Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document L:2010:269:FULL

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, L 269, 13 ta' Ottubru 2010


Display all documents published in this Official Journal
 

ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2010.269.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 269

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 53
13 ta' Ottubru 2010


Werrej

 

II   Atti mhux leġislattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

 

2010/614/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2010 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata mill-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill tal-Ministri ACP-UE rigward il-miżuri tranżitorji applikabbli mid-data tal-iffirmar sad-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim li jemenda għat-tieni darba l-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000, kif emendat għall-ewwel darba fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005

1

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 914/2010 tat-12 ta’ Ottubru 2010 li jemenda l-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010 dwar is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta’ residwu fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali, fejn tidħol is-sustanza saliċilat tas-sodju ( 1 )

5

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 915/2010 tat-12 ta’ Ottubru 2010 dwar programm multiannwali tal-Unjoni kkoordinat u ta’ kontroll għall-2011, l-2012 u l-2013 biex tiġi żgurata konformità mal-livelli massimi ta’ residwi ta’ pestiċidi ġo u fuq ikel li joriġina mill-pjanti u mill-annimali u biex jevalwa l-esponiment tal-konsumatur għalihom ( 1 )

8

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 916/2010 tat-12 ta’ Ottubru 2010 li japprova emendi mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' isem imdaħħal fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Fourme d'Ambert ou fourme de Montbrison (DPO)]

19

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 917/2010 tat-12 ta’ Ottubru 2010 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Fourme de Montbrison (DPO)]

21

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 918/2010 tat-12 ta’ Ottubru 2010 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Kiełbasa lisiecka (IĠP)]

23

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 919/2010 tat-12 ta’ Ottubru 2010 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

25

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġislattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

13.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 269/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-14 ta’ Ġunju 2010

dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata mill-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill tal-Ministri ACP-UE rigward il-miżuri tranżitorji applikabbli mid-data tal-iffirmar sad-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim li jemenda għat-tieni darba l-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000, kif emendat għall-ewwel darba fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005

(2010/614/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 217, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000 (1), kif emendat għall-ewwel darba fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005 (2) (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim ta’ Cotonou”) u b’mod partikolari l-Artikolu 95(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim ta’ Cotonou ġie konkluż għal 20 sena li jibdew mill-1 ta’ Marzu 2000. Madanakollu saret dispożizzjoni għall-possibbiltà li dan jiġi emendat permezz ta’ proċess ta’ reviżjoni wara kull perijodu ta’ ħames snin.

(2)

In-negozjati għall-ewwel emenda tal-Ftehim ta’ Cotonou ġew konklużi fi Brussell fit-23 ta’ Frar 2005. Il-Ftehim li Jemenda ġie ffirmat fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005 u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2008.

(3)

Fit-23 ta’ Frar 2009, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tagħti bidu għan-negozjati mal-membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku bil-għan li tinbeda t-tieni emenda tal-Ftehim ta’ Cotonou.

(4)

In-negozjati ġew konklużi fid-19 ta’ Marzu 2010 bl-inizjalar, f’laqgħa straordinarja tal-Kunsill tal-Ministri ACP-UE, tat-testi li jiffurmaw il-bażi tal-Ftehim li jemenda għat-tieni darba l-Ftehim ta’ Cotonou (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”).

(5)

Il-Ftehim, li għandu jiġi ffirmat f’Ouagadougou fit-22 ta’ Ġunju 2010, ser jidħol fis-seħħ mat-tlestija tal-proċeduri ta’ ratifika msemmija fl-Artikolu 93 tal-Ftehim ta’ Cotonou.

(6)

Skont l-Artikolu 95(3) tal-Ftehim ta’ Cotonou, il-Kunsill tal-Ministri ACP-UE għandu jadotta miżuri tranżitorji kif meħtieġ biex ikopri l-perijodu mid-data tal-iffirmar sad-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim.

(7)

L-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim għandha tikkostitwixxi miżura tranżitorja kemm neċessarja kif ukoll suffiċjenti,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu Uniku

Il-pożizzjoni li għandha tieħu l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill tal-Ministri ACP-UE rigward il-miżuri tranżitorji applikabbli mid-data tal-iffirmar sad-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim li jemenda għat-tieni darba l-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000, kif emendat għall-ewwel darba fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005 (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”), hija li tapprova l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim, skont it-termini tal-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kunsill tal-Ministri ACP-UE anness.

Bidliet żgħar għall-abbozz ta’ Deċiżjoni jistgħu jkunu mifthiema mingħajr ma jeħtieġu li tkun emendata din id-Deċiżjoni.

Magħmula fil-Lussemburgu, l-14 ta’ Ġunju 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

D. LÓPEZ GARRIDO


(1)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.

(2)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 27.


ANNESS

DEĊIŻJONI Nru …/2010 TAL-KUNSILL TAL-MINISTRI ACP-UE

tat-22 ta’ Ġunju 2010

dwar miżuri tranżitorji applikabbli mid-data tal-iffirmar tal-ftehim sad-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim li jemenda għat-tieni darba l-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha min-naħa l-oħra, iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000, kif emendat għall-ewwel darba fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005

IL-KUNSILL TAL-MINISTRI ACP-UE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħawaħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000 (1), kif emendat għall-ewwel darba fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005 (2) (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim ta’ Cotonou”), u b’mod partikolari l-Artikolu 95(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Ftehim ta’ Cotonou ġie konkluż għal 20 sena li jibdew mill-1 ta’ Marzu 2000. Madanakollu saret dispożizzjoni għall-possibbiltà li dan jiġi emendat permezz ta’ proċess ta’ reviżjoni wara kull perijodu ta’ ħames snin.

(2)

In-negozjati għall-ewwel emenda tal-Ftehim ta’ Cotonou ġew konklużi fi Brussell fit-23 ta’ Frar 2005. Il-Ftehim li Jemenda ġie ffirmat fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005 u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2008.

