EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document L:2010:205:FULL

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, L 205, 06 ta' Awwissu 2010


Display all documents published in this Official Journal
 

ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2010.205.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 205

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 53
6 ta' Awwissu 2010


Werrej

 

II   Atti mhux leġislattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Informazzjoni dwar id-dħul fis-seħħ tal- Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Awstralja dwar il-kummerċ fl-inbid

1

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 706/2010 tal-5 ta’ Awwissu 2010 li jikkoreġi l-verżjonijiet bl-Ispanjol, bil-Franċiż, bil-Portugiż u bir-Rumen tar-Regolament (KE) Nru 891/2009 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ ċerti kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur taz-zokkor

2

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 707/2010 tal-5 ta’ Awwissu 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 891/2009 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ ċerti kwoti tariffarji fis-settur taz-zokkor

3

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 708/2010 tal-5 ta’ Awwissu 2010 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

5

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2010/433/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Awwissu 2010 li temenda d-Deċiżjoni 2004/558/KE li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE li tirrigwarda garanziji addizzjonali għan-negozju intra-Komunitarju ta’ annimali bovini relatati mar-rinotrakeite bovina infettiva (notifikata bid-dokument numru C(2010) 5352)  ( 1 )

7

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà ATALANTA/3/2010 (2010/317/PESK) tat-28 ta’ Mejju 2010 dwar il-ħatra ta’ Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta) ( ĠU L 142, 10.6.2010 )

11

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġislattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

6.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 205/1


Informazzjoni dwar id-dħul fis-seħħ tal- Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Awstralja dwar il-kummerċ fl-inbid

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Awstralja dwar il-kummerċ fl-inbid (1), iffirmat fl-1 ta’ Diċembru 2008, għandu, f’konformità mal-Artikolu 44 tiegħu, jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Settembru 2010.


(1)  ĠU L 28, 30.1.2009, p. 3.


REGOLAMENTI

6.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 205/2


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 706/2010

tal-5 ta’ Awwissu 2010

li jikkoreġi l-verżjonijiet bl-Ispanjol, bil-Franċiż, bil-Portugiż u bir-Rumen tar-Regolament (KE) Nru 891/2009 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ ċerti kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur taz-zokkor

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 143, 144(1), 148, 156 u 188(2), flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Jidher li hemm żball fil-verżjonijiet bil-lingwa Spanjola, Franċiża u Rumena tat-test tal-Artikolu 13(4) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 891/2009 (2). Barra minn hekk, jidher li hemm żball fil-verżjoni Portugiża tal-Parti I tal-Anness I għal dak ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 891/2009 għandu għalhekk jiġi kkorreġut skont dan.

(3)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Jikkonċerna biss il-verżjonijiet bil-lingwa Spanjola, Franċiża, Portugiża u Rumena.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Awwissu 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 254, 26.9.2009, p. 82.


6.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 205/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 707/2010

tal-5 ta’ Awwissu 2010

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 891/2009 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ ċerti kwoti tariffarji fis-settur taz-zokkor

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 148 tiegħu, b’rabta mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Ftehim ta’ Stabilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Albanija min-naħa l-oħra (2) daħal fis-seħħ fl-1 ta’ April 2009. L-Artikolu 1 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 891/2009 tal-25 ta’ Settembru 2009 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ ċerti kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur taz-zokkor (3) għandu jirreferi għal dan il-Ftehim ta’ Stabilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni.

(2)

Ftehim Interim dwar il-kummerċ u materji relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea minn naħa, u r-Repubblika tas-Serbja min-naħa l-oħra (4), daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Frar 2010. L-Artikoli 1 u 2 tar-Regolament (KE) Nru 891/2009 għandhom jagħmlu referenza għal dan l-arranġement il-ġdid dwar il-kummerċ.

(3)

L-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 891/2009 jistipula li l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni għandhom ikunu ppreżentati fl-ewwel sebat ijiem tat-tnax-il subperjodu, stipulati fl-Artikolu 3(2) ta’ dak ir-Regolament. Għall-iffaċilitar tal-kummerċ, l-operaturi għandhom jitħallew jimportaw mid-data tal-ftuħ tal-kwota tariffarja. Konsegwentement għandhom jitħallew japplikaw għal liċenzji tal-importazzjoni fix-xahar ta’ qabel l-ewwel subperjodu. Għaldaqstant, jeħtieġ li jkunu stabbiliti l-perjodi taż-żmien għall-applikazzjoni, għan-notifika u għall-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni għall-ewwel subperjodu.

