll jekk kull tip tal-prodott simili mibjugħ mill-produtturi esportaturi fis-suq domestiku tiegħu kienx rappreżentattiv biżżejjed għall-finijiet tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-bejgħ domestiku ta’ tip partikolari ta’ prodott tqies rappreżentattiv biżżejjed meta l-volum totali ta’ dak it-tip ta’ prodott mibjugħ mill-applikant fis-suq domestiku lil klijenti indipendenti matul il-PIR irrappreżenta mill-inqas 5 % tal-volum totali tal-bejgħ tiegħu tat-tip ta’ prodott komparabbli esportat lejn l-Unjoni.

    (21)

    Taħt l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku, sussegwentement kien eżaminat jekk il-bejgħ domestiku ta’ kull tip ta’ prodott mibjugħ fi kwantitajiet rappreżentattivi setax jitqies li sar fl-andament ordinarju tal-kummerċ. Dan sar billi ġie stabbilit il-proporzjon ta’ bejgћ domestiku bi profitt lil klijenti indipendenti fis-suq domestiku għal kull tip esportat tal-prodott ikkonċernat matul il-PIR.

    (22)

    Għal dawk it-tipi ta’ prodott fejn aktar minn 80 %, bħala volum ta’ bejgħ fis-suq domestiku tat-tip ta’ prodott, kienu ogħla mill-kost u li għalihom il-prezz medju peżat tal-bejgħ kien daqs jew aktar mill-prezz ta’ unità tal-produzzjoni, il-valur normali, skont it-tip ta’ prodott, ġie kkalkulat bħala l-medja peżata tal-prezzijiet domestiċi reali tal-bejgħ kollu tat-tip ikkonċernat, irrispettivament jekk dak il-bejgħ kellux profitt jew le.

    (23)

    Meta l-ammont ta’ bejgħ bi profitt ta’ tip ta’ prodott irrappreżenta 80 % jew inqas tal-volum totali tal-bejgħ ta’ dak it-tip, jew li għalih il-prezz medju peżat kien inqas mill-kost ta’ unità tal-produzzjoni, il-valur normali ssejjes fuq il-prezz domestiku reali, li ġie kkalkulat bħala prezz medju peżat tal-bejgħ domestiku biss li sar bi profitt ta’ dak it-tip li sar matul il-PIR.

    (24)

    Il-valur normali għat-tipi mhux rappreżentattivi (jiġifieri dawk li l-bejgħ domestiku tagħhom kien inqas minn 5 % tal-bejgħ f’esportazzjoni lejn l-Unjoni jew li ma kien jammonta għal xejn fis-suq domestiku) ġie kkalkulat abbażi tal-kost tal-manifattura għal kull tip ta’ prodott flimkien ma’ ammont għall-kostijiet ġenerali, amministrattivi u tal-bejgħ u għall-profitti. Fil-każ ta’ bejgħ domestiku eżistenti, intuża l-profitt tat-tranżazzjonijiet fl-andament ordinarju tal-kummerċ fis-suq domestiku skont it-tip ta’ prodott għat-tipi ikkonċernati tal-prodott. Fejn ma kienx hemm bejgħ domestiku, intuża profitt medju. Din il-bidla fil-metodoloġija saret minħabba l-fatt li wara l-investigazzjoni oriġinali, Bord tad-WTO ħareġ, u l-Korp għar-Riżoluzzjoni ta’ Disputi tad-WTO adotta, ir-rapport fil-każ Il-Komunitajiet Ewropej - Miżura Anti-dumping fuq is-Salamun Imrobbi min-Norveġja  (9), li jipprovdi li ma jistax jiġi injorat il-marġni tal-profitt reali stabbilit għat-tranżazzjonijiet fl-andament ordinarju tal-kummerċ tat-tipi rilevanti ta’ prodott li għalihom irid jiġi dedott il-valur normali.

    (25)

    Wara l-iżvelar tal-konklużjonijiet finali, iż-żewġ produtturi esportaturi sostnew li l-kostijiet bażilari irrispettivament mill-produzzjoni ma kellhomx jiġu inklużi fil-kostijiet totali tagħhom tal-manifattura tal-prodott ikkonċernat matul il-PIR, filwaqt li ilmentaw li dan jikser l-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku tal-anti-dumping u jikkontradixxi l-prinċipji ta’ kontabbiltà stabbiliti fl-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS) u l-IAS 2 b’mod partikolari. Fir-rigward tal-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku, għandu jiġu nnutat li taħt dak l-Artikolu, meta wieħed iqis li kostijiet assoċjati mal-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat mhumiex riflessi b’mod raġonevoli fir-rekords tal-parti kkonċernata, dawn għandhom jiġu aġġustati. Il-fatt li l-kumpanija ma operatx bil-kapaċità kollha tagħha jimplika li, madankollu, il-kostijiet kienu ġġarrbu. Fil-fatt, dawn il-kostijiet ġew reġistrati bħala kost fid-dikjarazzjoni tad-dħul taż-żewġ kumpaniji esportaturi u setgħu jintrabtu direttament mal-prodott simili. Barra minn hekk, instab li r-referenza għall-IAS 2 mhijiex rilevanti minħabba li l-għan tal-IAS 2 huwa li jippreskrivi t-trattament ta’ kontabbiltà għall-inventarji u ma jiddeterminax x’għandu jitqies bħala kost għall-manifattura. Għaldaqstant, il-pretensjoni ġiet miċħuda.

    (26)

    L-istess produtturi esportaturi saħqu li ċerti spejjeż finanzjarji li rriżultaw minn self, li ġew inklużi fl-ispejjeż taħt il-linja Bejgħ, Ġenerali u Amministrazzjoni kellhom jiġu esklużi. Huma stqarru li dawn is-selfiet saru biex jissodisfaw il-ħtiġijiet għal-likwidità u għall-finanzjament tal-kumpanija għal żmien qasir, u dawn ma kinux relatati mal-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat. Waqt iż-żjarat ta’ verifika, tassew instab li l-ispejjeż tal-interessi kienu primarjament relatati mal-finanzjament tal-kapital eżerċitabbli. Għalhekk, il-kostijiet tal-interessi ġew allokati għall-prodotti kollha. Il-prodotturi esportaturi ma setgħux juru li l-ispejjeż tal-interessi saru speċifikament għal finijiet oħra minbarra l-finanzjament tal-kapital eżerċitabbli. Iż-żewġ prodotturi esportaturi ma setgħux jipprovdu aktar evidenza biex jissostanzjaw il-pretensjoni tagħhom u għalhekk din il-pretensjoni ġiet miċħuda.

    3.2.2.   Il-prezz tal-esportazzjoni

    (27)

    L-esportazzjonijiet kollha tal-prodott ikkonċernat miż-żewġ produtturi esportaturi lejn l-Unjoni saru permezz ta’ kumpanija kummerċjali relatata li tinsab l-Isvizzera direttament lil konsumaturi indipendenti fl-Unjoni. Għalhekk il-prezz tal-esportazzjoni ġie stabbilit abbażi tal-prezzijiet tal-esportazzjoni li attwalment tħallsu jew jistgħu jitħallsu skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku.

    3.2.3.   Tqabbil

    (28)

    Huwa mfakkar li fl-investigazzjoni oriġinali sar aġġustament fil-prezz tal-esportazzjoni taħt l-Artikolu 2(10)(i) tar-Regolament bażiku, fil-każijiet fejn il-bejgħ sar permezz ta’ kummerċjanti relatati. Madanakollu, b’konformità mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja msemmija fil-premessa (2), li ddeċidiet li l-aġġustament ma kienx dovut, l-ebda aġġustament bħal dan ma sar f’din ir-reviżjoni interim.

    (29)

    Il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni taż-żewġ produtturi esportaturi tqabblu fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika. Biex jiġi żgurat tqabbil ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni, saret konċessjoni xierqa fil-forma ta’ aġġustamenti għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Abbażi ta’ dan, saru aġġustamenti fir-rigward tal-kostijiet tat-trasport, ribassi u skontijiet, kummissjonijiet u kostijiet ta’ kreditu.

    3.2.4.   Il-marġni tad-dumping

    (30)

    Taħt l-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku, il-valur normali medju peżat tqabbel mal-prezz medju peżat tal-esportazzjoni għal kull tip ta’ prodott u skont kif joħroġ mill-fabbrika, separatament għal kull wieħed miż-żewġ produtturi esportaturi. Kif jissemma fil-premessa (14), sussegwentement ġie stabbilit marġni wieħed komuni tad-dumping għal Interpipe billi ġiet ikkalkulata rata medja peżata waħda tad-dumping għaż-żewġ produtturi esportaturi fi ħdan Interpipe.

    (31)

    Abbażi ta’ dan, il-marġni tad-dumping, espress bћala perċentwali tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huwa ta’ 13,8 %.

    4.   IN-NATURA DEJJIEMA TAĊ-ĊIRKOSTANZI MIBDULA

    (32)

    Fit-talba tiegħu għal reviżjoni interim parzjali, l-applikant saħaq li l-bidliet fl-istruttura korporattiva u fl-organizzazzjoni tal-produzzjoni, kif ukoll bħala ristrutturazzjoni tal-organizzazzjoni tal-bejgħ kemm fis-suq domestiku u f’dak tal-esportazzjoni, kellom impatt fuq l-istruttura tal-kostijiet tiegħu u li, għalhekk, il-livell eżistenti tad-dazju anti-dumping ma kienx aktar meħtieġ biex jikkumpensa għad-dumping dannuż.