(3)

In-negozjati għat-tieni emenda tal-Ftehim ta’ Cotonou ġew uffiċjalment imnedija fil-laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri ACP-UE fid-29 ta’ Mejju 2009 u ġew konklużi fi Brussell fid-19 ta’ Marzu 2010. Il-Ftehim li jemenda għat-tieni darba il-Ftehim ta’ Cotonou (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”), iffirmat f’Ouagadougou fit-22 ta’ Ġunju 2010, ser jidħol fis-seħħ mat-tlestija tal-proċeduri ta’ ratifika msemmija fl-Artikolu 93 tal-Ftehim ta’ Cotonou.

(4)

Skont l-Artikolu 95(3) tal-Ftehim ta’ Cotonou, il-Kunsill tal-Ministri ACP-UE għandu jadotta miżuri tranżitorji kif meħtieġ biex ikopri l-perijodu mid-data tal-iffirmar sad-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim.

(5)

L-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri tagħha u l-membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “il-Partijiet”) iqiesu li huwa xieraq li jipprevedu għall-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim, biex jieħu effett mid-data tal-iffirmar tiegħu.

(6)

Il-partijiet ser jaħdmu biex ilestu l-proċess ta’ ratifika fi żmien sentejn mid-data tal-iffirmar tal-Ftehim,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim

Il-Ftehim li jemenda għat-tieni darba l-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta’ Stati Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000, kif emendatl-ewwel fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005 (minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim”), għandu jkun applikat b’mod provviżorju mid-data tal-iffirmar tiegħu.

Artikolu 2

Implimentazzjoni ta’ Din id-Deċiżjoni u dħul fis-seħħ tal-Ftehim

L-Unjoni għandha tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex tiżgura l-implimentazzjoni sħiħa ta’ din id-Deċiżjoni. L-Istati Membri tal-Unjoni u l-membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku huma mistiedna biex jieħdu l-miżuri li jikkunsidraw xierqa sabiex jimplimentaw din id-Deċiżjoni.

Il-Partijiet għandhom jaħdmu biex ilestu l-proċeduri kollha meħtieġa biex jiżguraw id-dħul fis-seħħ sħiħ tal-Ftehim fi żmien sentejn mid-data tal-iffirmar tiegħu.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ u validità ta’ din id-Deċiżjoni

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data li fiha jiġi ffirmat il-Ftehim.

Għandha tapplika sad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim.

Magħmul f’Ouagadougou, it-22 ta’ Ġunju 2010.

Għall-Kunsill tal-Ministri ACP-UE

Il-President


(1)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.

(2)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 27.


REGOLAMENTI

13.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 269/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 914/2010

tat-12 ta’ Ottubru 2010

li jemenda l-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010 dwar is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta’ residwu fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali, fejn tidħol is-sustanza saliċilat tas-sodju

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 470/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 li jistabbilixxi l-proċeduri Komunitarji għall-istabbiliment ta’ limiti ta’ residwi ta’ sustanzi farmakoloġikament attivi fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 u li jemenda d-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14 flimkien mal-Artikolu 17 tiegħu,

Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini mfassla mill-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju,

Billi:

(1)

Il-limitu massimu ta’ residwu għal sustanzi farmakoloġikament attivi maħsuba għall-użu fl-Unjoni Ewropea fi prodotti mediċinali veterinarji għal annimali li jipproduċu l-ikel jew fi prodotti bioċidali użati fit-trobbija tal-annimali għandu jkunu stabbilit skont ir-Regolament (KE) Nru 470/2009.

(2)

Is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta’ residwu fil-prodotti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali huma stabbiliti fl-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010 tat-22 ta’ Diċembru 2009 dwar is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta’ residwu fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali (2).

(3)

Is-saliċilat tas-sodju huwa attwalment inkluż fit-Tabella 1 tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010 bħala sustanza permessa għall-ispeċi bovini u porċini għall-użu orali biss, għajr l-annimali li minnhom jiġi prodott il-ħalib għall-konsum mill-bniedem, u għall-ispeċi kollha li jipproduċu l-ikel għajr il-ħut, għall-użu topiku biss.

(4)

Tressqet applikazzjoni lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għall-estensjoni tal-annotazzjoni eżistenti għas-saliċilat tas-sodju, li huwa ristrett għall-użu orali, biex tinkludi d-dundjani.

(5)

Il-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju (aktar ’il quddiem ‘CVMP’) stabbilixxa doża aċċettabbli ta’ kuljum (DAK) għall-aċidu saliċiliku, il-markatur tar-residwu għas-saliċilat tas-sodju, għal 0,38 mg/persuna jew 0,0063 mg/kg tal-piż tal-ġisem bl-użu u l-aġġustament tad-dejta disponibbli għas-sustanza relatata saliċilat tal-aċetil.

(6)

Fuq il-bażi tat-tnaqqis tar-residwu fi żmien 24 siegħa tas-saliċilat tas-sodju fid-dundjani ttrattati bis-sustanza, is-CVMP jirrakkomanda fl-opinjoni tiegħu tat-13 ta’ Jannar 2010 MRL provviżorji għall-muskoli, il-ġilda, ix-xaħam, il-fwied u l-kliewi tad-dundjani. Dawk l-MRL provviżorji jirrappreżentaw 96 % tad-doża massima ta’ kuljum tar-residwi li jinsabu fl-ikel miksub mid-dundjan.

(7)

Peress li d-dejta rilevanti fuq it-tnaqqis tas-saliċilat tas-sodju fil-bajd mhijiex disponibbli, is-CVMP ma setax jevalwa s-sigurtà tas-sustanza fil-bajd. Is-saliċilat tas-sodju għalhekk m’għandux jintuża fl-annimali li jipproduċu l-bajd għall-konsum mill-bniedem.

(8)

L-annotazzjoni għas-saliċilat tas-sodju fit-Tabella 1 tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010 għalhekk għandha tiġi emendata biex tinkludi l-MRL provviżorji rakkomandati għas-saliċilat tas-sodju għad-dundjan filwaqt li jiġi eskluż l-użu tas-sustanza fl-annimali li jipproduċu l-bajd għall-konsum mill-bniedem. L-MRL provviżorju stabbilit f’dik it-Tabella għas-saliċilat tas-sodju għandu jiskadi fl-1 ta’ Jannar 2015.