(4)

L-Artikolu 15(2) tar-Regolament (KE) Nru 891/2009 jistipula l-penali fil-każ li jiġi rraffinat zokkor importat li ma jkunx intenzjonat għar-raffinar. Madankollu dawn il-penali ma għandhomx japplikaw jekk ikun hemm raġunijiet tekniċi ġustifikati u eċċezzjonali li jkunu ġew approvati mill-Istati Membri.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 891/2009 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(6)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 891/2009 huwa emendat kif ġej:

1.

Fl-Artikolu 1, il-punt (e) jinbidel b’dan li ġej:

“(e)

L-Artikolu 27(2) tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Albanija, min-naħa l-oħra;”

2.

Fl-Artikolu 1, jiżdied il-punt (g) li ġej mal-ewwel subparagrafu:

“(g)

L-Artikolu 11(4) tal-Ftehim Interim dwar il-kummerċ u dwar kwistjonijiet marbuta mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa, u r-Repubblika tal-Albanija min-naħa l-oħra. (*)

(*)  ĠU L 28, 30.1.2010, p. 2”;"

3.

Fl-Artikolu 2, il-punt (b), il-kliem “il-punti (b) sa (f)” jinbidlu bil-kliem “il-punti (b) sa (g)”;

4.

Fl-Artikolu 5(1), jiżdied it-tieni subparagrafu kif ġej:

“Bla ħsara għall-ewwel subparagrafu, l-applikazzjonijiet għal-liċenzja għall-ewwel subperjodu msemmi fl-Artikolu 3(2) jistgħu jiġu ppreżentati mit-8 sal-14-il jum tax-xahar ta’ qabel dak is-subperjodu.”;

5.

L-Artikolu 8 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 8

Ħruġ u validità ta’ liċenzji tal-importazzjoni

1.   Il-liċenzji tal-importazzjoni li għalihom kien hemm applikazzjoni skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(1) għandhom jinħarġu mit-23 jum sal-aħħar jum tax-xahar li fih kienet saret applikazzjoni.

2.   Il-liċenzji tal-importazzjoni li għalihom kien hemm applikazzjoni skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(1) għandhom jinħarġu mill-1 jum sat-8 jum tax-xahar wara dak ix-xahar li fih kienet saret applikazzjoni.

3.   Il-liċenzji għandhom ikunu validi sa tmiem it-tielet xahar ta’ wara dak li fih kienu nħarġu iżda mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru. F'każ ta’ zokkor ta’ importazzjoni eċċezzjonali u zokkor ta’ importazzjoni industrijali, il-liċenzji għandhom ikunu validi sa tmiem is-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni għal liema kienu nħarġu.”;

6.

Fl-Artikolu 9, il-paragrafu 1 jinbidel b’li ġej:

“1.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-kwantitajiet totali koperti mill-applikazzjonijiet tal-liċenzji tal-importazzjoni:

(a)

sa mhux aktar tard mill-14-il jum tax-xahar li fih ġew ippreżentati l-applikazzjonjiet, fil-każ tal-applikazzjonijiet msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(1);

(b)

sa mhux aktar tard mill-21 jum tax-xahar li fih ġew ippreżentati l-applikazzjonjiet, fil-każ tal-applikazzjonijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(1).”;

7.

Fl-Artikolu 15(2), it-tieni subparagrafu jinbidel b’dan li ġej:

“Qabel l-1 ta’ Ġunju ta’ wara s-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni konċernata, il-produtturi għandhom iħallsu ammont ta’ EUR 500 għal kull tunnellata għall-kwantitajiet ta’ zokkor imsemmija fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, li għalihom ma jistgħux jipprovdu evidenza aċċettabli lil Stat Membru li r-raffinar seħħ minħabba raġunijiet tekniċi ġustifikati u eċċezzjonali.”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Awwissu 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 107, 28.4.2009, p. 166.

(3)  ĠU L 254, 26.9.2009, p. 82.

(4)  ĠU L 28, 30.1.2010, p. 2.


