EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document L:2010:217:FULL

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, L 217, 18 ta' Awwissu 2010


Display all documents published in this Official Journal
 

ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2010.217.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 217

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 53
18 ta' Awwissu 2010


Werrej

 

II   Atti mhux leġislattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Notifika rigward id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera fil-qasam awdjoviżiv, li jistabbilixxi t-termini u l-kondizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera fil-programm Komunitarju MEDIA 2007

1

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 741/2010 tas-17 ta’ Awwissu 2010 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1490/2002 u (KE) Nru 2229/2004 rigward id-data sakemm l-awtorizzazzjonijiet jistgħu jibqgħu fis-seħħ fil-każijiet fejn il-notifikant ikun bagħat applikazzjoni skont il-proċedura aċċellerata skont ir-Regolament (KE) Nru 33/2008 ( 1 )

2

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 742/2010 tas-17 ta’ Awwissu 2010 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1272/2009 li jistabbilixxi regoli komuni ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f’dak li għandu x’jaqsam max-xiri u l-bejgħ ta’ prodotti agrikoli taħt intervent pubbliku

4

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 743/2010 tas-17 ta’ Awwissu 2010 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

12

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġislattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

18.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 217/1


Notifika rigward id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera fil-qasam awdjoviżiv, li jistabbilixxi t-termini u l-kondizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera fil-programm Komunitarju MEDIA 2007

Peress li l-proċeduri meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera fil-qasam awdjoviżiv, li jistabbilixxi t-termini u l-kondizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera fil-programm Komunitarju MEDIA 2007 (1), iffirmat fi Brussell fil-11 ta’ Ottubru 2007, tlestew fit-28 ta’ Lulju 2010, dan il-Ftehim, f’konformità mal-Artikolu 13 tiegħu, daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Awwissu 2010.


(1)  ĠU L 303, 21.11.2007, p. 11.


REGOLAMENTI

18.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 217/2


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 741/2010

tas-17 ta’ Awwissu 2010

li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1490/2002 u (KE) Nru 2229/2004 rigward id-data sakemm l-awtorizzazzjonijiet jistgħu jibqgħu fis-seħħ fil-każijiet fejn il-notifikant ikun bagħat applikazzjoni skont il-proċedura aċċellerata skont ir-Regolament (KE) Nru 33/2008

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u b’mod partikulari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(2) ta’ dan,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1490/2002 tal-14 ta’ Awwissu 2002 li jwaqqaf regoli oħra għall-implimentazzjoni tat-tielet stadju tal-programm ta’ xogħol li jissemma fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 451/2000 (2) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2229/2004 tat-3 ta’ Diċembru 2004 li jistabbilixxi aktar regoli fid-dettall għall-implimentazzjoni tar-raba’ stadju tal-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (3) jistabbilixxu r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tat-tielet stadju u r-raba’ stadju tal-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE.

(2)

Fil-każijiet fejn in-notifikant jirtira l-appoġġ tiegħu għall-inklużjoni tas-sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE skont l-Artikolu 11e tar-Regolament (KE) Nru 1490/2002 jew l-Artikolu 24e tar-Regolament (KE) Nru 2229/2004, l-awtorizzazzjonijiet għandhom jiġu irtirati sal-31 ta’ Diċembru 2010.

(3)

Għall-maġġoranza tas-sustanzi kkonċernati l-applikazzjonijiet ġew sottomessi skont il-proċedura aċċellerata prevista fl-Artikoli 14-19 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 33/2008 tas-17 ta’ Jannar 2008 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward ta’ proċedura regolari u aċċellerata għall-valutazzjoni ta’ sustanzi attivi li kienu jagħmlu parti mill-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) ta’ dik id-Direttiva iżda li ma ġewx inklużi fl-Anness I tagħha (4).

(4)

Sabiex isir b’mod komplet l-eżaminar ta’ dawk is-sustanzi, huwa meħtieġ li jiġi estiż għall-Istati Membri l-perjodu għall-irtirar tal-awtorizzazzjonijiet fir-rigward ta’ dawk is-sustanzi.

(5)

Ir-Regolamenti (KE) Nru 1490/2002 u (KE) Nru 2229/2004 għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan.

(6)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emenda għar-Regolament (KE) Nru 1490/2002

Fl-Artikolu 12(3) tar-Regolament (KE) Nru 1490/2002, tiżdied is-sentenza li ġejja:

“Madankollu, l-aħħar data għall-Istati Membri sabiex jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet għandha tkun il-31 ta’ Diċembru 2011 meta l-applikazzjoni ġiet ippreżentata bi qbil mal-proċedura aċċellerata prevista fl-Artikoli 14 sa 19 tar-Regolament (KE) Nru 33/2008 (*).

Artikolu 2

Emenda għar-Regolament (KE) Nru 2229/2004

Fl-Artikolu 25(3) tar-Regolament (KE) Nru 2229/2004, tiżdied is-sentenza li ġejja:

“Madankollu, l-aħħar data għall-Istati Membri sabiex jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet għandha tkun il-31 ta’ Diċembru 2011 meta l-applikazzjoni ġiet ippreżentata bi qbil mal-proċedura aċċellerata prevista fl-Artikoli 14 sa 19 tar-Regolament (KE) Nru 33/2008 (**).

