This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document L:2010:158:FULL
Official Journal of the European Union, L 158, 24 June 2010
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, L 158, 24 ta' Ġunju 2010
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, L 158, 24 ta' Ġunju 2010
ISSN 1725-5104 doi:10.3000/17255104.L_2010.158.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 158 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 53 |
Werrej |
|
I Atti leġislattivi |
Paġna |
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
* |
||
|
* |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
I Atti leġislattivi
REGOLAMENTI
24.6.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 158/1 |
REGOLAMENT (UE) Nru 539/2010 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-16 ta’ Ġunju 2010
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni fir-rigward tas-simplifikazzjoni ta’ ċerti rekwiżiti u ta’ ċerti dispożizzjonijiet marbuta mal-amministrazzjoni finanzjarja
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 177 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),
Billi:
(1) |
Il-kriżi finanzjarja u ekonomika attwali ħolqot sfidi ewlenin għall-Unjoni. Filwaqt li diġà ttieħdu azzjonijiet biex jilqgħu kontra l-effetti negattivi tal-kriżi, inklużi emendi fil-qafas leġiżlattiv, l-impatt attwali tal-kriżi finanzjarja fuq l-ekonomija reali, fuq is-suq tax-xogħol u ċ-ċittadini issa biss qed jinħass ma’ kullimkien. Il-pressjoni fuq ir-riżorsi finanzjarji nazzjonali qed tiżdied u għandhom jittieħdu aktar miżuri biex tittaffa din il-pressjoni permezz tal-aqwa u l-aktar użu tal-fondi tal-Unjoni. |
(2) |
Sabiex tiġi ffaċilitata l-amministrazzjoni tal-fondi tal-Unjoni, ikun hemm għajnuna biex l-investimenti fl-Istati Membri u r-reġjuni jsiru b’aktar ħeffa u l-impatt tal-fondi fuq l-ekonomija jiżdied, jeħtieġ li r-regoli li jirregolaw il-politika ta’ koeżjoni jiġu ssimplifikati aktar. |
(3) |
Minħabba d-differenzi bejn il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) u l-Fond ta’ Koeżjoni u l-miri fir-rigward tad-definizzjoni ta’ ambjent, huwa xieraq, għal raġunijiet ta’ koerenza u konsistenza, li jiġi applikat limitu minimu wieħed biss għall-fini tad-definizzjoni ta’ proġett kbir. Minħabba l-importanza tal-investimenti fl-ambjent, inklużi dawk taħt il-limitu minimu stipulat f’dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jiżguraw monitoraġġ xieraq ta’ dawn l-investimenti kollha u jgħarrfu lill-Kummissjoni fir-rapporti ta’ implimentazzjoni annwali dwar il-programmi operattivi. |
(4) |
Jeħtieġ ukoll li jkun possibbli li proġett kbir ikun kopert b’aktar minn programm operattiv wieħed sabiex l-implimentazzjoni ta’ proġett kbir bħal dan li jkopri reġjuni u miri differenti tista’ sseħħ. Dan huwa ta’ rilevanza partikolari f’każ ta’ investimenti b’importanza nazzjonali jew għall-Unjoni. |
(5) |
Jeħtieġ isiru disponibbli strumenti ta’ inġinjerija finanzjarja fil-miżuri għall-effiċjenza fl-enerġija u l-enerġija li tiġġedded filwaqt li jittieħed kont tal-importanza ta’ dawn il-miżuri fl-Unjoni u fil-prijoritajiet nazzjonali. |
(6) |