    (33)

    Għaldaqstant ġie investigat jekk il-bidla fiċ-ċirkostanzi li wasslet għall-bidu tar-reviżjoni interim u r-riżultat tagħha jistgħux raġonevolment jitqiesu bħala li għandhom natura dejjiema.

    (34)

    L-investigazzjoni stabbilixxiet li l-fatturi ewlenin li jwasslu għall-marġni tad-dumping aktar baxx misjub fl-investigazzjoni ta’ reviżjoni huma bidliet fl-organizzazzjoni korporattiva, li jinkludu merger ta’ żewġ kumpaniji tal-produzzjoni, u ristrutturazzjoni tal-organizzazzjoni tal-bejgħ, li ġiet razjonalizzata. Dawn il-bidliet, li affettwaw l-istruttura tal-kostijiet tal-applikant għall-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott ikkonċernat, huma ta’ natura strutturali u għalhekk x’aktarx ma jinbidlux fil-futur prevedibbli. Barra minn hekk, fil-prezzijiet tal-applikant ma hemm l-ebda indikazzjonijiet ta’ volatilità sinifikanti.

    (35)

    Għaldaqstant ġie konkluż li l-bidliet huma ta’ natura dejjiema u li l-applikazzjoni tal-miżuri eżistenti fil-livell attwali tagħhom ma għadhiex aktar meħtieġa,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-entrata li tikkonċerna LLC Interpipe Niko Tube u OJSC Interpipe Nizhnedneprovsky Tube Rolling Plant (Interpipe NTRP) fit-tabella tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 585/2012 hija b’dan mibdula b’din li ġejja:

    LLC Interpipe Niko Tube u OJSC Interpipe Nizhnedneprovsky Tube Rolling Plant (Interpipe NTRP)

    13,8  %

    A743

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Awwissu 2012.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    A. D. MAVROYIANNIS


    (1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

    (2)  ĠU L 175, 29.6.2006, p. 4.

    (3)  T-249/06 - Interpipe Niko Tube u Interpipe NTRP v Kunsill tal-Unjoni Ewropea, 2009 II-00383.

    (4)  Każijiet konġunti C-191/09 P u C-200/09 P - Kunsill u Kummissjoni v Interpipe Niko Tube u Interpipe NTRP.

    (5)  ĠU L 165, 26.6.2012, p. 1.

    (6)  ĠU L 174, 4.7.2012, p. 5.

    (7)  ĠU C 223, 29.7.2011, p. 8.

    (8)  Is-CEV għandu jiġi determinat skont ir-Rapport Tekniku, 1967, IIW doc. IX-555-67, ippubblikat mill-Istitut Internazzjonali tal-Welding (IIW).

    (9)  WT/DS337/R tas-16 ta’ Novembru 2007 – adottat mill-Korp għar-Riżoluzzjoni ta’ Disputi fil-15 ta’ Jannar 2008.


    4.9.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 238/5


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 796/2012

    tat-30 ta’ Awwissu 2012

    li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet tal-mekkaniżmi tat-tip lever arch u li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara reviżjoni ta’ skadenza taħt l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”) u b’mod partikolari l-Artikoli 9(4), 11(2), 11(5) u 11(6) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv,

    Billi:

    A.   PROĊEDURA

    1.   Il-miżuri fis-seħħ

    (1)

    Bir-Regolament (KE) Nru 1136/2006 (2) (“ir-Regolament oriġinali”), il-Kunsill impona dazju anti-dumping definittiv ta’ bejn 27,1 % u 47,4 %, fuq l-importazzjonijiet tal-mekkaniżmi tat-tip lever arch (“LAM”) li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“RPĊ”).

    2.   It-talba għal reviżjoni ta’ skadenza

    (2)

    Wara l-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ skadenza imminenti (3) tal-miżuri anti-dumping definittivi fis-seħħ, fis-26 ta’ April 2011 il-Kummissjoni rċeviet talba għall-bidu ta’ reviżjoni ta’ skadenza ta’ dawn il-miżuri taħt l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. It-talba tressqet minn LAMMA (Assoċjazzjoni tal-manifatturi tal-mekkaniżmi tat-tip lever arch) f’isem tliet produtturi tal-Unjoni (“l-applikant”) li jirrappreżentaw proporzjon ewlieni, f’dan il-każ ta’ aktar minn 50 %, tal-produzzjoni tal-Unjoni ta’ mekkaniżmi tat-tip lever arch.

    (3)

    Fit-talba ngħatat biżżejjed evidenza li l-iskadenza tal-miżuri imposti fuq l-importazzjonijiet tal-LAM li joriġinaw mir-RPĊ probabbilment tirriżulta fi tkomplija jew rikorrenza ta’ dumping u ħsara lill-industrija tal-Unjoni.

    3.   Il-bidu ta’ reviżjoni ta’ skadenza

    (4)

    Wara li ddeterminat, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li kien hemm biżżejjed evidenza biex jingħata bidu għal reviżjoni ta’ skadenza, il-Kummissjoni ħabbret fit-23 ta’ Lulju 2011, permezz ta’ notifika ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (4) (“in-notifika ta’ bidu”), il-bidu ta’ reviżjoni ta’ skadenza taħt l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

    4.   L-investigazzjoni

    4.1.   Il-perjodu tal-investigazzjoni tar-reviżjoni u l-perjodu kkunsidrat

    (5)

    L-investigazzjoni tal-probabbiltà ta’ tkomplija jew rikorrenza ta’ dumping kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2010 sat-30 ta’ Ġunju 2011 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-reviżjoni” jew “PIR”). L-eżami tat-tendenzi rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ ħsara, kopra l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2008 sa tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-reviżjoni (“il-perjodu kkunsidrat”).

    4.2.   Il-partijiet milquta mill-investigazzjoni

    (6)

    Il-Kummissjoni avżat uffiċjalment bil-ftuħ tar-reviżjoni ta’ skadenza, lill-applikant, lil produtturi oħra magħrufa tal-Unjoni, lill-produtturi esportaturi fil-pajjiż ikkonċernat, lill-importaturi mhux relatati, lill-utenti fl-Unjoni li hu magħruf li huma kkonċernati, kif ukoll lir-rappreżentanti tal-pajjiż ikkonċernat.

    (7)

    Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jressqu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu seduta ta’ smigħ fil-limitu taż-żmien stipulat fin-notifika ta’ bidu. Il-partijiet interessati kollha, li talbu dan u wrew li kien hemm raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu, ingħataw seduta ta’ smigħ.

    (8)

    Fid-dawl tal-għadd apparentement kbir ta’ produtturi esportaturi fir-RPĊ, importaturi mhux relatati u produtturi tal-Unjoni, fin-notifika ta’ bidu ġie previst it-teħid ta’ kampjuni taħt l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

    (9)

    Fir-rigward tal-produtturi esportaturi fir-RPĊ u l-importaturi mhux relatati, sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk ikunx meħtieġ li jittieħdu kampjuni u, jekk dan ikun il-każ, biex jintgħażel kampjun rappreżentattiv, dawk il-partijiet intalbu jippreżentaw ruħhom fi żmien 15-il jum mill-bidu tar-reviżjoni u jipprovdu l-informazzjoni mitluba fin-notifika ta’ bidu lill-Kummissjoni. Minħabba li l-ebda produttur esportatur fir-RPĊ ma ppreżenta ruħu u ressaq quddiem il-Kummissjoni l-informazzjoni mitluba fin-notifika ta’ bidu u li importatur mhux relatat wieħed biss ippreżenta ruħu, iżda ma ressaqx l-informazzjoni mitluba fin-notifika ta’ bidu lill-Kummissjoni, it-teħid ta’ kampjuni ma kienx ikkunsidrat neċessarju fiż-żewġ każijiet.

    (10)

    Fin-notifika ta’ bidu, il-Kummissjoni ħabbret li kienet għażlet provviżorjament kampjun ta’ produtturi tal-Unjoni. Dan il-kampjun kien magħmul minn żewġ kumpaniji, mis-sitt produtturi tal-Unjoni li kienu magħrufa qabel ma ngħata bidu għal din l-investigazzjoni, magħżula abbażi tal-volum tal-bejgħ u l-produzzjoni tagħhom tal-prodott ikkonċernat fl-2010, kif ukoll il-pożizzjoni ġeografika tagħhom fl-Unjoni. Il-kampjun irrappreżenta aktar minn 50 % tat-total stmat tal-produzzjoni u l-bejgħ tal-Unjoni tul il-PIR. Il-partijiet interessati ġew mistiedna jikkonsultaw il-fajl u jikkumentaw dwar l-adegwatezza ta’ din l-għażla fi żmien 15-il ġurnata mid-data tal-pubblikazzjoni tan-notifika ta’ bidu. L-ebda parti ma opponiet il-kampjun propost.

    (11)

    Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji liż-żewġ produtturi tal-Unjoni li ntgħażlu għall-kampjun, l-importatur li ppreżenta ruħu u l-utenti kollha magħrufa li kienu kkonċernati.

    (12)

    It-tweġibiet għall-kwestjonarji waslu miż-żewġ produtturi tal-Unjoni li ntgħażlu għall-kampjun u liż-żewġ utenti. L-importatur mhux relatat li ssemma fil-premessa (9) u li ppreżenta ruħu, la wieġeb il-mistoqsijiet dwar it-teħid tal-kampjun u lanqas ma mela kwestjonarju.