Artikolu 3

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Awwissu 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.

(2)  ĠU L 224, 21.8.2002, p. 23.

(3)  ĠU L 379, 24.12.2004, p. 13.

(4)  ĠU L 15, 18.1.2008, p. 5.


18.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 217/4


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 742/2010

tas-17 ta’ Awwissu 2010

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1272/2009 li jistabbilixxi regoli komuni ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f’dak li għandu x’jaqsam max-xiri u l-bejgħ ta’ prodotti agrikoli taħt intervent pubbliku

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 43(a) u (d) flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-rekwiżiti li jridu jiġu sodisfatti miċ-ċereali biex ikunu eliġibbli għall-intervent pubbliku u l-metodi li għandhom jintużaw sabiex jitwettqu t-testijiet ħalli tkun stabbilita din l-eliġibbiltà, f’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1272/2009 (2), huma inklużi fil-Partijiet I sa VIII u XII tal-Anness I għall-imsemmi Regolament. Uħud minn dawn il-metodi kienu suġġetti għal emendi min-naħa tal-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN). Sabiex jitqiesu b’mod partikolari l-iżviluppi ta’ wħud minn dawn il-metodi u sabiex tingħata prijorità lill-istandards Ewropej, dawn il-metodi għandhom jiġu adattati. Sabiex tkun żgurata applikazzjoni identika u kostanti ta’ dawn il-metodi matul l-istess perjodu ta’ intervent, għandu jiġi pprovdut li dawn il-metodi jikkorrispondu għal dawk fis-seħħ fl-ewwel jum tas-sena tas-suq.

(2)

Il-metodu standard sabiex wieħed jiddeċiedi dwar il-materjali l-oħra għajr iċ-ċereali bażiċi ta’ kwalità mhix mittiefsa, attwalment imsemmi fil-Parti IV tal-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 1272/2009, huwa deskritt fil-parti V ta’ dan l-Anness. Il-punt 1 tal-Parti V, dwar il-qamħ komuni, il-qamħ tat-tip durum u x-xgħir, kien aġġornat skont l-Istandard Ewropew EN 15587:2008. Dan l-standard għandu jiġi inkluż f’dan il-punt.

(3)

Il-Parti III tal-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 1272/2009 tiddefinixxi l-materjali l-oħra għajr iċ-ċereali bażiċi ta’ kwalità mhix mittiefsa kif ukoll il-fatturi speċifiċi li għandhom jitqiesu f’kull tip ta’ ċereali biex jiġu ddefiniti l-impuritajiet. Għal finijiet ta’ preċiżjoni u ta’ konformità mal-Istandard Ewropew EN 15587:2008, ċerti definizzjonijiet għandhom jiġu adattati u ċerti sottointestaturi għandhom jiġu mċaqilqa minn kategorija għall-oħra. Konsegwentement, wara dawn il-bidliet fis-sottointestaturi, għandha wkoll tiġi emendata l-Parti II tal-Anness I dwar ir-rekwiżiti minimi tal-kwalità.

(4)

Il-metodu internazzjonali ISO 712:1998, attwalment imsemmi fil-Parti IV tal-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 1272/2009, bħala wieħed mill-metodi sabiex wieħed jikkalkula l-kontenut tal-indewwa, kien aġġornat, għaċ-ċereali l-oħra għajr il-qamħirrun, skont l-Istandard Ewropew u Internazzjonali EN ISO 712:2009. Dan l-istandard għandu jiġi inkluż. Għall-qamħirrun, għandu jitqies l-aġġornament skont l-Istandard Ewropew u Internazzjonali EN ISO 6540:2010. Barra minn hekk, għandha wkoll titħassar il-Parti VI tal-Anness I li m’għadhiex iktar valida u konsegwentement, għandu jiġi adattat il-paragrafu 3 tal-Parti XII tal-Anness I.

(5)

Il-metodu standard sabiex wieħed jikkalkula l-kontenut tal-proteini fil-qamħ komuni, attwalment imsemmi fil-Parti IV tal-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 1272/2009, huwa dak rikonoxxut mill-Għaqda Internazzjonali għax-Xjenza u għat-Teknoloġija taċ-Ċereali (l-IKĊ) li l-istandards tagħha huma stabbiliti fl-Intestatura Nru105/2. Wara ħidmet is-CEN, dan il-metodu għandu jiġi sostitwit bl-Istandard Ewropew u Internazzjonali EN ISO 20483:2006 u għandu jiġi estiż għall-qamħ tat-tip durum. L-Istandard CEN ISO/TS 16634-2:2009 għandu wkoll jiġi pprovdut bħala metodu alternattiv.

(6)

Il-metodu sabiex wieħed jikkalkula l-indiċi tal-ammont ta’ sediment skont Zeleny għall-qamħ komuni f’konformità mal-metodu internazzjonali ISO 5529:1992, attwalment imsemmi fil-Parti IV tal-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 1272/2009, ġie aġġornat skont l-Istandard Ewropew u Internazzjonali EN ISO 5529:2009. Dan l-istandard għandu jiġi inkluż.