(9)

Huwa xieraq li jingħata perjodu ta’ żmien raġonevoli għall-partijiet interessati kkonċernati biex jieħdu l-miżuri li jistgħu ikunu meħtieġa għall-konformità mal-MRL il-ġdid stabbilit.

(10)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Mediċinali Veterinarji,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 37/2010 għandu jiġi emendat kif stipulat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mit-12 ta’ Diċembru 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Ottubru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 152, 16.6.2009, p.11.

(2)  ĠU L 15, 20.1.2010, p.1.


ANNESS

L-annotazzjoni għas-Saliċilat tas-sodju fit-Tabella 1 tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010 għandha tinbidel b’dan li ġej:

Sustanza farmakoloġikament attiva

Markatur tar-residwu

Speċi tal-Annimali

MRL

Tessuti Kkonċernati

Dispożizzjonijiet Oħrajn (skont l-Artikolu 14(7) tar-Regolament (KE) Nru 470/2009)

Klassifikazzjoni terapewtika

“Saliċilat tas-sodju

MHUX APPLIKABBLI

Bovini, porċini

MRL mhux meħtieġ

MHUX APPLIKABBLI

Għall-użu orali.

Mhux għall-użu f’annimali li minnhom jiġi prodott il-ħalib għall-konsum mill-bniedem.

L-EBDA ANNOTAZZJONI

Kull speċi mrobbija għall-ikel għajr ħut bil-ġewnaħ

MRL mhux meħtieġ

MHUX APPLIKABBLI

Għall-użu topiku biss.

Aċidu saliċiliku

Dundjan

400  μg/kg

Il-muskoli

Mhux għall-użu fl-annimali li jipproduċu l-bajd għall-konsum mill-bniedem.

Il-limiti massimi proviżorji ta’ residwu jiskadu fl-1 ta’ Jannar 2015

Aġenti kontra l-infjammazzjoni/Aġenti kontra l-infjammazzjoni mhux sterojdi”

2 500  μg/kg

Ix-xaħam u l-ġilda

200  μg/kg

Il-fwied

150  μg/kg

Il-kliewi


13.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 269/8


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 915/2010

tat-12 ta’ Ottubru 2010

dwar programm multiannwali tal-Unjoni kkoordinat u ta’ kontroll għall-2011, l-2012 u l-2013 biex tiġi żgurata konformità mal-livelli massimi ta’ residwi ta’ pestiċidi ġo u fuq ikel li joriġina mill-pjanti u mill-annimali u biex jevalwa l-esponiment tal-konsumatur għalihom

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1)

Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1213/2008 (2) ġie stabbilit l-ewwel programm Komunitarju multiannwali u kkoordinat li jkopri s-snin 2009, 2010 u 2011. Dak il-programm, skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 901/2009 tat-28 ta’ Settembru 2009 li jikkonċerna programm Komunitarju kkoordinat ta’ kontroll multiannwali għall-2010, l-2011 u l-2012, kompla jiżgura konformità mal-livelli massimi ta’ residwi ta’ pestiċidi ġo u fuq ikel li joriġina mill-pjanti u mill-annimali u jevalwa l-esponiment tal-konsumatur għalihom (3).

(2)

Fl-Unjoni, bejn 30 u 40 prodott tal-ikel jikkostitwixxu l-komponenti ewlenin tad-dieta. Peress li l-użu tal-pestiċidi wera bidliet sinifikanti fuq perjodu ta’ tliet snin, il-pestiċidi għandhom ikunu mmonitorjati f’dawk il-prodotti tal-ikel fuq serje ta’ ċikli ta’ tliet snin sabiex l-esponiment tal-konsumatur u l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea jkunu jistgħu jiġu evalwati.

(3)

Fuq il-bażi ta’ distribuzzjoni ta’ probabbiltà binomjali, jista’ jiġi kkalkulat li l-eżaminar ta’ 642 kampjun jippermetti, b’ċertezza ta’ aktar minn 99 %, l-iżvelar ta’ kampjun li jkun fih ammont ta’ residwi tal-pestiċidi ogħla mil-limitu ta’ determinazzjoni (LOD), bil-kundizzjoni li mhux anqas minn 1 % mill-prodotti jkun fihom residwi ta’ livell ogħla minn dak il-limitu. Il-ġbir ta’ dawn il-kampjuni għandu jitqassam fost l-Istati Membri skont l-għadd tal-popolazzjoni, b’minimu ta’ 12-il kampjun għal kull prodott u għal kull sena.

(4)

Fejn id-definizzjoni ta’ residwu ta’ pestiċida tinkludi sustanzi attivi oħra, metaboliti jew prodotti li jirriżultaw mid-degradazzjoni, dawk il-metaboliti għandhom jiġu rrappurtati separatament fejn ikun rilevanti.

(5)

Gwida dwar il-“Validazzjoni tal-Metodu u Proċeduri għall-Kontroll tal-Kwalità għall-Analiżi tar-Residwu tal-Pestiċidi fl-ikel u fl-għalf” hija ppubblikata fuq is-sit elettroniku tal-Kummissjoni (4). L-Istati Membri għandhom jitħallew, taħt ċerti kundizzjonijiet, jużaw metodi ta’ skrining kwalitattiv.

(6)

Għall-proċeduri ta’ teħid ta’ kampjuni għandha tapplika d-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/63/KE tal-11 ta’ Lulju 2002 li tistabbilixxi metodi tal-Komunità ta’ teħid ta’ kampjuni għall-kontroll uffiċjali ta’ residwi ta’ pestiċidi ġo u fuq prodotti li joriġinaw mill-pjanti u l-annimali u li tħassar id-Direttiva 79/700/KEE (5) li tinkorpora l-metodi u l-proċeduri ta’ teħid ta’ kampjuni rrakkomandati mill-Kummissjoni Codex Alimentarius.