    (13)

    Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li qieset li kienet neċessarja għad-determinazzjoni tal-probabbiltà tat-tkomplija jew ir-rikorrenza ta’ dumping u l-ħsara li tirriżulta minnu u tal-interess tal-Unjoni. Twettqu żjarat ta’ verifika fuq il-post tal-partijiet interessati li ġejjin:

    (a)

    Produtturi tal-Unjoni

    Industria Meccanica Lombarda S.r.l., Offanengo, l-Italja

    NIKO Metallurgical company, d.d. Zelezniki, is-Slovenja

    (b)

    utent

    HIT OFFICE s.r.o. Teplice, ir-Repubblika Ċeka

    B.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI

    (14)

    Il-prodott milqut minn din ir-reviżjoni huwa l-istess bħal dak fir-Regolament oriġinali, jiġifieri mekkaniżmi tat-tip lever arch u li ġeneralment jintużaw għall-arkivjar ta’ karti u dokumenti oħra f’binders jew f’fajls li attwalment għandhom il-kodiċi NM ex 8305 10 00 (il-kodiċi TARIC 8305100050) (“il-prodott ikkonċernat”) u li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. Dawn il-mekkaniżmi tat-tip lever arch jkunu magħmulin minn elementi tal-metall robusti (normalment tnejn) f’forma ta’ arkata fuq pjanċa tad-dahar u li jkollhom tal-anqas molla waħda tal-ftuħ li tippermetti li jiddaħħlu u jiġu ffajljati karti u dokumenti oħra. Il-mekkaniżmi għall-binding forma ta’ ċirku li huma klassifikati bl-istess kodiċi NM, mhumiex inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-prodott ikkonċernat għall-fini ta’ din l-investigazzjoni.

    (15)

    L-investigazzjoni ta’ reviżjoni attwali kkonfermat li, bħal fl-investigazzjoni oriġinali, il-prodott ikkonċernat u dak prodott fl-Unjoni mill-produtturi tal-Unjoni għandhom l-istess karatteristiċi bażiċi tekniċi u fiżiċi u l-istess użu. Għalhekk, tqiesu bħala prodotti simili fis-sens tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

    C.   IL-PROBABBILTÀ TA’ TKOMPLIJA JEW TA’ RIKORRENZA TAD-DUMPING

    (16)

    Ġie eżaminat jekk l-iskadenza tal-miżuri eżistenti hux probabbli li twassal għat-tkomplija jew ir-rikorrenza tad-dumping, taħt l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

    1.   Kummenti preliminari

    (17)

    Kif intqal fil-premessa (9), fl-investigazzjoni ma kien hemm kooperazzjoni mill-ebda esportatur Ċiniż li ġie kkuntattjat fil-bidu. L-awtoritajiet Ċiniżi ġew innotifikati b’dan il-fatt kif ukoll dwar l-applikazzjoni possibbli tal-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku u ngħataw l-opportunità li jressqu l-kummenti tagħhom. Ma ġewx riċevuti kummenti f’dan ir-rigward.

    (18)

    Għaldaqstant, u b’konformità mal-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku, il-konklużjonijiet fir-rigward tal-probabbiltà tat-tkomplija jew ir-rikorrenza tad-dumping stabbiliti hawn taħt kellhom jiġu msejsa fuq il-fatti disponibbli, partikolarment l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku pereżempju fuq siti elettroniċi uffiċjali ta’ kumpaniji u l-magni tat-tiftix għal prodotti fuq il-web, l-informazzjoni fit-talba għar-reviżjoni u l-informazzjoni miksuba mill-partijiet li kkooperaw tul l-investigazzjoni ta’ reviżjoni (jiġifieri l-applikanti u l-produtturi tal-Unjoni magħżula għall-kampjun).

    2.   Dumping ta’ importazzjonijiet matul il-PIR

    (19)

    In-notifika ta’ bidu għamlet referenza għall-użu ta’ pajjiż analogu, sabiex ikun jista’ jiġi stabbilit il-valur normali.

    (20)

    Fir-rigward tal-prezz tal-esportazzjoni, minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni kemm min-naħa tal-produtturi esportaturi fir-RPĊ u min-naħa tal-importaturi mhux relatati fis-suq tal-Unjoni, il-Kummissjoni ma setgħetx tistabbilixxi l-kwantità ta’ bejgħ għall-esportazzjoni jew il-prezzijiet abbażi tat-tranżazzjonijiet. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni kkunsidrat mezzi alternattivi biex tiddetermina l-prezz tal-esportazzjoni.

    (21)

    L-ewwel nett, ġie kkunsidrat jekk il-Eurostat, imqabbel ma’ dejta oħra disponibbli, setax jintuża bħala mezz alternattiv biex jiġu stabbiliti l-prezzijiet tal-esportazzjoni. Dawn ma kinux meqjusin bħala adegwati minħabba li wieħed mis-sorsi kien ikopri wkoll importazzjonijiet oħra barra mill-prodott ikkonċernat u s-sorsi l-oħrajn ma kinux jippermettu l-possibbiltà li jkun hemm tqabbil tal-prezzijiet tal-esportazzjoni ma’ dawk tal-industrija tal-Unjoni skont it-tip.

    (22)

    It-tieni nett, il-Kummissjoni kkunsidrat ukoll li tirreferi għall-prezzijiet tal-esportazzjoni inklużi fit-talba għal reviżjoni. Ta’ min ifakkar li din il-metodoloġija ntużat fl-investigazzjoni oriġinali u li tippermetti tqabbil skont it-tip. Madankollu, il-fatturi inklużi fit-talba għal reviżjoni kienu għall-prezzijiet ta’ esportazzjoni lejn pajjiżi terzi oħra.

    (23)

    Konsegwentement, id-dumping ma setax jiġi kkalkolat abbażi tal-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni u ma kienx possibbli li tiġi stabbilita determinazzjoni affermativa tad-dumping. L-investigazzjoni, għalhekk, iffukat fuq il-probabbiltà ta’ rikorrenza tad-dumping.

    3.   Il-probabbiltà ta’ rikorrenza tad-dumping

    (24)

    Fir-rigward tal-investigazzjoni tal-probabbiltà ta’ rikorrenza tad-dumping, ġew analizzati l-elementi li ġejjin: ir-relazzjoni bejn il-valur normali u l-prezzijiet ta’ esportazzjoni lejn pajjiżi terzi; il-kapaċità ta’ produzzjoni, il-produzzjoni u l-kapaċità żejda fir-RPĊ; u kemm hu attraenti s-suq tal-Unjoni fir-rigward tal-importazzjonijiet mir-RPĊ.

    3.1.   Ir-relazzjoni bejn il-valur normali u l-prezzijiet ta’ esportazzjoni lejn pajjiżi terzi

    (25)

    Fid-dawl tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi fir-RPĊ, il-valur normali tqabbel mal-prezzijiet tal-esportazzjoni mir-RPĊ taħt l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku.

    3.1.1.   Il-bażi għad-determinazzjoni tal-valur normali

    (26)

    Billi r-RPĊ hija ekonomija fi tranżizzjoni, taħt l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali kellu jiġi ddeterminat abbażi tal-prezz jew tal-valur maħdum f’pajjiż terz b’ekonomija tas-suq xieraq (il-pajjiż analogu), jew il-prezz mill-pajjiż analogu għal pajjiżi oħra, inkluża l-Unjoni jew, fejn dawn ma jkunux possibbli fuq kwalunkwe bażi raġonevoli oħra, inkluż il-prezz imħallas realment jew li għandu jitħallas fl-Unjoni għall-prodott simili, aġġustat b’mod xieraq jekk meħtieġ biex jinkludi marġni ta’ profitt raġonevoli.

    (27)

    It-talba għal reviżjoni mill-industrija tal-Unjoni semmiet għadd ta’ produtturi f’pajjiżi b’ekonomija ts-suq barra l-Unjoni (jiġifieri l-Indja, l-Iran u t-Tajlandja). Fil-bidu dawn il-produtturi, kif ukoll produtturi potenzjali oħrajn f’pajjiżi li setgħu jiġu identifikati permezz ta’ sorsi disponibbli għall-pubbliku, ġew ikkuntattjati kif xieraq mill-Kummissjoni.

    (28)

    In-notifika ta’ bidu speċifikat li jekk il-Kummissjoni ma kinitx se ssib kooperazzjoni mill-produtturi fil-pajjiżi b’ekonomija tas-suq barra l-Unjoni, hija kien beħsiebha tuża l-prezzijiet li fil-fatt jitħallsu jew għandhom jitħallsu fl-Unjoni bħala bażi għad-determinazzjoni tal-valur normali. Tabilħaqq, il-prezzijiet li jitħallsu jew li għandhom jitħallsu attwalment fl-Unjoni servew ta’ bażi għad-determinazzjoni tal-valur normali fl-investigazzjoni oriġinali.

    (29)

    L-ebda parti interessata ma kkumentat dwar l-adegwatezza tal-bażi msemmija hawn fuq għad-determinazzjoni tal-valur normali.

    (30)

    L-ebda produttur fil-pajjiżi b’ekonomija tas-suq barra l-Unjoni u li ġie kkuntattjat mill-Kummissjoni ma kkoopera fir-reviżjoni attwali.

    (31)

    Fil-kuntest ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni ma kellhiex alternattivi oħrajn ħlief li tibbaża fuq il-prezzijiet li jitħallsu jew li għandhom jitħallsu attwalment fl-Unjoni, bħala l-bażi għad-determinazzjoni tal-valur normali.

    3.1.2.   Il-valur normali

    (32)

    Taħt l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku u kif spjegat fil-premessi (26) sa (31), il-valur normali kien stabbilit bl-użu tal-prezz li jitħallas jew li għandu jitħallas attwalment fl-Unjoni għall-prodott simili, f’kundizzjonijiet normali tal-kummerċ.

    (33)

    B’riżultat ta’ dan, il-valur normali ġie stabbilit bħala l-prezz tal-bejgħ domestiku medju peżat għal klijenti li mhumiex relatati tal-produtturi tal-Unjoni magħżula għall-kampjun.