(7)

Il-metodu sabiex wieħed jikkalkula l-ħin tal-waqgħa skont Hagberg f’konformità mal-metodu internazzjonali ISO 3093:2004, attwalment imsemmi fil-Parti IV tal-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 1272/2009, ġie aġġornat skont l-Istandard Ewropew u Internazzjonali EN ISO 3093:2009. Dan l-istandard għandu jiġi inkluż.

(8)

Il-metodu standard sabiex wieħed jikkalkula r-rata tat-telf tal-aspett żġieġi tal-qamħ tat-tip durum, attwalment imsemmi fil-Parti IV tal-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 1272/2009, ġie deskritt fil-Parti VIII ta’ dan l-Anness. Wara ħidmet is-CEN, dan il-metodu għandu jiġi sostitwit bil-metodu Ewropew EN 15585:2008. Dan l-istandard għandu jiġi inkluż u għandha titħassar il-Parti VIII tal-Anness I.

(9)

Il-metodu standard internazzjonali ISO 7971/2:1995 sabiex wieħed jikkalkula l-piż speċifiku, attwalment imsemmi fil-Parti IV tal-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 1272/2009, ġie aġġornat skont l-Istandard Ewropew u Internazzjonali EN ISO 7971/3:2009. Dan l-istandard għandu jiġi inkluż.

(10)

Dan ir-Regolament għandu japplika mid-data meta d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1272/2009 isiru applikabbli għaċ-ċereali.

(11)

Madankollu, sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jimplimentaw l-emendi jew l-aġġornamenti introdotti b’dan ir-Regolament, b’mod partikolari fejn għandhom x’jaqsmu l-impuritajiet u r-referenzi għall-Istandard EN 15587, għandu jiġi pprovdut perjodu ta’ żmien raġonevoli għall-applikazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet. Għaldaqstant, dawn l-emendi għandhom jiġu applikati biss mis-sena tas-suq 2011/2012.

(12)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 1272/2009 għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-Artikolu 7 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 2, l-ewwel inċiż għandu jiġi sostitwit bit-test li ġej:

“—

għaċ-ċereali: fl-Anness I, il-Partijiet III, IV, V, VII u XII,”

(b)

għandu jiżdied il-paragrafu 3 li ġej:

“3.   Sabiex wieħed jiddeċiedi dwar il-kwalità taċ-ċereali offruti jew imressqa għall-intervent, il-metodi li għandhom jintużaw huma dawk deskritti fl-Anness I li ġew stabbiliti, fejn meħtieġ, skont l-istandards Ewropej u/jew internazzjonali, fl-aħħar verżjoni tagħhom fis-seħħ fl-ewwel jum ta’ kull kampanja ta’ kummerċjalizzazzjoni.”

2.

L-Anness I għandu jiġi emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2010.

Madankollu, l-Artikolu 1 (2), f’dak li jirrigwarda l-punt B tal-Parti II, il-Parti III, il-punt (a) tal-Parti IV kif ukoll il-Parti V tal-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 1272/2009, għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Awwissu 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 349, 29.12.2009, p. 1.


ANNESS

L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 1272/2009 għandu jiġi emendat kif ġej:

1)

Il-Partijiet minn II sa V għandhom jiġu sostitwiti bit-test li ġej:

“PARTI II

Ir-rekwiżiti minimi tal-kwalità msemmija fil-Parti I

 

Il-qamħ tat-tip durum

Il-qamħ komuni

Ix-xgħir

Il-qamħirrun

Is-sorgu

A.

Kontenut massimu tal-indewwa

14,5  %

14,5  %

14,5  %

13,5  %

13,5  %

B.

Perċentwali massima tal-elementi li mhumiex ċereali bażiċi ta’ kwalità mhix mittiefsa

12  %

12  %

12  %

12  %

12  %

1.

Ħbub miksura

6  %

5  %

5  %

5  %

5  %

2.

Impuritajiet li huma magħmulin mill-ħbub

8,5  %

7  %

12  %

5  %

5  %

2.1.

Impuritajiet oħrajn għajr ħbub imtebbgħin

5  %

7  %

12  %

5  %

5  %

a)

ħbub nexfin

X

X

X

M.A.

M.A.

b)

ċereali oħrajn

3  %

X

5  %

X

X

c)

ħbub li għamlulhom il-ħsara l-annimali u l-insetti li jagħmlu l-ħsara (pests)

X

X

X

X

X

d)

ħbub li n-nebbieta tagħhom tkun tilfet il-kulur

X

X

M.A.

M.A.

M.A.

e)

ħbub li jkunu ssaħħnu wisq meta kienu qed jitnixxfu

0,50  %

0,50  %

3  %

0,50  %

0,50  %

2.2.

Ħbub imtebbgħin

3,5  %

M.A.

M.A.

M.A.

M.A.

3.

Ħbub bin-nebbieta

4  %

4  %

6  %

6  %

6  %

4.

