EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document L:2011:115:FULL

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, L 115, 5 ta' Mejju 2011


Display all documents published in this Official Journal
 

ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2011.115.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 115

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 54
5 ta' Mejju 2011


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 432/2011 tal-4 ta’ Mejju 2011 li ma jagħtix kunsens li jiġu awtorizzati ċerti stqarrijiet li jirrigwardaw l-effetti tal-prodotti tal-ikel fuq is-saħħa, ħlief dawk li jirreferu għal tnaqqis ta’ riskju ta’ mard u ta’ riskju għall-iżvilupp u għas-saħħa tat-tfal ( 1 )

1

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 433/2011 tal-4 ta’ Mejju 2011 li jemenda l-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 669/2009 li jimplementa r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjoni ta’ ċertu għalf u ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali ( 1 )

5

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 434/2011 tal-4 ta’ Mejju 2011 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

11

 

 

IV   Atti adottati qabel l-1 ta' Diċembru 2009, skont it-Trattat tal-KE, it-Trattat tal-UE u t-Trattat Euratom

 

*

Deċiżjoni tal-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA Nru 254/09/COL tal-10 ta’ Ġunju 2009 li temenda, għall-71 darba, ir-regoli proċedurali u sostantivi fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat bl-introduzzjoni ta’ kapitolu ġdid dwar l-infurzar tal-liġi tal-għajnuna mill-Istat mill-qrati nazzjonali

13

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

5.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 115/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 432/2011

tal-4 ta’ Mejju 2011

li ma jagħtix kunsens li jiġu awtorizzati ċerti stqarrijiet li jirrigwardaw l-effetti tal-prodotti tal-ikel fuq is-saħħa, ħlief dawk li jirreferu għal tnaqqis ta’ riskju ta’ mard u ta’ riskju għall-iżvilupp u għas-saħħa tat-tfal

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 18(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 l-istqarrijiet li jsiru rigward l-effetti tal-ikel fuq is-saħħa huma ipprojbiti sakemm dawn ma jkunux awtorizzati mill-Kummissjoni b’konformità ma’ dan ir-Regolament u ma jkunux inklużi f’lista ta’ stqarrijiet permessi.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 jistipula wkoll li l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet ta’ stqarrijiet dwar is-saħħa jistgħu jiġu sottomessi minn operaturi tan-negozju tal-ikel lill-awtorità nazzjonali kompetenti ta’ Stat Membru. L-awtorità kompetenti nazzjonali għandha tressaq l-applikazzjonijiet validi lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA), minn hawn 'il quddiem imsejħa l-Awtorità.

(3)

Wara li tirċievi applikazzjoni, l-Awtorità għandha tgħarraf minnufih lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni u tagħti opinjoni dwar l-istqarrija kkonċernata li tirrigwarda s-saħħa.

(4)

Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar l-awtorizzazzjoni ta’ stqarrijiet dwar is-saħħa filwaqt li tqis l-opinjoni mogħtija mill-Awtorità.

(5)

Wara applikazzjoni mingħand Gencor Pacific Inc, imressqa fl-10 ta’ Novembru 2009, skont l-Artikolu 13(5) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, l-Awtorità ntalbet tagħti opinjoni rigward stqarrija dwar is-saħħa marbuta mal-effetti ta’ estratt bl-etanol u bl-ilma ta’ Caralluma fimbriata (Slimaluma®) dwar l-għajnuna biex inaqqas iċ-ċirkonferenza tal-qadd (Mistoqsija Nru EFSA-Q-2010-00027) (2). L-istqarrija proposta mill-applikant kienet tgħid dan li ġej: “Is-Slimaluma® jgħin biex inaqqas iċ-ċirkonferenza tal-qadd”.

(6)

Fit-12 ta’ Mejju 2010 u fit-18 ta’ Mejju 2010, il-Kummissjoni u l-Istati Membri rċevew rispettivament l-opinjoni xjentifika tal-Awtorità u l-emenda tagħha, li kkonkludiet li abbażi tad-dejta mressqa, ma kenitx ġiet stabbilita rabta ta’ kawża u effett bejn il-konsum tas-Slimaluma® u l-effett fiżjoloġiku benefiċjali kif definit mill-Awtorità, jiġifieri, it-tnaqqis taċ-ċirkonferenza tal-qadd li jwassal għal titjib fl-effetti negattivi fuq is-saħħa li huma assoċjati ma’ xaħam żejjed addominali. Għaldaqstant, billi l-istqarrija ma tikkonformax mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, ma għandhiex tiġi awtorizzata.

(7)

Wara applikazzjoni mingħand Gencor Pacific Inc, imressqa fl-10 ta’ Novembru 2009, skont l-Artikolu 13(5) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, l-Awtorità ntalbet tagħti opinjoni rigward stqarrija dwar is-saħħa marbuta mal-effetti ta’ estratt bl-etanol u bl-ilma ta’ Caralluma fimbriata (Slimaluma®) dwar l-għajnuna biex inaqqas ix-xaħam tal-ġisem (Mistoqsija Nru EFSA-Q-2010-00028) (3). L-istqarrija proposta mill-applikant kienet tgħid dan li ġej: “Is-Slimaluma® jgħin biex inaqqas ix-xaħam tal-ġisem”.

(8)

Fit-12 ta’ Mejju 2010, il-Kummissjoni u l-Istati Membri rċevew l-opinjoni xjentifika tal-Awtorità li kkonkludiet li abbażi tad-dejta mressqa, ma kenitx ġiet stabbilita rabta ta’ kawża u effett bejn il-konsum tas-Slimaluma® u l-effett mistqarr. Għaldaqstant, billi l-istqarrija ma tikkonformax mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, ma għandhiex tiġi awtorizzata.

(9)

Wara applikazzjoni mingħand Gencor Pacific Inc, imressqa fl-10 ta’ Novembru 2009, skont l-Artikolu 13(5) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, l-Awtorità ntalbet tagħti opinjoni rigward stqarrija dwar is-saħħa marbuta mal-effetti ta’ estratt bl-etanol u bl-ilma ta’ Caralluma fimbriata (Slimaluma®) dwar l-għajnuna biex inaqqas il-piż tal-ġisem (Mistoqsija Nru EFSA-Q-2010-00029) (4). L-istqarrija proposta mill-applikant kienet tgħid dan li ġej: “Is-Slimaluma® jgħin biex inaqqas il-piż tal-ġisem”.

(10)

Fit-12 ta’ Mejju 2010, il-Kummissjoni u l-Istati Membri rċevew l-opinjoni xjentifika tal-Awtorità li kkonkludiet li abbażi tad-dejta mressqa, ma kenitx ġiet stabbilita rabta ta’ kawża u effett bejn il-konsum tas-Slimaluma® u l-effett mistqarr. Għaldaqstant, billi l-istqarrija ma tikkonformax mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, ma għandhiex tiġi awtorizzata.

(11)

Wara applikazzjoni mingħand Gencor Pacific Inc, imressqa fl-10 ta’ Novembru 2009, skont l-Artikolu 13(5) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, l-Awtorità ntalbet tagħti opinjoni rigward stqarrija dwar is-saħħa marbuta mal-effetti ta’ estratt bl-etanol u bl-ilma ta’ Caralluma fimbriata (Slimaluma®) dwar l-għajnuna biex inaqqas il-konsum ta’ ikel li jagħti l-enerġija (Mistoqsija Nru EFSA-Q-2010-00030) (5). L-istqarrija proposta mill-applikant kienet tgħid dan li ġej: “Is-Slimaluma® jgħin biex inaqqas il-konsum tal-kaloriji”.

(12)

Fit-12 ta’ Mejju 2010, il-Kummissjoni u l-Istati Membri rċevew l-opinjoni xjentifika tal-Awtorità li kkonkludiet li abbażi tad-dejta mressqa, ma kenitx ġiet stabbilita rabta ta’ kawża u effett bejn il-konsum tas-Slimaluma® u l-effett mistqarr. Għaldaqstant, billi l-istqarrija ma tikkonformax mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, ma għandhiex tiġi awtorizzata.

(13)

Wara applikazzjoni mingħand Gencor Pacific Inc, imressqa fl-10 ta’ Novembru 2009, skont l-Artikolu 13(5) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, l-Awtorità ntalbet tagħti opinjoni rigward stqarrija dwar is-saħħa marbuta mal-effetti ta’ estratt bl-etanol u bl-ilma ta’ Caralluma fimbriata (Slimaluma®) dwar l-għajnuna biex jikkontrolla l-ġuħ/inaqqas l-aptit (Mistoqsija Nru EFSA-Q-2010-00031) (6). L-istqarrija proposta mill-applikant kienet tgħid dan li ġej: “Is-Slimaluma® jgħin biex jikkontrolla l-ġuħ/inaqqas l-aptit”.

(14)

Fit-12 ta’ Mejju 2010, il-Kummissjoni u l-Istati Membri rċevew l-opinjoni xjentifika tal-Awtorità li kkonkludiet li abbażi tad-dejta mressqa, ma kenitx ġiet stabbilita rabta ta’ kawża u effett bejn il-konsum tas-Slimaluma® u l-effett fiżjoloġiku benefiċjali kif iddefinit mill-Awtorità, jiġifieri t-tnaqqis tal-aptit li jwassal għal tnaqqis fil-konsum ta’ ikel li jagħti l-enerġija. Għaldaqstant, billi l-istqarrija ma tikkonformax mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, ma għandhiex tiġi awtorizzata.

(15)

Wara applikazzjoni mingħand Leiber GmbH, imressqa fit-2 ta’ Ottubru 2009, skont l-Artikolu 13(5) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, l-Awtorità ntalbet tagħti opinjoni rigward stqarrija dwar is-saħħa marbuta mal-effetti tal-Yestimun® fuq reazzjonijiet ta’ immunità għall-mard (Mistoqsija Nru EFSA-Q-2008-667). (7) L-istqarrija proposta mill-applikant kienet tgħid, fost affarijiet oħra, dan li ġej: “Jekk wieħed jieħu l-Yestimun® kuljum, il-ġisem ikun jiflaħ għall-mard fi żmien il-kesħa”.

(16)

Fis-27 ta’ Mejju 2010, il-Kummissjoni u l-Istati Membri rċevew l-opinjoni xjentifika tal-Awtorità li kkonkludiet li abbażi tad-dejta mressqa, ma kenitx ġiet stabbilita rabta ta’ kawża u effett bejn il-konsum tal-Yestimun® u l-bidu ta’ reazzjonijiet ta’ immunità naturali u adattivi naturali. Għaldaqstant, billi l-istqarrija ma tikkonformax mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, ma għandhiex tiġi awtorizzata.

(17)

Wara applikazzjoni mingħand Laboratoires innéov SNC, imressqa fit-30 ta’ Diċembru 2008, skont l-Artikolu 13(5) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, l-Awtorità ntalbet tagħti opinjoni rigward stqarrija dwar is-saħħa marbuta mal-effetti taż-żejt taż-żerriegħa tar-ribes (Ribes nigrum), taż-żejt tal-ħuta, tal-likopene mill-estratt tat-tadam (Lycopersicon esculentum), tal-vitamina Ċ u l-vitamina E dwar it-titjib tal-kundizzjon ta’ ġilda niexfa (Mistoqsija Nru EFSA-Q-2009-00767) (8). L-istqarrija proposta mill-applikant kienet tgħid, fost affarijiet oħra, dan li ġej: “Jgħin biex itejjeb il-kundizzjoni ta’ ġilda niexfa”.

(18)

Fil-25 ta’ Mejju 2010, il-Kummissjoni u l-Istati Membri rċevew l-opinjoni xjentifika tal-Awtorità, fejn ikkonkludiet li abbażi tad-dejta mressqa, ma kenitx ġiet stabbilita rabta ta’ kawża u effett bejn il-konsum ta’ taħlita ta’ żejt taż-żerriegħa tar-ribes (Ribes nigrum) iż-żejt tal-ħuta, il-likopene mill-estratt tat-tadam (Lycopersicon esculentum), il-vitamina Ċ u l-vitamina E u l-effett mistqarr. Għaldaqstant, billi l-istqarrija ma tikkonformax mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, ma għandhiex tiġi awtorizzata.

(19)

Il-kummenti mill-applikanti u l-membri tal-pubbliku li rċeviet il-Kummissjoni, skont l-Artikolu 16(6) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, ingħataw widen meta ġew previsti l-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament.

(20)

L-istqarrijiet dwar is-saħħa marbutin mas-Slimaluma® huma stqarrijiet dwar is-saħħa kif imsemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 u għaldaqstant huma soġġetti għall-perjodu ta’ transizzjoni stipulat fl-Artikolu 28(6) ta’ dan ir-Regolament. Minkejja dan, minħabba li l-applikazzjonijiet ma sarux qabel id-19 ta’ Jannar 2008, il-kundizzjoni stipulata fil-punt (b) tal-Artikolu 28(6) ta’ dan ir-Regolament ma ġietx sodisfatta, u għalhekk dawn l-istqarrijiet ma jistgħux jibbenefikaw mill-perjodu ta’ transizzjoni stipulat f'dan l-Artikolu.

(21)

L-istqarrijiet dwar is-saħħa marbutin mal-Yestimun®, u maż-żejt taż-żerriegħa tar-ribes (Ribes nigrum), maż-żejt tal-ħuta, mal-likopene mill-estratt tat-tadam (Lycopersicon esculentum), mal-vitamina Ċ u l-vitamina E, huma stqarrijiet dwar is-saħħa kif imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 u għaldaqstant huma soġġetti għall-perjodu ta’ transizzjoni stipulat fl-Artikolu 28(5) ta’ dan ir-Regolament. Minħabba li l-Awtorità kkonkludiet li ma ġewx stabbiliti rabtiet ta’ kawża u effett bejn dawn l-oġġetti tal-ikel u l-effetti rispettivi mistqarra tagħhom, dawn iż-żewġ stqarrijiet ma jikkonformawx mar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, u għaldaqstant ma jistgħux jibbenefikaw mill-perjodu ta’ transizzjoni stipulat f'dan l-Artikolu.

(22)

Biex jiżguraw li dan ir-Regolament jiġi sodisfatt b'mod sħiħ, kemm l-operaturi tan-negozju tal-ikel, kif ukoll l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jaċċertaw li, mhux aktar tard minn sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-prodotti li fuqhom hemm l-istqarrijiet elenkati fl-Anness tiegħu ma jkunux għadhom jidhru fis-suq.

(23)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponewhom,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-istqarrijiet dwar is-saħħa stabbiliti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament ma għandhomx jiġu inklużi fil-lista tal-Unjoni ta’ stqarrijiet permessi stipulati fl-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006.

B'danakollu, il-prodotti li fuqhom jidhru dawn l-istqarrijiet dwar is-saħħa li kienu nħarġu fis-suq jew ġew ittikkettati qabel id-data msemmija fl-Artikolu 2 jistgħu jibqgħu fis-suq għal perjodu massimu ta’ sitt xhur wara dik id-data.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Mejju 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 404, 30.12.2006, p. 9.

(2)  The EFSA Journal 2010; 8 (5):1602.

(3)  The EFSA Journal 2010; 8 (5):1602.

(4)  The EFSA Journal 2010; 8 (5):1604.

(5)  The EFSA Journal 2010; 8 (5):1605.

(6)  The EFSA Journal 2010; 8 (5):1606.

(7)  The EFSA Journal 2010; 8 (5):1607.

(8)  The EFSA Journal 2010; 8 (5):1608.


ANNESS

Stqarrijiet dwar is-saħħa miċħuda

Applikazzjoni – Dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006

Nutrijent, sustanza, ikel jew kategorija ta’ ikel

Stqarrija

Referenza tal-opinjoni tal-EFSA

l-Artikolu 13(5) Stqarrija dwar is-saħħa bbażata fuq evidenza xjentifika żviluppata reċentement u/jew li tinkludi talba għall-ħarsien ta’ dejta patentata

Estratt bl-etanol u bl-ilma ta’ Caralluma fimbriata (Slimaluma®)

Is-Slimaluma® jgħin biex inaqqas iċ-ċirkonferenza tal-qadd

Q-2010-00027

l-Artikolu 13(5) Stqarrija dwar is-saħħa bbażata fuq evidenza xjentifika żviluppata reċentement u/jew li tinkludi talba għall-ħarsien ta’ dejta patentata

Estratt bl-etanol u bl-ilma ta’ Caralluma fimbriata (Slimaluma®)

Is-Slimaluma® jgħin biex inaqqas ix-xaħam tal-ġisem

Q-2010-00028

l-Artikolu 13(5) Stqarrija dwar is-saħħa bbażata fuq evidenza xjentifika żviluppata reċentement u/jew li tinkludi talba għall-ħarsien ta’ dejta patentata

Estratt bl-etanol u bl-ilma ta’ Caralluma fimbriata (Slimaluma®)

Is-Slimaluma® jgħin biex inaqqas il-piż tal-ġisem

Q-2010-00029

l-Artikolu 13(5) Stqarrija dwar is-saħħa bbażata fuq evidenza xjentifika żviluppata reċentement u/jew li tinkludi talba għall-ħarsien ta’ dejta patentata

Estratt bl-etanol u bl-ilma ta’ Caralluma fimbriata (Slimaluma®)

Is-Slimaluma® jgħin biex inaqqas il-konsum tal-kaloriji

Q-2010-00030

l-Artikolu 13(5) Stqarrija dwar is-saħħa bbażata fuq evidenza xjentifika żviluppata reċentement u/jew li tinkludi talba għall-ħarsien ta’ dejta patentata

Estratt bl-etanol u bl-ilma ta’ Caralluma fimbriata (Slimaluma®)

Is-Slimaluma® jgħin biex jikkontrolla l-ġuħ/inaqqas l-aptit

Q-2010-00031

l-Artikolu 13(5) Stqarrija dwar is-saħħa bbażata fuq evidenza xjentifika żviluppata reċentement u/jew li tinkludi talba għall-ħarsien ta’ dejta patentata

Yestimun®

Jekk wieħed jieħu l-Yestimun® kuljum, il-ġisem ikun jiflaħ għall-mard fi żmien il-kesħa

Q-2008-667

l-Artikolu 13(5) Stqarrija dwar is-saħħa bbażata fuq evidenza xjentifika żviluppata reċentement u/jew li tinkludi talba għall-ħarsien ta’ dejta patentata

Taħlita ta’ żejt taż-żerriegħa tar-ribes (Ribes nigrum), żejt tal-ħuta, likopene mill-estratt tat-tadam (Lycopersicon esculentum), vitamina Ċ u vitamina E

Jgħin biex itejjeb il-kundizzjoni ta’ ġilda niexfa.

Q-2009-00767


5.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 115/5


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 433/2011

tal-4 ta’ Mejju 2011

li jemenda l-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 669/2009 li jimplementa r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjoni ta’ ċertu għalf u ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009 (2) jistipula r-regoli li jikkonċernaw iż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali li jridu jitwettqu fuq l-importazzjoni ta’ ċertu għalf u ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali elenkati fl-Anness I, fil-punti tad-dħul fit-territorji msemmijin fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 882/2004.

(2)

L-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 jistipula li l-lista għandha tkun irriveduta regolarment, u mill-inqas kull tliet xhur, filwaqt li għandhom jitqisu, minn tal-inqas, is-sorsi ta’ informazzjoni msemmijin f'dan l-Artikolu.

(3)

L-okkorrenza u r-rilevanza ta’ inċidenti li jinvolvu l-ikel innotifikati permezz tas-Sistema ta’ Twissija Rapida għall-Għalf u għall-Ikel (RASFF), is-sejbiet tal-missjonijiet f'pajjiżi terzi li jitwettqu mill-Uffiċċju Alimentari u Veterinarju, kif ukoll ir-rapporti ta’ kull tliet xhur dwar il-konsenji ta’ għalf u ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali sottomessi lill-Kummissjoni mill-Istati Membri b'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 669/2009, jindikaw li jeħtieġ li tiġi emendata l-lista.

(4)

B'mod partikolari, il-lista għandha tkun emendata bit-tħassir tal-entrati dwar il-prodotti li għalihom is-sorsi ta’ informazzjoni jindikaw grad ġenerali sodisfaċenti ta’ konformità mal-ħtiġijiet rilevanti ta’ sigurtà previsti fil-liġijiet tal-Unjoni u li għalihom għalhekk livell ogħla ta’ kontroll uffiċjali ma għadux ġustifikat.

(5)

Barra minn hekk, ċerti prodotti oħrajn li dwarhom is-sorsi ta’ informazzjoni jindikaw ċertu nuqqas ta’ konformità mal-ħtiġijiet rilevanti ta’ sigurtà, u b'hekk jiġġustifikaw l-introduzzjoni ta’ livell ogħla ta’ kontrolli uffiċjali, għandhom ikunu inklużi fil-lista.