    (34)

    L-ewwel ġie stabbilit jekk il-bejgħ domestiku totali tal-prodott simili lill-klijenti indipendenti tal-produtturi tal-Unjoni magħżula għall-kampjun kienx rappreżentattiv, taħt l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, jiġifieri jekk il-volum totali ta’ dan il-bejgħ irrappreżentax tal-anqas 5 % tal-volum tal-bejgħ totali tal-prodott ikkonċernat esportat lejn l-Unjoni. Minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi fir-RPĊ, l-informazzjoni fir-rigward tal-volum totali tal-bejgħ esportat lejn l-Unjoni kellha tiġi determinata skont il-fatti disponibbli. Kif intqal fil-premessa (21), il-Eurostat u statistika oħra ma kinux ikkunsidrati adattati biex tiġi stabbilita tkomplija tad-dumping, madankollu, dawn jistgħu jintużaw biex jiġi indikat il-livell tal-importazzjonijiet (meħtieġ għall-volum totali esportat mir-RPĊ) lejn l-Unjoni. Abbażi ta’ dan, il-bejgħ domestiku tal-produtturi tal-Unjoni magħżula għall-kampjun b’mod ġenerali tqiesu bħala rappreżentattivi biżżejjed tul il-PIR. Fid-dawl tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-esportaturi fir-RPĊ, ma kienx possibbli li r-rappreżentattività tiġi analizzata skont it-tip.

    (35)

    Wara dan il-Kummissjoni eżaminat jekk il-bejgħ domestiku ta’ kull produttur tal-Unjoni magħżul għall-kampjun jistax jiġi kkunsidrat bħala bejgħ li sar f’kundizzjonijiet normali tal-kummerċ, jiġifieri jekk għal kull produttur tal-Unjoni magħżul għall-kampjun il-prezzijiet tal-bejgħ medji kinux ekwivalenti jew ogħla mill-ispejjeż medji tal-produzzjoni u għaldaqstant profittabbli.

    (36)

    Abbażi ta’ dan ġie stabbilit li l-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni fuq medja kienu profittabbli u konsegwentement il-valur normali ġie determinat abbażi tal-prezzijiet tal-bejgħ medji peżati tal-produtturi tal-Unjoni magħżula għall-kampjun.

    3.1.3.   Il-prezz tal-esportazzjoni

    (37)

    Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi, l-aktar bażi adattata nstab li kienet l-informazzjoni dwar il-prezzijiet tal-esportazzjoni mir-RPĊ lejn il-pajjiżi terzi inklużi fit-talba għal reviżjoni.

    3.1.4.   Tqabbil

    (38)

    It-tqabbil bejn il-valur normali medju peżat u l-prezz tal-esportazzjoni medju peżat sar fuq bażi ex-works. Dan it-tqabbil wera li l-prezz tal-esportazzjoni lejn il-pajjiżi terzi fit-talba għar-reviżjoni kien sinifikattivament aktar baxx mill-valur normali (‘il fuq minn 30 %). Dan jindika li l-prezzijiet tal-Unjoni wisq probabbli se jkunu l-oġġett ta’ dumping jekk il-miżuri jiġu revokati.

    3.2.   Il-kapaċità tal-produzzjoni tal-produtturi esportaturi

    (39)

    Billi ma kienx hemm kooperazzjoni min-naħa tal-produtturi esportaturi, il-konklużjonijiet li ġejjin kienu msejsin prinċipalment fuq l-informazzjoni inkluża fit-talba għal reviżjoni, li fejn kien possibbli tqabblet ma’ informazzjoni disponibbli għall-pubbliku.

    (40)

    Abbażi ta’ dan, instab li l-kapaċità tal-produzzjoni tar-RPĊ tal-LAM huwa stmat li hija tal-anqas f’medda minn 600 miljun sa 700 miljun biċċa, liema stima hija bbażata fuq l-informazzjoni mogħtija mill-industrija tal-Unjoni.

    (41)

    Barra minn hekk, l-informazzjoni miksuba waqt l-investigazzjoni turi li l-kapaċità tal-produzzjoni fir-RPĊ għal-LAM tista’ tiżdied faċilment, inter alia, permezz tal-impjegar ta’ forza tax-xogħol addizzjonali u b’investiment limitat fl-għodod użati, fil-każ ta’ domanda akbar.

    (42)

    L-ebda parti interessata ma ressqet kummenti u/jew informazzjoni relatata mal-kapaċità tal-produzzjoni fir-RPĊ.

    (43)

    Abbażi ta’ dan, il-kapaċità tal-produzzjoni fir-RPĊ hija madwar 170 % u 350 % ogħla mill-konsum tal-Unjoni u sinifikattivament akbar mill-produzzjoni tal-Unjoni.

    3.3.   Il-produzzjoni u l-kapaċità żejda tal-produtturi esportaturi fir-RPĊ

    (44)

    Billi ma kienx hemm kooperazzjoni min-naħa tal-produtturi esportaturi, l-informazzjoni fir-rigward tal-produzzjoni attwali u l-kapaċità żejda kienet imsejsa prinċipalment fuq l-informazzjoni inkluża fit-talba għal reviżjoni, li fejn kien possibbli tqabblet ma’ informazzjoni disponibbli għall-pubbliku.

    (45)

    Fit-talba għar-reviżjoni, il-produzzjoni tal-LAM kien stmat li kienet ta’ bejn 200 u 400 miljun biċċa u l-kapaċità żejda kienet ta’ bejn 200 u 500 miljun biċċa. Din il-kapaċità żejda bejn wieħed u ieħor hija ekwivalenti għall-konsum tal-Unjoni.

    (46)

    L-istimi ppreżentati nstab li kienu raġonevoli wara li, fejn kien possibbli, saret referenza għal sorsi disponibbli għall-pubbliku.

    (47)

    Fir-rigward tal-kapaċità żejda, kif intqal fil-premessa (41), l-informazzjoni miksuba waqt l-investigazzjoni turi li l-kapaċità tal-produzzjoni fir-RPĊ għal-LAM tista’ tiżdied faċilment, inter alia, permezz tal-impjegar ta’ forza tax-xogħol addizzjonali u b’investiment limitat fl-għodod użati, fil-każ ta’ domanda akbar.

    (48)

    Abbażi ta’ dak li ntqal fuq, tista’ tinsilet il-konklużjoni raġonevoli li teżisti kapaċità żejda sostanzjali fir-RPĊ. Kif inhu spjegat fil-premessi (49) sa (55), hemm probabbiltà kbira li tali kapaċità żejda tkun immirata lejn is-suq tal-Unjoni jekk il-miżuri jiġu revokati.

    3.4.   L-attrazzjoni lejn is-suq tal-Unjoni

    (49)

    L-informazzjoni miġbura waqt ir-reviżjoni attwali tiżvela li s-suq tal-Unjoni jkun suq attraenti għall-importazzjonijiet tal-LAM mir-RPĊ, jekk il-miżuri jiġu revokati. Ta’ min ifakkar li qabel l-impożizzjoni tal-miżuri fis-seħħ, il-konsum fl-Unjoni kien sostanzjali u qrib 400 miljun biċċa. Fl-istess waqt, l-importazzjonijiet mir-RPĊ kienu aktar minn 200 miljun biċċa ekwivalenti għal aktar minn 50 % tal-konsum totali tal-Unjoni.

    (50)

    L-investigazzjoni wriet li d-domanda tal-Unjoni għal-LAM baqgħet waħda sostanzjali. Il-konsum tal-Unjoni naqas biss bi ftit tul il-perjodu kkunsidrat kif inhu determinat fil-premessi (63) sa (64) u (98) u s-suq tal-Unjoni jibqa’ l-akbar suq dinji għal-LAM, li jirrappreżenta 50 % tas-suq dinji.

    (51)

    Barra minn hekk, hemm biss ftit swieq oħra għal-LAM, li probabbilment ma jakkomodawx il-kapaċità żejda tar-RPĊ.

    (52)

    Barra minn hekk, kif inhu stabbilit fil-premessa (38), it-tqabbil bejn il-prezzijiet tal-esportazzjoni ta’ importazzjonijiet mir-RPĊ lejn il-pajjiżi terzi mal-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni, juri li s-suq tal-Unjoni jkun wieħed attraenti għal tali importazzjonijiet bi prezz baxx jekk il-miżuri jiġu revokati. Dan huwa wkoll minħabba l-fatt li l-prezzijiet prevalenti ġeneralment ikunu ogħla fis-suq tal-Unjoni milli fi swieq oħrajn tal-esportazzjoni.

    (53)

    Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet li ssemmew hawn fuq, jekk il-miżuri jiġu revokati, il-probabbiltà tkun li l-esportazzjonijiet mir-RPĊ jiġu mmirati lejn is-suq tal-Unjoni.

    (54)

    L-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku fir-rigward tal-produtturi fir-RPĊ, tiżvela li tali kumpaniji ġeneralment primarjament jew esklużivament jimmiraw il-bejgħ tagħhom lejn is-suq tal-esportazzjoni.