Impuritajiet varji:

4,5  % (*)

3  %

3  %

3  %

3  %

li minnhom:

 

 

 

 

 

a)

żrieragħ minn barra:

 

 

 

 

 

li jagħmlu l-ħsara

0,10  %

0,10  %

0,10  %

0,10  %

0,10  %

żrieragħ oħrajn

X

X

X

X

X

b)

ħbub bil-ħsara:

 

 

 

 

 

ħbub li saritilhom ħsara minn tisħin spontanju u tisħin estrem wisq waqt it-tnixxif

0,05  %

0,05  %

X

X

X

ħbub affettwati mill-fusarjożi

1,5  %

X

X

X

X

oħrajn

X

X

X

X

X

c)

materjal minn barra (estranju)

X

X

X

X

X

d)

ħliefa (biċċiet taċ-ċifċiegħa għall-qamħirrun)

X

X

X

X

X

e)

is-sadid (il-mard tar-rmied li jmiss lill-qamħ)

0,05  %

0,05  %

M.A.

M.A.

M.A.

f)

ħbub imħassrin

X

X

M.A.

M.A.

M.A.

g)

impuritajiet li joriġinaw mill-annimali

X

X

X

X

X

C.

Perċentwal massimu ta’ ħbub li tilfu l-aspett żġieġi tagħhom kompletament jew parzjalment

27  %

M.A.

M.A.

M.A.

M.A.

D.

Kontenut massimu ta’ tannini (**)

M.A.

M.A.

M.A.

M.A.

1  %

E.

Piż minimu speċifiku (kg/hl – kilogrammi għal kull elettrolitru)

78

73

62

N.A

M.A.

F.

Kontenut minimu ta’ proteini (**)

11,5  %

10,5  %

M.A.

M.A.

M.A.

G.

Ħin minimu tal-waqgħa skont Hagberg f’sekondi

220

220

M.A.

M.A.

M.A.

H.

Indiċi Zeleny minimu (ml - millilitri)

M.A.

22

M.A

M.A

M.A

‘X’

meħtieġa analiżi mingħajr limitu speċifiku, imma li l-kontenut tagħha għandu jitqies skont il-limiti massimi ffissati fil-punti 2 u 4 tat-tabella.

‘M.A.’

mhux applikabbli, m’hemmx għalfejn issir analiżi.

Il-materjali l-oħra li mhumiex ċereali bażiċi ta’ kwalità mhix mittiefsa għandhom ikunu dawk iddefiniti fil-Parti III ta’ dan l-Anness.

Il-ħbub taċ-ċereali bażiċi u ta’ ċereali oħrajn li jkunu bil-ħsara jew imħassrin għandhom jiġu kklassifikati fil-kategorija ta’ ‘impuritajiet varji’ anki jekk ikollhom difetti li jaqgħu taħt kategoriji oħrajn.

PARTI III

1.   DEFINIZZJONI TA’ MATERJALI OĦRAJN GĦAJR IĊ-ĊEREALI BAŻIĊI TA’ KWALITÀ MHIX MITTIEFSA

1.1.   Ħbub miksura

Għall-qamħ tat-tip durum, il-qamħ komuni u x-xgħir, id-definizzjoni ta’ ‘ħbub miksura’ hija inkluża fl-Istandard EN 15587.

Għall-qamħirrun, ‘ħbub miksura’ tfisser il-biċċiet tal-ħbub jew il-ħbub li jgħaddu minn għarbiel b’toqob tondi li għandhom dijametru ta’ 4,5 millimetri.

Għas-sorgu, ‘ħbub miksura’ tfisser il-biċċiet tal-ħbub jew il-ħbub li jgħaddu minn għarbiel b’toqob tondi li għandhom dijametru ta’ 1,8 millimetri.

1.2.   Impuritajiet li huma magħmulin mill-ħbub

(a)   Ħbub nexfin

Għall-qamħ tat-tip durum, il-qamħ komuni u x-xgħir, id-definizzjoni ta’ ‘ħbub nexfin’ hija inkluża fl-Istandard EN 15587. Madankollu, għax-xgħir li ġej mill-Estonja, mil-Latvja, mill-Finlandja u mill-Isvezja, ‘ħbub nexfin’ tfisser il-ħbub li jkollhom piż speċifiku ta’ 64 kilogramma jew iktar għal kull ettolitru li huma offruti jew suġġetti għall-intervent f’dawk l-Istati Membri, il-ħbub li, wara li jkun tneħħa l-materjal l-ieħor kollu msemmi f’dan l-Anness, jgħaddu minn għeriebel b’toqob tawwalin ta’ 2,0 millimetri.

Il-‘ħbub nexfin’ ma japplikawx għall-qamħirrun u s-sorgu.

(b)   Ċereali oħrajn

Għall-qamħ tat-tip durum, il-qamħ komuni u x-xgħir, id-definizzjoni ta’ ‘ċereali oħrajn’ hija inkluża fl-Istandard EN 15587.

Għall-qamħirrun u s-sorgu, ‘ċereali oħrajn’ tfisser il-ħbub taċ-ċereali kkultivati kollha li ma jagħmlux parti mill-ispeċi tal-ħbub li jidentifikaw il-kampjun.

(c)   Ħbub li għamlulhom il-ħsara l-annimali u l-insetti li jagħmlu l-ħsara (pests)

Għall-qamħ tat-tip durum, il-qamħ komuni u x-xgħir, id-definizzjoni ta’ ‘ħbub li għamlulhom il-ħsara l-annimali u l-insetti li jagħmlu l-ħsara (pests)’ hija inkluża fl-Istandard EN 15587.

