EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document L:2010:042:FULL

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, L 42, 17 ta' Frar 2010


Display all documents published in this Official Journal
 

ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2010.042.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 42

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 53
17 ta' Frar 2010


Werrej

 

II   Atti mhux leġislattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 132/2010 tas-16 ta’ Frar 2010 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

 

IV   Atti adottati qabel l-1 ta' Diċembru 2009 skont it-Trattat tal-KE, it-Trattat tal-UE u t-Trattat Euratom

 

 

2010/95/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Ottubru 2009 dwar għajnuna mill-Istat C 10/07 (ex NN 13/07) implimentata mill-Ungerija għal tnaqqis ta’ taxxa fuq l-imgħax li jgħaddi bejn kumpaniji tal-istess grupp (notifikata bid-dokument numru C(2009) 8130)  ( 1 )

3

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1226/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kondizzjonijiet assoċjati għal ċerti stokkijiet ta’ ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta’ ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku għall-2010 ( ĠU L 330, 16.12.2009 )

20

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġislattivi

REGOLAMENTI

17.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 42/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 132/2010

tas-16 ta’ Frar 2010

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-17 ta’ Frar 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Frar 2010.

Għall-Kummissjoni, f’isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

IL

126,1

JO

84,5

MA

83,8

TN

125,3

TR

107,9

ZZ

105,5

0707 00 05

EG

172,8

JO

152,5

MA

83,3

TR

143,9

ZZ

138,1

0709 90 70

IL

247,1

MA

108,5

TR

128,8

ZZ

161,5

0709 90 80

EG

69,8

MA

131,9

ZZ

100,9

0805 10 20

EG

54,4

IL

53,5

MA

49,9

TN

50,9

TR

59,0

ZZ

53,5

0805 20 10

IL

155,4

MA

81,5

TR

81,0

ZZ

106,0

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

CN

57,3

EG

69,8

IL

87,2

JM

106,6

MA

118,3

PK

57,6

TR

63,9

ZZ

80,1

0805 50 10

EG

76,3

IL

76,3

MA

58,3

TR

62,5

ZZ

68,4

0808 10 80

CA

97,5

CL

59,9

CN

64,8

MK

23,6

US

123,6

ZZ

73,9

0808 20 50

CL

75,8

CN

50,1

US

99,0

ZA

110,0

ZZ

83,7


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


IV Atti adottati qabel l-1 ta' Diċembru 2009 skont it-Trattat tal-KE, it-Trattat tal-UE u t-Trattat Euratom

17.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 42/3


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-28 ta’ Ottubru 2009

dwar għajnuna mill-Istat C 10/07 (ex NN 13/07) implimentata mill-Ungerija għal tnaqqis ta’ taxxa fuq l-imgħax li jgħaddi bejn kumpaniji tal-istess grupp

(notifikata bid-dokument numru C(2009) 8130)

(It-test bl-Ungeriż biss huwa awtentiku)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2010/95/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 88(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,

Wara li sejħet lill-partijiet interessati biex iressqu l-kummenti tagħhom skont id-dispożizzjonijiet imsemmija fuq (1) u wara li qieset dawk il-kummenti,

Billi:

I.   IL-PROĊEDURA

(1)

Minn Jannar tal-2003, l-awtoritajiet Ungeriżi introduċew dispożizzjonijiet ġodda għal tassazzjoni favorevoli tad-dħul mill-imgħax nett li jgħaddi bejn kumpaniji affiljati li jappartjenu lill-istess grupp. Il-miżura ma ġietx innotifikata lill-Kummissjoni Ewropea. B’ittra li ġġib id-data tad-19 ta’ Novembru 2004, il-Kummissjoni talbet informazzjoni mingħand l-awtoritajiet Ungeriżi xi informazzjoni li ngħatat fl-14 ta’ Diċembru 2004.

(2)

Fil-21 ta’ Marzu 2007, il-Kummissjoni infurmat lir-Repubblika tal-Ungerija li kienet iddeċidiet li tibda l-proċedura istitwita fl-Artikolu 88(2) dwar l-iskema. Wara żewġ estensjonijiet tal-iskadenza, ir-Repubblika tal-Ungerija wieġbet b’ittra ddatata 20 ta’ Ġunju 2007.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tinbeda proċedura ta’ investigazzjoni formali ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2) fejn il-partijiet interessati ġew mistiedna jissottomettu l-osservazzjonijiet tagħhom. Ġew sottomessi kummenti mill-Kamra tal-Kummerċ Amerikana fl-Ungerija fl-20 ta’ Lulju 2007, mill-Olanda fis-26 ta’ Lulju 2007 u mill-MOL Plc fis-26 ta’ Lulju 2007. Dawn il-kummenti ngħaddew lir-Repubblika tal-Ungerija, li wieġbet b’ittra elettronika li ġġib id-data tas-6 ta’ Settembru 2007.