(7)

Huwa wkoll neċessarju li jiġi evalwat jekk il-livelli massimi ta’ residwi għall-ikel tat-trabi, stipulati fl-Artikolu 10 tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/141/KE tat-22 ta’ Diċembru 2006 dwar formuli tat-trabi u formuli tal-prosegwiment kif emedat bid-Direttiva 1999/21/KE (6) u l-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/125/KE tal-5 ta’ Diċembru 2006 dwar ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali u ikel tat-trabi għat-trabi u għat-tfal żgħar (7), humiex jiġu rrispettati, billi jitqiesu biss id-definizzjonijiet ta’ residwu kif inhuma stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 396/2005.

(8)

Huwa neċessarju wkoll li jiġu evalwati l-effetti aggregati, kumulattivi u sinerġistiċi possibbli tal-pestiċidi. Din l-evalwazzjoni għandha tibda b’xi organofosfati, karbamati, trijażoli u piretrojdi, kif stipulat fl-Anness I.

(9)

L-Istati Membri għandhom jippreżentaw sal-31 ta’ Awwissu ta’ kull sena, l-informazzjoni li tikkonċerna s-sena kalendarja preċedenti.

(10)

Sabiex tkun evitata xi konfużjoni minħabba koinċidenza bejn il-programmi multiannwali konsekuttivi, ir-Regolament (KE) Nru 901/2009 għandu jitħassar fl-interess taċ-ċertezza legali. Dan għandu, madankollu, jkompli japplika għall-kampjuni ttestjati fl-2010.

(11)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Istati Membri għandhom, matul is-snin 2011, 2012 u 2013 jieħdu u janalizzaw kampjuni għall-kumbinazzjonijiet ta’ residwi ta’ prodotti/pestiċidi, kif stipulat fl-Anness I.

In-numru ta’ kampjuni għal kull prodott għandu jkun skont kif stipulat fl-Anness II.

Artikolu 2

1.   Il-lott li għandu jittieħed minnu l-kampjun għandu jintgħażel b’mod każwali.

Il-proċedura ta’ teħid ta’ kampjuni, inkluż l-għadd ta’ unitajiet, għandha tikkonforma mad-Direttiva 2002/63/KE.

2.   Il-kampjuni għandhom jiġu analizzati skont id-definizzjonijiet ta’ residwu stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 396/2005.

Artikolu 3

1.   L-Istati Membri għandhom jissottomettu r-riżultati tal-analiżi tal-kampjuni ttestjati fl-2011, l-2012 u l-2013 sal-31 ta’ Awwissu 2012, 2013 u 2014 rispettivament.

Flimkien ma’ dawn ir-riżultati, l-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni li ġejja:

(a)

il-metodi analitiċi użati u l-livelli ta’ rappurtar milħuqa, skont il-gwida dwar il-Validazzjoni tal-Metodi u Proċeduri għall-Kontroll tal-Kwalità għall-Analiżi tar-Residwi tal-Pestiċidi fl-ikel u fl-għalf; fejn jintuża l-iskrining kwalitattiv, ir-riżultati li jkunu iktar baxxi mil-livell ta’ rappurtar għandhom jiġu rrappurtati bħala riżultati mhux misjuba;

(b)

limitu ta’ determinazzjoni applikat fil-programmi ta’ kontroll nazzjonali u fil-programmi ta’ kontroll tal-Unjoni;

(c)

fejn tippermetti l-leġiżlazzjoni nazzjonali, dettalji tal-miżuri ta’ infurzar meħuda;

(d)

f’każ li jinqabżu l-livelli massimi ta’ residwu (MRLs), dikjarazzjoni bir-raġunijiet possibbli għal dan flimkien ma’ kull osservazzjoni xierqa dwar alternattivi fil-ġestjoni tar-riskju.

2.   Fejn id-definizzjoni ta’ residwu ta’ pestiċida tinkludi sustanzi attivi, metaboliti u/jew prodotti li jirriżultaw mid-degradazzjoni jew ta’ reazzjoni, l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw ir-riżultati tal-analiżi skont id-definizzjoni legali ta’ residwu. Fejn ikun rilevanti, ir-riżultati għal kull wieħed mill-isomeri jew metaboliti prinċipali msemmija fid-definizzjoni ta’ residwu għandhom jiġu ppreżentati separatament.

Artikolu 4

Ir-Regolament (KE) Nru 901/2009 huwa revokat.

Madankollu, dan għandu jkompli japplika għall-kampjuni ttestjati fl-2010.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2011.

Dan ir-Regolament għandu jkun vinkolanti fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Ottubru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1

(2)  ĠU L 328, 6.12.2008, p. 9

(3)  ĠU L 256, 29.9.2009, p. 14.

(4)  Dokument Nru SANCO/10684/ 2009, Implimentat sal-1.1.2010. http://ec.europa.eu/food/plant/protection/resources/qualcontrol_en.pdf

(5)  ĠU L 187, 16.7.2002, p. 30.

(6)  ĠU L 401, 30.12.2006, p. 1

(7)  ĠU L 339, 6.12.2006. p. 16.


ANNESS I

Kumbinazzjonijiet ta’ pestiċidi/prodotti li għandhom jiġu mmonitorjati

 

2011

2012

2013

2,4-D (Prodott tat-2,4-D u l-esteri tiegħu espress bħala 2,4-D) (***)

 (1)

 (2)

 (3)

4,4’-Metossiklor

 (6)

 (4)

 (5)

Abamektin (prodott tal-avermektin B1a, l-avermektin B1b u l-isomeru delta-8,9 tal-avermektin B1a)

 (1)

 (2), (4)

 (3)

Aċefat

 (1)

 (2)

 (3)

Aċetamiprid

 (1)

 (2)

 (3)

Akrinatrina

 (1)

 (2)

 (3)

Aldikarb (prodott tal-aldikarb, is-sulfossidu u s-sulfun tiegħu, espress bħala aldikarb)

 (1)

 (2)

 (3)

Amitraż (amitraż li jinkludi l-metaboliti li fihom frazzjoni tat-2,4–dimetilanilina espressi bħala amitraż) (***)

 (1)

 (2)

 (3)

Amitrol (***)

 (1)

 (2)

 (3)

Ażinfosetil (***)

 (6)

 (4)

 (5)

Ażinfosmetil

 (1)

 (2)

 (3)

Ażossistrobina

 (1)

 (2)

 (3)

Benfurokarb

 (1)