Għall-qamħirrun u s-sorgu, il-‘ħbub li għamlulhom il-ħsara l-annimali u l-insetti li jagħmlu l-ħsara (pests)’ huma l-ħbub kollha li juru deterjorament viżibbli minħabba li għamlulhom il-ħsara l-insetti, l-annimal gerriema, id-dud jew annimali u insetti oħrajn li jagħmlu l-ħsara (pests) lill-ħabba.

(d)   Ħbub li n-nebbieta tagħhom tkun tilfet il-kulur

Għall-qamħ tat-tip durum u l-qamħ komuni, id-definizzjoni hija inkluża fl-Istandard EN 15587.

Il-‘ħbub li n-nebbieta tagħhom tkun tilfet il-kulur’ ma japplikawx għax-xgħir, il-qamħirrun u s-sorgu.

(e)   Il-ħbub li jkunu ssaħħnu wisq meta kienu qed jitnixxfu

Għall-qamħ tat-tip durum, il-qamħ komuni u x-xgħir, id-definizzjoni ta’ ‘ħbub li jkunu ssaħħnu wisq meta kienu qed jitnixxfu’ hija inkluża fl-Istandard EN 15587.

Għall-qamħirrun u għas-sorgu, il-‘ħbub li jkunu ssaħħnu wisq meta kienu qed jitnixxfu’ huma l-ħbub li juru sinjali esterni ta’ ħruq imma li mhumiex ħbub bil-ħsara.

(f)   Ħbub imtebbgħin

Għall-qamħ tat-tip durum, id-definizzjoni hija inkluża fl-Istandard EN 15587.

Il-‘ħbub imtebbgħin’ ma japplikawx għall-qamħ komuni, għax-xgħir, għall-qamħirrun u għas-sorgu.

1.3.   Ħbub bin-nebbieta

Għall-qamħ tat-tip durum, għall-qamħ komuni u għax-xgħir, id-definizzjoni ta’ ‘ħbub bin-nebbieta’ hija inkluża fl-Istandard EN 15587.

Għall-qamħirrun u għas-sorgu, il-‘ħbub bin-nebbieta’ huma dawk li fihom wieħed ikun jista’ jara sewwa, b’għajnejh biss, ix-xenxul iż-żgħir jew il-pjumetta. Madanakollu, meta l-kontenut ta’ ħbub bin-nebbieta ta’ kampjun ikun qed jiġi vvalutat, jeħtieġ li titqies id-dehra tal-kampjun b’mod ġenerali. Il-ħbub bin-nebbieta huma dawk biss li fihom ir-raħs ikun għadda minn bidliet li jidhru b’mod ċar, li jagħmluha faċli li wieħed jagħraf il-ħabba bin-nebbieta mill-ħabba normali.

1.4.   Impuritajiet varji

(a)   Żrieragħ minn barra

Għall-qamħ tat-tip durum, għall-qamħ komuni u għax-xgħir, id-definizzjoni ta’ ‘żrieragħ minn barra’ hija inkluża fl-Istandard EN 15587.

Għall-qamħirrun u għas-sorgu, iż-‘żrieragħ minn barra’ huma ż-żrieragħ ta’ pjanti, kemm dawk ikkultivati kif ukoll dawk li mhumiex, minbarra ċ-ċereali. Dawn iż-‘żrieragħ minn barra’ jinkludu ż-żrieragħ li mhux ta’ min jiġborhom, iż-żrieragħ li jistgħu jintużaw għall-bhejjem imma li mhumiex ċereali u żrieragħ li jagħmlu l-ħsara.

Jitqiesu bħala żrieragħ li jagħmlu l-ħsara ż-żrieragħ li huma velenużi għall-bniedem u għall-annimali, iż-żrieragħ li jfixklu jew jikkumplikaw il-proċessi tat-tindif u tat-tħin taċ-ċereali u ż-żrieragħ li jaffettwaw il-kwalità tal-prodotti pproċessati miċ-ċereali.

(b)   Ħbub bil-ħsara

Għall-qamħ tat-tip durum, l-qamħ komuni u x-xgħir, id-definizzjoni ta’ ‘ħbub bil-ħsara’ hija inkluża fl-Istandard EN 15587.

Għall-qamħirrun u s-sorgu, il-‘ħbub bil-ħsara’ huma l-ħbub li ma baqgħux tajbin għall-għalf tal-bhejjem, minħabba t-taħsir, il-moffa (inkluża l-fusarjożi), il-batterji jew minħabba xi ħaġa oħra.

Il-‘ħbub bil-ħsara’ jinkludu wkoll il-ħbub li saritilhom ħsara minn tisħin spontanju jew tisħin estrem wisq waqt it-tnixxif. Dawn il-ħbub huma ħbub li kibru għalkollox u li fihom, it-tegument ikollu lewn kannella li jagħti fil-griż sa iswed, filwaqt li meta taqsamha, minn ġewwa l-qalba tagħhom ikollha lewn isfar jagħti fil-griż sa kannella jagħti fl-iswed.