6.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 205/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 708/2010

tal-5 ta’ Awwissu 2010

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-6 ta’ Awwissu 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Awwissu 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

MK

27,7

TR

41,0

ZZ

34,4

0707 00 05

TR

93,7

ZZ

93,7

0709 90 70

TR

85,4

ZZ

85,4

0805 50 10

AR

135,1

TR

132,4

UY

73,0

ZA

103,1

ZZ

110,9

0806 10 10

CL

129,8

EG

147,8

MA

137,6

TR

139,9

ZA

98,7

ZZ

130,8

0808 10 80

AR

88,7

BR

68,9

CL

90,3

CN

66,0

NZ

106,6

US

87,0

UY

103,6

ZA

90,7

ZZ

87,7

0808 20 50

AR

70,6

CL

185,2

CN

93,7

NZ

140,9

TR

163,4

ZA

94,3

ZZ

124,7

0809 20 95

CA

608,4

TR

169,9

ZZ

389,2

0809 30

TR

165,4

ZZ

165,4

0809 40 05

BA

62,1

IL

169,2

XS

70,3

ZZ

100,5


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

6.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 205/7


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-5 ta’ Awwissu 2010

li temenda d-Deċiżjoni 2004/558/KE li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE li tirrigwarda garanziji addizzjonali għan-negozju intra-Komunitarju ta’ annimali bovini relatati mar-rinotrakeite bovina infettiva

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 5352)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2010/433/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa tal-annimali li jaffetwaw il-kummerċ ta’ annimali bovini u suwini ġewwa l-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 9(2) u 10(2) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-rinotrakeite bovina infettiva hi d-deskrizzjoni tal-aktar sinjali kliniċi prominenti tal-infezzjoni bil-herpesvirus bovin tip 1 (BHV1). Minħabba li ħafna infezzjonijiet b’dak il-virus għandhom kors subklinikali, miżuri ta’ kontroll għandhom ikunu diretti għall-qerda tal-infezzjoni minflok it-trażżin tas-sintomi.

(2)

L-Anness E (II) tad-Direttiva 64/432/KEE jelenka r-“rinotrakeite bovina infettiva” fost il-mard li għalihom jistgħu jiġu approvati programmi ta’ kontroll nazzjonali u mitluba garanziji addizzjonali.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/558/KE tal-15 ta’ Lulju 2004 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE li tirrigwarda garanziji addizzjonali għan-negozju intra-Komunitarju ta’ annimali bovini relatati mar-rinotrakeite bovina infettiva u l-approvazzjoni tal-programmi ta’ qerda ppreżentati minn ċerti Stati Membri (2) telenka fl-Anness I l-Istati Membri jew partijiet minnhom li jimplimentaw programm għall-qerda tal-BHV1 u fl-Anness II dawk li diġà huma ħielsa minn din il-marda. L-Anness III ta’ dik id-Deċiżjoni jistabbilixxi kriterji għal stabbiliment meqjus ħieles mill-infezzjoni BHV1.

(4)

Sabiex tiġi evitata t-trażmissjoni tal-BHV1 f’azjendi ħielsa mill-virus BHV1, id-Deċiżjoni titlob il-moviment ta’ annimali bovini minn żona mingħajr status ta’ BHV1 jew elenkata fl-Anness I għal stabbiliment li jinsab f’żona elenkata fl-Anness II li fih twettaq test għall-preżenza ta’ antikorpi għall-virus BHV1 b’riżultat negattiv fuq kampjuni meħuda matul tletin jum ta’ kwarantina qabel il-moviment.

(5)

Abbażi tal-esperjenza attwali bl-implimentazzjoni ta’ programmi approvati għall-qerda tal-virus tal-infezzjoni BHV1, il-moviment dirett ta’ annimali bovini minn stabbilimenti ħielsa mill-infezzjoni BHV1 għal postijiet magħluqa għat-tismin fl-Istati Membri jew partijiet tagħhom li huma ħielsa mill-infezzjoni BHV1 jista’ jkun permess sakemm tkun implimentata s-sistema ta’ mezzi ta’ informazzjoni li permezz tagħha l-awtoritajiet kompetenti fil-post tal-unità tat-tismin jiżguraw ittestjar addizzjonali mal-wasla u t-tneħħija tal-annimali għall-biċċerija biss.

(6)

Fil-preżent, ir-reġjuni kollha tal-Ġermanja bl-eċċezzjoni tal-postijiet amministrattivi ta’ Regierungsbezirke Oberpfalz u Oberfranken fl-istat federali tal-Bavarja huma elenkati fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/558/KE.