Sabiex jiġi ffaċilitat l-adattament tal-programmi operattivi bħala tweġiba għall-kriżi finanzjarja u ekonomika attwali, l-Istati Membri għandhom jipprovdu analiżi li tiġġustifika r-reviżjoni ta’ programm operattiv minflok valutazzjoni. |
(7) |
F’ konformita’ mal-prinċipju ta’ amministrazzjoni finanzjarja tajba u r-regoli nazzjonali applikabbli, għandu jinżamm kont tad-dħul iġġenerat bl-operazzjonijiet meta tiġi kkalkulata l-kontribuzzjoni pubblika. Jeħtieġ li jiġi ssimplifikat il-monitoraġġ tad-dħul sabiex jiġi allinjat maċ-ċiklu ta’ programmazzjoni ġenerali. |
(8) |
Għall-finijiet ta’ ċertezza legali jeħtieġ li jiġi ċċarat li l-infiq isir eliġibbli mid-data ta’ meta titressaq quddiem il-Kummissjoni talba għal reviżjoni ta’ programm operattiv biss fejn taqa’ taħt kategorija ġdida ta’ nfiq miżjuda fil-mument tar-reviżjoni ta’ dan il-programm operattiv. |
(9) |
L-ambitu tad-dispożizzjoni dwar it-tul ta’ żmien tal-operazzjoni għandu jiġi ċċarat. Huwa xieraq, b’mod partikolari, li tiġi limitata l-applikazzjoni ta’ dawk id-dispożizzjonijiet sa fejn jikkonċernaw azzjonijiet li jaqgħu fl-ambitu tal-għajnuna mill-Fond Soċjali Ewropew (FSE), għall-azzjonijiet li jaqgħu taħt r-regoli ta’ għajnuna mill-istat bl-obbligu li jinżamm l-investiment. Barra dan, jeħtieġ li tiġi eskluża l-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni għal dawk l-operazzjonijiet fejn, wara li jitlestew, jgħaddu minn tibdil sostanzjali bħala riżultat tal-waqfien tal-attività produttiva minħabba falliment mhux b’qerq. |
(10) |
Jeħtieġ li jiġi ċċarat u ssimplifikat it-tagħrif meħtieġ għar-rappurtar ta’ kull sena dwar l-implimentazzjoni finanzjarja ta’ programm operattiv. Għalhekk huwa xieraq li t-tagħrif finanzjarju meħtieġ jiġi allinjat fir-rapport annwali dwar l-implimentazzjoni ta’ programm operattiv ma’ tagħrif ipprovdut fid-dikjarazzjoni ta’ nfiq u li tiġi ċċarata d-definizzjoni ta’ indikaturi finanzjarji. |
(11) |
Sabiex jiġi ssimplifikat il-ħlas bil-quddiem lill-benefiċjarji tal-għajnuna mill-istat u biex ikunu limitati r-riskji finanzjarji marbuta ma’ dan il-ħlas, l-ambitu tal-garanziji ammissibbli għandu jiġi ddefinit mill-ġdid. |
(12) |
Minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali u minħabba l-impatt serju u bla preċedenti tal-kriżi ekonomika u finanzjarja attwali fuq il-baġits tal-Istati Membri, jinħtieġ pagament addizzjonali bħala prefinanzjament għall-2010 għall-Istati Membri l-aktar milquta mill-kriżi, sabiex ikun hemm likwidità regolari u biex jiġu ffaċilitati l-ħlasijiet lill-benefiċjarji matul l-implimentazzjoni tal-programmi. |
(13) |
Ir-rekwiżiti għad-dikjarazzjonijiet ta’ nfiq dwar strumenti ta’ inġinerija finanzjarja għandhom jiġu ssimplifikati. B’mod partikolari, l-onorarji ta’ amministrazzjoni, barra mill-ispejjeż ta’ amministrazzjoni, għandhom jitqiesu bħala nfiq eliġibbli. |
(14) |
Għal raġunijiet ta’ konsistenza, huwa xieraq li l-Istati Membri jużaw mill-ġdid l-ammonti kkoreġuti fuq operazzjoni inkluża f’għeluq parzjali f’każ ta’ irregolaritajiet misjuba mill-Istati Membri nfushom. |
(15) |
Huwa xieraq li tiġi estiża l-iskadenza għall-kalkolu tad-diżimpenn awtomatiku tal-impenn tal-baġit annwali relatat mal-kontribuzzjoni annwali totali tal-2007 sabiex jitjieb l-assorbiment tal-fondi impenjati għal ċerti programmi operattivi. Din il-flessibilità hija meħtieġa minħabba li l-programmi bdew aktar tard milli mistenni u ġew approvati tard. |