Fl-Istandard EN 15587, għall-qamħ tat-tip durum, il-qamħ komuni u x-xgħir, id-definizzjoni ta’ ‘ħbub affetwati mill-fusarjożi’ hija inkluża f’dik tal-‘ħbub bil-ħsara’.

(c)   Materjal minn barra (estranju)

Għall-qamħ tat-tip durum, l-qamħ komuni u x-xgħir, id-definizzjoni ta’ ‘materjal minn barra (estranju)’ hija inkluża fl-Istandard EN 15587.

Għall-qamħirrun u s-sorgu, għandu jitqies bħala ‘materjal minn barra (estranju)’ kwalunkwe materjal f’kampjun li jgħaddi minn għarbiel b’toqob twal 1 mm (millimetru), għajr l-insetti ħajjin u mejtin.

(d)   Il-ħliefa (għall-qamħirrun: il-biċċiet taċ-ċifċiegħa)

(e)   Is-sadid (il-mard tar-rmied li jmiss lill-qamħ)

(f)   Ħbub imħassrin

Għall-qamħ tat-tip durum u l-qamħ komuni, id-definizzjoni hija inkluża fl-Istandard EN 15587.

Il-‘ħbub imħassrin’ ma japplikawx għax-xgħir, il-qamħirrun u s-sorgu.

(g)   Impuritajiet li joriġinaw mill-annimali

1.5.   Annimali u insetti ħajjin li jagħmlu ħsara (pests)

1.6.   Ħbub li tilfu l-aspett żġieġi tagħhom

Il-‘ħbub tal-qamħ tat-tip durum li tilfu l-aspett żġieġi tagħhom’ huma l-ħbub li l-qalba tagħhom ma tistax titqies li hija kollha kemm hi żġiġija. Dawn huma ddefiniti wkoll fl-Istandard EN 15585.

2.   FATTURI SPEĊIFIĊI LI GĦANDHOM JITQIESU F’KULL TIP TA’ ĊEREALI BIEX JIĠU DDEFINITI L-IMPURITAJIET

2.1.   Il-qamħ tat-tip durum

‘Impuritajiet li huma magħmulin mill-ħbub tfisser il-ħbub’ nexfin, il-ħbub ta’ ċereali oħrajn, il-ħbub li għamlulhom il-ħsara l-annimali u l-insetti li jagħmlu l-ħsara (pests), il-ħbub li n-nebbieta tagħhom tkun tilfet il-kulur, il-ħbub imtebbgħin u l-ħbub li jkunu ssaħħnu wisq meta kienu qed jitnixxfu.

‘Impuritajiet varji’ tfisser iż-żrieragħ minn barra, il-ħbub bil-ħsara (fosthom il-ħbub affetwati mill-fusarjożi), il-materjal minn barra (estranju), il-ħliefa, is-sadid (il-marda tar-rmied), il-ħbub imħassrin u l-impuritajiet li joriġinaw mill-annimali.

2.2.   Il-qamħ komuni

‘Impuritajiet li huma magħmulin mill-ħbub’ tfisser il-ħbub nexfin, il-ħbub ta’ ċereali oħrajn, il-ħbub li għamlulhom il-ħsara l-annimali u l-insetti li jagħmlu l-ħsara (pests), il-ħbub li n-nebbieta tagħhom tkun tilfet il-kulur (biss għall-kontenut tagħhom li jaqbeż it-8 %) u l-ħbub li jkunu ssaħħnu wisq meta kienu qed jitnixxfu.

‘Impuritajiet varji’ tfisser iż-żrieragħ minn barra, il-ħbub bil-ħsara (fosthom il-ħbub affetwati mill-fusarjożi), il-materjal minn barra (estranju), il-ħliefa, is-sadid (il-marda tar-rmied), il-ħbub imħassrin u l-impuritajiet li joriġinaw mill-annimali.

2.3.   Ix-xgħir

‘Impuritajiet li huma magħmulin mill-ħbub’ tfisser il-ħbub nexfin, il-ħbub ta’ ċereali oħrajn, il-ħbub li għamlulhom il-ħsara l-annimali u l-insetti li jagħmlu l-ħsara (pests), u l-ħbub li jkunu ssaħħnu wisq meta kienu qed jitnixxfu.

L-‘impuritajiet varji’ huma magħmulin miż-żrieragħ minn barra, mill-ħbub bil-ħsara (fosthom il-ħbub affettwati mill-fusarjożi), mill-materjal minn barra (estranju), mill-ħliefa u mill-impuritajiet li joriġinaw mill-annimali.

2.4.   Il-qamħirrun

‘Impuritajiet li huma magħmulin mill-ħbub’ tfisser il-ħbub ta’ ċereali oħrajn, il-ħbub li għamlulhom il-ħsara l-annimali u l-insetti li jagħmlu l-ħsara (pests), u l-ħbub li jkunu ssaħħnu wisq meta kienu qed jitnixxfu.

L-‘impuritajiet varji’ huma magħmulin miż-żrieragħ minn barra, mill-ħbub bil-ħsara (fosthom il-ħbub affettwati mill-fusarjożi), mill-materjal minn barra (estranju), mill-biċċiet taċ-ċifċiegħa u mill-impuritajiet li joriġinaw mill-annimali.