(7)

Il-Ġermanja ssottomettiet issa dokumentazzjoni b’appoġġ għall-applikazzjoni tagħha biex tiddikjara wkoll il-postijiet amministrattivi ta’ Regierungsbezirke Mittelfranken u Unterfranken fl-istat federali tal-Bavarja bħala ħielsa mill-infezzjoni BHV1 u pprovdiet regoli għall-moviment nazzjonali ta’ annimali bovini fi ħdan u lejn din il-parti ta’ territorju tagħha. Għalhekk, il-Ġermanja talbet li l-applikazzjoni ta’ garanziji addizzjonali, skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 64/432/KEE, tiġi estiża għal dawn l-unitajiet amministrattivi fil-Bavarja.

(8)

Wara valutazzjoni tal-applikazzjoni mressqa mill-Ġermanja, jixraq li dawk iż-żewġ unitajiet amministrattivi li huma ħielsa mill-BHV1 ġewwa l-Ġermanja ma jiġux iktar elenkati fl-Anness I, minflok jiġu inklużi fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2004/558/KE u l-applikazzjoni ta’ garanziji addizzjonali stabbiliti bi qbil mal-Artikolu 10 tad-Direttiva 64/432/KEE tiġi estiża wkoll għalihom.

(9)

Id-Deċiżjoni 2004/558/KE għandha għaldaqstant tiġi emendata skont dan.

(10)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2004/558/KE hija emendata kif ġej:

1.

L-Artikolu 2(2)(b)(ii) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“(ii)

huma trasportati mingħajr ma jiġu f’kuntatt ma’ annimali bi status ta’ saħħa inqas lejn stabbiliment bi status BHV1 mhux magħruf fl-Istat Membru tad-destinazzjoni elenkat fl-Anness I, fejn skont il-programm nazzjonali approvat ta’ qerda (‘approved national eradication programme’) l-annimali kollha huma msemmna ġewwa, u li minnha jistgħu biss jiġu trasportati għall-biċċerija;”

2.

L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-punt 3(b) jinbidel b’dan li ġej:

“(b)

wara t-tieni inċiż: ‘Artikolu 3 paragrafu … punt … tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/558/KE’;”

(b)

għandhom jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

“4.   Permezz ta’ deroga għall-paragrafu 1 (a) u (b), l-awtorità kompetenti fl-Istat Membru tad-destinazzjoni tista’ tawtorizza l-introduzzjoni ta’ annimali bovini maħsuba għall-produzzjoni tal-laħam fi stabbiliment ħieles mill-BHV1 kif definit fl-Anness III (‘BHV1- stabbiliment ħieles’) li jkun jinsab f’reġjun ta’ Stat Membru elenkat fl-Anness II skont il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-annimali ma jridux ikunu ġew imlaqqma kontra l-BHV1 u joriġinaw fi stabbilimenti jew baqgħu mit-twelid fi stabbilimenti ħielsa mill-BHV1.

(b)

l-annimali huma trasportati mingħajr ma jiġu f’kuntatt ma’ annimali bi status ta’ saħħa aktar baxx;

(c)

għal mill-inqas 30 jum immedjatament qabel id-dispaċċ, jew mit-twelid meta l-annimali għandhom inqas minn 30 jum, l-annimali baqgħu fl-istabbiliment ta’ oriġini, jew ġo faċilità ta’ iżolament approvata mill-awtorità kompetenti, li tinsab fi Stat Membru li fih ir-rinotrakeite bovina infettiva hija marda notifikabbli b’mod obbligatorju u li f’żona ta’ raġġ ta’ 5 km madwar l-istabbiliment jew il-faċilità ta’ iżolament ma kien hemm l-ebda evidenza klinika jew patoloġika tal-infezzjoni BHV1 matul l-aħħar 30 jum;

(d)

l-annimali ġew sottomessi b’riżultat negattiv għal test seroloġiku għall-antikorpi kontra l-gE-glycoprotein tal-BHV1 fil-każ li l-annimali joriġinaw minn merħla mlaqqma kontra l-BHV1, jew fil-każijiet l-oħra kollha ta’ BHV1 kollu imwettaq fuq kampjun ta’ demm meħud fi żmien 7 ijiem mid-dispaċċ mill-istabbiliment imsemmi fil-punt (c);

(e)

dwar l-istabbiliment ta’ destinazzjoni ħieles mill-BHV1 l-annimali kollha huma msemmna ġewwa u jitneħħew biss meta jkunu se jiġu trasportati għall-biċċerija;