(6)

L-entrati fil-lista fil-każ ta’ ċerti importazzjonijiet mit-Turkija u t-Tajlandja għandhom, għaldaqstant, jiġu emendati skont dan.

(7)

Biex ikun hemm ċarezza fil-liġijiet tal-Unjoni, hemm bżonn li ssir preċiżjoni żgħira fil-lista rigward l-entrati tal-importazzonijiet ta’ okra mill-Indja u bżar ħelu mit-Turkija.

(8)

L-emenda fil-lista li tikkonċerna t-tħassir tar-referenzi għall-prodotti għandha tapplika mill-aktar fis possibbli peress li t-tħassib oriġinali dwar is-sigurtà ġie indirizzat. Bl-istess mod, dawk l-emendi għandhom japplikaw mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

(9)

Wara li jitqis in-numru ta’ emendi li hemm bżonn li jsiru fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009, huwa xieraq li jinbidel bit-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(10)

Ir-Regolament (KE) Nru 669/2009 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(11)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 għandu jinbidel bit-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2011.

Madankollu, it-tħassiriet tal-entrati fir-rigward tat-Turkija fil-każ taz-zukkini u l-lanġas għandhom japplikaw minn dakinhar tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Mejju 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.

(2)  ĠU L 194, 25.7.2009, p. 11.


ANNESS

“ANNESS I

(A)   Għalf u ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali li huma soġġetti għal livell ogħla ta’ kontrolli uffiċjali fil-punt tad-dħul magħżul

Għalf u ikel

(l-użu maħsub)

Kodiċi NM (1)

Pajjiż ta’ oriġini

Periklu

Frekwenza ta' kontrolli fiżiċi u tal-identità (%)

Karawett, bil-qoxra,

1202 10 90

L-Arġentina

Aflatossini

10

Karawett, bla qoxra

1202 20 00

Butir tal-karawett

2008 11 10

Karawett, ippreparat jew ippriżervat b’xi mod ieħor

2008 11 91 ; 2008 11 96 ; 2008 11 98

(Għalf u ikel)

 

Karawett, bil-qoxra,

1202 10 90

Il-Brażil

Aflatossini

10

Karawett, bla qoxra

1202 20 00

Butir tal-karawett

2008 11 10

Karawett, ippreparat jew ippriżervat b’xi mod ieħor

2008 11 91 ; 2008 11 96 ; 2008 11 98

(Għalf u ikel)

 

Taljarini mnixxfa

ex 1902

Ic-Ċina

L-aluminju

10

(Ikel)

Fażola twila jarda (Vigna unguiculata spp. sesquipedalis)

ex 0708 20 00 ; ex 0710 22 00

Ir-Repubblika Dominikana

Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta’ metodi multiresidwi bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b'metodi ta' residwi singulari (3)

50

Bettieħa morra

ex 0709 90 90 ; ex 0710 80 95

Lawki

ex 0709 90 90 ; ex 0710 80 95

Bżar aħmar (Capsicum spp)

0709 60 10 ; 0709 60 99 ; 0710 80 51 ; 0710 80 59

Brunġiel

0709 30 00 ; ex 0710 80 95

(Ikel – ħaxix frisk, imkessaħ jew iffriżat)

 

Larinġ (frisk jew imnixxef)

0805 10 20 ; 0805 10 80

L-Eġittu

Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta’ metodi multiresidwi bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b'metodi ta' residwi singulari (7)

10

Ħawħ

0809 30 90

Rummien

ex 0810 90 95

Frawli

0810 10 00

Fażola ħadra

ex 0708 20 00

(Ikel - frott u ħxejjex friski)

 

Karawett, bil-qoxra,

1202 10 90

Il-Gana

Aflatossini

50

Karawett, bla qoxra

1202 20 00

Butir tal-karawett

2008 11 10

(Għalf u Ikel)

 

Weraq tal-kari (Bergera/Murraya koenigii)

ex 1211 90 85

L-Indja

Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta’ metodi multiresidwi bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b'metodi ta' residwi Singulari (5)

10

(Ikel – ħwawar friski)

Bżar aħmar (Capsicum annuum); sħiħ

ex 0904 20 10

L-Indja

Aflatossini

50

Bżar aħmar (Capsicum annuum), imfarrak jew mitħun

ex 0904 20 90

Prodotti tal-bżar aħmar (kari)

0910 91 05

Noċemuskata (Myristica fragrans)

0908 10 00

Il-qoxra barranija tan-noċemuskata (Myristica fragrans)

0908 20 00

Żinżel (Zingiber officinale)

0910 10 00

Curcuma longa (żagħfran tal-Indja)

0910 30 00

(Ikel – ħwawar imnixxfin)

 

Karawett, bil-qoxra,

1202 10 90

L-Indja

Aflatossini

20

Karawett, bla qoxra

1202 20 00

Butir tal-karawett

2008 11 10

Karawett, ippreparat jew ippriżervat b’xi mod ieħor

2008 11 91 ; 2008 11 96 ; 2008 11 98

(Għalf u ikel)

 

Okra friska

ex 0709 90 90

L-Indja

Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta’ metodi multiresidwi bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b'metodi ta' residwi singulari (2)

10

(Ikel)

Dulliegħ (egusi, Citrullus lanatus) iż-żerriegħa u prodotti dderivati minnu

ex 1207 99 97 ; ex 1106 30 90 ; ex 2008 99 99 ;

In-Niġerja

Aflatossini

50

(Ikel)

Ross Basmati għall-konsum dirett mill-bniedem

ex 1006 30

Il-Pakistan

Aflatossini

20

(Ikel – ross mitħun)

Bżar aħmar (Capsicum annuum); sħiħ

ex 0904 20 10

Il-Peru

Aflatossini u Okratossina A

10

Bżar aħmar (Capsicum annuum), imfarrak jew mitħun

ex 0904 20 90

(Ikel – ħwawar imnixxfin)

 

Karawett, bil-qoxra,

1202 10 90

L-Afrika t’Isfel

Aflatossini

10

Karawett, bla qoxra

1202 20 00

Butir tal-karawett

2008 11 10

Karawett, ippreparat jew ippriżervat b’xi mod ieħor

2008 11 91 ; 2008 11 96 ; 2008 11 98

(Għalf u ikel)

 

Bżar aħmar frisk (Capsicum spp)

ex 0709 60 10 , ex 0710 80 51 ; ex 0709 60 99 , ex 0710 80 59

It-Tajlandja

Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta’ metodi multiresidwi bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b'metodi ta' residwi singulari (9)

10

(Ikel)

Weraq tal-kosbor

ex 0709 90 90

It-Tajlandja

Salmonella (6)

10

Ħabaq (tulsi - Ocimum tenuiflorum, ħabaq komuni)

ex 1211 90 85

Nagħniegħ

ex 1211 90 85

(Ikel – ħwawar friski)

 

Weraq tal-kosbor

ex 0709 90 90

It-Tajlandja

Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta’ metodi multiresidwi bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b'metodi ta' residwi singulari (4)

20

Ħabaq (tulsi - Ocimum tenuiflorum, ħabaq komuni)

ex 1211 90 85

(Ikel - ħwawar friski)

 

Fażola twila jarda

ex 0708 20 00 ; ex 0710 22 00

It-Tajlandja

Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta’ metodi multiresidwi bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b'metodi ta' residwi singulari (4)

50

Brunġiel

0709 30 00 ; ex 0710 80 95

Ħxejjex tal-ġeneru brassica

0704 ; ex 0710 80 95

(Ikel – ħaxix frisk, imkessaħ jew iffriżat)

 

Bżar ħelu (Capsicum annuum)

0709 60 10 ; 0710 80 51

It-Turkija

Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta’ metodi multiresidwi bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b'metodi ta' residwi singulari (8)

10

Tadam

0702 00 00 ; 0710 80 70

(Ikel - ħaxix frisk, imkessaħ jew iffriżat)

 

Għeneb imnixxef (frott tad-dielja)

0806 20

L-Uzbekistan

Okratossina A

50

(Ikel)

Bżar aħmar (Capsicum annuum), imfarrak jew mitħun

ex 0904 20 90

Il-pajjiżi terzi kollha

Żebgħat tas-Sudan

10

Prodotti tal-bżar aħmar (kari)

0910 91 05

Curcuma longa (żagħfran tal-Indja)

0910 30 00

(Ikel - ħwawar imnixxfin)

 

Żejt aħmar tal-palm

ex 1511 10 90

(Ikel)

 

(B)   Definizzjonijiet

Għall-fini ta' dan l-Anness, ‘Żebgħat tas-Sudan’ tirreferi għas-sustanzi kimiċi li ġejjin:

(i)

Is-Sudan I (Numru CAS 842-07-9);

(ii)

Is-Sudan II (Numru CAS 3118-97-6);

(iii)

Is-Sudan III (Numru CAS 85-86-9);

(iv)

L-Aħmar Skarlat; jew Sudan IV (Numru CAS 85-83-6).”


(1)  Fejn ikun meħtieġ li jkunu eżaminati biss ċerti prodotti li huma elenkati taħt kwalunkwe kodiċi NM u ma teżisti l-ebda sottodiviżjoni taħt dak il-kodiċi fin-nomenklatura tal-prodotti, il-kodiċi NM ikun immarkat ‘ex’ (pereżempju ex 1006 30: ir-ross Basmati għall-konsum dirett mill-bniedem biss huwa inkluż).

(2)  Partikolarment ir-residwi ta’: l-Aċefat, il-Metamidofos, it-Trijażofos, l-Endosulfan, il-Monokrotofos

(3)  Partikolarment ir-residwi ta’: l-Amitraz, l-Aċefat, l-Aldikarb, il-Benomil, il-Karbendazim, il-Klorfenapir, il-Klorpirifos, is-CS2 (id-Ditjokarbamati), id-Dijafentjuron, id-Diażinon, id-Diklorvos, id-Dikofol, id-Dimetoat, l-Endosulfan, il-Fenamidon, l-Imidakloprid, il-Malatjon, il-Metamidofos, il-Metjokarb, il-Metomil, il-Monokrotofos, l-Ometoat, l-Ossamil, il-Profenofos, il-Propikonażol, it-Tjabendażol, it-Tjakloprid.

(4)  Partikolarment ir-residwi ta’: il-Karbendażim, iċ-Ċiflutrin, iċ-Ċiprodinil, id-Djażinon, id-Dimetoat, l-Etjon, il-Fenitrotjon, il-Fenpropatrin, il-Fludjoksonil, il-Heksaflumuron, il-Lambda-ċiħalotrin, il-Metjokarb, il-Metomil, l-Ometoat, l-Oksamil, il-Fentoat, it-Tijofanat metil.

(5)  Partikolarment ir-residwi ta’: it-Trijażofos, l-Oxidemeton metil, il-Klorpirifos, l-Aċetamiprid, it-Tjametoksam, il-Klotjanidin, il-Metamidofos, l-Aċefat, il-Propargit, il-Monokrotofos.

(6)  Il-metodu ta' referenza EN/ISO 6579 jew metodu vvaliditat miegħu, kif imsemmi fl-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005 (ĠU L 338, 22.12.2005, p. 1).

(7)  Partikolarment ir-residwi ta’: l-Aċefat, il-Karbaril, il-Karbendażim, il-Karbofuran, il-Klorpirifos, il-Klorpirifos-metil, id-Dimetoat, l-Etjon, il-Malatjon, il-Metalaksil, il-Metamidofos, il-Metomil, il-Monokrotofos, l-Ometoat, il-Profenofos, il-Protjofos, il-Kwinalfos, it-Trijadimefon, it-Trijażofos, id-Dikrotofos, l-EPN, u t-Triforin.

(8)  Partikolarment ir-residwi ta’: il-Metomil, l-Oksamil, il-Karbendażim, il-Klofenteżin, id-Dijafenturon, id-Dimetoat, il-Formetanat, il-Malatjon, il-Proċimidon, it-Tetradifon, it-Tijofanat metil.

(9)  Partikolarment ir-residwi ta’: il-Karbofuran, il-Metomil, l-Ometoat, id-Dimetoat, it-Triażofu, il-Malatjon, il-Profenofu, il-Protjofu, l-Etjon, il-Karbendażim, it-Triforina, il-Proċimidon, il-Formetanat.


5.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 115/11


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 434/2011

tal-4 ta’ Mejju 2011

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-5 ta’ Mejju 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Mejju 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

JO

78,3

MA

36,6

TN

109,4

TR

82,9

ZZ

76,8

0707 00 05

TR

120,3

ZZ

120,3

0709 90 70

JO

78,3

MA

78,8

TR

105,4

ZZ

87,5

0709 90 80

EC

33,0

ZZ

33,0

0805 10 20

EG

49,1

IL

59,9

MA

44,1

TN

57,6

TR

67,8

ZZ

55,7

0805 50 10

TR

54,5

ZZ

54,5

0808 10 80

AR

96,6

BR

76,7

CL

80,3

CN

112,1

MA

86,7

NZ

93,2

US

127,4

UY

51,8

ZA

79,7

ZZ

89,4


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


IV Atti adottati qabel l-1 ta' Diċembru 2009, skont it-Trattat tal-KE, it-Trattat tal-UE u t-Trattat Euratom

5.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 115/13


DEĊIŻJONI TAL-AWTORITÀ TAS-SORVELJANZA TAL-EFTA

Nru 254/09/COL

tal-10 ta’ Ġunju 2009

li temenda, għall-71 darba, ir-regoli proċedurali u sostantivi fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat bl-introduzzjoni ta’ kapitolu ġdid dwar l-infurzar tal-liġi tal-għajnuna mill-Istat mill-qrati nazzjonali

L-AWTORITÀ TA’ SORVELJANZA TAL-EFTA (1),

WARA LI KKUNSIDRAT il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (2) u, b’mod partikolari, l-Artikoli 61 sa 63 u l-Protokoll 26 tiegħu,

WARA LI KKUNSIDRAT il-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar il-ħolqien ta’ Awtorità tas-Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja (3) u, b’mod partikolari, l-Artikolu 24 u l-Artikolu 5(2)(b) tiegħu,

BILLI taħt l-Artikolu 24 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, l-Awtorità għandha ddaħħal fis-seħħ id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim taż-ŻEE dwar l-għajnuna mill-Istat,

BILLI taħt l-Artikolu 5(2)(b) tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, l-Awtorità għandha toħroġ avviżi jew linji gwida dwar kwistjonijiet trattati fil-Ftehim taż-ŻEE, jekk dak il-Ftehim jew il-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti jipprovdu hekk espressament jew jekk l-Awtorità tqis li hu meħtieġ,

FILWAQT li tfakkar ir-Regoli Proċedurali u Sostantivi fil-Qasam tal-Għajnuna mill-Istat adottati fid-19 ta’ Jannar 1994 mill-Awtorità (4),

BILLI fil-25 ta’ Frar 2009, il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (minn hawn ‘il quddiem il-Kummissjoni tal-KE) adottat Avviż dwar l-infurzar tal-liġi dwar l-għajnuna mill-Istat mill-qrati nazzjonali (5),

BILLI din in-Notifika hija ta’ rilevanza wkoll għaż-Żona Ekonomika Ewropea,

BILLI applikazzjoni uniformi tar-regoli tal-għajnuna mill-Istat taż-ŻEE għandha tkun żgurata fiż-Żona Ekonomika Ewropea kollha,

BILLI, skont punt II taħt it-titolu “ĠENERALI” fl-aħħar tal-Anness XV tal-Ftehim taż-ŻEE, l-Awtorità għandha tadotta, wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni, atti li jikkorrispondu ma’ dawk li kienu adottati mill-Kummisssjoni Ewropea,

WARA LI KKONSULTAT mal-Kummissjoni Ewropea,

FILWAQT LI TFAKKAR li l-Awtorità, permezz ta’ ittra tat-22 ta’ April 2009, stiednet lill-Istati tal-EFTA sabiex iressqu kummenti dwar is-suġġett,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat għandhom jiġu emendati billi jiġi introdott kapitolu ġdid dwar l-infurzar tal-liġi tal-għajnuna mill-Istat mill-qrati nazzjonali. Il-kapitolu l-ġdid jinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-kapitolu eżistenti dwar il-koperazzjoni bejn il-qrati nazzjonali u l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA għandu jitħassar.

Artikolu 3

Il-verżjoni bl-Ingliż biss hija awtentika.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Ġunju 2009.

Għall-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA

Per SANDERUD

President

Kurt JÄGER

Membru tal-Kulleġġ


(1)  Minn hawn ‘il quddiem l-Awtorità.

(2)  Minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ il-Ftehim taż-ŻEE.

(3)  Minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ il-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti.

(4)  Il-Linji Gwida għall-applikazzjoni u l-interpretazzjoni tal-Artikoli 61 u 62 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE u l-Artikolu 1 tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, adottati u maħruġa mill-Awtorità fid-19 ta’ Jannar 1994, ippubblikati fil- Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ il-ĠU) L 231 3.9.1994 p. 1 u s-Suppliment ŻEE Nru 32 3.9.1994 p. 1. Il-Linji Gwida ġew emendati l-aħħar fit-22 ta’ April 2009. Minn hawn ‘il quddiem imsejħa l-Linji Gwida għall-Għajnuna mill-Istat. Il-verżjoni aġġornata tal-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat tinsab fuq is-sit tal-Internet tal-Awtorità:

http://www.eftasurv.int/fieldsofwork/fieldstateaid/guidelines/

(5)  ĠU C 85, 9.4.2009 p. 1.


ANNESS

INFURZAR TAL-LIĠI DWAR L-GĦAJNUNA MILL-ISTAT MILL-QRATI NAZZJONALI  (1)

INTRODUZZJONI

1.

Il-Kummissjoni Ewropea ħarġet avviż dwar l-infurzar tal-liġi dwar l-għajnuna mill-istat mill-qrati nazzjonali tal-istati membri tal-KE (2). Dan l-att li ma jorbotx fih prinċipji u regoli li l-Kummissjoni Ewropea ssegwi fil-qasam tal-għajnuna mill-istat. Jispjega wkoll il-modi kif il-koperazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-qrati nazzjonali tal-Istati Membri tal-KE hi maħsuba li sseħħ.

2.

L-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA (“l-Awtorità”) tqis li l-att imsemmi aktar ‘il fuq huwa relevanti għaż-ŻEE. Sabiex jinżammu kundizzjonijiet ugwali ta’ kompetizzjoni u tiġi assigurata l-applikazzjoni uniformi tar-regoli dwar l-għajnuna mill-istat taż-ŻEE madwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, l-Awtorità tadotta l-Kapitolu preżenti, filwaqt li tibqa’ dejjem konxja mill-indipendenza tal-qrati nazzjonali tal-Istati tal-EFTA.

3.

L-Awtorità hija impenjata li żżomm linja soda kontra l-għajnuna mill-istat illegali u inkompatibbli. Minkejja l-fatt li sal-lum l-infurzar privat ġenwin quddiem il-qrati nazzjonali kellu biss rwol relattivament limitat fl-għajnuna mill-Istat, il-Kummissjoni tqis li l-azzjonijiet ta’ infurzar privati jistgħu joffru vantaġġi konsiderevoli għall-politika dwar l-għajnuna mill-Istat. Il-proċedimenti quddiem il-qrati nazzjonali jagħtu lill-partijiet terzi l-opportunità sabiex, direttament fuq livell nazzjonali, jindirizzaw u jirriżolvu ħafna problemi li huma relatati mal-għajnuna mill-Istat. Minbarra dan, il-qrati nazzjonali jistgħu joffru lill-atturi rimedji effettivi ħafna fil-każ ta’ ksur tar-regoli tal-għajnuna mill-Istat. Min-naħa tiegħu, dan jista’ jikkontribwixxi għal dixxiplina ġenerali aktar b’saħħitha fir-rigward tal-għajnuna mill-Istat.

4.

L-għan ewlieni ta’ dan l-Avviż huwa għalhekk li jinforma lill-qrati nazzjonali u lil partijiet terzi dwar ir-rimedji disponibbli fil-każ ta’ ksur tar-regoli tal-għajnuna mill-Istat u sabiex ifornihom bi gwida dwar l-applikazzjoni prattika ta’ dawn ir-regoli. Barra minn hekk, l-Awtorità trid tiżviluppa l-koperazzjoni tagħha mal-qrati nazzjonali billi tintroduċi strumenti aktar prattiċi li jappoġġjaw lill-ġudikanti nazzjonali fix-xogħol tagħhom ta’ kuljum.

5.