 (2)

 (3)

Bifentrina

 (1), (6)

 (2), (4)

 (3), (5)

Bitertanol

 (1)

 (2)

 (3)

Boskalidu

 (1)

 (2)

 (3)

Jonju tal-bromur (***) (ara l-kumment aktar ’l isfel)

 (1)

 (2)

 (3)

Bromopropilat

 (1)

 (2)

 (3)

Bromukonażol (prodott tad-diasteroisomeri)

 (1)

 (2)

 (3)

Bupirimat

 (1)

 (2)

 (3)

Buprofeżina

 (1)

 (2)

 (3)

Kaptan

 (1)

 (2)

 (3)

Karbaril

 (1)

 (2)

 (3)

Karbendażim (Prodott tal-Benomil u l-karbendażim espress bħala karbendażim)

 (1)

 (2)

 (3)

Karbofuran (Prodott tal-Karbofuran u 3-Idrossikarbofuran espress bħala Karbofuran)

 (1)

 (2)

 (3)

Karbosulfan

 (1)

 (2)

 (3)

Klordan (prodott taċ-ċisisomeri u t-transisomeri u l-ossiklordan espress bħala klordan)

 (6)

 (4)

 (5)

Klorfenapir

 (1)

 (2)

 (3)

Klorfenvinfos

 (1)

 (2)

 (3)

Klormekwat (*)

 (1)

 (2)

 (3)

Klorobenżilat (***)

 (6)

 (4)

 (5)

Klorotalonil

 (1)

 (2)

 (3)

Klorprofam (Klorprofam u 3-Kloroanilina espressi bħala Klorprofam (ara l-kumment aktar ’l isfel))

 (1)

 (2)

 (3)

Klorpirifos

 (1), (6)

 (2), (4)

 (3), (5)

Klorpirifosmetil

 (1), (6)

 (2), (4)

 (3), (5)

Klofenteżin (Prodott tal-komposti kollha li fihom frazzjoni tat-2-Klorbenzoyl express bħala Klofenteżin ) ( id-definizzjoni ta’ residwu hija kompost ġenitur biss għall-prodotti bażiċi kollha barra ċ-ċereali)

 (1)

 (2)

 (3)

Klotjanidin

 (1)

 (2)

 (3)

Ċiflutrina (Ċiflutrina li tinkludi taħlitiet oħra ta’ isomeri kostitwenti (prodott tal-isomeri))

 (1), (6)

 (2), (4)

 (3), (5)

Ċipermetrina (Ċipermetrina li tinkludi taħlitiet oħra ta’ isomeri kostitwenti (prodott tal-isomeri))

 (1), (6)

 (2), (4)

 (3), (5)

Ċiprokonażol

 (1)

 (2)

 (3)

Ċiprodinil

 (1)

 (2)

 (3)

DDT (prodott ta’ p,p′-DDT, o,p′-DDT, p-p′-DDE u p,p′-DDD (TDE) espress bħala DDT)

 (6)

 (4)

 (5)

Deltametrina (cisdeltametrina)

 (1), (6)

 (2), (4)

 (3), (5)

Diażinon

 (1), (6)

 (2)

 (3), (5)

Diklofluwanid

 (1)

 (2)

 (3)

Diklorvos

 (1)

 (2)

 (3)

Dikloran

 (1)

 (2)

 (3)

Dikofol (prodott tal-isomeri p, p′ u o,p′)

 (1)

 (2)

 (3)

Dikrotofos (definizzjoni tar-residwu hija kompost ġenitur biss)

fażola

 (2)

 (3)

Dieldrina (Aldrina u dieldrina kkombinati espressi bħala dieldrina)

 (6)

 (4)

 (5)

Difenokonażol

 (1)

 (2)

 (3)

Dimetoat (Prodott tad-Dimetoat u l-Ometoat express bħala dimetoat)

 (1)

 (2)

 (3)

Dimetoat

 (1)

 (2)

 (3)

ometoat

 (1)

 (2)

 (3)

Dimetomorf

 (1)

 (2)

 (3)

Dinokap (prodott tal-isomeri tad-dinokap u l-fenoli li jikkorispondu magħhom espress bħala dinokap) (***)

 (1)

 (2)

 (3)

Difenilammin

 (1)

 (2)

 (3)

Endosulfan (Prodott tal-isomeri alfa u beta u s-sulfat tal-Endosulfan espress bħala Endosulfan)

 (1), (6)

 (2), (4)

 (3), (5)

Endrin

 (6)

 (4)

 (5)

EPN

 (1)

 (2)

 (3)

Epossikonażol

 (1)

 (2)

 (3)

Etefon (***)

 (1)

 (2)

 (3)

Etjon

 (1)

 (2)

 (3)

Etofenprox (F) (***)

 (1)

 (2)

 (3)

Etoprofos (***)

 (1)

 (2)

 (3)

Fenamifos (prodott tal-fenamifos u s-sulfossidu u s-sulfun tiegħu espress bħala fenamifos)

 (1)

 (2)

 (3)

fenarimol

 (1)

 (2)

 (3)

Fenażakwin

 (1)

 (2)

 (3)

Ossidu tal-fenbutatina (F) (***)

 (1)

 (2)

 (3)

Fenbukonażol

 (1)

 (2)

 (3)

Feneżamid

 (1)

 (2)

 (3)

Fenitrotijon

 (1)

 (2)

 (3)

Fenossikarb

 (1)

 (2)

 (3)

Fenpropatrina

 (1)

 (2)

 (3)

Fenpropimorf

 (1)

 (2)

 (3)

Fentijon (Prodott tal-fentijon u l-analogu tal-ossiġnu tiegħu, is-sulfossidi u s-sulfun tagħhom espressi bħala ġenitur)

 (1), (6)

 (4)

 (3), (5)

Fenvalerat/Esfenvalerat (total) (prodott tal-isomeri RS/SR u RR/SS)

 (1), (6)

 (4)

 (3), (5)

Fipronil (Prodott tal-Fipronil + metabolita tas-sulfun (MB46136) espress bħala Fipronil )

 (1)

 (2)

 (3)