(4)

B’ittra ddatata 12 ta’ Frar 2008, il-Kummissjoni talbet informazzjoni addizzjonali mingħand l-awtoritajiet Ungeriżi. Ir-risposti ngħataw permezz ta’ sottomissjonijiet iddatati 28 ta’ April 2008, 19 ta’ Ġunju 2008 u 13 ta’ Ottubru 2008.

(5)

B’ittra li ġġib id-data tal-24 ta’ Ġunju 2009, l-awtoritajiet Ungeriżi infurmaw lill-Kummissjoni dwar l-intenzjoni tagħhom li jabolixxu l-iskema mill-1 ta’ Jannar 2010.

(6)

Fid-29 ta’ Ġunju 2009 l-Parlament Ungeriż għadda t-tibdil fil-liġi tat-taxxa għall-2010, inkluża l-eliminazzjoni tar-regola tat-tnaqqis ta’ 50 fil-mija mit-taxxa fuq id-dħul ta’ kumpaniji minn dħul ta’ finanzjament minn ġewwa l-grupp. Il-liġi ġiet ippubblikata fil-Gazzetta Ungeriża fid-9 ta’ Lulju 2009.

(7)

L-awtoritajiet Ungeriżi ssottomettew aktar informazzjoni b’ittra elettronika datata l-1 ta’ Ottubru 2009.

II.   DESKRIZZJONI DETTALJATA TAL-MIŻURA

(8)

Il-miżura tipprovdi l-possibbiltà li mill-bażi tat-taxxa fl-Ungerija jitnaqqsu 50 % tal-ammont tal-imgħax nett li jkun daħal mingħand kumpaniji affiljati, li huwa l-bilanċ tal-imgħax li jkun daħal mingħand kumpaniji affiljati wara li jkun tnaqqas l-imgħax li jkun tħallas lil kumpaniji affiljati (3). Konsegwentement, jiġi ntaxxat biss nofs l-imgħax nett li jkun daħal, filwaqt li fl-applikazzjoni normali tas-sistema ta’ tassazzjoni kien ikollu jiġi ntaxxat l-ammont sħiħ. Fil-livell tal-kumpanija affiljata li tħallas imgħax nett, mal-bażi tat-taxxa jiżdiedu 50 % tal-ammont tal-imgħax nett li jkun tħallas (4). Minħabba f’hekk, minflok tnaqqis sħiħ mill-imgħax nett li jitħallas taħt is-sistema ta’ tassazzjoni normali, il-kumpaniji jnaqqsu biss nofs dan l-ammont mill-bażi tat-taxxa tagħhom. L-iskema tapplika biss għall-imgħax li jidħol mingħand u li jitħallas lil kumpaniji affiljati.

(9)

Kumpanija affiljata hija ddefinita bħala (5):

(a)

kumpanija fejn min qiegħed iħallas it-taxxa direttament jew indirettament ikollu interess ta’ maġġoranza;

(b)

kumpanija li direttament jew indirettament ikollha interess ta’ maġġoranza f’min qiegħed iħallas it-taxxa;

(ċ)

kull kumpanija oħra jekk kumpanija terza direttament jew indirettament ikollha interess ta’ maġġoranza kemm f’min qiegħed iħallas it-taxxa u kif ukoll f’din il-kumpanija l-oħra;

(d)

kumpanija barranija bl-istabbiliment permanenti tagħha fl-Ungerija, l-istabbiliment permanenti fl-Ungerija ta’ kumpanija barranija u persuna li magħha jkollha relazzjoni kif definit fuq fil-punti (a)-(c).

It-terminu “interess ta’ maġġoranza” għandu jinkludi wkoll is-sitwazzjoni fejn kull parti jkollha d-dritt li taħtar jew tkeċċi l-maġġorparti tal-funzjonarji eżekuttivi u l-membri tal-bord tas-sorveljanza. Barra minn hekk, meta jkun qiegħed jiġi stabbilit jekk jeżistix interess ta’ maġġoranza, id-drittijiet tal-vot ta’ qraba viċini għandhom jiġu kkunsidrati flimkien.

L-ammont massimu li jista’ jitnaqqas

(10)

L-ogħla limitu tal-ammont totali ta’ tnaqqis speċjali, inkluż it-tnaqqis tal-imgħax li jgħaddi bejn kumpaniji fl-istess grupp, huwa ta’ 50 % tal-profitti qabel it-taxxa (6).