Dan il-Kapitolu jissostitwixxi l-Kapitolu tal-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat tal-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA dwar il-koperazzjoni bejn il-qrati nazzjonali u l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat (3) u huwa bla ħsara għal kull interpretazzjoni tal-Ftehim taż-ŻEE u d-dispożizzjonijet regolatorji mill-Qorti tal-EFTA.

1.   RWOL TAL-QRATI NAZZJONALI FL-INFURZAR TAL-GĦAJNUNA MILL-ISTAT

1.1.   Kwistjonijiet Ġenerali

1.1.1.   Identifikazzjoni tal-għajnuna mill-Istat

6.

L-ewwel mistoqsija li l-qrati nazzjonali u l-atturi potenzjali jiffaċċjaw hija jekk il-miżura kkonċernata fil-fatt tikkostitwix għajnuna mill-istat skont it-tifsira tal-Artikolu 61 tal-Ftehim taż-ŻEE.

7.

L-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE jkopri “kull għajnuna mogħtija minn Stati Membri tal-KE, Stati tal-EFTA jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat ta’ kwalunkwe tip, li twassal għal tfixkil jew theddida ta’ tfixkil għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta’ ċerti prodotti, safejn tolqot il-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti”.

8.

Il-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat mhux limitat għas-sussidji (4). Dan jinkludi wkoll, inter alia, konċessjonijiet ta’ taxxa u investimenti minn fondi pubbliċi magħmula f’ċirkostanzi li fihom investitur privat ma kienx jagħti s-sostenn tiegħu (5). Jekk l-għajnuna ngħatatx direttament mill-Istat jew minn korpi pubbliċi jew privati stabbiliti jew maħtura minnu sabiex jamministraw l-għajnuna huwa immaterjali f’dan ir-rigward (6). Iżda, sabiex is-sostenn pubbliku jkun jista’ jiġi kklassifikat bħala għajnuna mill-Istat, l-għajnuna jeħtiġilha tiffavorixxi ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta’ ċerti oġġetti (“selettività”), bil-maqlub tal-miżuri ġenerali li għalihom l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE ma japplikax (7). Barra minn hekk, l-għajnuna trid tfixkel jew thedded li tfixkel il-kompetizzjoni u jrid ikollha effett fuq il-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim taż-ŻEE (8).

9.

Il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-EFTA u l-qrati tal-Komunità Ewropea (9) u d-deċiżjonijiet meħuda mill-Awtorità u l-Kummissjoni Ewropea ta’ sikwit indirizzaw il-kwistjoni ta’ jekk ċerti miżuri jikkwalifikawx bħala għajnuna mill-istat. Minbarra dan, l-Awtorità ħarġet linji gwida dettaljati dwar serje ta’ kwistjionijet kumplessi, bħall-applikazzjoni tal-prinċipju tal-investitur privat (10) u t-test tal-kreditur privat (11), iċ-ċirkustanzi li fihom il-garanziji mill-istat għandhom jitqiesu bħala għajnuna mill-istat (12), it-trattament tal-bejgħ tal-art pubblika (13), l-assigurazzjoni tal-krediti tal-esportazzjoni (14), l-intaxxar dirett tal-impriżi (15), l-investimenti tal-kapital tar-riskju (16), u l-għajnuna mill-istat għar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni (17). Minbarra dan, ir-Regolament tal-Kummissjoni dwar l-għajnuna taħt il-limiti de minimis (18) ġie inkorporat fil-Ftehim taż-ŻEE. Il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-EFTA u tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja, il-gwida mill-Awtorità u l-prattika tat-teħid tad-deċiżjonijiet jistgħu jipprovdu għajnuna siewja ħafna lill-qrati nazzjonali u lill-atturi potenzjali dwar il-kunċett tal-għajnuna mill-istat.

10.

Fejn jeżistu dubji dwar il-kwalifikazzjoni tal-għajnuna mill-Istat, il-qrati nazzjonali jistgħu jitolbu lill-Awtorità opinjoni taħt it-taqsima 2 ta’ dan il-Kapitolu. Dan huwa mingħajr ħsara għal-possibiltà għal qorti nazzjonali li tirreferi l-każ lill-Qorti tal-EFTA għal opinjoni konsultattiva taħt l-Artikolu 34 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti.

1.1.2.   L-obbligu ta’ waqfien totali

11.

Skont l-aħħar sentenza tal-Artikolu 1(3) fil-Parti I tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, l-Istati tal-EFTA m’għandhomx jimplimentaw miżuri ta’ għajnuna mill-Istat mingħajr l-approvazzjoni minn qabel tal-Awtorità (l-obbligu ta’ waqfien totali):

“L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandha tkun infurmata, fi żmien biżżejjed qabel biex jippermettilha li tippreżenta l-kummenti tagħha, b’kull intenzjoni li tingħata, jew li tkun modifikata, xi għajnuna. Jekk hi tikkonsidra li kwalunkwe pjan bħal dan ma jkunx kompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim taż-ŻEE wara li tikkunsidra l-Artikolu 61 tal-Ftehim taż-ŻEE, għandha mingħajr telf ta’ żmien tibda l-proċedura msemmija fil-paragrafu 2. L-Istat ikkonċernat m’għandux jimplimenta l-miżuri proposti tiegħu sakemm il-proċedura ma tirriżultax f’deċiżjoni finali”. (19)

12.

Madankollu, hemm diversi ċirkostanzi li fihom l-għajnuna mill-Istat tista’ tiġi implimentata b’mod legali mingħajr approvazzjoni separata mill-Awtorità:

(a)

Dan huwa l-każ fejn il-miżura tkun koperta mir-Regolament ta’ Eżenzjoni Ġenerali ta’ Kategorija (20). Fejn miżura tissodisfa r-rekwiżiti kollha tar-Regolament ta’ Eżenzjoni Ġenerali ta’ Kategorija, l-Istat tal-EFTA jinħeles mill-obbligu tiegħu li jinnotifika l-miżura ta’ għajnuna ppjanata u l-obbligu ta’ waqfien totali ma japplikax.

(b)

Bl-istess mod, l-għajnuna diġà eżistenti (21) mhijiex soġġetta għall-obbligu ta’ waqfien totali. Dan jinkludi, fost l-oħrajn, għajnuna mogħtija taħt skema li kienet teżisti qabel l-adeżjoni ta’ Stat tal-EFTA mal-Ftehim taż-ŻEE jew taħt skema li kienet ġiet approvata qabel mill-Awtorità (22).

13.

Il-proċedimenti f’qorti nazzjonali dwar materji relatati mal-għajnuna mill-Istat jistgħu xi drabi jirrigwardaw l-applikabbiltà tar-Regolament ta’ Eżenzjoni Ġenerali ta’ Kategorija u/jew skema ta’ għajnuna eżistenti jew approvata. Meta l-applikabilità tar-Regolament jew skema tkun f’riskju, il-qorti nazzjonali tista’ biss tivvaluta jekk il-kundizzjonijiet kollha tar-Regolament jew skema ġewx sodisfatti. Ma tistax tivvaluta l-kompatibilità ta’ miżura ta’ għajnuna fejn dan mhux il-każ, peress li din il-valutazzjoni hi r-responsabbilità esklussiva tal-Awtorità (23).

14.

Jekk il-qorti nazzjonali teħtieġ li tiddetermina jekk il-miżura taqax taħt skema approvata ta’ għajnuna, hi tista’ biss tivverifika jekk il-kundizzjonijiet kollha tad-deċiżjoni ta’ approvazzjoni humiex sodisfatti. Fejn il-kwistjonijiet li tqajmu f’livell nazzjonali jirrigwardaw il-validità ta’ deċiżjoni tal-Awtorità, il-qorti nazzjonali għandha tibbaża ruħha fuq il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 34 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti (24). Il-possibilità li tiġi sfidata l-validità tad-deċiżjoni sottostanti tal-Awtorità permezz ta’ opinjoni konsultattiva, madankollu, ma tibqax disponibbli fejn l-attur seta’ mingħajr dubju jisfida d-deċiżjoni quddiem il-Qorti tal-EFTA taħt l-Artikolu 36 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, iżda naqas li jagħmel dan (25).

15.

Il-qorti nazzjonali tista’ titlob lill-Awtorità għal opinjoni taħt it-taqsima 2 tal-Kapitolu preżenti jekk din ikollha dubji rigward l-applikabbilità tar-Regolament ta’ Eżenzjoni Ġenerali ta’ Kategorija jew ta’ skema ta’ għajnuna eżistenti jew approvata.

1.1.3.   Rwoli rispettivi tal-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA u l-qrati nazzjonali

16.

Kemm il-qrati nazzjonali u kif ukoll l-Awtorità għandhom rwoli essenzjali, iżda differenti, fil-kuntest tal-infurzar tal-għajnuna mill-istat (26).

17.

Ir-rwol ewlieni tal-Awtorità huwa li teżamina l-kompatibbilità tal-miżuri għall-għajnuna proposti mal-funzjonament tal-Ftehim taż-ŻEE, ibbażata fuq il-kriterji stipulati fl-Artikolu 61(2) u (3) tal-Ftehim. Din il-valutazzjoni tal-kompatibbilità hija r-responsabbiltà esklużiva tal-Kummissjoni, suġġetta għar-reviżjoni mill-qrati tal-EFTA. Il-Qrati nazzjonali m’għandhomx il-poter li jiddikjaraw miżuri ta’ għajnuna mill-istat bħala kompatibbli mal-Artikolu 61(2) jew (3) tal-Ftehim taż-ŻEE (27).

18.

Ir-rwol tal-qorti nazzjonali jiddependi fuq il-miżura ta’ għajnuna kkonċernata u jekk din tkunx ġiet innotifikata u approvata kif jixraq mill-Awtorità:

(a)

Il-qrati nazzjonali jistgħu jintalbu sabiex jintervjenu f’każijiet fejn awtorità ta’ Stat tal-EFTA (28) tkun tat għajnuna mingħajr ma ħarset l-obbligu ta’ waqfien totali. Din is-sitwazzjoni tista’ tinħoloq jew għaliex l-għajnuna ma kienet notifikata xejn, jew għaliex l-awtorità implimentatha qabel l-approvazzjoni tal-Awtorità. Ir-rwol tal-qrati nazzjonali f’każijiet bħal dawn huwa li jipproteġu d-drittijiet tal-individwi affettwati bl-implimentazzjoni illegali tal-għajnuna (29).

(b)

Il-Qrati nazzjonali għandhom ukoll rwol importanti fl-infurzar tad-deċiżjonijiet ta’ rkupru adottati taħt l-Artikolu 14(1) fil-Parti II tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, fejn il-valutazzjoni tal-Awtorità twassalha sabiex tikkonkludi li l-għajnuna mogħtija illegalment hija inkompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim taż-ŻEE u tordna lill-Istat tal-EFTA kkonċernat sabiex jirkupra l-għajnuna inkompatibbli mingħand il-benefiċjarju. L-involviment tal-qrati nazzjonali f’dawn il-każijiet ħafna drabi jirriżulta minn azzjonijiet imressqa mill-benefiċjarji għar-reviżjoni tal-legalità tat-talba għall-ħlas lura maħruġa mill-awtoritajiet nazzjonali. Iżda, skont xi tkun tgħid il-liġi proċedurali nazzjonali, anke tipi oħra ta’ azzjoni legali jistgħu jkunu possibbli, (eż. azzjonijiet minn awtoritajiet tal-Istat tal-EFTA kontra l-benefiċjarju mmirati lejn implimentazzjoni kompleta ta’ deċiżjoni tal-Awtorità għall-irkupru).

19.

Meta jkunu qed iħarsu l-interessi tal-individwi, il-qrati nazzjonali għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni b’mod sħiħ l-effikaċja tal-Artikolu 1(3) fil-Parti I tal-Protokoll 3 tal-Fehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti u l-interessi tas-suq taż-ŻEE.

20.

Ir-rwol tal-qrati nazzjonali fis-sitwazzjonijiet imsemmija aktar ‘il fuq huma stabbiliti f’aktar dettall fit-taqsimiet 1.2 u 1.3 ta’ dan il-Kapitolu.

1.2.   Ir-rwol tal-qrati nazzjonali sabiex iwettqu l-Artikolu 1(3) fil-Parti I tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti - għajnuna illegali mill-istat.

21.

Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja, l-obbligu tal-waqfien totali li huwa stabbilit fl-Artikolu 88(3) tat-Trattat tal-KE, li huwa rifless fl-aħħar sentenza tal-Artikolu 1(3) fil-Parti I tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, iwassal għal drittijiet individwali direttament effettivi tal-partijiet affettwati (bħal kompetituri tal-benefiċjarju) (30). Dawn il-partijiet affettwati jistgħu jinfurzaw id-drittijiet tagħhom billi jressqu azzjoni legali quddiem il-qrati nazzjonali kompetenti kontra l-Istat Membru tal-KE li ta din l-għajnuna. Wieħed mill-aktar rwoli importanti tal-qrati nazzjonali fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat hu li jittrattaw dawn l-azzjonijiet legali u għalhekk jipproteġu d-drittijiet tal-kompetituri taħt l-Artikolu 88(3) tat-Trattat tal-KE.

22.

Il-qrati nazzjonali fl-Istati tal-EFTA jwettqu l-istess funzjoni. Madanakollu, fl-Istati tal-EFTA, l-effett intern tal-liġi taż-ŻEE huwa rregolat mil-liġi kostituzzjonali suġetta għall-Protokoll 35 tal-Ftehim taż-ŻEE. Skont il-Protokoll 35, l-Istati tal-EFTA huma obbligati li jiżguraw, jekk hu meħtieġ permezz ta’ dispożizzjoni statutorja separata, li f’każijiet ta’ kunflitt bejn ir-regoli implimentati taż-ŻEE u dispożizzjonijiet statutorji oħra, jgħoddu r-regoli implimentati taż-ŻEE. Skont il-Qorti tal-EFTA, l-individwi u l-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu intitolati li jinvokaw u li jippretendu, fuq il-livell nazzjonali, kull dritt li jirriżulta mid-dispożizzjonijiet tal-liġi taż-ŻEE (31), daqs li kieku dawn kienu, jew kienu ġew magħmula, parti mill-ordni legali nazzjonali rispettiv, jekk huma inkundizzjonali u preċiżi biżżejjed (32). Skont il-fehma tal-Awtorità, u f’konformità mal-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja dwar id-dispożizzjoni identika fl-Artikolu 88(3) tat-Trattat tal-KE, l-Artikolu 1(3) fil-Parti I tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti jwettaq il-kriterji impliċiti fil-Protokoll 35 tal-Ftehim taż-ŻEE li jkun inkundizzjonali u preċiż biżżejjed.

23.

Il-fatt li l-aħħar sentenza tal-Artikolu 1(3) fil-Parti I tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti ġiet inkorporata fl-ordni legali nazzjonali tal-Istati tal-EFTA (33), jagħti lill-partijiet affettwati l-possibilità li jressqu azzjonijiet legali kontra ksur tad-dispożizzjoni tal-waqfien totali quddiem il-qrati nazzjonali. Qorti nazzjonali għandha konsegwentement tuża l-mezzi u r-rimedji xierqa kollha u tapplika d-dispożizzjonijiet relevanti kollha tal-liġi nazzjonali sabiex tagħti effett lil-liġi nazzjonali li timplimenta l-aħħar sentenza tal-Artikolu 1(3) fil-Parti I tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti (34).

24.

Ir-rwol essenzjali tal-qrati nazzjonali f’dan il-kuntest jiġi wkoll mill-fatt li s-setgħat tal-Awtorità nnifisha biex tipproteġi l-kompetituri u partijiet terzi oħra kontra għajnuna li tingħata kontra l-liġi huma limitati. Huwa tal-ikbar importanza l-fatt li l-Awtorità ma tistax tadotta deċiżjoni finali li tordna l-irkupru sempliċiment għaliex l-għajnuna ma ġietx innotifikata skont l-Artikolu 1(3) fil-Parti I tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti (35). Għalhekk, l-Awtorità għandha twettaq valutazzjoni sħiħa tal-kompatibilità, irrispettivament minn jekk l-obbligu ta’ waqfien totali jkunx ġie rispettat jew le (36). Din il-valutazzjoni tista’ tieħu ħafna ħin u s-setgħat tal-Awtorità sabiex toħroġ inġunzjonijiet preliminari ta’ rkupru huma suġġetti għal obbligi legali stretti ħafna (37).

25.

Bħala riżultat, l-azzjonijiet quddiem il-qrati nazzjonali joffru mezz importanti ta’ rimedju għall-kompetituri u l-partijiet terzi l-oħra li jkunu ġew affettwati bl-għajnuna mill-Istat illegali. Ir-rimedji disponibbli quddiem il-qrati nazzjonali jinkludu:

(a)

il-prevenzjoni tal-ħlas tal-għajnuna illegali;

(b)

l-irkupru tal-għajnuna illegali (minkejja l-kompatibilità);

(ċ)

l-irkupru ta’ imgħaxijiet tal-illegalità;

(d)

kumpens għall-kompetituri u partijiet terzi oħra; u

(e)

miżuri proviżorji kontra l-għajnuna illegali.

26.

Kull wieħed minn dawn ir-rimedji huwa ppreżentat f’aktar dettall fit-taqsimiet 1.2.1 sa 1.2.6 ta’ dan il-Kapitolu.

1.2.1.   Prevenzjoni tal-ħlas tal-għajnuna mogħtija illegalment

27.

Il-qrati nazzjonali huma obbligati li jipproteġu d-drittijiet ta’ individwi li jkunu ġew affettwati bil-ksur tal-obbligu ta’ waqfien totali. Għaldaqstant, il-qrati nazzjonali għandhom jimplimentaw il-konsegwenzi legali kollha xierqa, skont il-liġi nazzjonali, fejn ikun seħħ ksur tal-Artikolu 1(3) fil-Parti I tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti (38). Madankollu, l-obbligi tal-qrati nazzjonali mhumiex limitati għall-għajnuna illegali li tkun diġà ngħatat. Dawn jestendu wkoll għal każijiet fejn il-ħlas illegali jkun se jsir dalwaqt. Il-qrati nazzjonali għandhom iħarsu d-drittijiet tal-individwi kontra l-ksur possibbli ta’ dawk id-drittijiet (39). Fejn għajnuna illegali tkun se titħallas, il-qorti nazzjonali hija, għalhekk, obbligata li twaqqaf lil dan il-ħlas milli jseħħ.

28.

L-obbligu tal-qrati nazzjonali sabiex jevitaw il-ħlas ta’ għajnuna illegali jista’ jinħoloq f’varjetà ta’ ambjenti proċedurali, skont it-tipi differenti ta’ azzjoni disponibbli taħt il-liġi nazzjonali. Ħafna drabi, l-atturi jfittxu li jisfidaw il-validità tal-att nazzjonali li jagħti l-għajnuna illegali mill-Istat. F’dawn il-każijiet, il-prevenzjoni tal-ħlas illegali normalment tkun il-konsegwenza loġika tal-osservazzjoni li l-att dwar l-għoti tal-għajnuna jkun invalidu bħala riżultat ta’ ksur tal-Artikolu 1(3) fil-Parti I tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti mill-Istat tal-EFTA (40).

1.2.2.   Rkupru tal-għajnuna mogħtija illegalment

29.

Meta qorti nazzjonali tkun ikkonfrontata b’għajnuna mogħtija illegalment, din għandha tiġbed il-konsegwenzi legali kollha minn din l-illegalità skont il-liġi nazzjonali. Il-qorti nazzjonali, għaldaqstant, għandha fil-prinċipju tordna l-irkupru sħiħ mingħand il-benefiċjarju tal-għajnuna illegali mill-Istat (41). L-ordni tal-irkupru sħiħ ta’ għajnuna mogħtija illegalment hija parti mill-obbligu tal-qorti nazzjonali li tipproteġi d-drittijiet individwali ta’ min għamel it-talba (eż. il-kompetitur) taħt l-Artikolu 1(3) fil-Parti I tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti. L-obbligu ta’ rkupru tal-qorti nazzjonali għalhekk mhux dipendenti fuq il-kompatibbilità tal-miżura ta’ għajnuna mal-Artikolu 61(2) jew (3) tal-Ftehim taż-ŻEE.

30.

Peress li l-qrati nazzjonali għandhom jordnaw l-irkupru sħiħ tal-għajnuna mogħtija illegalment indipendentement mill-kompatibilità tagħha, l-irkupru jista’ jkun aktar mgħaġġel quddiem qorti nazzjonali milli permezz ta’ lment imressaq quddiem l-Awtorità. Fil-fatt, b’differenza ma’ dak li tagħmel l-Awtorità, (42) il-qorti nazzjonali tista’ u għandha tillimita lilha nnifisha sabiex tiddetermina jekk il-miżura tikkostitwix għajnuna mill-Istat u jekk l-obbligu ta’ waqfien totali japplikax għaliha.