    (55)

    Fl-aħħar nett, għandu jiġi osservat li mill-impożizzjoni tal-miżuri definittivi għadd ta’ każijiet ta’ klassifikazzjoni inkorretta ta’ importazzjonijiet tal-LAM ġew osservati, fejn volumi kbar ta’ LAM u covers separati ġew iddikjarati bħala fajls kompluti b’mekkaniżmu tat-tip lever arch. Minn dan irriżulta li ma tħallsux dazji għal tali importazzjonijiet. Din il-klassifikazzjoni inkorretta ġiegħlet lill-Kumitat dwar il-Kodiċi Doganali (f’Novembru 2010) biex f’dikjarazzjoni jiċċara li l-LAM impurtati f’dawn iċ-ċirkostanzi għandhom jiġu ddikjarati b’mod separat. Għadu kmieni wisq biex jiġi ddeterminat jekk tali dikjarazzjoni kellhiex l-effett mixtieq u l-Kummisjoni beħsiebha timmonitorja s-sitwazzjoni mill-qrib. Madankollu, il-prattika tikkostitwixxi aktar evidenza li, minkejja l-miżuri, is-suq tal-Unjoni jibqa’ attraenti għall-produtturi esportaturi fir-RPĊ.

    3.5.   Il-konklużjoni dwar il-probabbiltà ta’ rikorrenza tad-dumping

    (56)

    Kif intqal fil-premessa (38), it-tqabbil bejn il-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi oħrajn inklużi fit-talba għal reviżjoni mal-prezz fis-suq tal-Unjoni, juri probabbiltà kbira ta’ rikorrenza tad-dumping.

    (57)

    Barra minn hekk, meta wieħed jikkunsidra l-kapaċità tal-produzzjoni sinifikanti disponibbli fir-RPĊ, l-abbiltà tal-produtturi Ċiniżi li jżidu b’mod rapidu l-volumi tal-produzzjoni tagħhom u jimmirawhom għall-esportazzjoni, il-prezzijiet probabbilment baxxi ta’ tali esportazzjonijiet u l-attraenza tas-suq tal-Unjoni għal tali esportazzjonijiet, huwa raġonevoli li wieħed jassumi li r-revoka tal-miżuri tirriżulta f’esportazzjonijiet miżjuda b’livelli li jkunu l-oġġett ta’ dumping tal-LAM mir-RPĊ lejn l-Unjoni.

    D.   ID-DEFINIZZJONI TAL-INDUSTRIJA TAL-UNJONI

    (58)

    Tul il-PIR il-LAM ġew manifatturati fl-Unjoni minn sitt produtturi magħrufin, li tlieta minnhom kienu l-applikanti fil-każ attwali. L-ebda kumpanija oħra ma ppreżentat ruħha bħala produttur tal-Unjoni tul din l-investigazzjoni. Għalhekk huwa kkunsidrat li dawn is-sitt produtturi jirrappreżentaw l-industrija tal-Unjoni fis-sens tal-Artikoli 4(1) u 5(4) tar-Regolament bażiku (minn hawn ‘il quddiem imsejħin “l-industrija tal-Unjoni”).

    E.   IS-SITWAZZJONI FIS-SUQ TAL-UNJONI

    1.   Il-kumment preliminari

    (59)

    Għall-finijiet tad-dejta għall-analiżi tal-ħsara miksuba mill-istatistika tal-Eurostat u minn sorsi oħra tal-istatistika disponibbli għall-Kummissjoni, it-talba għal reviżjoni, it-tweġibiet għall-kwestjonarju u l-informazzjoni miġbura waqt iż-żjarat ta’ verifika.

    (60)

    L-indikaturi makroekonomiċi, jiġifieri l-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-utilizzazzjoni tal-kapaċità, il-bejgħ fl-Unjoni u fi swieq terzi, il-proporzjon tas-suq, it-tkabbir, l-impjieg u l-produttività, id-daqs tal-marġni tad-dumping attwali u l-irkupru minn dumping passat huma bbażati fuq id-dejta mressqa mill-industrija tal-Unjoni. F’dan il-kuntest it-tweġibiet għall-kwestjonarju miksubin miż-żewġ produtturi tal-Unjoni magħżula għall-kampjun, ġew ikkumplementati minn informazzjoni mogħtija mill-produtturi tal-Unjoni l-oħra kollha.

    (61)

    L-indikaturi mikroekonomiċi, jiġifieri l-istokkijiet, il-pagi, il-prezzijiet tal-bejgħ, il-profittabbiltà, l-investiment, ir-redditu fuq l-investimenti, il-fluss tal-likwidità u l-abbiltà li jiżdied il-kapital jirreferu għad-dejta mogħtija miż-żewġ produtturi tal-Unjoni magħżula għall-kampjun. Minħabba l-fatt li l-kumpaniji magħżula għall-kampjun jirrappreżentaw aktar minn 50 % tat-total stmat ta’ produzzjoni u bejgħ tal-Unjoni, il-produtturi tal-Unjoni magħżula għall-kampjun tqies li kienu jirrappreżentaw l-industrija tal-Unjoni għall-finijiet ta’ din ir-reviżjoni. Id-dejta marbuta maż-żewġ kumpaniji magħżula għall-kampjun tista’ tingħata biss f’forma ta’ indiċi, biex b’hekk tinżamm il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni sesittiva għan-negozju taħt l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku.

    (62)

    Minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi Ċiniżi u l-importaturi mhux relatati, l-iffissar ta’ prezz tal-importazzjoni u t-twaqqigħ tal-prezzijiet huwa bbażat fuq sorsi alternattivi bħal pereżempju t-talba għal reviżjoni, il-Eurostat u statistika kunfidenzjali oħra disponibbli għall-Kummissjoni, kif ukoll l-informazzjoni miġbura waqt iż-żjarat ta’ verifika. Id-dejta dwar l-importazzjoni kienet imsejsa fuq it-talba għal reviżjoni li kienet ibbażata fuq id-dejta tal-Eurostat. Minħabba li din id-dejta kienet tkopri wkoll importazzjonijiet oħra barra mill-prodott ikkonċernat, hija ġiet ivverifikata u aġġustata kif xieraq wara li tqabblet ma’ sorsi statistiċi kunfidenzjali oħra disponibbli għall-Kummissjoni. Għaldaqstant, ċerti ċifri hawn taħt ingħataw f’forma ta’ indiċi jew f’intervalli biex tiġi protetta l-istatistika kunfidenzjali.

    2.   Il-konsum fis-suq tal-Unjoni

    (63)

    Il-konsum tal-Unjoni ġie stabbilit abbażi tal-volumi tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni u tal-importazzjonijiet. Ġie stabbilit li l-konsum tul il-PIR kien fil-medda minn 200 sa 350 miljun biċċa.

    (64)

    Il-konsum tal-LAM fl-Unjoni naqas bi 12 % tul il-perjodu kkunsidrat. Dan jista’ jiġi parzjalment attribwit għall-kriżi ekonomika, kif ukoll għax-xejriet li qed jinbidlu fil-konsum (pereżempju l-promozzjoni ta’ uffiċċji ekoloġiċi u l-iffajljar elettroniku, it-tnaqqis ġenerali fix-xogħlijiet amministrattivi).

    Tabella 1

    Konsum

     

    2008

    2009

    2010

    PIR

    Il-volum

     

     

     

     

    L-indiċi (2008 = 100)

    100

    84

    90

    88

    Sors:

    Tweġibiet għall-kwestjonarju, Talba għal reviżjoni, il-Eurostat u sorsi statistiċi oħra disponibbli għall-Kummissjoni

    3.   Il-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mir-RPĊ

    (65)

    Kif inhu deskritt fit-Tabella 2 hawn taħt, is-sehem mis-suq naqas b’54 % tul il-perjodu kkunsidrat.

    (66)

    Barra minn hekk, mill-impożizzjoni tad-dażji anti-dumping fl-2006, l-importazzjonijiet Ċiniżi naqsu konsiderevolment minn sehem mis-suq ta’ 51 % fil-PI tal-investigazzjoni oriġinali għal bejn 7 % u 15 % tul il-PIR. Fir-rigward tal-volumi tal-importazzjoni mir-RPĊ, dawn baqgħu baxxi tul il-perjodu kkunsidrat minħabba l-miżuri anti-dumping fis-seħħ. Madankollu, l-importazzjonijiet Ċiniżi baqgħu sors prinċipali (bejn 85 % u 95 % fil-PIR) tal-importazzjonijiet totali tal-Unjoni, minħabba l-esportazzjoni limitata tal-LAM minn pajjiżi terzi oħra. Fil-perjodu kkunsidrat l-importazzjonijiet naqsu b’59 %.

    Tabella 2

    Importazzjonijiet mir-RPĊ

     

    2008

    2009

    2010

    PIR

    Il-volum tal-importazzjonijiet Indiċi (2008 = 100)

    100

    56

    44

    41

    Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Indiċi (2008 = 100)

    100

    66

    48

    46

    Sors:

    Tweġibiet għall-kwestjonarju, Talba għal reviżjoni, il-Eurostat u sorsi statistiċi oħra disponibbli għall-Kummissjoni

    4.   Ix-xejra fil-prezzijiet tal-importazzjoni mir-RPĊ u t-twaqqigħ tal-prezzijiet

    4.1.   Xejriet fil-prezzijiet

    (67)

    Minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi Ċiniżi u nuqqas ta’ sorsi alternattivi, ma kienx possibbli li jiġi stabbilit prezz tal-importazzjoni preċiż. Dan minħabba li, kif ġie spjegat fil-premessa (21), l-istatistika ma kinitx meqjusa adegwata minħabba li wieħed mis-sorsi kien ikopri wkoll importazzjonijiet oħra barra mill-prodott ikkonċernat u s-sorsi l-oħrajn ma kinux jippermettu l-possibbiltà li jkun hemm tqabbil tal-prezzijiet tal-esportazzjoni ma’ dawk tal-industrija tal-Unjoni skont it-tip.