Il-possibbiltà li wieħed jagħżel li jibqa’ barra

(11)

Min ikun qiegħed iħallas it-taxxa kull sena jista’ jiddeċiedi jekk japplikax l-iskema jew jekk jagħżilx li jibqa’ barra minnha. Kemm-il darba kumpanija li tkun ħallset l-imgħax tagħżel li tibqa’ barra, ma jkollhiex għalfejn iżżid il-bażi tat-taxxa tagħha bil-mod deskritt fuq u tista’ tapplika r-reġim ta’ tassazzjoni normali bi tnaqqis sħiħ tal-imgħax li jkun tħallas, sakemm tinnotifika lill-kumpaniji affiljati kollha tagħha (domestiċi u barranin) li lilhom ikun tħallas (jew ikun għad irid jitħallas) xi mgħax jew li mingħandhom tkun irċeviet (jew ikun għad trid tirċievi) xi mgħax. (7) F’dan il-każ, għall-applikazzjoni tal-miżura, fil-komputazzjoni tal-bażi tat-taxxa tagħhom rigward il-ħlasijiet tal-imgħax il-kumpaniji affiljati ma jikkunsidrawx dak l-imgħax li jkunu rċevew mingħand jew li jkun tħallas lil din il-kumpanija li tkun qiegħda tħallas it-taxxa. (8)

(12)

L-awtoritajiet Ungeriżi ma jgawdux xi drittijiet diskrezzjonali, billi d-deċiżjoni jekk tapplikax jew tibqax barra mill-applikazzjoni tal-miżura rigward l-imgħax nett li jkun tħallas tagħmilha l-kumpanija affiljata deskritta fil-paragrafu fuq.

Benefiċjarji

(13)

Il-leġiżlazzjoni tapplika għal entitajiet legali, kumpaniji Ewropej (SE), soċjetajiet kooperattivi Ewropej (SCE), kooperattivi u stabbilimenti permanenti ta’ kumpaniji barranin. Il-provvediment mhuwiex applikabbli għal kumpaniji tal-assigurazzjoni, istituzzjonijiet finanzjarji, intrapriżi tal-investiment, jew mikrointrapriżi u intrapriżi żgħar (9).

Bażi legali

(14)

Id-dispożizzjonijiet tal-Att LXXXI tal-1996 dwar it-Taxxa Korporattiva u t-Taxxa tad-Dividendi li ġejjin jiffurmaw il-bażi legali tal-miżura: l-Artikolu 7(1)(k), l-Artikolu 7(14) u (16), l-Artikolu 8(1)(k), l-Artikolu 8(2), u l-Artikolu 29/D(15).

(15)

Il-leġiżlazzjoni kurrenti fiha ċertu modifiki li għandhom x’jaqsmu ma’ benefiċjarji eliġibbli mqabbla mad-dispożizzjonijiet oriġinali tal-miżura, liema modifiki daħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2003. Fil-leġiżlazzjoni oriġinali l-firxa ta’ benefiċjarji ma kinitx tinkludi kumpaniji Ewropej u soċjetajiet kooperattivi Ewropej, billi l-Ungerija kienet għadha mhijiex membru tal-Unjoni Ewropea. L-istatut tal-Kumpanija Ewropea daħal fis-seħħ fit-8 ta’ Ottubru 2004 u l-istatut tas-Soċjetà Kooperattiva Ewropea ġie adottat fit-22 ta’ Lulju 2003 u daħal fis-seħħ fis-16 ta’ Awwissu 2006. Billi mill-1 ta’ Ġunju 2004 fl-Ungerija ma baqgħux jistgħu jiġu stabbiliti aktar kumpaniji b’kapital għall-ispekulazzjoni, dawn il-kumpaniji għebu wkoll mil-lista tal-kumpaniji eliġibbli.

Terminu ta’ żmien

(16)

Inizjalment ma kienet prevista ebda limitazzjoni rigward it-terminu taż-żmien tal-iskema. Madanakollu, kif ġie nnotat fuq, l-abolizzjoni tal-miżura kienet approvata bil-liġi mill-1 ta’ Jannar 2010.

Baġit

(17)

L-Ungerija pprovdiet iċ-ċifri li ġejjin għal dak li jirrigwarda l-effett tal-miżura fuq ir-riżorsi baġitarji Ungeriżi:

f’1000 ta’ HUF

Sena

Bilanċ tal-korrezzjonijiet (tnaqqis/żidiet) fil-bażi tat-taxxa minħabba l-miżura

Effett tal-miżura fuq it-tassazzjoni

2003

2 280 424

410 476

2004

4 478 141

716 503

2005

7 279 164

1 164 666

2006

125 992 638

20 158 822

(18)

B’kollox, l-impatt tal-miżura fis-snin ikkonċernati jammonta għal madwar 24 biljun forint Ungeriż (96 miljun ewro) (11).