(16) |
Abbażi tal-esperjenza huwa kunsiljabbli li jiġi applikat it-tnaqqis tal-ammonti suġġetti għar-regola ta’ diżimpenn awtomatiku bl-ammonti kkonċernati għal proġett kbir mid-data ta’ meta tintbagħat lill-Kummissjoni l-applikazzjoni għal dan il-proġett kbir li tissodisfa r-rekwiżiti kollha ta’ dan ir-Regolament. |
(17) |
Sabiex l-Istati Membri jitħallew jibbenefikaw mill-miżuri ta’ simplifikazzjoni tul il-perjodu kollu ta’ programmazzjoni u biex jiġi żgurat trattament ugwali, jeħtieġ li jiġu applikati ċerti emendi retroattivament. |
(18) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1080/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar il-Fond Ewropew ta’ Żvilupp Reġjonali (3) ġie emendat bir-Regolament (KE) Nru 397/2009 (4) li daħħal ir-regoli ta’ eliġibbiltà għall-infiq fuq l-effiċjenza fl-enerġija u l-użu tal-enerġija li tiġġedded fid-djar fejn teżisti fl-Istati Membri kollha. Għalhekk huwa xieraq li jiġu applikati l-emendi marbuta mal-effiċjenza fl-enerġija u mal-użu tal-enerġija li tiġġedded mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 397/2009. |
(19) |
Ladarba ssir applikazzjoni għal proġett kbir li tissodisfa r-rekwiżiti kollha ta’ dan ir-Regolament, l-ammonti koperti mill-applikazzjoni għandhom jiġu mħarsa mid-diżimpenn awtomatiku. Tali ħarsien għandu japplika għall-applikazzjonijiet kollha ta’ proġetti kbar mill-bidu tal-perjodu ta’ programmazzjoni u għandu japplika retroattivament, speċjalment minħabba l-kriżi finanzjarja attwali. |
(20) |
Billi l-kriżi bla preċedent li qed taffettwa s-swieq finanzjarji internazzjonali teħtieġ tweġiba fil-pront biex din tilqa’ kontra l-effetti fuq l-ekonomija inġenerali, għandhom jidħlu fis-seħħ emendi oħrajn fil-jum wara dik tal-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
(21) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1083/2006 (5) għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ. |
(22) |
Konsegwentement għal, inter alia, it-tibdil fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet li jirriżulta mid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Liżbona, l-emendi previstiminn dan ir-Regolament ma ddaħħlux fil-ħin biex jipprevjenu l-applikazzjoni tal-Artikolu 93(1) tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006 kif emendat mir-Regolament (KE) No 284/2009 (6). Taħt l-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (7) (ir-Regolament Finanzjarju), id-diżimpenji magħmula mill-Kummissjoni jwasslu għalhekk għall-kanċellament ta’ approprjazzjonijiet tas-sena 2007, li għandhom jinqasmu fuq is-snin finanzjarji 2008 sa 2013 skont ir-regoli introdotti minn dan ir-Regolament. Għalhekk huwa xieraq, bħala miżura tranżitorja, li titħalla r-rikostituzzjoni, skont il-ħtieġa, tal-approprjazzjonijiet rilevanti għall-finijiet tal-implimentazzjoni tar-regoli ta’ diżimpenn kif emendati minn dan ir-Regolament, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1083/2006 huwa b’dan emendat kif ġej:
(1) |