2.5.   Is-sorgu

‘Impuritajiet li huma magħmulin mill-ħbub’ tfisser il-ħbub ta’ ċereali oħrajn, il-ħbub li għamlulhom il-ħsara l-annimali u l-insetti li jagħmlu l-ħsara (pests), u l-ħbub li jkunu ssaħħnu wisq meta kienu qed jitnixxfu.

L-‘impuritajiet varji’ huma magħmulin miż-żrieragħ minn barra, mill-ħbub bil-ħsara (fosthom il-ħbub affettwati mill-fusarjożi), mill-materjal minn barra (estranju), mill-ħliefa u mill-impuritajiet li joriġinaw mill-annimali.

PARTI IV

Il-metodi użati sabiex wieħed jiddeċiedi dwar il-kwalità taċ-ċereali offruti jew suġġetti għall-intervent

Sabiex wieħed jiddeċiedi dwar il-kwalità taċ-ċereali offruti jew suġġetti għall-intervent, il-metodi li għandhom jintużaw, skont l-Artikolu 7, huma dawn li ġejjin:

a)

il-metodu standard sabiex wieħed jiddeċiedi dwar il-materjali l-oħra għajr iċ-ċereali bażiċi ta’ kwalità mhix mittiefsa kkostitwit minn:

l-Istandard EN 15587 għall-qamħ komuni, il-qamħ tat-tip durum u x-xgħir,

il-metodu msemmi fil-Parti V ta’ dan l-Anness għall-qamħirrun u s-sorgu

b)

il-metodu standard sabiex wieħed jikkalkula l-kontenut tal-indewwa kkostitwit minn:

l-Istandard EN ISO 6540 għall-qamħirrun,

l-Istandard EN ISO 712 għaċ-ċereali l-oħra ħlief il-qamħirrun jew

metodu bbażat fuq it-teknoloġija tal-infraħmar.

Fil-każ ta’ xi tilwima, għandhom jiġu aċċettati biss ir-riżultati li joħorġu meta wieħed juża l-Istandard EN ISO 6540 għall-qamħirrun jew EN ISO 712 għaċ-ċereali l-oħra ħlief il-qamħirrun;

c)

il-metodu standard sabiex wieħed jikkalkula l-kontenut tat-tannini fis-sorgu kkostitwit mill-Istandard ISO 9648;

d)

il-metodu standard sabiex wieħed jiddeċiedi dwar kemm l-għaġina miksuba mill-qamħ komuni ma twaħħalx u kemm hija tajba biex tinħadem mill-magni kkostitwit minn dak imsemmi fil-Parti VII ta’ dan l-Anness;

e)

il-metodu standard sabiex wieħed jikkalkula l-kontenut tal-proteini fil-qamħ tat-tip durum u fil-qamħ komuni mitħun ikkostitwit minn:

l-Istandard EN ISO 20483 jew

l-Istandard CEN ISO/TS 16634-2.

Fil-każ ta’ xi tilwima, għandhom jiġu aċċettati biss ir-riżultati li joħorġu meta wieħed juża l-Istandard EN ISO 20483;

f)

il-metodu sabiex wieħed jikkalkula l-indiċi tal-ammont ta’ sediment skont Zeleny għall-qamħ komuni mitħun f’konformità mal-Istandard EN ISO 5529;

g)

il-metodu sabiex wieħed jikkalkula l-ħin tal-waqgħa skont Hagberg (it-test tal-attività tal-amilażi) f’konformità mal-Istandard EN ISO 3093;

h)

il-metodu standard sabiex wieħed jikkalkula r-rata tat-telf tal-aspett żġieġi tal-qamħ tat-tip durum ikkostitwit mill-Istandard EN 15585;

i)

il-metodu standard sabiex wieħed jikkalkula l-piż speċifiku kkostitwit mill-Istandard EN ISO 7971/3;

j)

il-metodi għat-teħid tal-kampjuni u l-metodi ta’ analiżi ta’ referenza sabiex wieħed jikkalkula r-rati tal-mikotoksin imsemmija fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1881/2006 u stabbiliti fl-Annessi I u II tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 401/2006 (***)

PARTI V

Il-metodu standard sabiex wieħed jiddeċiedi dwar il-materjali l-oħra għajr iċ-ċereali bażiċi ta’ kwalità mhix mittiefsa fil-każ tal-qamħirrun u tas-sorgu

1.

Kampjun medju ta’ 500 g (gramma) fil-każ tal-qamħirrun u ta’ 250 g fil-każ tas-sorgu għandu jingħarbel għal nofs minuta f’għarbiel b’toqob tawwalin ta’ 1,0 mm (millimetru). Iċċekkja jekk hemmx annimali u insetti li jagħmlu l-ħsara (pests) ħajjin u insetti mejtin fil-parti tal-kampjun mgħarbul.

Bl-użu ta’ pinzetta jew ta’ spatula, oħroġ mill-materjal li jibqa’ fl-għarbiel b’toqob tawwalin ta’ 1,0 mm iż-żrar, ir-ramel, il-biċċiet taċ-ċifċiegħa jew tat-tiben u l-materjal minn barra (estranju) l-ieħor.