III.   BAŻI GĦAL BIDU TAL-PROĊEDURA

(19)

Fid-Deċiżjoni Inizjali, il-Kummissjoni esprimiet id-dubji tagħha dwar kemm l-iskema kienet tikkostitwixxi miżura ġenerali, billi l-benefiċċju tat-trattament ta’ taxxa preferenzjali fuq il-ħlasijiet ta’ mgħax li jgħaddu ġewwa l-istess grupp mhuwiex disponibbli b’mod ugwali għall-kumpanji kollha fl-Ungerija.

(20)

Għal dak li jirrigwarda l-eżistenza ta’ xi vantaġġ ekonomiku, il-Kummissjoni kienet tal-opinjoni li, fil-livell ta’ kumpanija individwali li tkun tappartjeni grupp, l-iskema tipprovdi vantaġġ lill-impriżi li jirċievu mgħax nett pożittiv mingħand il-kumpaniji affiljati.

(21)

Fil-livell tal-grupp inġenerali, il-Kummissjoni ssottolinjat li l-iskema tagħti vantaġġ f’sitwazzjonijiet transkonfinali meta l-imgħax ikun dieħel, u fejn il-kumpanija li tkun qiegħda tirċievi mgħax nett tkun ibbażata fl-Ungerija u l-kumpanija li tkun qiegħda tħallas mgħax nett ma tkunx residenti.

(22)

Il-Kummissjoni kompliet tispjega li, f’sitwazzjoni transkonfinali meta l-imgħax ikun ħiereġ, u fejn il-kumpanija li tkun qiegħda tirċievi l-imgħax ma tkunx residenti u l-kumpanija li tkun qiegħda tħallas l-imgħax tkun waħda Ungeriża, il-miżura ma tipprevedix vantaġġ addizzjonali. Bl-istess mod, f’sitwazzjoni domestika, jiġifieri fejn iż-żewġ kumpaniji jkunu ġewwa l-Ungerija, bħala prinċipju dan il-vantaġġ ma jinħoloqx fil-livell tal-grupp.

(23)

Għal dak li jirrigwarda l-kriterju tas-selettività, il-Kummissjoni qabelxejn innotat li kumpaniji tal-assigurazzjoni, istituzzjonijiet finanzjarji, intrapriżi tal-investiment u kumpaniji b’kapital għall-ispekulazzjoni, kif ukoll intrapriżi żgħar, de jure huma esklużi mill-ambitu tal-applikazzjoni tal-miżura. It-tieni nett, fil-livell tal-impriża individwali, il-kumpaniji li jagħmlu parti mill-grupp biss jibbenefikaw minn taxxa anqas fuq l-imgħax nett li jgħaddi bejn kumpaniji tal-istess grupp prevista mill-iskema. It-tielet nett, fil-livell tal-grupp, l-iskema tidher li hija vantaġġjuża f’sitwazzjonijiet transkonfini meta l-imgħax ikun dieħel, u fejn il-kumpanija li tkun qiegħda tirċievi mgħax nett tkun waħda Ungeriża, filwaqt li l-kumpanija li tkun qiegħda tħallas imgħax nett ma tkunx residenti. Ir-raba’ nett, il-possibbiltà li wieħed jagħżel li jibqa’ barra mill-applikazzjoni tal-iskema, u li jista’ jibdel kull sena, kien fattur addizzjonali biex il-miżura titqies li hija eċċezzjoni għas-sistema ta’ tassazzjoni fl-Ungerija.

(24)

Il-Kummissjoni kellha wkoll dubji dwar kemm l-eċċezzjonijiet imsemmija hawn fuq kienu ġġustifikati “min-natura jew l-iskema ġenerali” tas-sistema ta’ tassazzjoni, u għalhekk ikkunsidrat li l-miżura kienet inkompatibbli mas-suq komuni.

(25)

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni kienet tal-opinjoni li l-miżura ma setgħetx titqies bħala għajnuna eżistenti peress li ma tissodisfa ebda waħda mill-kundizzjonijiet li hemm fl-Anness IV.3 tal-Att ta’ Adeżjoni.