    (68)

    Madankollu, is-sorsi statistiċi kunfidenzjali l-oħra disponibbli għall-Kummissjoni huma meqjusa bħala adattati biex jindikaw ix-xejra ġenerali fil-prezzijiet tal-importazzjoni mir-RPĊ. Ix-xejra fil-prezzijiet tal-importazzjoni turi żieda fil-prezzijiet tul il-perjodu kkunsidrat.

    Tabella 3

    Il-prezzijiet tal-importazzjoni tal-prodott ikkonċernat

     

    2008

    2009

    2010

    PIR

    ir-RPĊ

     

     

     

     

    L-indiċi

    100

    102

    118

    118

    Sors:

    Tweġibiet għall-kwestjonarju, Talba għal reviżjoni, il-Eurostat u sorsi statistiċi oħra disponibbli għall-Kummissjoni

    4.2.   It-twaqqigħ tal-prezzijiet

    (69)

    Minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi Ċiniżi u minħabba n-nuqqas ta’ sorsi alternattivi, il-kalkolazzjoni tat-twaqqigħ tal-prezzijiet, minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-premessa (37), kienet ibbażata fuq il-prezzijiet tal-esportazzjoni għall-pajjiżi terzi inklużi fit-talba għal reviżjoni. Il-livell tat-twaqqigħ tal-prezzijiet stabbilit b’mod indikattiv jammonta għal madwar 20 %.

    5.   Il-volumi tal-importazzjonijiet u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra

    (70)

    Il-produtturi prinċipali tal-LAM fid-dinja jinsabu fl-Unjoni u fir-RPĊ. Instab li l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra bħall-Indja huma negliġibbli, aktar baxxi minn 1 %.

    6.   Il-qagħda ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

    (71)

    Taħt l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat il-fatturi ekonomiċi u l-indiċi rilevanti kollha li jaffettwaw l-istat tal-industrija tal-Unjoni.

    6.1.   L-elementi makroekonomiċi

    (a)   Il-produzzjoni

    (72)

    Il-volum tal-produzzjoni fl-Unjoni baqa’ fl-istess medda tul il-perjodu kkunsidrat, bl-eċċezzjoni tal-2009. It-tnaqqis fl-2009, li sa ċertu punt kien riżultat tal-kriżi ekonomika globali, kien ikkumpensat b’żieda fl-2010.

    (73)

    Minkejja x-xejra ‘l isfel fil-bejgħ fl-Unjoni, kif inhu spjegat fil-premessi (75) sa (77) hawn taħt, il-produtturi tal-Unjoni setgħu jżommu l-livelli tal-produzzjoni tul il-perjodu kkunsidrat peress li setgħu jżidu l-esportazzjonijiet tagħhom lejn is-swieq terzi kif inhu spjegat fil-premessa (78).

    Tabella 4

    Il-produzzjoni totali tal-Unjoni

     

    2008

    2009

    2010

    PIR

    Il-volum (elf biċċa)

     

     

     

     

    Il-produzzjoni

    351 480

    301 661

    360 007

    354 646

    L-indiċi (2008 = 100)

    100

    86

    102

    101

    Sors:

    Tweġibiet għall-kwestjonarju.

    (b)   Il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità

    (74)

    Il-kapaċità tal-produzzjoni żdiedet bi ftit minħabba l-investimenti li kien hemm fil-kapaċità żejda u l-modernizzazzjoni li wettqu l-produtturi tal-Unjoni tul il-perjodu kkunsidrat. L-użu tal-kapaċità baqa’ pjuttost stabbli, u wera ftit tnaqqis fis-sena 2009. Dan it-tnaqqis żgħir huwa primarjament attribwibbli għall-effetti tal-kriżi ekonomika globali tul dik is-sena.

    Tabella 5

    Il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità

     

    2008

    2009

    2010

    PIR

    Il-volum (elf biċċa)

     

     

     

     

    Il-kapaċità ta’ produzzjoni

    452 407

    453 323

    465 984

    465 401

    L-indiċi (2008 = 100)

    100

    100

    103

    103

    L-użu tal-kapaċità

    77,7  %

    66,5  %

    77,3  %

    76,2  %

    L-indiċi (2008 = 100)

    100

    86

    99

    98

    Sors:

    Tweġibiet għall-kwestjonarju.

    (c)   Il-volum tal-bejgħ fl-Unjoni

    (75)

    Iċ-ċifri hawn taħt jirrappreżentaw il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni lill-klijenti indipendenti fis-suq tal-Unjoni.

    Tabella 6

    Bejgħ lil klijenti mhux relatati

     

    2008

    2009

    2010

    PIR

    Il-volum (elf biċċa)

    315 715

    281 281

    309 941

    304 444

    L-indiċi (2008 = 100)

    100

    89

    98

    96

    Sors:

    Tweġibiet għall-kwestjonarju.

    (76)

    Il-bejgħ fl-Unjoni naqas b’4 % tul il-perjodu kkunsidrat.

    (77)

    Fl-2009, il-bejgħ waqa’ bi 11 %. Dan it-tnaqqis għandu jiġi attribwit lill-effetti tal-kriżi ekonomika globali. Fis-snin sussegwenti, il-bejgħ irkupra u kien qrib iċ-ċifri għall-2008 tul il-PIR.

    (d)   Il-bejgħ lil swieq terzi

    (78)

    Iċ-ċifri hawn taħt jirrappreżentaw il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni lil swieq terzi u juru żieda kbira f’dan il-bejgħ tul il-perjodu kkunsidrat.

    Tabella 7

    Bejgħ lil pajjiżi terzi

     

    2008

    2009

    2010

    PIR

    Il-volum (elf biċċa)

    26 750

    42 105

    59 221

    57 148

    L-indiċi (2008 = 100)

    100

    157

    221

    214

    Sors:

    Tweġibiet għall-kwestjonarju.

    (e)   Is-sehem mis-suq

    (79)

    Minkejja t-tnaqqis fil-bejgħ tal-Unjoni, is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żdied b’9 % tul il-perjodu kkunsidrat biex laħaq medda ta’ 80 % sa 93 % tul il-PIR. Iż-żieda tas-sehem mis-suq tal-Unjoni kienet riżultat tat-tnaqqis fil-konsum fl-Unjoni, kif ukoll tat-tnaqqis tas-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mir-RPĊ.

    Tabella 8

    Is-sehem mis-suq tal-Unjoni

     

    2008

    2009

    2010

    PIR

    L-indiċi (2008 = 100)

    100

    106

    109

    109

    Sors:

    Tweġibiet għall-kwestjonarju, Talba għal reviżjoni, il-Eurostat u sorsi statistiċi oħra disponibbli għall-Kummissjoni

    (f)   It-tkabbir

    (80)

    Bejn l-2008 u l-PIR, il-konsum tal-Unjoni naqas bi 12 %. Il-volum tal-bejgħ mill-produtturi tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni naqas b’4 %. Is-sehem mis-suq tal-produtturi tal-Unjoni żdied b’9 %.

    (g)   L-impjiegi

    (81)

    L-impjiegi fis-settur fl-Unjoni naqsu tul il-perjodu kkunsidrat. Dan it-tnaqqis kien marbut mal-modernizzazzjoni u l-mekkanizzazzjoni tal-proċess ta’ produzzjoni mill-industrija tal-Unjoni.

    Tabella 9

    L-impjiegi fl-Unjoni

     

    2008

    2009

    2010

    PIR

    In-numru ta’ impjegati

    710

    588

    561

    552

    L-indiċi (2008 = 100)

    100

    83

    79

    78

    Sors:

    Tweġibiet għall-kwestjonarju.

    (h)   Il-produttività

    (82)

    Il-produttività tal-forza tax-xogħol tal-industrija tal-Unjoni, imkejla bħala produzzjoni fis-sena għal kull persuna impjegata, żviluppat b’mod pożittiv matul il-perjodu kkunsidrat, u baqgħet stabbli tul l-2010 u l-PIR.

    (83)

    Din iż-żieda fil-produttività kienet marbuta mal-proċess ta’ modernizzazzjoni li twettaq, li huwa deskritt fil-premessa (93).

    Tabella 10

    Il-produttività

     

    2008

    2009

    2010

    PIR

    Il-produttività (elf biċċa/sena)

    495

    513

    642

    642

    L-indiċi (2008 = 100)

    100

    104

    130

    130

    Sors:

    Tweġibiet għall-kwestjonarju.

    (i)   Id-daqs tal-marġni ta’ dumping attwali u l-irkupru minn dumping fil-passat

    (84)

    Ta’ min ifakkar li minħabba ċ-ċirkostanzi msemmija fil-premessi (19) sa (23), ma setax jiġi kkalkolat id-dumping. Madankollu, ġiet stabbilita probabbiltà ta’ rikorrenza tad-dumping ibbażata fuq tqabbil bejn il-valur normali stabbilit abbażi tal-prezzijiet medji tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni u l-prezz tal-esportazzjoni stabbilit abbażi tal-prezzijiet għal pajjiżi terzi.

    (85)

    L-analiżi turi li l-industrija tal-Unjoni rkuprat, sa ċertu punt, minħabba l-impożizzjoni tal-miżuri kontra l-importazzjonijiet li jkunu oġġett tad-dumping u l-miżuri fis-seħħ qed juru li huma effettivi.

    6.2.   L-elementi mikroekonomiċi

    (a)   L-istokkijiet

    (86)

    Iċ-ċifri ta’ hawn taћt jirrappreżentaw il-volum tal-istokkijiet fi tmiem kull perjodu.

    Tabella 11

    L-Istokkijiet tal-Għeluq

     

    2008

    2009

    2010

    PIR

    L-indiċi (2008 = 100)

    100

    43

    61

    83

    Sors:

    Tweġibiet għall-kwestjonarju.