31.

Madankollu, l-obbligu ta’ rkupru tal-qrati nazzjonali mhuwiex assolut. Skont il-‘każ SFEI’, (43) jista’ jkun hemm ċirkostanzi eċċezzjonali li fihom l-irkupru tal-għajnuna li ngħatat mill-Istat kontra l-liġi ma jkunx jixraq. L-istandard legali li għandu jiġi applikat f’dan il-kuntest għandu jkun simili għal dak applikabbli taħt l-Artikoli 14 u 15 fil-Parti I tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti (44). Fi kliem ieħor, ċirkostanzi li ma jostakolawx ordni ta’ rkupru mill-Awtorità ma jiġġustifikawx li qorti nazzjonali ma tordnax l-irkupru sħiħ. L-istandard li l-Qorti tal-EFTA tapplika f’dan ir-rigward huwa strett ħafna (45). F’konformità mal-approċċ li ħadu l-Qorti tal-EFTA u l-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja, benefiċjarju ta’ għajnuna illegali ma jistax fil-prinċipju jeċċepixxi aspettattivi leġittimi kontra ordni ta’ rkupru tal-Awtorità (46). Dan għaliex negozjant diliġenti kien ikun kapaċi jivverifika jekk l-għajnuna li huwa rċieva kinitx notifikata jew le (47).

32.

Sabiex jiġi ġġustifikat li l-qorti nazzjonali ma tordnax irkupru b’referenza għall-Artikolu 1(3) fil-Parti I tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, fatt speċifiku u konkret għandu għaldaqstant ikun iġġenera aspettattivi leġittimi fuq in-naħa tal-benefiċjarju (48). Dan jista’ jkun partikolarment il-każ jekk l-Awtorità stess tkun tat assigurazzjonijiet preċiżi li l-miżura kkonċernata ma tikkostitwix għajnuna mill-Istat, jew li din ma tkunx koperta bl-obbligu ta’ waqfien totali (49).

33.

F’konformità mal-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja (50), l-obbligu tal-Qorti nazzjonali li tordna rkupru sħiħ tal-għajnuna illegali mill-istat jintemm, jekk saż-żmien li l-qorti nazzjonali tagħti s-sentenza tagħha, l-Awtorità diġà tkun iddeċidiet li l-għajnuna hija kompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim taż-ŻEE. Peress li l-għan tal-obbligu ta’ waqfien totali huwa li jkun assigurat li għajnuna kompatibbli biss tista’ tiġi implimentata, dan l-għan ma jistax jiġi aktar imfixkel fejn l-Awtorità tkun diġà kkonfermat il-kompatibbiltà (51). Għaldaqstant, l-obbligu tal-qorti nazzjonali li tħares id-drittijiet individwali skont l-Artikolu 1(3) fil-Parti I tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti jibqa’ mhux affettwat fejn l-Awtorità ma tkunx għadha ħadet deċiżjoni, indipendentement minn jekk din il-proċedura tkunx pendenti jew le (52).

34.

Filwaqt li wara deċiżjoni pożittiva tal-Awtorità, il-qorti nazzjonali ma jkunx għad għandha obbligu taħt il-liġi taż-ŻEE li tordna rkupru sħiħ, dan l-obbligu ta’ rkupru jista’ xorta waħda jkun jeżisti taħt il-liġi nazzjonali  (53). Madankollu, fejn jeżisti dan l-obbligu ta’ rkupru, dan ikun bla ħsara għad-dritt tal-Istat tal-EFTA li jimplimenta mill-ġdid l-għajnuna aktar tard.

35.

Ladarba l-qorti nazzjonali tiddeċiedi li l-għajnuna mogħtija illegalment tkun ġiet mogħtija bi ksur tal-Artikolu 1(3) fil-Parti I tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, din trid tikkwantifika l-għajnuna sabiex tiddetermina l-ammont li jrid jiġi rkuprat. Il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-EFTA u tal-qrati tal-Komunità Ewropea dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE u l-Artikolu 87(1) KE u l-gwida u l-prattika tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Awtorità għandhom jassistu lill-qorti f’dan ir-rigward. Jekk il-qorti nazzjonali tiltaqa’ ma’ xi diffikultajiet sabiex tikkalkula l-ammont tal-għajnuna, din tista’ titlob l-appoġġ tal-Awtorità, kif stipulat f’aktar dettall fit-Taqsima 2 ta’ dan il-Kapitolu.

1.2.3.   Irkupru ta’ imgħaxijiet

36.

Il-vantaġġ ekonomiku tal-għajnuna mogħtija illegalment mhuwiex limitat għall-ammont nominali tagħha. Flimkien ma’ dan, il-benefiċjarju jikseb vantaġġ finanzjarju li jirriżulta mill-implimentazzjoni prematura tal-għajnuna. Dan huwa dovut għall-fatt li, kieku l-għajnuna ġiet innotifikata lill-Awtorità, jekk il-ħlas kien isir, dan kien isir aktar tard. Dan kien jobbliga lill-benefiċjarju sabiex jissellef il-fondi relevanti mis-swieq tal-kapital, inklużi l-imgħaxijiet b’rati kummerċjali.

37.

Dan il-vantaġġ mhux dovut fiż-żmien huwa r-raġuni għaliex, jekk mill-Awtorità jiġi ordnat irkupru, l-Artikolu 14(2) fil-Parti II tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti jeżiġi mhux biss l-irkupru tal-ammont nominali tal-għajnuna, iżda wkoll l-irkupru tal-imgħaxijiet mill-ġurnata li fiha l-għajnuna mogħtija illegalment tkun tpoġġiet għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarju sal-ġurnata meta din tiġi effettivament irkuprata. Ir-rata tal-imgħax li għandha tiġi applikata f’dan il-kuntest hija definita fid-Deċiżjoni tal-Awtorità Nru 195/04/COL tal-14 ta’ Lulju 2004 (54).

38.

F’konformità mal-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja (55), u sabiex jingħata effett għall-Artikolu 1(3) tal-Parti I tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, il-qrati nazzjonali għandhom jordnaw l-irkupru tal-vantaġġ finanzjarju li jirriżulta mill-implimentazzjoni prematura tal-għajnuna (minn hawn ‘il quddiem “l-imgħax tal-illegalità”). Dan għaliex l-implimentazzjoni qabel iż-żmien, tal-għajnuna mogħtija illegalment, mill-inqas iġġiegħel lill-kompetituri jsofru, skont xi jkunu ċ-ċirkustanzi, qabel il-waqt, f’termini ta’ kompetizzjoni, mill-effetti tal-għajnuna. Għalhekk, il-benefiċjarju jkun kiseb vantaġġ mhux dovut (56).

39.

L-obbligu tal-qorti nazzjonali sabiex tordna l-irkupru ta’ imgħax tal-illegalità jista’ jseħħ f’żewġ xenarji differenti:

(a)

Il-qorti nazzjonali normalment trid tordna rkupru sħiħ tal-għajnuna illegali taħt l-Artikolu 1(3) fil-Parti I tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti. Fejn dan ikun il-każ, l-imgħax mill-illegalità jeħtieġ jiġi miżjud mal-ammont oriġinali tal-għajnuna meta jiġi stabbilit l-ammont totali tal-irkupru.

(b)

Madankollu, il-qorti nazzjonali trid ukoll tordna l-irkupru tal-imgħax mill-illegalità f’ċirkostanzi li fihom, b’mod eċċezzjonali, ma jkunx hemm obbligu li jiġi ordnat l-irkupru sħiħ. L-obbligu tal-qrati nazzjonali sabiex jordnaw l-irkupru tal-imgħax tal-illegalità għalhekk jibqa’ fis-seħħ anke wara deċiżjoni pożittiva tal-Awtorità (57). Dan jista’ jkun ta’ importanza kbira għall-atturi potenzjali, peress li joffri rimedju tajjeb anke f’każijiet fejn il-Kummissjoni tkun iddikjarat diġà li l-għajnuna hija kompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim taż-ŻEE.

40.

Sabiex ikunu konformi mal-obbligu tagħhom ta’ rkupru fir-rigward tal-imgħaxijiet mill-illegalità, il-qrati nazzjonali jeħtieġ jiddeterminaw l-ammont tal-imgħax li jrid jiġi rkuprat. Il-prinċipji li ġejjin japplikaw f’dan ir-rigward:

(a)

Il-punt tat-tluq huwa l-ammont nominali tal-għajnuna (58).

(b)

Meta tiġi ddeterminata r-rata tal-imgħax applikabbli u l-metodu ta’ kalkolu, il-qrati nazzjonali għandhom jikkunsidraw il-fatt li l-irkupru tal-imgħax mill-illegalità mill-qorti nazzjonali jservi l-istess għan bħall-irkupru tal-imgħaxijiet mill-Awtorità skont l-Artikolu 14 fil-Parti II tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti. Minbarra dan, it-talbiet għall-irkupru tal-imgħax tal-illegalità huma talbiet tal-liġi taż-ŻEE bbażati direttament fuq l-Artikolu 1(3) fil-Parti I tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti (59). Il-prinċipji tal-ekwivalenza u l-effikaċja deskritti fit-Taqsima 1.4.1 ta’ dan il-Kapitolu għalhekk, japplikaw għal dawn il-pretensjonijiet.

(ċ)

Sabiex tiżgura l-konsistenza mal-Artikolu 14 fil-Parti II tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti u sabiex tikkonforma mal-obbligu tal-effikaċja, l-Awtorità tikkunsidra li l-metodu tal-kalkolu tal-imgħax li jintuża mill-qorti nazzjonali m’għandux ikun inqas strett minn dak previst fid-Deċiżjoni tal-Awtorità Nru 195/04/COL tal-14 ta’ Lulju 2004 (60). Għaldaqstant, l-imgħax tal-illegalità għandu jiġi kkalkulat fuq bażi komposta u r-rata tal-imgħax applikabbli m’għandhiex tkun iktar baxxa mir-rata ta’ referenza (61).

(d)

Minbarra dan, fil-fehma tal-Awtorità, bħala konsegwenza tal-prinċipju tal-ekwivalenza, meta l-kalkolu tar-rata tal-imgħax taħt il-liġi nazzjonali huwa aktar strett minn dak stabbilit taħt id-Deċiżjoni tal-Awtorità Nru 195/04/COL tal-14 ta’ Lulju 2004, il-qorti nazzjonali jkollha tapplika r-regoli nazzjonali aktar stretti wkoll għal talbiet ibbażati fuq l-Artikolu 1(3) fil-Parti I tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti.

(e)

Id-data tal-bidu għall-kalkolu tal-imgħax għandha tkun dejjem il-ġurnata li fiha l-għajnuna mogħtija illegalment tpoġġiet għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarju. Id-data tat-tmiem tiddependi fuq is-sitwazzjoni fil-mument tas-sentenza nazzjonali. Jekk l-Awtorità diġà tkun approvat l-għajnuna, id-data tat-tmiem tkun id-data tad-deċiżjoni tal-Awtorità. Inkella, l-imgħax mill-illegalità jakkumula matul il-perjodu sħiħ tal-illegalità sad-data tal-ħlas lura attwali tal-għajnuna mill-benefiċjarju. F’konformità mal-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja, l-imgħax għall-illegalità jeħtieġ li jiġi applikat ukoll għall-perjodu bejn l-adozzjoni ta’ deċiżjoni pożittiva tal-Awtorità u l-annullament sussegwenti ta’ din id-deċiżjoni mill-Qorti tal-EFTA (62).

41.

F’każ ta’ dubju, il-qorti nazzjonali tista’ titlob lill-Awtorità għas-sostenn tagħha skont it-Taqsima 2 ta’ dan il-Kapitolu.

1.2.4.   Talbiet għal danni

42.

Il-qrati nazzjonali jistgħu jiġu obbligati sabiex jonoraw talbiet għal kumpens għal danni kkawżati lill-kompetituri tal-benefiċjarju u lil partijiet terzi oħra permezz tal-għajnuna illegali mill-istat (63). Dawn l-azzjonijiet għad-danni normalment ikunu diretti lejn l-awtorità li tagħti l-għajnuna mill-Istat. Dawn jistgħu jkunu partikolarment importanti għall-attur, peress li, kuntrarju għall-azzjonijiet immirati sempliċement għall-irkupru, azzjoni b’suċċess għad-danni tforni lill-attur b’kumpens finanzjarju dirett għat-telf li jkun ġarrab. Dawn l-isfidi ovvjament jiddependu fuq ir-regoli legali nazzjonali. F’dan ir-rigward, l-Awtorità tenfasizza li l-qrati nazzjonali għandhom jużaw il-mezzi u r-rimedji kolha u japplikaw id-dispożizzjonijiet relevanti kollha tal-liġi nazzjonali sabiex tiġi applikata l-liġi nazzjonali li timplimentat l-aħħar sentenza tal-Artikolu 1(3) fil-Parti I tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti u jipproteġu d-drittijiet li dik il-liġi tagħti lil individwi u operaturi ekonomiċi.

43.

Irrispettivament mill-possibilità li jintalbu danni taħt il-liġi nazzjonali, ksur tal-obbligu tal-waqfien totali jista’ fil-prinċipju jagħti lok għal talbiet għal danni bbażati fuq il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-EFTA (64). L-Istati tal-EFTA huma meħtieġa li jikkumpensaw għat-telf u d-danni kkawżati lil individwi b’riżultat ta’ ksur ta’ obbligazzjonijiet kemm taħt atti sekondarji tal-leġiżlazzjoni taż-ŻEE u kif ukoll il-parti ewlenija tal-Ftehim taż-ŻEE. Din ir-responsabbiltà teżisti fejn (65): (i) ir-regola tal-liġi li tkun ġiet miksura tkun intenzjonata sabiex tagħti ċerti drittijiet lill-individwi; (ii) il-ksur ikun serju biżżejjed; u (iii) ikun hemm rabta kawżali diretta bejn il-ksur tal-obbligu tal-Istat Membru u d-danni li jkunu sofrew il-partijiet milquta (66).

44.

L-ewwel kundizzjoni (l-obbligu tal-liġi taż-ŻEE mmirat għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-individwi) huwa, fil-fehma tal-Awtorità, issodisfat fir-rigward tal-ksur tal-Artikolu 1(3) fil-Parti I tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti. Il-Qorti tal-EFTA sostniet li regola tal-liġi li hija miksura titqies li tagħti drittijiet lil individwi meta d-dispożizzjonijiet relevanti huma inkondizzjonali u preċiżi biżżejjed (67). Kif ingħad fil-paragrafu 22 aktar ‘il fuq, l-Awtorità tqis li dan il-kriterju twettaq fl-Artikolu 1(3) fil-Parti I tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti.

45.

It-tieni kundizzjoni ta’ ksur serju biżżejjed tal-liġi taż-ŻEE hija wkoll, b’mod ġenerali, issodisfata fir-rigward tal-Artikolu 1(3) fil-Parti I tal-Protokoll 3 tal-Fehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti. Il-Qorti tal-EFTA ddeċidiet li dan jiddependi fuq jekk, fl-eżerċizzju tal-poteri leġiżlattivi tagħha, Parti Kontraenti għall-Ftehim taż-ŻEE manifestament u b’mod serju injorat il-limiti fuq id-diskrezzjoni tagħha. Sabiex tiddetermina jekk din il-kundizzjoni tiġix issodisfata, għandhom jitqiesu l-fatturi kollha li jikkaratterizzaw is-sitwazzjoni. Dan jinkludi, inter alia, iċ-ċarezza u l-preċiżjoni tar-regola miksura; il-miżura tad-diskrezzjoni li titħalla minn dik ir-regola għall-awtoritajiet nazzjonali; jekk il-ksur, u d-danni kkawżati, kinux intenzjonali jew involontarji; u jekk xi żball tal-liġi kienx skużabbli jew inskużabbli (68). Madankollu, fir-rigward tal-Artikolu 1(3) fil-Parti I tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, l-awtoritajiet tal-Istat tal-EFTA m’għandhomx id-diskrezzjoni li ma jinnotifikawx il-miżuri tal-għajnuna mill-istat. Fil-prinċipju, dawn għandhom l-obbligu assolut li jinnotifikaw dawn il-miżuri kollha qabel l-implimentazzjoni tagħhom. Minkejja li l-Qorti tal-EFTA tista’ tqis l-iskużabbiltà tal-ksur relevanti tal-liġi taż-ŻEE (69), fil-preżenza tal-għajnuna mill-Istat, l-awtoritajiet tal-Istat tal-EFTA għandhom ikunu konxji minn dan l-obbligu u ma jistgħux normalment jargumentaw li ma kinux konxji mill-obbligu tal-waqfien totali. F’każ ta’ dubju, l-Istati tal-EFTA jistgħu dejjem jinnotifikaw il-miżura lill-Awtorità għall-finijiet ta’ ċertezza legali (70).

46.

It-tielet kundizzjoni li l-ksur tal-liġi taż-ŻEE jrid ikun ikkawża dannu finanzjarju attwali u ċert lill-attur tista’ tintlaħaq b’diversi modi.

47.

L-attur ħafna drabi jargumenta li l-għajnuna kienet responsabbli direttament għal telf ta’ qligħ. Meta tkun ikkonfrontata b’tali talba, il-qorti nazzjonali għandha tqis il-kunsiderazzjonijiet li ġejjin:

(a)

Minħabba r-rekwiżiti tal-ekwivalenza u l-effikaċja tal-liġi taż-ŻEE (71), ir-regoli nazzjonali ma jistgħux jeskludu r-responsabbiltà ta’ Stat tal-EFTA għat-telf ta’ qligħ (72). Skont il-liġi taż-ŻEE, dannu jista’ jeżisti irrispettivament jekk il-ksur ikunx il-kawża ta’ telf ta’ assi min-naħa tal-attur jew jekk ma ħalliex lill-attur itejjeb il-pożizzjoni tal-assi tiegħu. Jekk il-liġi nazzjonali jkun fiha din l-esklużjoni, il-qorti nazzjonali jkollha tħalli d-dispożizzjoni mhux applikata fir-rigward ta’ danni taħt l-Artikolu 1(3) fil-Parti I tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti.

(b)

Li jiġi stabbilit l-ammont attwali tal-qligħ mitluf ikun ferm eħfef meta l-għajnuna mogħtija illegalment tkun ippermettiet li l-benefiċjarju jirbaħ kuntratt jew opportunità speċifika ta’ negozju fuq l-attur. Il-qorti nazzjonali mbagħad tkun tista’ tikkalkula d-dħul li l-attur x’aktarx kien jiġġenera taħt dan il-kuntratt. F’każijiet fejn il-kuntratt ikun twettaq diġà mill-benefiċjarju, il-qorti nazzjonali tikkunsidra wkoll il-qligħ attwali ġġenerat.

(ċ)

Ikunu meħtieġa valutazzjonijiet aktar ikkumplikati tad-dannu meta l-għajnuna sempliċiment twassal għal telf ġenerali ta’ sehem mis-suq. Mod wieħed possibbli ta’ kif jistgħu jiġu ttrattati każijiet bħal dawn jista’ jkun billi tiġi pparagunata s-sitwazzjoni attwali tad-dħul tal-attur (ibbażata fuq il-kont tal-qligħ u t-telf) mas-sitwazzjoni ipotetika tad-dħul li kieku l-għajnuna mogħtija illegalment ma ngħatatx.

(d)

Jista’ jkun hemm ċirkostanzi fejn id-dannu li jkun sofra l-attur jaqbeż il-qligħ mitluf. Dan jista’, pereżempju, ikun il-każ meta, bħala konsegwenza tal-għajnuna mogħtija illegalment, l-attur jitlef in-negozju tiegħu (pereżempju minħabba falliment).

48.

Il-possibbiltà li jintalbu d-danni hija, fil-prinċipju, indipendenti minn kwalunkwe investigazzjoni parallela tal-Awtorità li tikkonċerna l-istess miżura għall-għajnuna. Investigazzjoni pendenti bħal din ma teħlisx lill-qorti nazzjonali mill-obbligu tagħha li tħares id-drittijiet individwali taħt l-Artikolu 1(3) fil-Parti I tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti (73). Minħabba li l-attur jista’ juri li hu sofra t-telf minħabba l-implimentazzjoni prematura tal-għajnuna, u, b’mod aktar speċifiku, minħabba l-vantaġġ illegali taż-żmien għall-benefiċjarju, it-talbiet b’suċċess għad-danni lanqas ma jiġu esklużi meta l-Awtorità tkun diġà approvat l-għajnuna fil-mument li l-qorti nazzjonali tieħu d-deċiżjoni tagħha (74).