l-Artikolu 39 jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 39 Kontenut Bħala parti minn programm operattiv jew minn programmi operattivi, il-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni jistgħu jiffinanzjaw infiq li jinkludi sensiela ta’ xogħlijiet, attivitajiet jew servizzi maħsuba fiha nfisha sabiex twettaq kompitu indiviżibbli ta’ natura ekonomika jew teknika preċiża, li jkollu għanijiet identifikati b’mod ċar u li l-ispiża totali tiegħu taqbeż EUR 50 miljun (minn hawn ‘il quddiem ‘proġett kbir’).”; |
(2) |
l-Artikolu 40 huwa emendat kif ġej:
|
(3) |
fl-Artikolu 41, il-paragrafi (1) u (2) jinbidlu b’ li ġej: “1. Il-Kummissjoni għandha tagħmel valutazzjoni tal-proġett kbir, jekk ikun meħtieġ billi tikkonsulta esperti barranin, inkluż il-BEI, fid-dawl tal-fatturi msemmija fl-Artikolu 40, tal-konsistenza tiegħu mal-prijoritajiet tal-programm jew programmi operattivi konċernati, tal-kontribut tiegħu biex jinkisbu l-għanijiet ta’ dawk il-prijoritajiet u tal-konsistenza tiegħu ma’ linji politiċi l-oħra tal-Unjoni. 2. Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni kemm jista’ jkun malajr iżda mhux aktar tard minn tliet xhur wara l-preżentazzjoni mill-Istat Membru jew mill-awtorità ta’ ġestjoni ta’ proġett kbir, bil-kondizzjoni li l-preżentazzjoni ssir skont l-Artikolu 40. Din id-deċiżjoni għandha tiddefinixxi l-oġġett fiżiku, l-ammont li għalih tapplika r-rata ta’ ko-finanzjament għall-assi prijoritarju tal-programm jew programmi operattivi kkonċernati, u l-pjan jew pjanijiet annwali ta’ kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEŻR jew mill-Fond ta’ Koeżjoni.”; |
(4) |
l-Artikolu 44 huwa emendat kif ġej:
|
(5) |
l-Artikolu 48(3) jinbidel b’ li ġej: “3. Matul il-perjodu ta’ programmazzjoni, l-Istati Membri għandhom iwettqu valutazzjonijiet marbuta mal-monitoraġġ tal-programmi operattivi b’mod partikolari fejn dan il-monitoraġġ juri tluq sinifikattiv mill-għanijiet stabbiliti inizjalment. Fejn isiru proposti għar-reviżjoni ta’ programmi operattivi, kif imsemmi fl-Artikolu 33, għandha tiġi pprovduta analiżi dwar ir-raġunijiet għar-reviżjoni, inklużi xi diffikultajiet ta’ implimentazzjoni, u l-impatt mistenni tar-reviżjoni, inkluż dak fuq l-istrateġija tal-programm operattiv. Ir-riżultati ta’ tali valutazzjoni jew analiżi għandhom jintbagħtu lill-kumitat ta’ monitoraġġ għall-programm operattiv u lill-Kummissjoni.”; |
(6) |
fl-Artikolu 55, il-paragrafi (3) u (4) jinbidlu b’ li ġej: “3. Fejn mhux oġġettivament possibbli li jiġi stmat dħul minn quddiem, id-dħul nett iġġenerat fi żmien ħames snin mit-tlestija ta’ operazzjoni għandu jiġi mnaqqas min-nefqa ddikjarata lill-Kummissjoni. 4. Fejn jiġi stabbilit li operazzjoni ġġenerat dħul nett li ma tteħidtx kont tiegħu taħt il-paragrafi 2 u 3, tali dħul nett għandu jitnaqqas mill-awtorità ta’ ċertifikazzjoni mhux aktar tard mill-preżentazzjoni tad-dokumenti għall-programm operattiv imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 89(1). L-applikazzjoni għall-ħlas tal-bilanċ finali għandha tiġi korretta kif meħtieġ.”; |
(7) |