Fluważifop (Fluważifop-P-butil (aċidu fluważifopiku (ħieles u konjugat))) (***)

 (1)

 (2)

 (3)

Fludiossonil

 (1)

 (2)

 (3)

Flufenossurun

 (1)

 (2)

 (3)

Flukwinkonażol

 (1)

 (2)

 (3)

flusilażol

 (1)

 (2)

 (3)

Flutrijafol

 (1)

 (2)

 (3)

Folpet

 (1)

 (2)

 (3)

Formetanat (Prodott tal-Formetanat u l-imluħa tiegħu espress bħala idroklorur tal-Formetanat )

 (1)

 (2)

 (3)

Fostijażat

 (1)

 (2)

 (3)

Glifosat (**)

 (1)

 (2)

 (3)

Alossifop li jinkludi l-alossifop-R (Esteru tal-alossifop-R-metil ester, alossifop-R u konjugi tal-alossifop-R espressi bħala alossifop-R (F) (R) (***)

 (1)

 (2)

 (3)

HCB

 (6)

 (4)

 (5)

Ettaklor (prodott tal-ettaklor u l-epossidu tal-ettaklor, espress bħala ettaklor)

 (6)

 (4)

 (5)

Eżaklorċikloeżan (HCH), Isomeru alfa

 (6)

 (4)

 (5)

Eżaklorċikloeżan (HCH), Isomeru beta

 (6)

 (4)

 (5)

Eżakloroċikloeżan (HCH) (Isomeru gamma) ( Lindan )

 (6)

 (4)

 (5)

Eżakonażol

 (1)

 (2)

 (3)

Eżatijażox

 (1)

 (2)

 (3)

Imażalil

 (1)

 (2)

 (3)

Imidakloprid

 (1)

 (2)

 (3)

Indossakarb (Indossakarb bħala prodott tal-isomeri S u R )

 (1)

 (2)

 (3)

Iprodion

 (1)

 (2)

 (3)

Iprovalikarb

 (1)

 (2)

 (3)

Kresossimmetil

 (1)

 (2)

 (3)

Lambdaċialotrina (Lambdaċialotrina, li tinkludi kostitwenti isomeriċi mħallta oħra (prodott tal-isomeri))

 (1)

 (2)

 (3)

Linuron

 (1)

 (2)

 (3)

Lufenuron

 (1)

 (2)

 (3)

Malatjon (Prodott tal-Malatjon u l-Malaosson, espress bħala Malatjon)

 (1)

 (2)

 (3)

Grupp Maneb (Prodott espress bħala CS2: Maneb, Mankożeb, Metiram, Propineb, Tiram, Żiram)

 (1)

 (2)

 (3)

Mepanipirim u l-metabolita tiegħu (2-anilino-4-(2-idrossipropil)-6-metilpirimidin) espressi bħala mepanipirim)

 (1)

 (2)

 (3)

Mepikwat (*)

 (1)

 (2)

 (3)

Metalassil (Metalassil li jinkludi taħlitiet ta’ isomeri kostitwenti li jinkludu l-Metalassil-M (prodott tal-isomeri))

 (1)

 (2)

 (3)

Metkonażol

 (1)

 (2)

 (3)

Metamidofos

 (1)

 (2)

 (3)

Metidatjon

 (1), (6)

 (2), (4)

 (3), (5)

Metjokarb (Prodott tal-Metjokarb u s-Sulfossidu u s-Sulfun tal-Metjokarb, espress bħala Metjokarb)

 (1)

 (2)

 (3)

Metomil (Prodott tal-Metomil u t-Tjodikarb espress bħala Metjomil)

 (1)

 (2)

 (3)

Metossifenożid

 (1)

 (2)

 (3)

Monokrotofos

 (1)

 (2)

 (3)

Miklobutanil

 (1)

 (2)

 (3)

Nitempiram (***)

fażola

 (2)

 (3)

Ossadissil

 (1)

 (2)

 (3)

Ossamil

 (1)

 (2)

 (3)

Ossidemetonmetil (Prodott tal-Ossidemetonmetil u d-Demeton-S-Metilsulfun espress bħala Ossidemetonmetil)

 (1)

 (2)

 (3)

Paklobutrażol

 (1)

 (2)

 (3)

Paratjon

 (1), (6)

 (2), (4)

 (3), (5)

Paratjonmetil (Prodott tal-Paratjonmetil u l-Paraossonmetil espress bħala Paratjonmetil)

 (1), (6)

 (2), (4)

 (3), (5)

Penċikuron

 (1)

 (2)

 (3)

Penkonażol

 (1)

 (2)

 (3)

Pendimetalin

 (1)

 (2)

 (3)

Permetrina (prodott taċ-ċispermetrina u t-transpermetrina)

 (6)

 (4)

 (5)

Fentoat

 (1)

 (2)

 (3)

Fosalun

 (1)

 (2)

 (3)

Fosmet (Fosmet u Fosmetosson espressi bħala Fosmet)

 (1)

 (2)

 (3)

fossim

 (1)

 (2)

 (3)

Piraklostrobina (F)

 (1)

 (2)

 (3)

Pirimikarb (Prodott tal-Pirimikarb u d-Desmetilpirimikarb espress bħala Pirimikarb)

 (1)

 (2)

 (3)

Pirimifosmetil

 (1), (6)

 (2), (4)

 (3), (5)

Prokloraż (Prodott tal-Prokloraż + il-metaboliti tiegħu li fihom frazzjoni tat-2,4,6-Triklorofenol espress bħala Prokloraż) (****)

 (1)

 (2)

 (3)

Proċimidun

 (1)

 (2)

 (3)

Profenofos

 (1), (6)

 (2), (4)

 (3), (5)

Propamokarb (Prodott tal-Propamokarb u l-melħ tiegħu espress bħala Propamokarb) (***)

 (1)

 (2)

 (3)

Propargit

 (1)

 (2)

 (3)

Propikonażol

 (1)

 (2)

 (3)

Propiżammid

 (1)

 (2)

 (3)

Protjokonażol (Protjokonażoldestjo) (***)

 (1)

 (2)

 (3)

Pirażofos

 (6)

 (4)

 (5)

Piretrini

 (1)