49.

Ir-regoli proċedurali nazzjonali xi kultant jippermettu lill-qorti nazzjonali tistrieħ fuq valutazzjonijiet raġonevoli sabiex jiġi ddeterminat l-ammont attwali tad-danni li jrid jingħata lill-attur. Fejn dan huwa l-każ, u sakemm il-prinċipju tal-effikaċja (75) huwa rrispettat, l-użu ta’ estimi bħal dawn ikun ukoll possibbli fir-rigward tat-talbiet għad-danni li jirriżultaw mill-Artikolu 1(3) fil-Parti I tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti. Din tista’ tkun għodda utli għall-qrati nazzjonali li jkollhom diffikultajiet fil-kalkolu tad-danni.

50.

Il-prerekwiżiti legali tat-talbiet għad-danni skont il-liġi taż-ŻEE u l-punti tal-kalkolu tad-danni jistgħu wkoll jiffurmaw il-bażi tat-talbiet għas-sostenn mill-Awtorità skont it-taqsima 2 ta’ dan il-Kapitolu.

1.2.5.   Talbiet għad-danni kontra l-benefiċjarju

51.

Kif deskritt aktar ‘il fuq, l-atturi potenzjali huma intitolati li jressqu t-talbiet għad-danni kontra l-awtorità li tagħti l-għajnuna mill-istat. Madankollu, jista’ jkun hemm ċirkostanzi li fihom l-attur jippreferi jitlob għad-danni direttament mingħand il-benefiċjarju.

52.

Minħabba li l-Artikolu 1(3) fil-Parti I tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti ma jimponix obbligazzjoni diretta fuq il-benefiċjarju tal-għajnuna mill-istat, il-liġi taż-ŻEE ma tagħtix bażi għal dawn it-talbiet (76). Madankollu, dan ma jippreġudika bl-ebda mod il-possibbiltà ta’ azzjoni għad-danni b’suċċess kontra l-benefiċjarju fuq il-bażi ta’ liġi nazzjonali sostantiva. F’dan il-kuntest, l-atturi potenzjali għandhom jibbażaw ruħhom fuq ir-regoli nazzjonali li jirregolaw ir-responsabbiltà mhux kuntrattwali (77).

1.2.6.   Miżuri Intermedji

53.

L-obbligu tal-qrati nazzjonali li jiġbdu l-konsegwenzi legali neċessarji li jirriżultaw mill-ksur tal-obbligu ta’ waqfien totali mhuwiex limitat għad-deċiżjonijiet finali tagħhom. Bħala parti mir-rwol tagħhom li joħroġ mill-Artikolu 1(3) fil-Parti I tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, il-qrati nazzjonali huma wkoll meħtieġa li jieħdu miżuri proviżorji fejn dan huwa xieraq sabiex jiġu mħarsa d-drittijiet tal-individwi (78) u l-effikaċja tal-Artikolu 1(3) fil-Parti I tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti.

54.

Is-setgħa tal-qrati nazzjonali li jadottaw miżuri proviżorji tista’ tkun ta’ importanza ċentrali għall-partijiet interessati meta jkun meħtieġ rimedju fi ftit żmien. Minħabba l-kapaċità tagħhom li jaġixxu malajr kontra l-għajnuna illegali, il-viċinanza tagħhom kif ukoll il-varjetà ta’ miżuri disponibbli lilhom, il-qrati nazzjonali huma f’pożizzjoni tajba sabiex jieħdu miżuri proviżorji meta l-għajnuna illegali tkun tħallset diġà jew tkun waslet biex titħallas.

55.

L-iktar każijiet ċari huma dawk fejn l-għajnuna illegali tkun għadha ma ġietx imħallsa, iżda jkun hemm ir-riskju li dawn il-ħlasijiet isiru matul il-kors tal-proċediment tal-qorti nazzjonali. F’dawn il-każijiet, l-obbligu tal-qorti nazzjonali li tevita li jinkiser l-Artikolu 1(3) fil-Parti I tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti (79) jista’ jitlob li din toħroġ ordni proviżorja li twaqqaf il-ħlas illegali sakemm jissolva l-mertu tal-każ.

56.

Fejn il-ħlas illegali jkun diġà sar, ir-rwol tal-qrati nazzjonali taħt l-Artikolu 1(3) fil-Parti I tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti normalment jitlob li huma jordnaw l-irkupru sħiħ (inkluż l-imgħax tal-illegalità). Minħabba l-prinċipju tal-effikaċja (80), il-qorti nazzjonali ma tistax tippostponi dan billi ttawwal il-proċeduri mingħajr ġustifikazzjoni. Fil-fatt, dan id-dewmien mhux biss jaffettwa d-drittijiet individwali li jipproteġi l-Artikolu 1(3) fil-Parti I tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, iżda jżid ukoll direttament id-dannu kompetittiv li jiġi mill-illegalità tal-għajnuna.

57.

Madankollu, minkejja dan l-obbligu ġenerali, jista’, minkejja kollox, ikun hemm ċirkostanzi li fihom is-sentenza finali għall-qorti nazzjonali tiġi mdewma. F’dawn il-każijiet, l-obbligu li jitħarsu d-drittijiet individwali skont l-Artikolu 1(3) fil-Parti I tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti jitlob lill-qorti nazzjonali tuża l-miżuri proviżorji disponibbli kollha tagħha skont il-qafas proċedurali nazzjonali applikabbli biex almenu ttemm l-effetti antikompetittivi tal-għajnuna fuq bażi proviżorja (“l-irkupru proviżorju”) (81). L-applikazzjoni ta’ regoli proċedurali nazzjonali f’dan il-kuntest hija soġġetta għar-rekwiżiti tal-ekwivalenza u l-effikaċja (82).

58.

Fejn, fuq il-bażi tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-EFTA u tal-qrati tal-Komunità u l-prattika tal-Awtorità, l-imħallef nazzjonali wasal għal konvinzjoni prima facie raġonevoli li l-miżura kkonċernata tinvolvi għajnuna mill-Istat kontra l-liġi, ir-rimedju l-aktar adattat ikun, fl-opinjoni tal-Awtorità u suġġett għal-liġi nazzjonali proċedurali, li jordna li l-għajnuna u l-imgħax għall-illegalità jitpoġġew f’kont blukkat sakemm il-mertu tal-kwistjoni jiġi riżolt. Fis-sentenza finali tagħha, il-qorti nazzjonali għandha mbagħad jew tordna li l-fondi fil-kont blukkat jintbagħtu lura lill-awtorità li tat l-għajnuna mill-Istat, jekk l-illegalità tiġi kkonfermata, jew tordna li l-fondi jiġu rilaxxati lill-benefiċjarju.

59.

L-irkupru proviżorju jista’ jkun ukoll strument effettiv ħafna f’każijiet fejn il-proċedimenti tal-qorti nazzjonali jkunu għaddejjin parallelment ma’ investigazzjoni mill-Awtorità (83). Il-fatt li tkun għaddejja investigazzjoni mill-Awtorità ma jeħlisx lill-qorti nazzjonali mill-obbligu tagħha li tħares id-drittijiet individwali taħt l-Artikolu 1(3) fil-Parti I tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti (84). Il-qorti nazzjonali, għalhekk, ma tistax sempliċement tissospendi l-proċeduri tagħha sakemm l-Awtorità tkun ħadet id-deċiżjoni tagħha u sadattant tħalli d-drittijiet tal-attur skont l-Artikolu 1(3) fil-Parti I tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti mhux protetti. Fejn il-qorti nazzjonali tkun tixtieq li tistenna l-eżitu tal-valutazzjoni tal-kompatibilità mill-Awtorità qabel ma tadotta ordni ta’ rkupru finali u irriversibbli, din għandha għaldaqstant tadotta miżuri proviżorji xierqa. Għal darba oħra, l-ordni li l-fondi jitpoġġew f’kont blukkat tidher li hija rimedju xieraq. F’każijiet fejn:

(a)

l-Awtorità tiddikjara l-għajnuna bħala inkompatibbli, il-qorti nazzjonali tordna li l-fondi fil-kont blukkat imorru lura għand l-awtorità li tagħti l-għajnuna mill-Istat (l-għajnuna u l-imgħax tal-illegalità).

(b)

l-Awtorità tiddikjara l-għajnuna bħala kompatibbli, dan jista’ jeħles lill-qorti nazzjonali mill-obbligu tagħha tal-liġi taż-ŻEE sabiex tordna l-irkupru sħiħ (85). Il-qorti għalhekk, skont il-liġi nazzjonali (86), tista’ tordna li l-ammont attwali tal-għajnuna jiġi rilaxxat lill-benefiċjarju. Madankollu, kif deskritt fit-taqsima 1.2.3 ta’ dan il-Kapitolu, il-qorti nazzjonali tibqa’ taħt l-obbligu li twettaq l-Artikolu 1(3) fil-Parti I tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti billi tordna l-irkupru tal-imgħax tal-illegalità (87). Dan l-imgħax tal-illegalità għandu għaldaqstant jitħallas lill-awtorità li tagħti l-għajnuna mill-Istat.

1.3.   Ir-rwol tal-qrati nazzjonali fl-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet negattivi mill-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA li jordnaw l-irkupru

60.

Il-qrati nazzjonali jistgħu jiffaċċjaw ukoll kwistjonijiet ta’ għajnuna mill-Istat f’każijiet fejn l-Awtorità tkun ordnat diġà li jsir l-irkupru. Għalkemm ħafna mill-każijiet ikunu azzjonijiet għall-annullament ta’ ordni ta’ rkupru nazzjonali, partijiet terzi jistgħu wkoll jitolbu kumpens mill-awtoritajiet nazzjonali talli naqsu milli jimplimentaw deċiżjoni ta’ rkupru tal-Awtorità.

1.3.1.   Sfida tal-validità ta’ ordni ta’ rkupru nazzjonali

61.

Skont l-Artikolu 14(3) fil-Parti II tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, l-Istati tal-EFTA huma obbligati li jimplimentaw id-deċiżjonijiet ta’ rkupru mingħajr dewmien. L-irkupru jsir skont il-proċeduri disponibbli taħt il-liġi nazzjonali, sakemm dawn jippermettu t-twettiq immedjat u effettiv tad-deċiżjoni tal-irkupru. Meta regola ta’ proċedura nazzjonali ma tippermettix l-irkupru immedjat u/jew effettiv, il-qorti nazzjonali għandha tħalli din id-dispożizzjoni mhux applikata (88).

62.

Il-validità tal-ordnijiet ta’ rkupru maħruġa mill-awtoritajiet nazzjonali sabiex jimplimentaw deċiżjoni ta’ rkupru tal-Awtorità tista’ tiġi sfidata quddiem qorti nazzjonali. Ir-regoli li jirregolaw dawn l-azzjonijiet huma ppreżentati fid-dettall fil-Kapitolu tal-Linji Gwida tal-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA dwar l-Għajnuna mill-Istat dwar l-irkupru tal-għajnuna mill-istat illegali u inkompatibbli (89), li l-prinċipji ewlenin tagħha huma ppreżentati fil-qosor hawn taħt.

63.

B’mod partikolari, l-azzjonijiet ta’ qrati nazzjonali ma jistgħux jisfidaw il-validità tad-deċiżjoni sottostanti tal-Awtorità meta l-attur seta’ sfida din id-deċiżjoni direttament quddiem il-qorti tal-EFTA (90). Dan ifisser ukoll li, fejn sfida skont l-Artikolu 36 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti tkun possibbli, il-qorti nazzjonali ma tistax tissospendi t-twettiq tad-deċiżjoni ta’ rkupru għal raġunijiet marbuta mal-validità tad-deċiżjoni tal-Awtorità (91).

64.

Fejn mhux ċar li l-attur jista’ jressaq azzjoni għal annullament taħt l-Artikolu 36 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti (eż. peress li l-miżura kienet skema ta’ għajnuna b’kopertura wiesgħa li għaliha l-attur forsi ma jkunx jista’ juri interess individwali), il-qorti nazzjonali għandha fil-prinċipju toffri protezzjoni legali. F’dawk iċ-ċirkustanzi fejn l-azzjoni legali tirrigwarda l-validità u l-legalità tad-deċiżjoni tal-Awtorità, l-imħallef nazzjonali għandu jibbaża ruħu fuq il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 34 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti.

65.

L-għoti ta’ rimedju proviżorju f’ċirkustanzi bħal dawn huwa suġġett għal obbligi legali stretti ħafna definiti mil-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja fil-ġurisprudenza ta’ “Zuckerfabrik” (92) u “Atlanta” (93): qorti nazzjonali tista’ tissospendi biss ordnijiet ta’ rkupru taħt dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin: (i) il-qorti jkollha dubji serji dwar il-validità tal-att. Jekk il-validità tal-att ikkontestat mhix diġà qed jiġi kkunsidrat mill-Qorti tal-EFTA, hija għandha tibbaża ruħha fuq il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 34 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti; (ii) irid ikun hemm urġenza fis-sens li r-rimedju proviżorju jkun neċessarja sabiex jiġi evitat li l-parti li qed tfittex rimedju proviżorju ssofri dannu serju u irrimedjabbli; u (iii) il-qorti għandha tagħti kunsiderazzjoni xierqa għall-interessi taż-ŻEE. Fil-valutazzjoni tagħha ta’ dawk il-kundizzjonijiet kollha, il-qorti nazzjonali għandha tirrispetta kwalunkwe deċiżjoni mill-qorti tal-EFTA dwar il-legalità tad-deċiżjoni tal-Awtorità jew dwar l-applikazzjoni għal deċiżjoni proviżorja fuq il-livell taż-ŻEE (94).

1.3.2.   Danni għan-nuqqas ta’ implimentazzjoni ta’ deċiżjoni ta’ rkupru

66.

Bħall-ksur tal-obbligu ta’ waqfien totali, in-nuqqas tal-awtoritajiet tal-Istat tal-EFTA sabiex jikkonformaw ma’ deċiżjoni ta’ rkupru tal-Awtorità taħt l-Artikolu 14 fil-Parti II tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti jista’, fil-fehma tal-Awtorità, iwassal għal talbiet għal danni taħt il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-EFTA (95). Fl-opinjoni tal-Awtorità, it-trattament ta’ dawn it-talbiet għad-danni jirrifletti l-prinċipji stipulati aktar ‘il fuq fir-rigward tal-ksur tal-obbligu ta’ waqfien totali (96). Dan għaliex, (i) l-obbligu ta’ rkupru ta’ Stat tal-EFTA huwa mmirat sabiex jipproteġi l-istess drittijiet individwali bħall-obbligu ta’ waqfien totali, u (ii) id-deċiżjonijiet ta’ rkupru tal-Awtorità ma jħallu lill-awtoritajiet nazzjonali l-ebda diskrezzjoni; il-ksur ta’ obbligu ta’ rkupru għandu għalhekk fil-prinċipju jitqies bħala serju biżżejjed. Għaldaqstant, is-suċċess ta’ talba għad-danni għan-nuqqas ta’ implimentazzjoni tad-deċiżjoni ta’ rkupru tal-Awtorità għal darb’oħra jiddependi fuq jekk l-attur jipprovax li hu sofra telf direttament bħala riżultat tal-irkupru mdewwem (97).

1.4.   Regoli proċedurali u l-locus standi quddiem il-qrati nazzjonali

1.4.1.   Prinċipji ġenerali

67.

Il-qrati nazzjonali huma obbligati jinfurzaw l-obbligu ta’ waqfien totali u jipproteġu d-drittijiet tal-individwi kontra għajnuna mill-Istat li tingħata kontra l-liġi. Fil-prinċipju, ir-regoli proċedurali nazzjonali japplikaw għal dawn il-proċedimenti (98). Madankollu, l-applikazzjoni tal-liġi nazzjonali f’dawn iċ-ċirkostanzi tiddependi minn żewġ kundizzjonijiet essenzjali:

(a)

ir-regoli proċedurali nazzjonali applikabbli għat-talbiet taħt l-Artikolu 1(3) fil-Parti I tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti ma jistgħux ikunu anqas favorevoli minn dawk li jirregolaw it-talbiet taħt il-liġi domestika (il-prinċipju tal-ekwivalenza); (99) u

(b)

ir-regoli proċedurali nazzjonali ma jistgħux irendu diffiċli żżejjed jew prattikament impossibbli l-eżerċizzju tad-drittijiet konferiti bil-liġi taż-ŻEE (il-prinċipju tal-effikaċja) (100).

68.

B’mod aktar ġenerali, il-qrati nazzjonali m’għandhomx japplikaw ir-regoli proċedurali nazzjonali jekk li jagħmlu dan iwassal għal vjolazzjoni tal-prinċipji stipulati fil-paragrafu 67.

1.4.2.   Locus standi

69.

Il-prinċipju tal-effikaċja għandu impatt dirett fuq is-sitwazzjoni ta’ atturi possibbli quddiem il-qrati nazzjonali taħt l-Artikolu 1(3) fil-Parti I tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti. F’dan ir-rigward, il-liġi taż-ŻEE titlob li r-regoli nazzjonali dwar il-locus standi ma jimminawx id-dritt għal protezzjoni ġuridika effettiva (101). Ir-regoli nazzjonali, għalhekk, ma jistgħux jillimitaw il-locus standi għall-kompetituri tal-benefiċjarju biss (102). Il-partijiet terzi li ma jiġux affettwati bit-tfixkil tal-kompetizzjoni li tirriżulta mill-miżura ta’ għajnuna jista’ jkollhom ukoll interess legali suffiċjenti ta’ natura differenti (kif diġà ġie rikonoxxut f’każijiet ta’ tassazzjoni) sabiex iressqu proċedimenti quddiem qorti nazzjonali (103).

1.4.3.   Kwistjonijiet ta’ locus standi f’kawżi ta’ tassazzjoni

70.

Il-ġurisprudenza msemmija aktar ‘il fuq hija partikolarment relevanti għall-għajnuna mill-Istat mogħtija fil-forma ta’ eżenzjonijiet mit-taxxi u responsabbiltajiet finanzjarji oħra. F’dawn il-każijiet, il-persuni li ma jibbenefikawx mill-istess eżenzjoni jistgħu jisfidaw il-piż tat-taxxa tagħhom fuq il-bażi tal-Artikolu 1(3) fil-Parti I tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti (104).

71.

Madankollu kontribwenti tat-taxxa terzi jistgħu biss jibbażaw ruħhom fuq l-obbligu tal-waqfien totali fejn il-ħlas tat-taxxa tagħhom stess jifforma parti integrali mill-miżura illegali tal-għajnuna mill-istat (105). Dan huwa l-każ fejn, skont ir-regoli nazzjonali relevanti, id-dħul fiskali jkun riżervat esklużivament għall-finanzjament tal-għajnuna mill-Istat mogħtija illegalment u jkollu impatt dirett fuq l-ammont tal-għajnuna mill-Istat mogħtija bi ksur tal-Artikolu 1(3) fil-Parti I tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti (106).

72.

Jekk eżenzjonijiet ingħataw mit-taxxi ġenerali, il-kriterji ta’ hawn fuq ġeneralment mhumiex sodisfatti. Impriża li hi responsabbli għall-ħlas ta’ dawn it-taxxi għalhekk ma tistax tiddikjara b’mod ġenerali li l-eżenzjoni mit-taxxa ta’ ħaddieħor hija kontra l-liġi taħt l-Artikolu 1(3) fil-Parti I tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti (107). Jirriżulta wkoll mill-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja li l-estensjoni tal-eżenzjoni illegali għall-attur mhix rimedju xieraq għall-ksur tal-Artikolu 1(3) fil-Parti I tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti. Din il-miżura ma teliminax l-effetti antikompetittivi tal-għajnuna illegali, iżda għall-kuntrarju, issaħħaħhom (108).

1.4.4.   Ġbir tal-evidenza

73.

Il-prinċipju tal-effikaċja jista’ jinfluwenza wkoll il-proċess tal-ġbir tal-evidenza. Pereżempju, meta l-piż tal-prova rigward talba partikolari jagħmilha impossibbli jew diffiċli ħafna għall-attur sabiex jissostanzja l-ilment tiegħu (pereżempju minħabba li dan ma jkollux l-evidenza dokumentata meħtieġa), il-qorti nazzjonali tkun meħtieġa tuża l-mezzi kollha disponibbli skont il-liġi proċedurali nazzjonali sabiex tagħti aċċess lill-attur għal din l-evidenza. Dan jista’ jinkludi, fejn previst bil-liġi nazzjonali, l-obbligu li l-qorti nazzjonali tordna lill-konvenut jew lil parti terza sabiex jagħmlu d-dokumenti meħtieġa disponibbli għall-attur (109).