    (87)

    L-investigazzjoni wriet li l-istokkijiet tal-industrija tal-Unjoni ma kinux indikatur rilevanti għall-valutazzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni minħabba li l-livell tal-istokkijiet ivarja fuq bażi staġjonali.

    (b)   Il-pagi

    (88)

    Tul il-perjodu kkunsidrat il-paga medja żdiedet bi 33 % għal kull impjegat.

    Tabella 12

    Pagi (spiża għal kull impjegat)

     

    2008

    2009

    2010

    PIR

    L-indiċi (2008 = 100)

    100

    116

    133

    133

    Sors:

    Tweġibiet għall-kwestjonarju.

    (c)   Prezzijiet tal-bejgħ

    (89)

    Il-prezzijiet medji ta’ kull unità ta’ LAM fl-Unjoni żdiedu kemxejn bejn l-2008 u l-PIR. It-tnaqqis relattiv fl-2010 meta mqabbel mal-2009, huwa marbut mal-flutwazzjoni fil-prezzijiet tal-materja prima.

    Tabella 13

    Il-prezz unitarju tas-suq tal-Unjoni

     

    2008

    2009

    2010

    PIR

    L-indiċi (2008 = 100)

    100

    103

    101

    104

    Sors:

    Tweġibiet għall-kwestjonarju.

    (d)   Il-profittabbiltà

    (90)

    Il-marġnijiet tal-profittabbiltà li jidhru hawn taħt ġew stabbiliti billi ġie espress ir-riżultat finanzjarju miksub mill-industrija tal-Unjoni bħala perċentwali tal-fatturat miksub fis-suq tal-Unjoni.

    Tabella 14

    Il-Profittabbiltà

     

    2008

    2009

    2010

    PIR

    L-indiċi (2008 = 100)

    100

    107

    105

    104

    Sors:

    Tweġibiet għall-kwestjonarju.

    (91)

    Qabel l-impożizzjoni ta’ miżuri definittivi fl-2006, l-industrija tal-Unjoni kienet qed tagħmel telf kbir. Minn dakinhar, is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-LAM tjiebet tul il-perjodu kkunsidrat, iżda madankollu baqgħet taħt il-profitt fil-mira ta’ 5 % stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali tul il-PIR.

    (e)   Investimenti, redditu fuq l-investimenti u fluss tal-likwidità

    (92)

    Ix-xejriet tal-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-fluss tal-likwidità jidhru fit-tabella ta’ hawn taħt.

    Tabella 15

    Investimenti, redditu fuq l-investimenti u fluss tal-likwidità

     

    2008

    2009

    2010

    PIR

    L-investimenti

     

     

     

     

    L-indiċi (2008 = 100)

    100

    152

    41

    51

    Ir-redditu fuq l-investiment

     

     

     

     

    L-indiċi (2008 = 100)

    100

    111

    109

    108

    Il-fluss tal-likwidità

     

     

     

     

    L-indiċi (2008 = 100)

    100

    291

    247

    236

    Sors:

    Tweġibiet għall-kwestjonarju.

    (93)

    Bis-saħħa tal-irkupru wara l-impożizzjoni tal-miżuri fl-2006, l-industrija għamlet investimenti sinifikanti fil-modernizzazzjoni u l-espansjoni tal-faċilità tal-produzzjoni, partikolarment fl-2008 u l-2009. Il-profittabbiltà mtejba hija riflessa wkoll fil-fluss tal-likwidità mtejjeb.

    (f)   L-abbiltà li jiżdied il-kapital

    (94)

    L-investigazzjoni ma żvelatx problemi partikolari fl-abbiltà tal-industrija tal-Unjoni li żżid il-kapital.

    6.3.   Il-konklużjoni dwar is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

    (95)

    Skont l-analiżi msemmija hawn fuq, is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni tjiebet u l-industrija qed turi li hi vijabbli wara l-impożizzjoni tal-miżuri tal-2006. Madankollu, meta wieħed jikkunsidra li l-iżviluppi pożittivi li ssemmew hawn fuq seħħew biss wara l-impożizzjoni tal-miżuri, l-impjiegi qed jonqsu u l-profittabbiltà għadha aktar baxxa mil-livell fil-mira għaliha, huwa kkunsidrat li s-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija għadha fraġli u vulnerabbli. Jista’ għalhekk jiġi konkluż li l-evidenza tissuġġerixxi li t-tneħħija tal-ħsara hija parzjalment jew esklużivament minħabba l-eżistenza tal-miżuri.

    F.   IL-PROBABBILTÀ TA’ RIKORRENZA TAL-ĦSARA

    (96)

    Mill-impożizzjoni tal-miżuri fis-seħħ, is-sitwazzjoni tal-industrija tjiebet kunsiderevolment. Madankollu, il-konklużjonijiet tal-analiżi attwali juru li l-industrija tal-Unjoni għadha fraġli u vulnerabbli.

    (97)

    Taħt ċirkostanzi bħal dawn huwa xieraq li ssir analiżi tal-probabbiltà ta’ rikorrenza tal-ħsara materjali sabiex jiġi eżaminat jekk — f’każ li l-miżuri jiġu revokati — l-iżviluppi maħsuba f’termini ta’ volumi u prezzijiet ta’ importazzjonijiet li joriġinaw mir-RPĊ ikomplux jiddeterjoraw is-sitwazzjoni attwali, kif inhu spjegat hawn taħt fil-premessi (98) sa (106).

    (98)

    Jeżistu żewġ produtturi ewlenin tal-LAM fid-dinja — ir-RPĊ u l-Unjoni. L-Unjoni hija l-akbar suq dinji għal-LAM, segwita mill-Amerika t’Isfel u r-Russja. Jeżistu produtturi żgħar f’pajjiżi oħrajn, bħall-Indja, iżda dawn jikkonċentraw fuq is-swieq domestiċi rispettivi tagħhom. L-Istati Uniti u l-Kanada jużaw sistemi ta’ ffajljar differenti.

    (99)

    Ta’ min ifakkar li teżisti kapaċità żejda sinifikanti fir-RPĊ u li l-produzzjoni tal-LAM fir-RPĊ tista’ tiżdied faċilment kif spjegat fil-premessi (45) sa (48).

    (100)

    Huwa mfakkar ukoll li l-kapaċità żejda disponibbli fir-RPĊ, bejn wieħed u ieħor, tikkorrispondi għall-konsum tal-Unjoni (ara l-premessa (45)).

    (101)

    Kien stabbilit ukoll li ż-żieda fil-produzzjoni tal-LAM fir-RPĊ probabbilment tiġi esportata lejn l-Unjoni, jekk il-miżuri jiġu revokati (ara l-premessa (53)). Dan huwa bbażat fuq il-fatt li s-suq tal-Unjoni għadu l-akbar suq dinji għal-LAM, b’konsum relattivament stabbli u minħabba l-fatt li l-prezzijiet prevalenti huma ġeneralment ogħla fis-suq tal-Unjoni milli fi swieq tal-esportazzjoni oħra (ara l-premessa (52)). Għandu jiġi kkunsidrat ukoll li, barra mill-Unjoni u r-RPĊ, m’hemmx pajjiżi esportaturi sinifikanti oħra li jipproduċu l-LAM.

    (102)

    Barra minn hekk, kif intqal fil-premessa (41), il-kapaċità tal-produzzjoni fir-RPĊ tista’ tiżdied faċilment bis-sempliċi forniment ta’ ħaddiema addizzjonali. Għalhekk, l-esportazzjonijiet tar-RPĊ ikunu jistgħu jakkomodaw kull żieda fil-konsum tal-Unjoni. Fid-dawl tal-prezz potenzjalment baxx tal-importazzjonijiet Ċiniżi, kif jidher mit-tqabbil mal-prezzijiet tagħhom għal swieq ta’ pajjiżi terzi, l-abbiltà li jidher li hija bla limitu ta’ provvista bi prezzijiet baxxi, huwa probabbli ħafna li l-industrija tal-Unjoni ma tkunx tista’ tibbenefika miż-żieda fid-domanda, li jwassal għal telf importanti mis-sehem tas-suq, jekk il-miżuri jiġu revokati.

    (103)

    Abbażi ta’ dan, wieħed jista’ jistenna li ċ-ċirkostanzi ta’ kwalunkwe żieda sinifikanti futura ta’ importazzjonijiet tal-LAM mir-RPĊ fl-Unjoni, ikollhom konsegwenzi negattivi serji għas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. Kif imsemmi hawn fuq, jekk il-miżuri jiġu revokati, il-volum tal-importazzjoni tal-LAM mir-RPĊ hu mistenni li jkun sinifikanti. Barra minn hekk, dawk l-importazzjonijiet x’aktarx iwasslu għal pressjoni sinifikanti fuq il-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni, u għaldaqstant fuq l-industrija tal-Unjoni, kif issuġġerit mid-dejta dwar il-livell tal-prezzijiet fis-swieq ta’ pajjiżi terzi. Tabilħaqq, skont id-dejta disponibbli huwa stmat li huwa minnu li l-prezzijiet attwali taċ-Ċina jwaqqgħu l-prezzijiet tal-Unjoni b’madwar 20 % kif ġie deskritt fil-premessa (69), li tenfasizza probabbiltà kbira li l-importazzjonijiet taċ-Ċina jsiru bi prezzijiet sostanzjalment aktar baxxi mill-prezzijiet tal-Unjoni, f’każ li l-miżuri jitneħħew.

    (104)

    Il-ġibda tas-suq tal-Unjoni għall-esportaturi Ċiniżi hija enfasizzata wkoll minn tentattivi ta’ klassifikazzjoni inkorretta biex jiġu evitati l-miżuri anti-dumping fis-seħħ (ara l-premessa (55)).