fl-Artikolu 56(3), it-tieni subparagrafu jinbidel b’ li ġej: “Fejn kategorija ġdida ta’ nfiq kif imsemmi fit-Tabella 1 tal-Parti A tal-Anness II tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1828/2006 (*) tiżdied fil-mument tar-reviżjoni ta’ programm operattiv imsemmi fl-Artikolu 33 ta’ dan ir-Regolament, kull nefqa li taqa’ f’din il-kategorija għandha tkun eliġibbli mid-data tal-preżentazzjoni lill-Kummissjoni tat-talba għal reviżjoni tal-programm operattiv. (*) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1828/2006 tat-8 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi r-regoli għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni u tar-Regolament (KE) Nru 1080/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (ĠU L 371, 27.12.2006, p. 1).”;" |
(8) |
l-Artikolu 57 huwa emendat kif ġej:
|
(9) |
fl-Artikolu 67(2), il-punt (b) jinbidel b’ li ġej:
|
(10) |
l-Artikolu 78 huwa emendat kif ġej:
|
(11) |
l-Artikolu 82(1) huwa emendat kif ġej:
|
(12) |
fl-Artikolu 88(3), jiżdied is-subparagrafu li ġej: “Iżda, f’każijiet fejn l-irregolaritajiet f’operazzjonijiet li jkunu ġew suġġetti għal dikjarazzjoni ta’ għeluq parzjali jinstabu mill-Istat Membru, għandu japplika l-Artikolu 98(2) u (3). Id-dikjarazzjoni ta’ nfiq imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandha tiġi aġġustata kif meħtieġ.”; |
(13) |
l-Artikolu 93 huwa emendat kif ġej:
|
(14) |
l-Artikolu 94(1) jinbidel b’ li ġej: “Artikolu 94 Perijodu ta’ interruzzjoni għal proġetti kbar u skemi ta’ għajnuna 1. Fejn l-Istat Membru jippreżenta applikazzjoni għal proġetti kbar li tissodisfa r-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikolu 40, l-ammonti potenzjalment ikkonċernati mid-diżimpenn awtomatiku għandhom jitnaqqsu bl-ammonti annwali kkonċernati minn dawn il-proġetti kbar. Fejn il-Kummissjoni tieħu deċiżjoni sabiex tawtorizza skema ta’ għajnuna, l-ammonti potenzjalment ikkonċernati mid-diżimpenn awtomatiku għandhom jitnaqqsu bl-ammonti annwali kkonċernati minn tali skemi ta’ għajnuna. 2. Għal dawn l-ammonti annwali msemmija fil-paragrafu 1, id-data ta’ inizjazzjoni għall-kalkolu tal-iskadenzi ta’ diżimpenn awtomatiku msemmija fl-Artikolu 93 għandha tkun id-data tad-deċiżjoni sussegwenti meħtieġa sabiex tawtorizza dawn il-proġetti kbar jew skemi ta’ għajnuna.”. |
Artikolu 2
Miżuri tranżizzjonali
Sabiex jiġu indirizzati iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali tat-tranżizzjoni għar-regoli ta’ diżimpenn introdotti b’dan ir-Regolament, l-approprjazzjonijiet li ġew ikkanċellati minħabba d-diżimpenji magħmula mill-Kummissjoni għas-sena finanzjarja 2007 fl-implimentazzjoni tal-Artikolu 93(1) u tal-Artikolu 97 tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006 kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 284/2009, skont l-Artikolu 11 tar-Regolament Finanzjarju, għandhom jiġu rikostitwiti safejn meħtieġ għall-implimentazzjoni tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 93(1) tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006 kif emendat b’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Iżda, il-punti (5) u (7) tal-Artikolu 1 għandhom japplikaw mill-1 ta’ Awwissu 2006, il-punti (8), (10)(a), (10)(b)(i), (13) u (14) tal-Artikolu 1 għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2007 u l-punti (4),(10)(b)(ii) u (10)(c) tal-Artikolu 1 għandhom japplikaw mill-10 ta’ Ġunju 2009.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, is-16 ta’ Ġunju 2010.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
J. BUZEK
Għall-Kunsill
Il-President
D. LÓPEZ GARRIDO
(1) ĠU C 128, 18.5.2010, p. 95.