2.   L-APPOĠĠ TAL-AWTORITÀ TAS-SORVELJANZA TAL-EFTA GĦALL-QRATI NAZZJONALI

74.

L-Artikolu 3 tal-Ftehim taż-ŻEE, li huwa mfassal fuq il-mudell tal-Artikolu 10 tat-Trattat tal-KE, iqiegħed obbligu fuq il-Partijiet Kontraenti li jieħdu l-miżuri kolha xierqa sabiex jassiguraw it-twettiq tal-obbligi li jirriżultaw mill-Ftehim taż-ŻEE u jiffaċilitaw il-koperazzjoni fil-qafas tiegħu (110). Fuq il-bażi tal-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja, l-Artikolu 10 tat-Trattat tal-KE jimplika li l-Kummissjoni Ewropea għandha tassisti lill-qrati nazzjonali meta huma japplikaw il-liġi tal-Komunità (111). Min-naħa l-oħra, il-qrati nazzjonali jistgħu jkunu obbligati sabiex jgħinu lill-Kummissjoni Ewropea fit-twettiq tal-kompiti tagħha (112). L-Awtorità tikkonsidra li għandha obbligu simili ta’ koperazzjoni leali fil-konfront tal-qrati nazzjonali tal-Istati tal-EFTA, bis-saħħa tal-Artikolu 3 korrispondenti tal-Ftehim taż-ŻEE u l-Artikolu 2 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti.

75.

Meta wieħed jikkunsidra r-rwol tal-qrati nazzjonali fl-infurzar tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, l-Awtorità hija impenjata li tgħin lill-qrati nazzjonali fejn dawn tal-aħħar isibu tali għajnuna meħtieġa meta jiġu biex jiddeċiedu dwar każ pendenti. Filwaqt li l-Kapitolu preċedenti tal-Linji Gwida tal-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA dwar l-Għajnuna mill-Istat dwar il-koperazzjoni bejn il-qrati nazzjonali u l-Awtorità fil-qasam tal-għajnuna mill-istat (113) diġà kien joffri lill-qrati nazzjonali l-possibiltà li jitolbu l-għajnuna lill-Awtorità, din il-possibiltà ma ġietx użata regolarment mill-qrati nazzjonali. L-Awtorità għalhekk tixtieq li tagħmel tentattiv ieħor sabiex tistabbilixxi koperazzjoni aktar mill-qrib mal-qrati nazzjonali billi tipprovdi mekkaniżmi aktar prattiċi u faċli biex tużahom. F’dan, hija tieħu l-ispirazzjoni tagħha mill-Avviż tal-Awtorità dwar il-koperazzjoni bejn l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA u l-qrati tal-Istati tal-EFTA fl-applikazzjoni tal-Artikoli 53 u 54 tal-Ftehim taż-ŻEE (114).

76.

Is-sostenn tal-Awtorità lill-qrati nazzjonali jista’ jkun ta’ żewġ forom differenti:

(a)

Il-qorti nazzjonali tista’ titlob lill-Awtorità sabiex tittrażmettilha l-informazzjoni relevanti li għandha fil-pussess tagħha (ara t-taqsima 2.1 tal-Kapitolu preżenti).

(b)

Il-qorti nazzjonali tista’ titlob lill-Awtorità għal opinjoni rigward l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-istat (ara t-taqsima 2.2 tal-Kapitolu preżenti).

77.

Meta tagħti sostenn lill-qrati nazzjonali, l-Awtorità għandha tirrispetta l-obbligu tagħha tal-kunfidenzjalità professjonali u tissalvagwardja l-funzjonament u l-indipendenza tagħha stess (115). Fit-twettiq tal-obbligu tagħha skont l-Artikolu 3 tal-Ftehim taż-ŻEE lejn il-qrati nazzjonali, l-Awtorità għaldaqstant hija impenjata li tibqa’ newtrali u oġġettiva. Peress li s-sostenn tal-Awtorità lill-qrati nazzjonali huwa parti mill-obbligu tagħha li tiddefendi l-interess pubbliku, l-Awtorità m’għandha l-ebda intenzjoni li taqdi l-interessi privati tal-partijiet involuti fil-każ pendenti quddiem il-qorti nazzjonali. Fir-rigward tas-sostenn tagħha lill-qorti nazzjonali, l-Awtorità għalhekk ma tisma’ lill-ebda parti involuta fil-proċedimenti nazzjonali.

78.

Is-sostenn offrut lill-qrati nazzjonali taħt dan il-Kapitolu huwa volontarju u bla ħsara għall-possibiltà li qorti nazzjonali titlob lill-Qorti tal-EFTA għal opinjoni konsultattiva dwar l-interpretazzjoni jew il-validità tal-liġi taż-ŻEE f’konformità mal-Artikolu 34 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti.

2.1.   Trażmissjoni tal-informazzjoni lill-qrati nazzjonali

79.

L-obbligu tal-Awtorità li tgħin lill-qrati nazzjonali fl-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat jinkludi l-obbligu li din tittrażmetti lill-qrati nazzjonali l-informazzjoni relevanti li tkun fil-pussess tagħha (116).

80.

Qorti nazzjonali tista’, inter alia, titlob lill-Awtorità għal dawn it-tipi ta’ informazzjoni li ġejjin:

(a)

Informazzjoni dwar proċedura pendenti tal-Awtorità; din tista’, inter alia, tinkludi informazzjoni dwar jekk proċedura dwar miżura partikolari ta’ għajnuna tkunx pendenti quddiem l-Awtorità, jekk ċerta miżura ta’ għajnuna tkunx ġiet notifikata kif jixraq skont l-Artikolu 1(3) fil-Parti I tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, jekk l-Awtorità tkunx bdiet investigazzjoni formali, u jekk l-Awtorità tkunx diġà ħadet deċiżjoni (117). Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni, il-qorti nazzjonali tista’ titlob lill-Awtorità sabiex tiċċara meta din x’aktarx tkun se tiġi adottata.

(b)

Barra minn hekk, il-qrati nazzjonali jistgħu jitolbu lill-Awtorità biex tittrażmettilhom dokumenti li din ikollha fil-pussess tagħha. Dan jista’ jinkludi kopji ta’ deċiżjonijiet eżistenti tal-Awtorità sakemm dawn ma jkunux ġew ippubblikati diġà fuq il-websajt tal-Awtorità, dejta fattwali, statistika, studji tas-suq u analiżi ekonomika.

81.

Sabiex jiġi żgurat li l-koperazzjoni tagħha mal-qrati nazzjonali tkun effiċjenti, it-talbiet għal informazzjoni se jkunu proċessati malajr kemm jista’ jkun. L-Awtorità tagħmel ħilitha biex tipprovdi lill-qorti nazzjonali bl-informazzjoni mitluba fi żmien xahar mid-data tat-talba. Fejn l-Awtorità jkollha bżonn tistaqsi lill-qorti nazzjonali għal aktar kjarifiki, dan il-perjodu ta’ xahar jibda mill-mument meta din tirċievi l-kjarifika. Meta l-Awtorità jkollha tikkonsulta partijiet terzi li jkunu affettwati direttament bit-trażmissjoni tal-informazzjoni, il-perjodu ta’ xahar jibda jiddekorri mill-konklużjoni ta’ din il-konsultazzjoni. Dan jista’, pereżempju, ikun il-każ għal ċerti tipi ta’ informazzjoni sottomessa minn persuna privata (118), jew meta l-informazzjoni mressqa minn Stat tal-EFTA tkun meħtieġa minn qorti fi Stat tal-EFTA differenti.

82.

Fit-trażmissjoni tal-informazzjoni lill-qrati nazzjonali, l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA għandha żżomm il-garanziji mogħtija lill-persuni naturali u legali mill-Artikolu 122 tal-Ftehim taż-ŻEE u l-Artikolu 14 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti (119). L-Artikolu 14 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti jipprojbixxi l-membri, l-uffiċjali u impjegati oħra tal-Awtorità milli jikxfu informazzjoni koperta mill-obbligu tas-segretezza professjonali. L-Artikolu 122 tal-Ftehim taż-ŻEE jobbliga lir-rappreżentanti, lid-delegati u lill-esperti tal-Partijiet Kontraenti, u kif ukoll lill-uffiċjali u impjegati oħra, anki wara li d-dmirijiet tagħhom ikunu ntemmu, sabiex ma jikxfux informazzjoni tat-tip kopert mill-obbligu tas-segretezza professjonali. Dan jista’ jinkludi informazzjoni kunfidenzjali u sigrieti tan-negozju.

83.

Il-qari konġunt tal-Artikoli 3 u 122 tal-Ftehim taż-ŻEE u l-Artikolu 14 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti ma jwassalx għall-projbizzjoni assoluta għall-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA milli tittrażmetti informazzjoni li tkun koperta mill-obbligu tas-segretezza professjonali lill-qrati nazzjonali. Il-qrati tal-Komunità Ewropea kkonfermaw li l-obbligu ta’ koperazzjoni leali jitlob li l-Kummissjoni Ewropea tforni lill-qorti nazzjonali bi kwalunkwe informazzjoni li din tal-aħħar tkun teħtieġ (120). L-Awtorità, li qed tieħu l-istess approċċ, temmen li dan jinkludi wkoll informazzjoni koperta bl-obbligu tal-kunfidenzjalità professjonali.

84.

Fejn ikun biħsiebha tipprovdi informazzjoni koperta bis-sigriet professjonali lil qorti nazzjonali, l-Awtorità għalhekk se tfakkar lill-qorti dwar l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 122 tal-Ftehim taż-ŻEE u l-Artikolu 14 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti. Hija se titlob lill-qorti nazzjonali jekk tistax tiggarantixxi l-protezzjoni ta’ din l-informazzjoni kunfidenzjali u dawn is-sigrieti tan-negozju. Meta l-qorti nazzjonali ma tkunx tista’ toffri tali garanzija, l-Awtorità ma tittrażmettix l-informazzjoni kkonċernata (121). Fejn, mill-banda l-oħra, il-qorti nazzjonali tkun offriet tali garanzija, il-Kummissjoni tittrażmetti l-informazzjoni mitluba.

85.

Jeżistu xenarji oħra li fihom l-Awtorità tista’ tiġi pprojbita milli tiżvela ċerta informazzjoni lil qorti nazzjonali. B’mod partikolari, l-Awtorità tista’ tirrifjuta milli tittrażmetti l-informazzjoni lil qorti nazzjonali meta din it-trażmissjoni tkun se tinterferixxi mal-funzjonament tal-Ftehim taż-ŻEE. Dan huwa l-każ meta l-iżvelar jista’ jhedded it-twettiq tal-kompiti fdati lill-Awtorità (122) (pereżempju informazzjoni dwar il-proċess intern tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-Awtorità).

2.2.   Opinjonijiet dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat

86.

Meta tiġi biex tapplika r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għal każ li jkun pendenti quddiemha, il-qorti nazzjonali għandha tirrispetta kwalunkwe regoli relevanti taż-ŻEE fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat kif ukoll il-ġurisprudenza eżistenti tal-qorti tal-EFTA u tal-qrati tal-Komunità Ewropea. Barra minn hekk, qorti nazzjonali tista’ tfittex li tiggwida ruħha permezz tal-prattika tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-Awtorità u l-linji gwida li jikkonċernaw l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat maħruġa mill-Awtorità. Madankollu, jista’ jkun hemm ċirkostanzi li fihom l-għodda t’hawn fuq ma joffrux lill-qorti nazzjonali gwida biżżejjed dwar il-kwistjonijiet involuti. Fid-dawl tal-obbligi tagħha skont l-Artikolu 3 tal-Ftehim taż-ŻEE u meta wieħed jikkunsidra r-rwol importanti u kumpless li l-qrati nazzjonali għandhom fl-infurzar tal-għajnuna mill-Istat, l-Awtorità għalhekk tagħti lill-qrati nazzjonali l-opportunità sabiex dawn jitolbu l-opinjoni tagħha dwar kwistjonijiet relevanti li jikkonċernaw l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat (123).

87.

Dawn l-opinjonijiet tal-Awtorità jistgħu, fil-prinċipju, ikopru l-kwistjonijiet ekonomiċi, fattwali jew legali kollha li jirriżultaw fil-kuntest ta’ proċedimenti nazzjonali (124). Kwistjonijiet li jirrigwardaw l-interpretazzjoni tal-liġi taż-ŻEE jistgħu ovvjament iwasslu wkoll lill-qorti nazzjonali sabiex titlob opinjoni konsultattiva mingħand il-Qorti tal-EFTA skont l-Artikolu 34 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti.

88.

Suġġetti possibbli li dwarhom l-Awtorità tista’ tagħti opinjoni jinkludu, inter alia:

(a)

Jekk ċerta miżura tikkwalifikax bħala għajnuna mill-Istat fit-tifsira tal-Artikolu 61 tal-Ftehim taż-ŻEE u, jekk ikun hekk, kif għandu jiġu kkalkulat l-ammont eżatt tal-għajnuna. Dawn l-opinjonijiet jistgħu jkunu relatati ma’ kull kriterju taħt l-Artikolu 61 tal-Ftehim taż-ŻEE (jiġifieri l-eżistenza ta’ vantaġġ, mogħti minn Stat tal-EFTA jew permezz tar-riżorsi tal-Istat, tfixkil possibbli għall-kompetizzjoni u l-effett fuq il-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti).

(b)

Jekk miżura ta’ għajnuna partikolari tissodisfax rekwiżit partikolari tar-Regolament ta’ Eżenzjoni Ġenerali ta’ Kategorija sabiex ma tkun neċessarja l-ebda notifika individwali u l-obbligu tal-waqfien totali taħt l-Artikolu 1(3) fil-Parti I tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti ma japplikax.

(ċ)

Jekk ċerta miżura għall-għajnuna taqax taħt skema speċifika ta’ għajnuna li tkun ġiet notifikata u approvata mill-Awtorità jew b’xi mod ieħor tikkwalifika bħala għajnuna eżistenti. F’dawn il-każijiet ukoll, l-obbligu tal-waqfien totali skont l-Artikolu 1(3) fil-Parti I tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti ma jkunx japplika.

(d)

Jekk jeżistux ċirkostanzi eċċezzjonali (kif imsemmi fid-deċiżjoni ‘SFEI’ tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja (125)) li jistgħu jimpedixxu lill-qorti nazzjonali milli tordna l-irkupru sħiħ skont il-liġi taż-ŻEE.

(e)

Meta l-qorti nazzjonali tkun meħtieġa tordna l-irkupru ta’ imgħaxijiet, din tista’ titlob lill-Awtorità għall-għajnuna dwar il-kalkolu tal-imgħax u r-rata tal-imgħax applikabbli.

(f)

Il-prerekwiżiti legali għat-talbiet għad-danni skont il-liġi taż-ŻEE u kwistjonijiet li jikkonċernaw il-kalkolu tad-dannu li jkun sar.

89.

Kif intqal fil-paragrafu 16 aktar ‘il fuq, il-valutazzjoni tal-kompatibilità ta’ miżura ta’ għajnuna mal-Ftehim taż-ŻEE skont l-Artikolu 61(2) u 61(3) tal-Ftehim taż-ŻEE taqa’ taħt il-kompetenza esklużiva tal-Awtorità. Il-qrati nazzjonali mhumiex kompetenti li jagħmlu valutazzjoni tal-kompatibbilità ta’ miżura ta’ għajnuna. Filwaqt li l-Awtorità ma tistax, għalhekk, tforni opinjonijiet dwar il-kompatibilità, dan ma jipprojbix lill-qorti nazzjonali milli titlob informazzjoni proċedurali dwar jekk l-Awtorità tkunx diġà qed tagħmel valutazzjoni dwar il-kompatibilità ta’ ċerta miżura ta’ għajnuna (jew jekk tkunx beħsiebha tagħmel hekk) u, jekk ikun hekk, meta x’aktarx li tiġi adottata d-deċiżjoni tagħha (126).

90.

Meta tagħti l-opinjoni tagħha, l-Awtorità tillimita ruħha sabiex tforni lill-qorti nazzjonali bl-informazzjoni fattwali jew bil-kjarifika ekonomika jew legali mitluba, mingħajr ma tikkunsidra l-merti tal-każ pendenti quddiem il-qorti nazzjonali. Barra minn hekk, l-opinjoni tal-Awtorità ma torbotx legalment lill-qorti nazzjonali.

91.

Fl-interess li l-koperazzjoni tagħha mal-qrati nazzjonali tkun effettiva kemm jista’ jkun, talbiet għal opinjonijiet mill-Awtorità se jiġu pproċessati malajr kemm jista’ jkun. L-Awtorità se tipprova tipprovdi lill-qorti nazzjonali bl-informazzjoni mitluba fi żmien erba’ xhur mid-data tat-talba. Fejn l-Awtorità jkollha bżonn titlob lill-qorti nazzjonali għal aktar kjarifiki dwar it-talba tagħha, dan il-perjodu ta’ erba’ xhur jibda jiddekorri mill-mument meta tiġi riċevuta l-kjarifika.

92.

F’dan il-kuntest, ta’ min jinnota, madankollu, li l-obbligu ġenerali tal-qrati nazzjonali li jipproteġu d-drittijiet individwali skont l-Artikolu 1(3) fil-Parti I tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti japplika wkoll matul il-perjodu li fih l-Awtorità tipprepara l-opinjoni mitluba. Dan għaliex, kif stabbilit fil-paragrafu 58 aktar ‘il fuq, l-obbligu tal-qorti nazzjonali li tipproteġi d-drittijiet individwali skont l-Artikolu 1(3) fil-Parti I tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti japplika irrispettivament minn jekk tkunx għadha qed tiġi mistennija dikjarazzjoni mill-Awtorità jew le (127).

93.

Kif indikat diġà fil-paragrafu b) ta’ dan il-Kapitolu, l-Awtorità ma tismax lill-partijiet qabel ma tagħti l-opinjoni tagħha lill-qorti nazzjonali. L-introduzzjoni tal-opinjoni tal-Awtorità fil-proċediment nazzjonali tiddependi mir-regoli proċedurali nazzjonali relevanti, li jridu jirrispettaw il-prinċipji ġenerali tal-liġi taż-ŻEE.

2.3.   Punti prattiċi

94.

Il-qrati nazzjonali jistgħu jindirizzaw it-talbiet kollha tagħhom għas-sostenn taħt it-taqsimiet 2.1 u 2.2 ta’ dan il-Kapitolu, u kull mistoqsija miktuba jew orali dwar il-politika tal-għajnuna mill-istat li tista’ tqum matul il-ħidma ta’ kuljum tagħhom lil:

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA

Rue Belliard 35

B-1040 Brussels

Belgium

Telefon 0032 2 286 18 11

Faks 0032 2 286 18 00

Posta elettronika registry@eftasurv.int

95.

L-Awtorità se tippubblika sommarju li jikkonċerna l-koperazzjoni tagħha mal-qrati nazzjonali skont dan il-Kapitolu fir-rapport annwali tagħha. Tista’ wkoll tagħmel l-opinjonijiet u l-osservazzjonijiet tagħha disponibbli fuq il-websajt tagħha.

3.   DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

96.

Dan il-Kapitolu inħareġ sabiex jgħin lill-qrati nazzjonali fl-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. Huwa ma jorbotx lill-qrati nazzjonali jew jaffettwa l-indipendenza tagħhom. Minbarra dan, dan il-Kapitolu ma jaffettwax id-drittijiet u l-obbligi tal-Istati tal-EFTA u tal-persuni fiżiċi jew legali taħt il-liġi taż-ŻEE.

97.

Dan il-Kapitolu jieħu post il-Kapitolu eżistenti tal-Linji Gwida tal-Awtorità dwar l-Għajnuna mill-Istat dwar il-koperazzjoni bejn il-qrati nazzjonal u l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat.

98.

L-Awtorità beħsiebha terġa’ teżamina dan il-Kapitolu ħames snin wara l-adozzjoni tiegħu.


(1)  Dan il-Kapitolu jikkorrispondi mal-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-infurzar tal-liġi dwar l-għajnuna mill-Istat mill-qrati nazzjonali (ĠU C 85, 9.4.2009, p. 1) u jieħu post il-Kapitolu eżistenti tal-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat tal-Awtorità dwar il-koperazzjoni bejn il-qrati nazzjonali u l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat (ĠU L 274, 26.10.2000, p. 19 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 48, 26.10.2000, p. 33).

(2)  Avviż tal-Kummissjoni dwar l-infurzar tal-liġi dwar l-għajnuna mill-Istat mill-qrati nazzjonali (ĠU C 85, 9.4.2009, p. 1).