 (2)

 (3)

Piridaben

 (1)

 (2)

 (3)

Pirimetanil

 (1)

 (2)

 (3)

Piriprossifen

 (1)

 (2)

 (3)

Kwinossifen

 (1)

 (2)

 (3)

Kwintożan (Prodott tal-Kwintożan u l-Pentakloranilina, espress bħala Kwintożan)

 (6)

 (5)

 (5)

Resmetrina (prodott tal-isomeri) (***)

 (6)

 (4)

 (5)

Spinosad (Prodott tal-Ispinosin A u l-Ispinosin D, espress bħala Spinosad)

 (1)

 (2)

 (3)

Spirossammin

 (1)

 (2)

 (3)

Tawfluvalinat

 (1)

 (2)

 (3)

Tebukonażol

 (1)

 (2)

 (3)

Tebufenożid

 (1)

 (2)

 (3)

Tebufenpirad

 (1)

 (2)

 (3)

Teknażan

 (6)

 (4)

 (5)

Teflubenżuron

 (1)

 (2)

 (3)

Teflutrina

 (1)

 (2)

 (3)

Tetrakonażol

 (1)

 (2)

 (3)

Tetradifon

 (1)

 (2)

 (3)

Tjabendażol

 (1)

 (2)

 (3)

Tjametossam (Prodott tat-Tjametossam u l-Klotjanidin espress bħala Tjametossam)

 (1)

 (2)

 (3)

Tjakloprid

 (1)

 (2)

 (3)

Tjodikarb

 (1)

 (2)

 (3)

Tjofanatmetil

 (1)

 (2)

 (3)

Tolkloflosmetil

 (1)

 (2)

 (3)

Tolilfluwanid (Prodott tat-Tolilfluwanid u d-Dimetilaminosulfotoluwidid espress bħala Tolilfluwanid)

 (1)

 (2)

 (3)

Trijadimefon u trijadimenol (prodott tat-trijadimefon u t-trijadimenol)

 (1)

 (2)

 (3)

Trijadimenol

 (1)

 (2)

 (3)

Trijadimefon

 (1)

 (2)

 (3)

Aċidu aċetiku tat-Trijażol (***) barra mill-uċuħ tar-raba’ perenni

 (1)

 (2)

 (3)

Aċidu lattiku tat-Trijażol (***) barra mill-uċuħ tar-raba’ perenni

 (1)

 (2)

 (3)

Alanin tat-Trijażol (***)

 (1)

 (2)

 (3)

Trijażofos

 (1), (6)

 (2), (4)

 (3), (5)

Triklorfon

 (1)

 (2)

 (3)

triflossistrobina

 (1)

 (2)

 (3)

Triflumuron (F)

 (1)

 (2)

 (3)

Trifluralin

 (1)

 (2)

 (3)

Tritikonażol

 (1)

 (2)

 (3)

Vinklożolin (Prodott tal-Vinklożolin u l-metaboliti kollha li fihom frazzjoni tat-3,5-dikloraninilina, espress bħala Vinklożolin) (****)

 (1)

 (2)

 (3)

Żossammid

 (1)

 (2)

 (3)


(1)  Fażola fil-miżwed (friska jew iffriżata), karrotti, ħjar, larinġ jew mandolin, lanġas, patata, ross, spinaċi (friska jew iffriżata) u dqiq tal-qamħ

(2)  Brunġiel, banana, pastard, għeneb tal-mejda, meraq tal-larinġ (l-Istati Membri għandhom jispeċifikaw is-sors (konċentrati jew frott frisk)), piżelli mingħajr miżwed (friski jew iffriżati), bżar (ħelu) qamħ u żejt taż-żebbuġa.

(3)  Tuffieħ, kaboċċi bir-ras, kurrat, ħass, tadam, ħawħ inklużi n-nuċiprisk u ibridi simili; segala jew ħafur, frawli u għeneb tal-inbid (ħomor jew bojod)

(4)  Butir, Bajd tat-Tiġieġ.

(5)  Ħalib tal-baqar, laħam tal-majjal.

(6)  Laħam tat-tjur, fwied (frat u annimali oħra li jixtarru, majjali u tjur).

(*)  Il-Klormekwat u l-mepikwat għandhom ikunu analizzati fiċ-ċereali (ħlief ir-ross), l-għeneb tal-mejda u l-lanġas.

(**)  Ċereali biss.

(***)  Għandhom jiġu analizzati fuq bażi volontarja fl-2011. Id-deċiżjoni li ma ssirx analiżi għandha tkun iġġustifikata permezz ta’ valutazzjoni tar-riskji u l-benefiċċji mill-Istati Membri.

Kumment dwar il-jonju tal-bromur. Il-jonju tal-bromur għandu jiġi analizzat bil-fors fil-ħass u t-tadam fl-2010, fir-ross u l-ispinaċi fl-2011 u fil-bżar ħelu fl-2012; u fuq bażi volontarja fil-bqija tal-prodotti bażiċi previsti għal kull sena. Id-deċiżjoni li ma jiġi analizzat l-ebda wieħed mill-prodotti bażiċi, għandha tkun iġġustifikata permezz ta’ valutazzjoni tar-riskji u l-benefiċċji mill-Istati Membri.

Id-definizzjoni ta’ residwu tal-klorprofam għall-patata (klorprofam biss) għandha titqies fl-2011.

(****)  Metaboliti fuq bażi volontarja biss.


ANNESS II

Numru ta’ kampjuni msemmija fl-Artikolu 1

(1)

In-numru ta’ kampjuni li għandhom jittieħdu u jiġu analizzati minn kull Stat Membru huwa stabbilit fit-tabella fil-punt (5).

(2)

Barra mill-kampjuni meħtieġa skont it-tabella fil-punt (5), fl-2011 kull Stat Membru għandu jieħu u janalizza għaxar kampjuni ta’ ikel tat-trabi pproċessat b’bażi ta’ ċereali.

Barra mill-kampjuni meħtieġa skont dik it-tabella, fl-2012 kull Stat Membru għandu jieħu u janalizza għaxar kampjuni, b’kollox, ta’ ikel għat-trabi u għat-tfal iż-żgħar.