    (105)

    Abbażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, huwa probabbli li l-iskadenza tal-miżuri anti-dumping fuq importazzjonijiet tal-LAM li joriġinaw mir-RPĊ tirriżulta f’żieda sostanzjali fil-volum ta’ importazzjonijiet fl-UE bi prezzijiet baxxi ħafna, u li huwa probabbli ħafna li dan iwaqqa’ b’mod sostanzjali l-prezzijiet tal-bejgħ tal-Unjoni. Dan jista’ jikkawża ħsara materjali u jikkanċella l-investiment u l-isforzi għall-irkupru li saru mill-industrija fil-passat.

    (106)

    Fuq din il-bażi, il-konklużjoni hija li r-revoka tal-miżuri fis-seħħ għall-importazzjonijiet tal-LAM li joriġinaw mir-RPĊ, probabbilment tirriżulta fir-rikorrenza tal-ħsara lill-industrija tal-Unjoni.

    G.   L-INTERESS TAL-UNJONI

    1.   Kumment preliminari

    (107)

    Taħt l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk iż-żamma tal-miżuri anti-dumping eżistenti tmurx kontra l-interess tal-Unjoni b’mod ġenerali.

    (108)

    Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq l-apprezzament tal-bosta interessi involuti, jiġifieri dawk tal-industrija tal-Unjoni, tal-importaturi u tal-utenti.

    (109)

    Fl-investigazzjonijiet oriġinali, l-adozzjoni tal-miżuri ma kinitx meqjusa bħala kontra l-interess tal-Unjoni. Barra minn hekk, din l-investigazzjoni hija reviżjoni ta’ skadenza, u b’hekk tanalizza sitwazzjoni fejn il-miżuri anti-dumping qegħdin fis-seħħ.

    (110)

    Abbażi ta’ dan ġie eżaminat jekk, minkejja l-konklużjoni dwar il-probabbiltà tar-rikorrenza ta’ dumping u ta’ ħsara, kienx hemm raġunijiet konvinċenti li jwasslu għall-konklużjoni li mhuwiex fl-interess tal-Unjoni li jinżammu l-miżuri f’dan il-każ partikolari.

    2.   L-interess tal-industrija tal-Unjoni

    (111)

    It-tkomplija tal-miżuri anti-dumping fuq l-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat iżżid il-possibbiltà għall-industrija tal-Unjoni li tilħaq livell raġonevoli ta’ profittabbiltà, billi tgħin sabiex ikun evitat li l-industrija tal-Unjoni titkeċċa mis-suq minn volumi sostanzjali ta’ importazzjonijiet mir-RPĊ.

    (112)

    Tabilħaqq, hemm probabbiltà ċara ta’ rikorrenza ta’ dumping ta’ ħsara f’volumi sostanzjali għalih l-industrija tal-Unjoni ma tiflaħx. Għaldaqstant, l-industrija tal-Unjoni tkompli tibbenefika miż-żamma tal-miżuri anti-dumping attwali.

    (113)

    Għalhekk ġie konkluż li ż-żamma tal-miżuri anti-dumping kontra r-RPĊ tkun kjarament fl-interess ċar tal-industrija tal-Unjoni.

    3.   L-interess tal-importaturi u l-utenti

    (114)

    Kif inhu indikat hawn fuq, l-ebda wieħed mill-importaturi mhux relatati u identifikati ma ressaq tweġibiet għall-kwestjonarji. L-importaturi tal-LAM normalment ikunu wkoll utenti tal-prodott ikkonċernat billi jużawh għall-produzzjoni tal-fajls tat-tip lever arch (“LAF”).

    (115)

    Diversi utenti, jiġifieri produtturi tal-LAF, ippreżentaw ruħhom tul l-investigazzjoni. Utent wieħed biss provda tweġiba għall-kwestjonarju li, minħabba l-kwalità tad-dejta mressqa, setgħet tiġi vverifikata biss sa ċertu punt waqt iż-żjara ta’ verifika.

    (116)

    L-utent li ġie verifikat iddikjara li l-miżuri anti-dumping għandhom jiġu imposti wkoll fuq l-importazzjonijiet tal-LAF mir-RPĊ. Iżda, dawn id-dikjarazzjonijiet ma kinux issostanzjati b’evidenza ta’ appoġġ.

    (117)

    Żewġ utenti esprimew l-oppożizzjoni tagħhom għaż-żamma tal-miżuri. Madankollu, l-allegazzjonijiet tagħhom ma kinux sostanzjati.

    (118)

    Min-naħa l-oħra, l-analiżi wriet ukoll li jekk iċ-Ċina ssir l-uniku fornitur tal-LAM minħabba r-revoka tal-miżuri, il-pożizzjoni tal-produtturi tal-fajls tat-tip lever arch tkun ipperikolata wkoll minħabba li ma jkunx hemm kompetizzjoni fis-suq dinji tal-LAM. Kien għalhekk ikkunsidrat li l-miżuri eżistenti jikkontribwixxu għall-varjetà fil-provvista u l-kompetizzjoni fis-suq dinji tal-LAM, li fl-aħħar mill-aħħar huma fl-interess tal-utenti.

    (119)

    Tliet utenti oħra li jużaw biss il-LAM prodotti fl-Unjoni baqgħu newtrali u wieħed minnhom esprima l-appoġġ tiegħu għaż-żamma tal-miżuri.

    (120)

    Minħabba li l-ispiża tal-LAM tirrappreżenta perċentwal minimu tal-prezz bl-imnut tal-LAF, il-miżuri prattikament ma għandhomx effett, jekk ikun hemm effett, fuq il-prezz tal-prodott finali (LAF), u għaldaqstant ma għandhomx impatt fuq il-konsumaturi finali.

    4.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

    (121)

    B’kont meħud tal-fatturi kollha deskritti hawn fuq, ġie konkluż li ma hemmx raġunijiet sodi biżżejjed kontra ż-żamma tal-miżuri anti-dumping attwali.

    H.   MIŻURI ANTI-DUMPING

    (122)

    Il-partijiet kollha ġew mgħarrfa bil-fatti essenzjali u l-kunsiderazzjonijiet li abbażi tagħhom kien maħsub li jiġi rakkomandat li jinżammu l-miżuri eżistenti. Dawn ingħataw ukoll perjodu li fih setgħu jagħmlu rappreżentazzjonijiet wara dan l-iżvelar. Il-kummenti u s-sottomissjonijiet ġew analizzati iżda ma wasslux għal bidla fil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom ġie deċiż li jinżammu l-miżuri anti-dumping.

    (123)

    Minn dak li ntqal fuq jirriżulta li, kif previst mill-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, l-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet tal-mekkaniżmi tat-tip lever arch u li joriġinaw mir-RPĊ għandhom jinżammu,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    1.   B’dan huwa impost dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-mekkaniżmi tat-tip lever arch li ġeneralment jintużaw għall-arkivjar ta’ karti u dokumenti oħra f’binders jew f’fajls li attwalment għandhom il-kodiċi NM ex 8305 10 00 (il-kodiċi TARIC 8305100050) u li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. Dawn il-mekkaniżmi tat-tip lever arch jikkonsistu minn elementi metalliċi robusti (normalment tnejn) f’forma ta’ arkata fuq pjanċa tad-dahar u li jkollhom tal-anqas molla waħda tal-ftuħ li tippermetti li jiddaħħlu u jiġu ffajljati karti u dokumenti oħra.

    2.   Ir-rata tad-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-prezz nett, liberu fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodotti deskritti fil-paragrafu 1 u manifatturati mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandha tkun din li ġejja:

    Manifattur

    Dazju anti-dumping

    Kodiċi addizzjonali TARIC

    Dongguan Nanzha Leco Stationary

    The First Industrial Camp, Nanzha, Humen, Dongguan, iċ-Ċina

    27,1  %

    A729

    Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

    47,4  %

    A999

    3.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ fir-rigward tad-dazji doganali.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Awwissu 2012.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    A. D. MAVROYIANNIS


    (1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

    (2)  ĠU L 205, 27.7.2006, p. 1.

    (3)  ĠU C 5, 8.1.2011, p. 11.

    (4)  ĠU C 217, 23.7.2011, p. 35.


    4.9.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 238/16


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 797/2012

    tat-3 ta’ Settembru 2012

    li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

    (2)

    Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Settembru 2012.

    Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

    José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

    Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


    (1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

    (2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


    ANNESS

    Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

    (EUR/100 kg)

    Kodiċi tan-NM

    Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

    Valur standard tal-importazzjoni

    0702 00 00

    MK

    74,3

    TR

    76,8

    ZZ

    75,6

    0707 00 05

    MK

    48,7

    TR

    95,4

    ZZ

    72,1

    0709 93 10

    TR

    108,7

    ZZ

    108,7

    0805 50 10

    AR

    100,5

    CL

    88,4

    TR

    97,0

    UY

    100,3

    ZA

    93,5

    ZZ

    95,9

    0806 10 10

    BA

    56,0

    CL

    196,9

    EG

    210,9

    TR

    136,6

    ZZ

    150,1

    0808 10 80

    AR

    114,4

    BR

    93,7

    CL

    142,3

    NZ

    126,5

    US

    170,1

    ZA

    99,7

    ZZ

    124,5

    0808 30 90

    CN

    78,2

    TR

    135,4

    ZA

    117,5

    ZZ

    110,4

    0809 30

    TR

    160,5

    ZZ

    160,5

    0809 40 05

    BA

    62,6

    HR

    73,9

    IL

    73,7

    MK

    67,5

    XS

    82,8

    ZZ

    72,1


    (1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


    Top