(3)  Il-Kapitolu jikkorrispondi mal-Avviż tal-Kummissjoni dwar il-koperazzjoni bejn il-qrati nazzjonali u l-Kummissjoni fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat (ĠU C 312, 23.11.1995, p. 8) u introduċa mekkaniżmi għall-koperazzjoni u l-iskambju tal-informazzjoni bejn l-Awtorità u l-qrati nazzjonali.

(4)  Il-Kawża C-308/01, GIL Insurance et [2004] ECR I-4777, paragrafu 69; il-Kawża C-387/92 Banco Exterior de España v Ayuntamiento de Valencia [1994] ECR I-877, paragrafu 13; il-Kawża C-295/97 Piaggio [1999] ECR I-3735, paragrafu 34; il-Kawża C-39/94 SFEI, paragrafu 58; il-Kawża C-237/04 Enirisorse [2006] ECR I-2843, paragrafu 42; u l-Kawża C-66/02 l-Italja v il-Kummissjoni [2005] ECR- 10901, paragrafu 77.

(5)  Ara l-Opinjoni tal-Avukat Ġenerali Jacobs fil-Kawżi Magħquda C-278/92, C-279/92 u C-280/92, Spanja v Il-Kummissjoni [1994] ECR I-4103, paragrafu 28: “Għajnuna mill-Istat hija mogħtija kull meta Stat Membru jagħmel aċċessibbli lil intrapriża fondi li fil-kors normali tal-affarijiet ma jkunux provduti minn investitur privat li japplika kriterji kummerċjali normali u li jwarrab konsiderazzjonijiet oħra ta’ natura soċjali, politika u filantropika.”

(6)  Il-Kawża 290/83 Il-Kummissjoni v Franza, [1985] ECR 439, paragrafu 14; u l-Kawża C-482/99 Franza v il-Kummissjoni [2002] ECR I-4397, paragrafi 36 sa 42.

(7)  Analiżi ċara ta’ din id-distinzjoni tinsab fl-Opinjoni tal-Avukat Ġenerali Darmon fil-Kawżi Magħquda C-72/91 u C-73/91, Sloman Neptun v Bodo Ziesemer, [1993] ECR I-887. Ara wkoll il-Kawżi Magħquda E-5/04, E-6/04 u E-7/04 Fesil and Finnfjord a.o. v L-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA [2005] Rapport tal-Qorti tal-EFTA 121, paragrafi 76-87 u l-Kawża E-6/98 Il-Gvern tan-Norveġja v l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA [1999] ir-Rapport tal-Qorti tal-EFTA 74, paragrafu 33-38.

(8)  Ara l-Kawżi Magħquda E-5/04, E-6/04 u E-7/04 Fesil and Finnfjord a.o. v L-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA, paragrafi 93-102. Ara wkoll il-Kawżi Magħquda C-393/04 u C-41/05 Air Liquide Industries Belgium [2006] ECR I-5293, paragrafi 33 sa 36; il-Kawża C-222/04, Cassa di Risparmio de Firenze et [2006] ECR I-289, paragrafi 139 sa 141; u l-Kawża C-310/99, L-Italja v Il-Kummissjoni, [2002] ECR I-2289, paragrafi 84 sa 86.

(9)  Eżempju tajjeb hija s-sentenza Altmark tal-QEĠ, il-Kawża C-280/00, Altmark Trans GmbH u Regierungspräsidium Magdeburg v Nahverkehrsgesellschaft Altmark GmbH [2003] ECR I-7747. Ara wkoll pereżempju l-Kawża E-6/98 il-Gvern tan-Norveġja v l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA u l-Kawżi Magħquda E-5/04, E-6/04 u E-7/04 Fesil and Finnfjord a.o. v L-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA, paragrafi 76-87.

(10)  Dwar it-test tal-investitur privat in ġenerali, ara l-Kawża C-142/87, il-Belġju v il-Kummissjoni (Tubemeuse) [1990] ECR I-959; il-Kawża C-305/89, l-Italja v il-Kummissjoni (Alfa Romeo), [1991] ECR I-1603, paragrafi 19 u 20. Fir-rigward tar-raġunament dettaljat tiegħu, ara l-Kawżi Magħquda T-228/99 u T-233/99 Westdeutsche Landesbank Girozentrale v il-Kummissjoni [2003] ECR II-435, paragrafu 245 et seq. Ara wkoll il-Kapitolu tal-Linji Gwida tal-Awtorità dwar l-Għajnuna mill-Istat dwar il-holdings tal-awtoritajiet pubbliċi (ĠU L 231, 3.9.1994, p. 1, Suppliment taż-ŻEE Nru 32, 3.9.1994, p. 1). Dan il-Kapitolu huwa bbażat fuq il-Bulettin KE 9-1984 dwar l-Applikazzjoni ta’ dawk li kienu l-Artikoli 92 u 93 tat-Trattat tal-KEE għall-holdings tal-awtoritajiet pubbliċi (Bulettin tal-Komunitajiet Ewropej Nru 9-1984), inkorporat fil-punt 9 tal-Anness XV tal-Ftehim taż-ŻEE. Ara wkoll il-Kapitolu tal-Linji Gwida tal-Awtorità dwar l-Għajnuna mill-Istat dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar l-għajnuna mill-Istat għall-impriżi pubbliċi fis-settur tal-manifattura (ĠU L 231, 3.9.1994, p. 1, Suppliment taż-ŻEE Nru 32, 3.9.1994, p. 1). Il-Kapitolu jikkorrispondi mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli [ex] 92 u 93 tat-Trattat tal-KEE u tal-Artikolu 5 tad-Direttiva tal-Kummissjoni 80/723/KEE għall-impriżi pubbliċi fis-settur tal-manifattura (ĠU C 307/3, 13.11.1993, p. 3). Għal dak li jirrigwarda l-applikazzjoni ta’ dan il-prinċipju fir-rigward tal-finanzjament tal-ajruporti, ara l-Kapitolu tal-Linji Gwida tal-Awtorità dwar il-Finanzjament tal-Ajruporti u l-għajnuna tal-bidu lil-Linji tal-Ajru li jitilqu minn ajruporti reġjonali (ĠU L 62, 6.3.2008, p. 30, Suppliment taż-ŻEE Nru 12, 6.3.2008, p. 3) Il-Kapitolu jikkorrispondi mal-linji gwida tal-Komunità dwar il-Finanzjament tal-Ajruporti u l-għajnuna tal-bidu lil-Linji tal-Ajru li Jitilqu minn Ajruporti Reġjonali (ĠU C 312, 9.12.2005, paragrafi 42 sa 52, p. 1).

(11)  Il-Kawża C-342/96 Spanja v Il-Kummissjoni, [1999] ECR I-2459, paragrafu 34; u l-Kawża C-256/97 DM Transport [1999] ECR I-3913, paragrafu 25.

(12)  Il-Kapitolu tal-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat dwar il-garanziji mill-istat (għadu mhux ippubblikat). Il-Kapitolu jikkorrispondi mal-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ garanziji, (ĠU C 155, 20.6.2008, p. 10).

(13)  Il-Linji Gwida tal-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA dwar l-elementi ta’ għajnuna mill-Istat fil-bejgħ ta’ artijiet u bini minn awtoritajiet pubbliċi (ĠU L 137, 8.6.2000, p. 28, Suppliment taż-ŻEE Nru 26, 8.6.2000, p. 19). Il-Kapitolu jikkorrispondi mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar elementi ta’ għajnuna Statali dwar bejgħ ta’ artijiet u bini ta’ awtoritajiet pubbliċi (ĠU C 209, 10.7.1997, p. 3).

(14)  Il-Kapitolu tal-Linji Gwida tal-Awtorità dwar l-assigurazzjoni tal-kreditu tal-esportazzjoni għal żmien qasir (ĠU L 120, 23.4.1998, p. 27, is-Suppliment taż-ŻEE Nru 16, 23.4.1998, p. 1), kif l-aħħar emendat mid-Deċiżjoni tal-Awtorità Nru 95/06/COL (ĠU L 324, 23.11.2006, p. 38, is-Suppliment taż-ŻEE Nru 57, 23.11.2006, p. 28). Il-Kapitolu jikkorrispondi mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Istati Membri skont l-Artikolu [93(1)] tat-Trattat tal-KE li japplika l-Artikoli [92] u [93] tat-Trattat għall-assigurazzjoni tal-kreditu tal-esportazzjoni għal żmien qasir (ĠU C 281, 17.9.1997, p. 4), kif l-aħħar emendata mill-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Istati Membri li temenda l-komunikazzjoni skont l-Artikolu [93(1)] tat-Trattat tal-EC li japplika l-Artikoli [92] u [93] tat-Trattat għall-assigurazzjoni tal-kreditu tal-esportazzjoni għal żmien qasir (ĠU C 325, 22.12.2005, p. 22).

(15)  Il-Kapitolu tal-Linji Gwida tal-Awtorità dwar l-applikazzjoni tal-għajnuna mill-istat fir-rigward tat-tassazzjoni diretta tal-impriżi (ĠU L 137, 8.6.2000, p. 20, Suppliment taż-ŻEE Nru 26, 8.6.2000, p. 10). Il-Kapitolu jikkorrispondi mal-Avviż tal-Kummissjoni fuq l-applikazzjoni tar-regoli ta’ għajnuna tal-istat għall-miżuri relatati mat-tassazzjoni tan-negozju dirett (ĠU C 384, tal-10.12.1998, p. 3).

(16)  Il-Kapitolu tal-Linji Gwida tal-Awtorità dwar l-Għajnuna mill-Istat għall-promozzjoni tal-investimenti fil-kapital tar-riskju f’impriżi żgħar u ta’ daqs medju (għadu mhux ippubblikat). Dan il-Kapitolu huwa bbażat fuq il-Linji gwida tal-Komunità dwar l-għajnuna mill-Istat għall-promozzjoni ta’ investimenti ta’ kapital ta’ riskju f’impriżi ta’ daqs żgħir u medju (ĠU C 194, tat-18.8.2006, p. 2).

(17)  Il-Kapitolu tal-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat għar-riċerka u l-iżvilupp u l-innovazzjoni (għadu mhux ippubblikat). Il-Kapitolu jikkorrispondi mal-Qafas Komunitarju għall-għajnuna mill-Istat għar-riċerka u l-iżvilupp u innovazzjoni (ĠU C 323, 30.12.2006, p. 1).

(18)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1998/2006 tal-15 ta’ Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat dwar l-għajnuna de minimis (ĠU L 379, 28.12.2006, p. 5) inkorporat fil-paragrafu 1ea tal-Anness XV tal-Ftehim ŻEE fil-paragrafu 1 ea tal-Anness XV tal-Ftehim taż-ŻEE bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 29/2007 (ĠU L 209, 9.8.2007, p. 52, u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 38, 9.8.2007, p. 34).

(19)  L-obbligu ta’ waqfien totali huwa mtenni fl-Artikolu 3 fil-Parti II tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti li jirrifletti r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta’ Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU L 83, tas-27.3.1999, p. 1) (“ir-Regolament Proċedurali”). Minbarra dan, ir-Regolament (KE) Nru 659/1999 ġie inkorporat fil-Protokoll 26 tal-Ftehim taż-ŻEE bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 164/2001 (ĠU L 65, 7.3.2002, p. 46, Suppliment taż-ŻEE Nru 13, 7.3.2002, p. 26). Fir-rigward taż-żmien eżatt tal-għotja tal-għajnuna, ara r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1998/2006 tal-15 ta’ Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat dwar l-għajnuna de minimis (ĠU L 379, 28.12.2006, p. 5) fil-premessa 10. Ir-regolament ġie inkorporat fil-Ftehim taż-ŻEE fil-punt 1ea tal-Anness XV tal-Ftehim bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 29/2007 (ĠU L 209, 9.8.2007, p. 52, Suppliment taż-ŻEE Nru 38, 9.8.2007, p. 34).

(20)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 tas-6 ta’ Awwissu 2008 li jiddikjara ċerti kategoriji ta’ għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni skont l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat (ĠU L 214, 9.8.2008, p. 3), inkorporat fil-paragrafu 1j tal-Anness XV tal-Ftehim taż-ŻEE bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 120/2008 (ĠU L 339, 18.12.2008, p. 111, u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 79, 18.12.2008, p. 20). Ir-regoli li jirregolaw it-tranżizzjoni għar-reġim il-ġdid jinsabu fl-Artikolu 44 tar-Regolament. Ir-Regolament ta’ Eżenzjoni Ġenerali ta’ Kategorija ħa post ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 68/2001 tat-12 ta’ Jannar 2001 dwar it-tħaddim tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-UE dwar l-għajnuna għat-taħriġ (ĠU L 10, 13.1.2001, p. 20), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 70/2001 tat-12 ta’ Jannar 2001 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna tal-Istat lill-impriżi żgħar u ta’ daqs medju (ĠU L 10, 13.1.2001, p. 33), Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2204/2002 tat-12 ta’ Diċembru 2002 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE dwar għajnuna mill-Istat għax-xogħol (ĠU L 337, 13.12.2002, p. 3) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1628/2006 tal-24 ta’ Ottubru 2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għall-għajnuna għall-investiment nazzjonali bi skop reġjonali (ĠU L 302, 1.11.2006, p. 29).

(21)  Ara l-Artikolu 1 (b) fil-Parti II tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti.

(22)  Dan ma japplikax meta l-iskema nnifisha tipprevedi rekwiżit ta’ notifika individwali għal ċerti tipi ta’ għajnuna. Dwar il-kunċett ta’ għajnuna diġà eżistenti, ara wkoll il-Kawża C-44/93 Namur-Les assurances du crédit v Office national du ducroire u l-Istat tal-Belġju [1994] ECR I-3829, paragrafi 28 sa 34 u l-Kawżi Magħquda E-5/04, E-6/04 u E-7/04 Fesil and Finnfjord a.o. v L-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA, paragrapfu 157.

(23)  Ara l-paragrafu 17.

(24)  Għal deċiżjonijiet ta’ rkupru, ara l-paragrafi 53 – 57 tal-Kapitolu tal-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat tal-Awtorità dwar l-irkupru ta’ għajnuna mill-istat illegali u inkompatibbli.

(25)  Il-Kawża C-188/92 TWD Textilwerke Deggendorf v Il-Ġermanja [1994] ECR I-833, paragrafi 17, 25 u 26; ara wkoll il-Kawżi Magħquda C-346/03 u C-529/03, Atzeni et, [2006] ECR I-1875, paragrafu 31; u l-Kawża C-232/05 Il-Kummissjoni v Franza, (“Scott”) [2006] ECR I-10071, paragrafu 59.

(26)  Il-Kawża C-368/04 Transalpine Ölleitung in Österreich, paragrafu 37; Il-Kawżi Magħquda C-261/01 u C-262/01, Van Calster u Cleeren, [2003] ECR I-12249, paragrafu 74; u l-Kawża C-39/94, SFEI et, paragrafu 41.

(27)  Il-Kawża C-199/06 CELF u Ministre de la Culture et de la Communication, [2008] ECR I-469, paragrafu 38; il-Kawża C-17/91, Lornoy et v l-Istat tal-Belġju, [1992] ECR I-6523, paragrafu 30; u l-Kawża C-354/90 Fédération Nationale du Commerce Extérieur des Produits Alimentaires et v Franza, paragrafu 14.

(28)  Dan jinkludi l-awtoritajiet fuq livell nazzjonali, reġjonali u lokali.

(29)  Il-Kawża C-368/04 Transalpine Ölleitung in Österreich, paragrafi 38 u 44; Il-Kawżi Magħquda C-261/01 u C-262/01, Van Calster and Cleeren, paragrafu 75; u l-Kawża C-295/97, Piaggio, paragrafu 31.

(30)  Il-Kawża 6/64, Costa v E.N.E.L. [1964] ECR 1141; il-Kawża 120/73, Lorenz GmbH v Bundesrepublik Deutschland et, [1973] ECR 1471, paragrafu 8; u l-Kawża C-354/90 Fédération Nationale du Commerce Extérieur des Produits Alimentaires et v Franza, paragrafu 11.

(31)  Ara f’dan il-kuntest ukoll il-preambolu tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, li jiċċara li “l-għan tal-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim taż-ŻEE, f’rispett sħiħ għall-indipendenza tal-qrati, sabiex tinstab u tinżamm interpretazzjoni u applikazzjoni uniformi tal-Ftehim taż-ŻEE u dawk id-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni tal-Komunità li huma sostanzjalment riprodotti f’dak il-Ftehim u sabiex jintlaħaq trattament ugwali tal-individwi u l-operaturi ekonomiċi fir-rigward tal-erba’ libertajiet u l-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni”. Il-preambolu jgħid ukoll li “fl-applikazzjoni tal-Protokolli 1 sa 4 ta’ dan il-Ftehim għandu jingħata l-piż dovut għall-prattiki legali u amministrattivi tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim”.

(32)  Il-Kawża E-1/94 Ravintoloitsijain Liiton Kustannus Oy Restamark [1994-1995] Rapport tal-Qorti tal-EFTA 15, paragrafu 77.

(33)  Id-dispożizzjoni tal-waqfien totali ġiet implimentata fl-Iżlanda bl-Artikolu 30 tal-Att tal-Kompetizzjoni (Samkeppnislög) Nru 44/2005, bl-emendi sussegwenti (The Law Gazette, Taqsima A, 20 Mejju 2005). Fin-Norveġja, hija implimentata permezz tal-§1 tar-Regolament Nru 198 tal-21.2.2003 Forskrift om gjennomføring av EØS-avtalens vedlegg til Protokoll 3 om nærmere regler for anvendelsen av EF-traktatens artikkel 93 (prosedyreforordningen)), stabbilit permezz tad-Digriet Irjali tal-21 ta’ Frar 2003 skont l-Att Nru 117 tas-27 ta’ Novembru 1992 dwar l-għajnuna mill-istat, cf. l-Artikolu 61 tal-Ftehim taż-ŻEE, b’emendi sussegwenti. Ir-Regolament Nru 198 ġie emendat l-aħħar bir-Regolament Nru 277 tat-3.3.2006, stabbilit bid-Digriet Irjali tal-istess data. Billi Liechtenstein għandu sistema monistika, id-dispożizzjoni tal-waqfien totali, id-dispożizzjoni tal-waqfien totali hija parti mill-ordni legali intern ta’ Liechtenstein (Liechtensteinisches Landesgesetzblatt, Jahrgang 1995, No 72, 28 April 1995).

(34)  Filwaqt li tikkonforma mal-prinċipju stabbilit fl-Artikolu 3(1) tal-Ftehim taż-ŻEE, huwa madankollu l-kompitu tas-sistema legali interna ta’ kull Stat tal-EFTA sabiex tiddetermina l-proċedura legali li twassal għal dan ir-riżultat, ara l-Kawża 120/73 Lorenz GmbH v Bundesrepublik Deutschland et [1973] ECR 1471, paragrafu 9.

(35)  Il-Kawża C-301/87 Franza v Il-Kummissjoni, (“Boussac”), [1990] ECR I-307 u l-Kawża C-142/87 Il-Belġju v Il-Kummissjoni (“Tubemeuse”) [1990] ECR I-959.

(36)  Il-Kawża C-301/87 Franza v Il-Kummissjoni, (“Boussac”), paragrafi 17 sa 23; il-Kawża C-142/87 Il-Belġju v Il-Kummissjoni, (“Tubemeuse”), paragrafi 15 sa 19; il-Kawża C-354/90 Fédération Nationale du Commerce Extérieur des Produits Alimentaires et v Franza, paragrafu 14. u l-Kawża C-199/06, CELF u Ministre de la Culture et de la Communication, paragrafu 38.

(37)  Cf. l-Artikolu 11(2) fil-Parti II tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, li jesiġi li ma jkun hemm ebda dubju dwar il-karattru tal-għajnuna tal-miżura kkonċernata, li hemm urġenza għall-azzjoni u li jkun hemm riskju serju ta’ dannu sostanzjali u irrimedjabbli għal xi kompetitur.

(38)  Il-Kawża C-354/90 Fédération Nationale du Commerce Extérieur des Produits Alimentaires et v Franza, paragrafu 12; u l-Kawża C-39/94 SFEI et, paragrafu 40; il-Kawża C-368/04 Transalpine Ölleitung in Österreich, paragrafu 47; u l-Kawża C-199/06, CELF u Ministre de la Culture et de la Communication, paragrafu 41.

(39)  Il-Kawża C-368/04 Transalpine Ölleitung in Österreich, paragrafi 38 u 44; Il-Kawżi Magħquda C-261/01 u C-262/01, Van Calster and Cleeren, paragrafu 75; u l-Kawża C-295/97, Piaggio, paragrafu 31.