Żid il-materjal minn barra (estranju) li jkun inħareġ b’dan il-mod mal-materjal li jkun għadda mill-għarbiel b’toqob tawwalin ta’ 1,0 mm, u iżinhom flimkien.

Il-parti tal-kampjun li baqgħet fl-għarbiel b’toqob tawwalin ta’ 1,0 mm għandha tinqasam permezz ta’ separatur sabiex jinkiseb kampjun ta’ bejn 100 u 200 g għall-qamħirrun u bejn 25 u 50 g għas-sorgu. Iżen dan il-kampjun parzjali. Wara, ifirxu bħala saff irqiq fuq il-mejda. Bl-użu ta’ pinzetta jew ta’ spatula oħroġ iċ-ċereali l-oħra, il-ħbub li għamlulhom il-ħsara l-annimali u l-insetti li jagħmlu l-ħsara (pests), il-ħbub li jkunu ssaħħnu wisq meta kienu qed jitnixxfu, il-ħbub bin-nibbieta, iż-żrieragħ minn barra, il-ħbub bil-ħsara, il-ħliefa u l-impuritajiet li joriġinaw mill-annimali. Għas-sorgu, il-ħbub fil-ħliefa għandha titneħħilhom il-ħliefa, billi din tagħmel parti mill-impuritajiet varji. Imbagħad il-qamħ għandu jiġi kklassifikat skont l-istat tiegħu.

Il-kampjun parzjali li minnu tneħħew l-impuritajiet kollha jiġi mgħarbel għal 30 s (sekonda) fuq għarbiel b’toqob tondi li għandhom dijametru ta’ 4,5 mm għall-qamħirrun u li għandhom dijametru ta’ 1,8 mm għas-sorgu. Il-materjal li jgħaddi minn dan l-għarbiel għandu jitqies bħala ħbub miksura.

2.

Gruppi ta’ materjali oħrajn għajr iċ-ċereali bażiċi ta’ kwalità mhix mittiefsa u li ġew iddeterminati skont il-metodu msemmi fil-punt 1 għandhom jintiżnu b’attenzjoni kbira sal-eqreb 0,01 g u għandhom jitqassmu skont il-perċentwali fil-kampjun medju. Id-dettalji mniżżla fir-rapport tal-analiżi għandhom jingħataw sal-eqreb 0,1 %. Indika jekk ikunx hemm annimali u insetti li jagħmlu l-ħsara (pests) ħajjin.

Bħala regola ġenerali, kull kampjun għandu jiġi analizzat darbtejn. Ir-riżultati taż-żewġ analiżijiet m’għandhomx ivarjaw b’iktar minn 10 % fir-rigward tal-ammont totali tal-materjal imsemmi hawn fuq.

3.

L-apparat li għandu jintuża għall-ħidmiet imsemmija fil-punti 1 u 2 huwa dan li ġej:

a)

separatur tal-kampjuni, per eżempju apparat forma ta’ kon jew bl-iskanalaturi;

b)

miżien ta’ preċiżjoni li kapaċi jiżen sal-eqreb 0,01 g (għalhekk bi preċiżjoni ta’ display ta’ 0,001 g);

c)

għeriebel b’toqob tawwalin ta’ 1,0 mm u għeriebel b’toqob tondi li għandhom dijametri ta’ 1,8 mm u ta’ 4,5 mm. L-għeriebel jistgħu jitwaħħlu ma’ mejda li tivvibra. L-għeriebel iridu jkunu konformi mal-Istandard ISO 5223.

(***)  ĠU L 70, 9.3.2006, p. 12.”"

2)

Il-Partijiet VI u VIII għandhom jitħassru.

3)

Il-punt 3 tal-Anness XII għandu jiġi sostitwit bit-test li ġej:

“3.

Il-metodi standard li għandhom jintużaw sabiex wieħed jiddeċiedi dwar il-kwalità taċ-ċereali offruti jew suġġetti għall-intervent huma dawk stabbiliti fil-Partijiet III, IV, V u VII ta’ dan l-Anness.”


(*)  li minnhom massimu ta’ 3 % għal impuritajiet varji minbarra ħbub affettwati mill-fusarjożi.

(**)  Bħala perċentwali tal-materja niexfa


18.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 217/12


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 743/2010

tas-17 ta’ Awwissu 2010

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-18 ta’ Awwissu 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Awwissu 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

50,2

TR

85,0

ZZ

67,6

0707 00 05

MK

41,0

TR

133,1

ZZ

87,1

0709 90 70

TR

121,4

ZZ

121,4

0805 50 10

AR

133,4

CL

152,4

TR

150,3

UY

135,5

ZA

129,2

ZZ

140,2

0806 10 10

EG

153,0

IL

202,2

TR

136,6

ZZ

163,9

0808 10 80

AR

98,0

BR

71,9

CL

98,6

CN

65,6

NZ

105,2

US

87,8

UY

100,6

ZA

89,7

ZZ

89,7

0808 20 50

AR

115,4

CL

150,5

CN

55,7

TR

149,8

ZA

103,7

ZZ

115,0

0809 30

TR

142,7

ZZ

142,7

0809 40 05

BA

61,3

IL

154,7

XS

64,6

ZZ

93,5


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


Top