Barra mill-kampjuni meħtieġa skont dik it-tabella, fl-2013 kull Stat Membru għandu jieħu u janalizza għaxar kampjuni, b’kollox, ta’ formuli u formuli ta’ prosegwiment għat-trabi.

(3)

Kampjun għal kull prodott bażiku li għandu jittieħed u jiġi analizzat skont it-tabella fil-punt (5) għandu jkun, fejn ikun possibbli, minn prodotti li joriġinaw mill-biedja organika.

(4)

L-Istati Membri li jużaw metodi ta’ analiżi ta’ residwi multipli jistgħu jużaw metodi ta’ skrining kwalitattiv fuq sa 15 % tal-kampjuni li għandhom jittieħdu u jiġu analizzati skont it-tabella f’punt (5). Meta Stat Membru juża metodi ta’ skrining kwalitattiv, għandu janalizza l-bqija tal-kampjuni permezz ta’ metodi ta’ analiżi ta’ residwi multipli.

Jekk ir-riżultati tal-iskrining kwalitattiv ikunu pożittivi, l-Istati Membri għandhom jużaw metodu tas-soltu ta’ mmirar biex jikkwantifikaw is-sejbiet.

(5)

Numru ta’ kampjuni għal kull Stat Membru.

Stat Membru

Kampjuni

BE

12 (*)

15 (**)

BG

12 (*)

15 (**)

CZ

12 (*)

15 (**)

DK

12 (*)

15 (**)

DE

93

EE

12 (*)

15 (**)

EL

12 (*)

15 (**)

ES

45

FR

66

IE

12 (*)

15 (**)

IT

65

CY

12 (*)

15 (**)

LV

12 (*)

15 (**)

LT

12 (*)

15 (**)

LU

12 (*)

15 (**)

HU

12 (*)

15 (**)

MT

12 (*)

15 (**)

NL

17

AT

12 (*)

15 (**)

PL

45

PT

12 (*)

15 (**)

RO

17

SI

12 (*)

15 (**)

SK

12 (*)

15 (**)

FI

12 (*)

15 (**)

SE

12 (*)

15 (**)

UK

66

NUMRU TOTALI MINIMU TA’ KAMPJUNI: 642


(*)  Numru minimu ta’ kampjuni għal kull metodu applikat għal residwu uniku.

(**)  Numru minimu ta’ kampjuni għal kull metodu applikat għal residwi multipli.


13.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 269/19


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 916/2010

tat-12 ta’ Ottubru 2010

li japprova emendi mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' isem imdaħħal fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Fourme d'Ambert ou fourme de Montbrison (DPO)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikulari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/2006, u bl-applikazzjoni tal-Artikolu 17(2) tiegħu, il-Kummissjoni eżaminat it-talba mressqa minn Franza għall-approvazzjoni ta' emendi fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Fourme d'Ambert ou fourme de Montbrison”, irreġistrata permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 (2), kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1263/96 (3).

(2)

Billi l-emendi konċernati mhumiex minuri skont it-tifsira tal-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għall-emendi, skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament imsemmi, f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (4). Ma kien hemm l-ebda oġġezzjoni mibgħuta lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-emendi għandhom għalhekk jiġu approvati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emendi fl-ispeċifikazzjoni tal-isem ippublikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea li jikkonċerna d-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament huma approvati.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament ser jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Ottubru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU L 148, 21.6.1996, p. 1.

(3)  ĠU L 163, 2.7.1996, p. 19.

(4)  ĠU C 27, 3.2.2010, p. 8.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsubin għall-konsum mill-bniedem imniżżlin fl-Anness I għat-Trattat:

Klassi 1.3.   Il-ġobnijiet

FRANZA

Fourme d'Ambert (DPO)


13.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 269/21


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 917/2010

tat-12 ta’ Ottubru 2010

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Fourme de Montbrison (DPO)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikulari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, u bl-applikazzjoni tal-Artikolu 17(2) tiegħu, it-talba mressqa minn Franza biex id-denominazzjoni “Fourme de Montbrison” tiddaħħal fir-reġistru, ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Ma kien hemm l-ebda oġġezzjoni mibgħuta lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha għalhekk tiddaħħal fir-reġistru,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament b’dan qed tiddaħħal fir-reġistru.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament ser jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Ottubru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU C 27, 3.2.2010, p. 19.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsubin għall-konsum mill-bniedem imniżżlin fl-Anness I għat-Trattat:

Klassi 1.3.   Ġobnijiet

FRANZA

Fourme de Montbrison (DPO)


13.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 269/23


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 918/2010

tat-12 ta’ Ottubru 2010

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Kiełbasa lisiecka (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) u skont l-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, it-talba mressqa mill-Polonja biex id-denominazzjoni “Kiełbasa lisiecka” tiddaħħal fir-reġistru, ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Ma kien hemm l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni mibgħuta lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha għalhekk tiddaħħal fir-reġistru,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament b’dan qed tiddaħħal fir-reġistru.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Ottubru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU C 28, 4.2.2010, p. 26.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsubin għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I għat-Trattat:

Il-kategorija 1.2.   Prodotti tal-laħam (imsajjar, immellaħ, affumikat, eċċ.)

IL-POLONJA

Kiełbasa lisiecka (IĠP)


13.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 269/25


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 919/2010

tat-12 ta’ Ottubru 2010

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-13 ta’ Ottubru 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Ottubru 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

70,2

MK

51,8

TR

78,0

ZZ

66,7

0707 00 05

MK

54,8

TR

132,4

ZZ

93,6

0709 90 70

TR

122,0

ZZ

122,0

0805 50 10

AR

79,1

BR

100,4

CL

84,5

IL

91,2

TR

96,7

UY

117,2

ZA

78,5

ZZ

92,5

0806 10 10

BR

227,7

TR

132,0

ZA

64,2

ZZ

141,3

0808 10 80

AR

75,7

BR

51,1

CL

149,5

CN

82,6

NZ

113,7

ZA

93,1

ZZ

94,3

0808 20 50

CN

96,0

ZA

77,5

ZZ

86,8


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


Top