(40)  Dwar l-invalidità tal-att dwar l-għoti ta’ għajnuna f’każijiet fejn l-Istat Membru jkun kiser l-Artikolu 88(3) KE, ara l-Kawża C-354/90 Fédération Nationale du Commerce Extérieur des Produits Alimentaires et v Franza, paragrafu 12; ara wkoll, bħala eżempju, is-sentenza tal-Qorti Federali tal-Ġustizzja tal-Ġermanja (‘Bundesgerichtshof’) tal-4 ta’ April 2003, V ZR 314/02, VIZ 2003, 340, u s-sentenza tal-20 ta’ Jannar 2004, XI ZR 53/03, NVwZ 2004, 636.

(41)  Il-Kawża C-71/04, Xunta de Galicia, [2005] ECR I-7419, paragrafu 49; u l-Kawża C-39/94 SFEI et, paragrafi 40 u 68; u l-Kawża C-354/90 Fédération Nationale du Commerce Extérieur des Produits Alimentaires et v Franza, paragrafu 12.

(42)  Li trid twettaq analiżi tal-kompatibbiltà qabel ma tordna l-irkupru.

(43)  Il-Kawża C-39/94, SFEI et, paragrafi 70 u 71, li tirreferi għall-opinjoni tal-Avukat Ġenerali Jacobs f’din il-Kawża, paragrafi 73 sa 75; ara wkoll il-Kawża 223/85, RSV v Il-Kummissjoni, [1987] ECR 4617, paragrafu 17; u l-Kawża C-5/89, Il-Kummissjoni v Il-Ġermanja, [1990] ECR I-3437, paragrafu 16.

(44)  Dwar l-istandard applikat f’dan ir-rigward, ara l-opinjoni tal-Avukat Ġenerali Jacobs fil-Kawża C-39/94, SFEI et, paragrafu 75.

(45)  L-Artikolu 14 jipprovdi biss għal eżenzjoni mill-obbligu ta’ rkupru tal-Awtorità meta l-irkupru jmur kontra l-prinċipji ġenerali tal-liġi taż-ŻEE. L-uniku każ li fih Stat tal-EFTA jista’ jonqos milli jimplimenta deċiżjoni għal irkupru mill-Awtorità huwa fejn dan l-irkupru jkun assolutament impossibbli, ara l-paragrafu 17 tal-Kapitolu tal-Linji Gwida tal-Awtorità dwar l-Għajnuna mill-Istat dwar l-irkupru ta’ għajnuna mill-istat illegali u inkompatibbli (għadhom mhux ippubblikati). Il-Kapitolu jikkorrispondi mal-Avviż mill-Kummissjoni għal implimentazzjoni effettiva tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jordnaw lill-Istati Membri biex tiġi rkuprata għajnuna illegali u inkompatibbli (ĠU C 272, 15.11.2007, p. 4). Ara wkoll il-Kawża C-177/06 Il-Kummissjoni v Spanja [2007] ECR I-7689, paragrafu 46.

(46)  Ara l-Kawżi Magħquda E-5/04, E-6/04 u E-7/04 Fesil and Finnfjord a.o. v L-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA, paragrafu 171 u l-Kawża E-2/05 l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA v ir-Repubblika tal-Iżlanda [2005] Rapport tal-Qorti tal-EFTA 205, paragrafu 26. Ara wkoll il-Kawża C-5/89, il-Kummissjoni v il-Ġermanja, paragrafu 14; il-Kawża C-169/169 Spanja v Il-Kummissjoni [1997] ECR I-135, paragrafu 51; u l-Kawża C-148/04, Unicredito Italiano, [2005] ECR I-11137, paragrafu 104.

(47)  Il-Kawża C-5/89, il-Kummissjoni v il-Ġermanja, paragrafu 14; il-Kawża C-24/95, Alcan Deutschland, [1997] ECR I-1591, paragrafu 25; u l-Kawżi Magħquda C-346/03 u C-529/03, Atzeni et, paragrafu 64.

(48)  Cf. l-opinjoni tal-Avukat Ġenerali Jacobs fil-Kawża C-39/94, SFEI et, paragrafu 73; u l-Kawża 223/85, RSV v Il-Kummissjoni, paragrafu 17.

(49)  Il-Kawżi Magħquda C-182/03 u C-217/03 Il-Belġju u Forum 187 v Il-Kummissjoni [2006] ECR I-5479, paragrafu 147;

(50)  Il-Kawża C-199/06 CELF u Ministre de la Culture et de la Communication, paragrafi 45, 46 u 55; u l-Kawża C-384/07, Wienstrom, sentenza tal-11 ta’ Diċembru 2008, għadha mhux ippubblikata, paragrafu 28.

(51)  Il-Kawża C-199/06, CELF u Ministre de la Culture et de la Communication, paragrafu 49.

(52)  Il-Kawża C-199/06, CELF u Ministre de la Culture et de la Communication, paragrafu 41.

(53)  Il-Kawża C-199/06 CELF u Ministre de la Culture et de la Communication, paragrafi 53 u 55.

(54)  L-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni tal-Awtorità Nru 195/04/COL tal-14 ta’ Lulju 2004 (ĠU L 139, 25.5.2006, p. 37, Suppliment taż-ŻEE Nru 26, 25.5.2006, p. 1) kif emendat bid-Deċiżjoni Nru 789/08/COL tas-17 ta’ Diċembru 2008 (għadha mhix ippubblikata).

(55)  Il-Kawża C-199/06 CELF u Ministre de la Culture et de la Communication, paragrafi 50, 52 u 55.

(56)  Il-Kawża C-199/06 CELF u Ministre de la Culture et de la Communication, paragrafi 50, 52 u 55.

(57)  Il-Kawża C-199/06 CELF u Ministre de la Culture et de la Communication, paragrafi 52 u 55.

(58)  Ara l-paragrafu 35 aktar ‘il fuq. Taxxi mħallsa fuq l-ammont nominali tal-għajnuna jistgħu jitnaqqsu għar-raġunijiet tal-irkupru, ara l-Kawża T-459/93 Siemens v il-Kummissjoni [1995] ECR II-1675, paragrafu 83.

(59)  Il-Kawża C-199/06 CELF u Ministre de la Culture et de la Communication, paragrafi 52 u 55.

(60)  Ara l-Artikoli 9-11 tad-Deċiżjoni tal-Awtorità Nru 195/04/COL tal-14 ta’ Lulju 2004 kif emendata bid-Deċiżjoni Nru 789/08/COL tas-17 ta’ Diċembru 2008.

(61)  Ara n-nota tal-qiegħ 54 aktar ‘il fuq.

(62)  Il-Kawża C-199/06, CELF u Ministre de la Culture et de la Communication, paragrafu 69.

(63)  Il-Kawża C-199/06 CELF u Ministre de la Culture et de la Communication, paragrafi 53 u 55; il-Kawża C-368/04 Transalpine Ölleitung in Österreich, paragrafu 56; u l-Kawża C-334/07 P, il-Kummissjoni v Freistaat Sachsen, sentenza tal-11 ta’ Diċembru 2008, għadha mhux ippubblikata, paragrafu 54.

(64)  Il-Kawża E-9/97 Erla María Sveinbjörnsdóttir v l-Iżlanda [1998] Rapport tal-Qorti tal-EFTA 95, paragrafi 59-63, 66-69 u Kawża E-4/01 Karl K. Karlsson v l-Iżlanda Rapport tal-Qorti tal-EFTA [2002] 240, paragrafi 32, 37-38, 40, 47.

(65)  Il-Kawża E-4/01 Karl K. Karlsson v l-Iżlanda, paragrafu 32.

(66)  Ara l-Kawża E-9/97 Erla María Sveinbjörnsdóttir v l-Iżlanda, paragrafu 66 u l-Kawża E-4/01 Karl K. Karlsson v l-Iżlanda, paragrafu 32. Ara wkoll C-173/03 Traghetti del Mediterraneo v l-Italja, paragrafu 45.

(67)  Il-Kawża E-1/94 Ravintoloitsijain Liiton Kustannus Oy Restamark, paragrafu 77.

(68)  E-9/97 Erla María Sveinbjörnsdóttir v l-Iżlanda, paragrafi 68-69 u l-Kawża E-4/01 Karl K. Karlsson v l-Iżlanda, paragrafu 38. Dwar l-effett tal-ammont tad-diskrezzjoni li għandhom l-awtoritajiet ikkonċernati ara wkoll il-Kawżi Magħquda C-46/93 u C-48/93 Brasserie du Pêcheur and Factortame [1996] ECR I-1029, paragrafu 55, il-Kawża C-278/05 Robins et [2007] ECR I-1053, paragrafu 71; il-Kawża C-424/97, Haim, [2000] ECR I-5123, paragrafu 38; u l-Kawża C-5/94, Hedley Lomas, [1996] ECR I-2553, paragrafu 28.

(69)  E-9/97 Erla María Sveinbjörnsdóttir v l-Iżlanda, paragrafu 69 u l-Kawża E-4/01 Karl K. Karlsson v l-Iżlanda, paragrafu 38. Ara wkoll il-Kawżi Magħquda C-46/93 u C-48/93, Brasserie du Pêcheur u Factortame, paragrafu 56.

(70)  Għalkemm il-ksur tal-Artikolu 1(3) fil-Parti I tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti għalhekk għandu ġeneralment jitqies bħal serju biżżejjed, jista’ jkun hemm ċirkostanzi eċċezzjonali li jostakolaw talba għad-danni. F’dawn iċ-ċirkostanzi, ir-rekwiżit ta’ ksur serju biżżejjed jista’ ma jintlaħaqx. Ara l-paragrafi 31 u 32 aktar ‘l fuq.

(71)  Ara t-taqsima 1.4.1 hawn taħt.

(72)  Kawżi Magħquda C-46/93 u C-48/93, Brasserie du Pêcheur u Factortame paragrafi 87 u 90.

(73)  Il-Kawża C-39/94 SFEI et, paragrafu 44.

(74)  Il-Kawża C-199/06 CELF u Ministre de la Culture et de la Communication, paragrafi 53 u 55.

(75)  Ara t-taqsima 1.4.1 hawn taħt.

(76)  Il-Kawża C-39/94 SFEI et, paragrafi 72 sa 74.

(77)  Il-Kawża C-39/94 SFEI et, paragrafu 75.

(78)  Il-Kawża C-354/90 Fédération Nationale du Commerce Extérieur des Produits Alimentaires et v Franza, paragrafu 12; u l-Kawża C-39/94 SFEI et, paragrafu 52; u l-Kawża C-368/04 Transalpine Ölleitung in Österreich, paragrafu 46.

(79)  Ara t-taqsima 1.2.1 aktar ‘il fuq.

(80)  Ara t-taqsima 1.4.1 hawn taħt.

(81)  Ara wkoll il-Kawża C-39/94 SFEI et, paragrafu 52; u l-Kawża C-368/04 Transalpine Ölleitung in Österreich, paragrafu 46.

(82)  Ara t-taqsima 1.4.1 hawn taħt.

(83)  Ara Taqsima 1.3.1 hawn taħt għal gwida dwar mizuri proviżorji f’każijiet ta’ rkupru.

(84)  Il-Kawża C-39/94 SFEI et, paragrafu 44.

(85)  Il-Kawża C-199/06 CELF u Ministre de la Culture et de la Communication, paragrafi 46 u 55.

(86)  Ara hawn fuq paragrafu 33.

(87)  Il-Kawża C-199/06 CELF u Ministre de la Culture et de la Communication, paragrafi 52 u 55.

(88)  Il-Kawża C-232/05, Il-Kummissjoni v Franza, (“Scott”), paragrafi 49 sa 53.

(89)  Għadha mhix ippubblikata. Il-Kapitolu jikkorrispondi mal-Avviż mill-Kummissjoni lejn implimentazzjoni effettiva tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jordnaw lill-Istati Membri biex tiġi rkuprata Għajnuna mill-Istat inkompatibbli li ngħatat kontra l-liġi (ĠU C 272, 15.11.2007, p. 4).

(90)  Ara r-referenzi msemmija fin-nota 23 ta’ qiegħ il-paġna.

(91)  Il-Kawża C-232/05, Il-Kummissjoni v Franza, (“Scott”), paragrafi 59 u 60.

(92)  Il-Kawżi Magħquda C-143/88 u C-92/89, Zuckerfabrik Süderdithmarschen u Zuckerfabrik Soest v Hauptzollamt Itzehoe u Hauptzollamt Paderborn, [1991] ECR I-415, paragrafu 33.

(93)  Il-Kawża C-465/93, Atlanta Fruchthandelsgesellschaft et v Bundesamt für Ernährung und Forstwirtschaft, [1995] ECR I-3761, paragrafu 51.

(94)  Għal aktar informazzjoni, ara l-Kapitolu tal-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat tal-Awtorità dwar l-irkupru ta’ għajnuna mill-istat illegali u inkompatibbli, paragrafu 57.

(95)  E-9/97 Erla María Sveinbjörnsdóttir v l-Iżlanda, paragrafi 59-69, 66-69 u l-Kawża E-4/01 Karl K. Karlsson v l-Iżlanda, paragrafi 32, 37-38, 40, 47.

(96)  Ara t-taqsima 1.2.4 aktar ‘il fuq.

(97)  Ara l-paragrafi 45 sa 48 aktar ‘il fuq.

(98)  Il-Kawża C-368/04 Transalpine Ölleitung in Österreich, paragrafu 45; u l-Kawża C-526/04, Laboratoires Boiron, [2006] ECR I-7529, paragrafu 51.

(99)  Il-Kawża E-4/01 Karl K. Karlsson v l-Iżlanda, paragrafu 33. Ara wkoll il-Kawża C-368/04 Transalpine Ölleitung in Österreich, paragrafu 45; il-Kawżi Magħquda C-392/04 u C-422/04 i-21 Germany [2006] ECR I-8559, paragrafu 57; u l-Kawża 33/76, Rewe, [1976] ECR 1989, paragrafu 5.

(100)  Il-Kawża E-4/01 Karl K. Karlsson v l-Iżlanda, paragrafu 33. Ara wkoll il-Kawża C-368/04 Transalpine Ölleitung in Österreich, paragrafu 45; il-Kawża C-174/02 Streekgewest, [2005] ECR I-85, paragrafu 18; u l-Kawża 33/76, Rewe, paragrafu 5.

(101)  Il-Kawża C-174/02, Streekgewest, paragrafu 18.

(102)  Il-Kawża C-174/02, Streekgewest, paragrafi 14 sa 21.

(103)  Il-Kawża C-174/02, Streekgewest, paragrafu 19.

(104)  L-impożizzjoni ta’ piż ta’ tassazzjoni eċċezzjonali fuq setturi jew produtturi speċifiċi tista’ wkoll tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat favur kumpaniji oħra, ara l-Kawża C-487/06 P British Aggregates Association v il-Kummissjoni, sentenza tat-22 ta’ Diċembru 2008, għadha mhux ippubblikata, paragrafi 81 sa 86.

(105)  Il-Kawża C-174/02, Streekgewest, paragrafu 19.

(106)  Il-Kawżi Magħquda C-393/04 u C-41/05, Air Liquide, paragrafu 46; Il-Kawżi Magħquda C-266/04 sa C-270/04, C-276/04 u C-321/04 sa C-325/04 Casino France et, [2005] ECR I-9481, paragrafu 40; u l-Kawża C-174/02, Streekgewest, paragrafu 26.

(107)  Il-Kawżi Magħquda C-393/04 u C-41/05, Air Liquide, paragrafu 48; u l-Kawżi Magħquda C-266/04 sa C-270/04, C-276/04 u C-321/04 sa C-325/04 Casino France et, paragrafi 43 u 44.

(108)  Il-Kawżi Magħquda C-393/04 u C-41/05, Air Liquide, paragrafu 45.

(109)  Il-Kawża C-526/04 Laboratoires Boiron, paragrafi 55 u 57.

(110)  F’dan il-kuntest ara wkoll l-Artikolu 2 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, li jgħid li “l-Istati tal-EFTA għandhom jieħdu l-miżuri xierqa kollha, kemm ġenerali u kif ukoll partikolari, sabiex jassiguraw it-twettiq tal-obbligi li jirriżultaw minn dan il-Ftehim. Għandhom jastjenu minn kull miżuri li x’aktarx jistgħu jipperikolaw il-ksib tal-għanijiet ta’ dan il-Ftehim.”

(111)  Il-Kawża C-39/94 SFEI et, paragrafu 50; Digriet tat-13 ta’ Lulju 1990 fil-Kawża C-2/88 Imm. Zwartveld et, [1990] ECR I-3365, paragrafi 16 sa 22; u l-Kawża C-234/89, Delimitis v Henninger Bräu, [1991] ECR I-935, paragrafu 53.

(112)  Il-Kawża C-94/00, Roquette Frères, [2002] ECR I-9011, paragrafu 31.

(113)  ĠU L 274, 26.10.2000, p. 19 u s-Suppliment ŻEE Nru 48, 26.10.2000, p. 33. Il-Kapitolu jikkorrispondi mal-Avviż tal-Kummissjoni dwar il-koperazzjoni bejn il-qrati nazzjonali u l-Kummissjoni fil-qasam tal-għajnuna tal-Istat (ĠU C 312, 23.11.1995, p. 8).

(114)  ĠU L 305, 14.12.2006, p. 19 u s-Suppliment ŻEE Nru 62, 14.12.2006, p. 21, paragrafi 15 sa 30. In-Notifika tikkorrispondi mal-Avviż tal-Kummissjoni dwar il-koperazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-qrati tal-Istati Membri tal-UE fl-applikazzjoni tal-Artikoli 81 u 82 KE (ĠU C 101, 27.4.2004, p. 54).

(115)  Digriet tas-6 ta’ Diċembru 1990 fil-Kawża C-2/88 Imm. Zwartveld et, [1990] ECR I-4405, paragrafi 10 u 11; u l-Kawża T-353/94, Postbank v Il-Kummissjoni, [1996] ECR II-921, paragrafu 93.

(116)  Il-Kawża C-39/94 SFEI et, paragrafu 50; Digriet tat-13 ta’ Lulju 1990 fil-Kawża C-2/88 Imm. Zwartveld et, paragrafi 17 sa 22; il-Kawża C-234/89 Delimitis v Henninger Bräu, paragrafu 53; u l-Kawża T-353/94, Postbank v Il-Kummissjoni, paragrafi 64 u 65.

(117)  Meta tirċievi din l-informazzjoni, il-qorti nazzjonali tista’ titlob għal aġġornamenti regolari dwar is-sitwazzjoni.

(118)  Il-Kawża T-353/94 Postbank v Il-Kummissjoni, paragrafu 91.

(119)  Il-Kawża C-234/89 Delimitis v Henninger Bräu, paragrafu 53; u l-Kawża T-353/94 Postbank v Il-Kummissjoni, paragrafu 90.

(120)  Il-Kawża T-353/94 Postbank v Il-Kummissjoni, paragrafu 64; u d-Digriet tat-13 ta’ Lulju 1990 fil-Kawża C-2/88 Imm. Zwartveld et, paragrafi 16 sa 22.

(121)  Il-Kawża T-353/94 Postbank v Il-Kummissjoni, paragrafu 93; u d-Digriet tas-6 ta’ Diċembru 1990 fil-Kawża C-2/88 Imm. Zwartveld et, paragrafi 10 sa 11.

(122)  Digriet tas-6 ta’ Diċembru 1990 fil-Kawża C-2/88 Imm. Zwartveld et, paragrafu 11; il-Kawża C-275/00, First u Franex, [2002] ECR I-10943, paragrafu 49; u l-Kawża T-353/94 Postbank v Il-Kummissjoni, paragrafu 93.

(123)  Ara l-Kawża C-39/94 SFEI et, paragrafu 50.

(124)  Madankollu, jekk jogħġbok innota l-paragrafu 89 hawn taħt.

(125)  Il-Kawża C-39/94, SFEI et, paragrafi 70 u 71, li tirreferi għall-opinjoni tal-Avukat Ġenerali Jacobs f’din il-Kawża, paragrafi 73 sa 75; ara wkoll il-Kawża 223/85, RSV vs Il-Kummissjoni, [1987] ECR 4617, paragrafu 17; u l-Kawża C-5/89, Il-Kummissjoni v Il-Ġermanja, [1990] ECR I-3437, paragrafu 16.

(126)  Ara l-paragrafu 79 hawn fuq.

(127)  Dan jista’ jinkludi miżuri proviżorji kif imfisser fit-taqsima 1.2.6 aktar 'il fuq.


Top