(2) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ Mejju 2010 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tat-3 ta’ Ġunju 2010.
(3) ĠU L 210, 31.7.2006, p. 1.
(4) ĠU L 126, 21.5.2009, p. 3.
(5) ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25.
(7) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
24.6.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 158/7 |
REGOLAMENT (UE) Nru 540/2010 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-16 ta’ Ġunju 2010
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1085/2006 li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 212 tiegħu,
Wara li kkunsidraw l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (1),
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1085/2006 (2) jipprovdi għal għajnuna għall-pajjiżi kandidati u dawk li huma kandidati potenzjali fl-allinjament progressiv tagħhom mal-istandards u l-politika tal-Unjoni Ewropea, inkluż, fejn applikabbli, l-acquis communautaire, bil-ħsieb li dawn ikunu jistgħu jaslu għas-sħubija tal-Unjoni. |
(2) |
L-Artikolu 49 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jiddikjara li kwalunke Stat Ewropew li jirrispetta u huwa kommess sabiex jippromwovi l-valuri msemmija fl-Artikolu 2 ta’ dak it-Trattat, jiġifieri id-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittirjiet tal-persuni li jappartjenu għal minoranzi, jista’ japplika biex isir membru tal-Unjoni. |
(3) |
Il-Kunsill Ewropew tal-14 ta’ Diċembru 2006 esprima fil-konklużjonijiet tiegħu kunsens imġedded dwar it-tkabbir, inkluż il-prinċipju li kull pajjiż applikant għandu jiġi evalwat fuq il-merti tiegħu. |
(4) |
Wara l-preżentazzjoni fis-16 ta’ Lulju 2009 tal-applikazzjoni tar-Repubblika tal-Islanda (minn issa “l-Islanda”) għas-sħubija fl-Unjoni Ewropea, il-Kunsill stieden lill-Kummissjoni sabiex tippreżenta lill-Kunsill l-opinjoni tagħha dwar l-applikazzjoni tal-Islanda. L-Islanda tista’ għalhekk titqies bħala pajjiż li huwa kandidat potenzjali. |
(5) |
Taħt ir-Regolament (KE) Nru 1085/2006 l-assistenza għal pajjiżi li huma kandidati potenzjali u għal pajjiżi kandidati mill-Balkani tal-Punent u t-Turkija hija pprovduta, inter alia, skont il-Partenarjati Ewropej u tal-Adeżjoni. |
(6) |
L-Islanda hija membru taż-Żona Ekonomika Ewropea. Għaldaqstant, l-assistenza taħt ir-Regolament (KE) Nru 1085/2006 għandha tiġi pprovduta filwaqt li jittieħed kont xieraq tar-Rapporti u d-Dokument ta’ Strateġija inklużi fil-pakkett annwali tat-Tkabbir tal-Kummissjoni, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1085/2006 huwa b’dan emendat kif ġej:
(1) |
Il-paragrafu li ġej huwa miżjud mal-Artikolu 4: “Għall-Iżlanda, l-għajnuna għandha tiġi pprovduta suġġetta b’mod partikolari għar-Rapporti u d-Dokument Strateġiku tal-Pakkett tat-Tkabbir.” |
(2) |
Fl-Anness II, jiġi miżjud dan li ġej wara “Bosnja u Ħerzegovina”.
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, is-16 ta’ Ġunju 2010.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
J. BUZEK
Għall-Kunsill
Il-President
D. LÓPEZ GARRIDO
(1) Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Frar 2010 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 2010.
(2) ĠU L 210, 31.7.2006, p. 82.