(f)

l-annimali msemmija fil-punt (d) huma suġġetti għal test seroloġiku għall-antikorpi kontra il-gE-glycoprotein tal-BHV1 jew il-BHV1 kollu mwettaq fuq kampjun ta’ demm meħud fi żmien 21 sa 28 jum wara l-wasla fl-istabbiliment imsemmi msemmija fil-punt (e)

(i)

b’riżultat negattiv f’kull każ, jew

(ii)

l-istatus ta’ ħieles mill-BHV1 tal-istabbiliment jibqa’ sospiż sakemm l-annimali infettati jinqatlu fi żmien inqas minn 45 jum wara l-wasla fl-istabbiliment, u

jew l-annimali f’kuntatt dirett mal-annimali infettati irreaġixxew b’riżultati negattivi għat-test għall-antikorpi kontra l-gE-glycoprotein tal-BHV1 jew il-BHV1 kollu mwettaq fuq kampjun ta’ demm miġbur mhux aktar kmieni minn 28 jum wara t-tneħħija tal-annimali infettati, jew

l-annimali li kellhom spazju ta’ arja komuni ma’ annimali infettati rreaġixxew b’riżultati negattivi għat-test għall-antikorpi kontra l-BHV1 kollu mwettaq fuq kampjun ta’ demm miġbur mhux aktar kmieni minn 28 jum wara t-tneħħija tal-annimali infettati, jew

l-annimali li jibqgħu fl-istabbiliment rreaġixxew b’riżultati negattivi għat-test għall-antikorpi kontra l-BHV1 kollu mwettaq fuq kampjun ta’ demm miġbur mhux aktar kmieni minn 28 jum wara t-tneħħija tal-annimali infettati, jew

l-istatus ta’ ħielsa mill-BHV1 hu mogħti lura skont il-punt 4 tal-Anness III.

5.   L-Istat Membru msemmi fil-paragrafu 4 għandu jinnotifika lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra tar-reġjuni elenkati fl-Anness II li d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 4 huma implimentati u d-data tal-applikazzjoni maħsuba.”

3.

L-Anness I hu mibdul bit-test li hemm fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni.

4.

L-Anness II hu mibdul bit-test li hemm fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Awwissu 2010.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/64.

(2)  ĠU L 249, 23.7.2004, p. 20.


ANNESS I

“ANNESS I

Stati Membri

Reġjuni ta’ Stati Membri li għalihom japplikaw il-garanziji addizzjonali għar-rinotrakeite bovina infettiva fi qbil mal- Artikolu 9 tad-Direttiva 64/432/KE

Ir-Repubblika Ċeka

Ir-reġjuni kollha

Il-Ġermanja

Ir-reġjuni kollha għajr għar-Regierungsbezirke Oberpfalz, Oberfranken, Mittelfranken u Unterfranken fl-istat federali tal-Bavarja.

L-Italja

Ir-Reġjun Awtonomu tal-Friuli Venezia Giulia.

Il-Provinċja Awtonoma ta’ Trento”


ANNESS II

“ANNESS II

Stati Membri

Reġjuni ta’ Stati Membri li għalihom japplikaw il-garanziji addizzjonali għar-rinotrakeite bovina infettiva japplikaw fi qbil mal- Artikolu 10 tad-Direttiva 64/432/KEE

L-Awstrija

Ir-reġjuni kollha

Il-Ġermanja

Regierungsbezirke Oberpfalz, Oberfranken, Mittelfranken u Unterfranken fl-istat federali tal-Bavaria

Id-Danimarka

Ir-reġjuni kollha

L-Italja

Il-Provinċja ta’ Bolzano

Il-Finlandja

Ir-reġjuni kollha

L-Isvezja

Ir-reġjuni kollha”


Rettifika

6.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 205/11


Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà ATALANTA/3/2010 (2010/317/PESK) tat-28 ta’ Mejju 2010 dwar il-ħatra ta’ Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta)

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 142, tal-10 ta’ Ġunju 2010 )

F’paġna 9, premessa 2:

Flok:

“(2)

Ir-Renju Unit ippropona li l-Ġeneral Maġġur Buster HOWE jissostitwixxi …”

Aqra:

“(2)

Ir-Renju Unit ippropona li l-Ġeneral Maġġur Buster HOWES jissostitwixxi …”

f’paġna 9, Artikolu 1:

Flok:

“Il-Ġeneral Maġġur Buster HOWE huwa b’dan maħtur …”

Aqra:

“Il-Ġeneral Maġġur Buster HOWES huwa b’dan maħtur …”


Top