IV.   KUMMENTI MILL-AWTORITAJIET UNGERIŻI

Il-bażi legali tal-evalwazzjoni

(26)

L-awtoritajiet Ungeriżi jqisu li minħabba n-nuqqas ta’ armonizzazzjoni fil-livell Komunitarju fil-kamp tat-tassazzjoni diretta, il-miżura għandha tiġi evalwata skont ir-regoli tat-Trattat tal-KE li jirregolaw l-approssimazzjoni tal-liġijiet skont l-Artikoli 96 u 97 tat-Trattat tal-KE u mhux abbażi tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. L-awtoritajiet Ungeriżi qegħdin jirreferu għall-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja (ECJ), li tistipula li t-tassazzjoni diretta taqa’ taħt il-kompetenza tal-Istati Membri imma l-Istati Membri għandhom jeżerċitaw din il-kompetenza b’mod konsistenti mal-liġi Komunitarja dwar it-tassazzjoni diretta. F’dan il-kuntest, l-Ungerija qiegħda tikkontendi li l-osservanza tal-libertà tal-istabbiliment influwenza bil-bosta l-karatteristiċi tal-miżura.

L-għan tal-miżura

(27)

L-għan tal-miżura huwa l-finanzjament ta’ self ġewwa l-istess grupp – li jipprovdi allokazzjoni ottimali ta’ likwidità – jista’ jsir bla ma t-taxxa tinfluwenza d-deċiżjonijiet tan-negozju dwar l-operat u l-finanzjament.

(28)

B’kuntrast mal-biċċa l-kbira tal-Istati Membri l-oħra, ma hemm ebda taxxa ta’ gruppi fl-Ungerija. It-tassazzjoni ta’ grupp sħiħ tipprovdi l-possibbiltà li fl-istess sena membru (domestiku) ta’ grupp jikkontrobilanċja t-telf tiegħu kontra l-qligħ ta’ membru ieħor (domestiku) tal-grupp. Ir-riżorsi baġitarji ma jippermettux l-introduzzjoni ta’ skema ta’ tassazzjoni ta’ grupp sħiħ. Għaldaqstant ir-regola Ungeriża ġiet introdotta bħala alternattiva għat-tassazzjoni ta’ grupp sħiħ, sabiex sa ċertu punt jittaffa l-iżvantaġġ fil-kompetittività mqabbel ma’ Stati Membri oħrajn bi skema ta’ tassazzjoni ta’ grupp sħiħ.

(29)

Bis-saħħa tal-kunsens għal tnaqqis ta’ 50 % mill-imgħax irċevut u simmetrikament – sabiex jintlaħaq l-għan tal-politika tat-tassazzjoni – żieda fil-profitti tiegħu ta’ 50 % tal-imgħax li jkun tħallas lil impriżi affiljati, id-differenza ta’ bejn il-finanzjament tal-ekwità u tas-self ġewwa l-istess grupp ta’ kumpaniji tonqos, peress li dividend bħala remunerazzjoni għall-finanzjament tal-ekwità huwa eżenti mit-taxxa filwaqt li l-imgħax fuq self ta’ finanzjament huwa ntaxxat.

(30)

Skont l-awtoritajiet Ungeriżi, il-miżura tirrappreżenta xorta ta’ tassazzjoni ta’ parti minn grupp ta’ kumpaniji, applikata biss għal dħul ta’ mgħax. Hija regola applikabbli b’mod ġenerali li ma tiffavorixxix x’impriża jew il-produzzjoni ta’ xi oġġetti. It-tassazzjoni ta’ gruppi ta’ kumpaniji hija karatteristika ġenerali tas-sistema ta’ tassazzjoni ta’ ċertu Stati Membri, u sa fejn l-awtoritajiet Ungeriżi huma infurmati, il-Kummissjoni ma kkontestatx il-kompatibilità tagħha mat-Trattat tal-KE.

L-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE

(31)

L-awtoritajiet Ungeriżi jqisu li l-iskema inkwistjoni ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE, peress li mhumiex sodisfati l-kriterji dwar (i) il-vantaġġ ekonomiku, (ii) is-selettività u (iii) ir-riżorsi tal-Istat.

Vantaġġ ekonomiku

(32)

Skont id-Deċiżjoni Inizjali, il-miżura tagħti vantaġġ (i) fil-livell tal-kumpanija individwali minħabba l-possibbiltà li jitnaqqsu 50 % tad-dħul mill-imgħax nett mill-bażi tat-taxxa, u (ii) fil-livell tal-grupp kollu meta membru Ungeriż tal-grupp jiffinanzja membru barrani u jirċievi dħul ta’ mgħax li għalih ikun ingħata wkoll it-tnaqqis ta’ 50 %.

(33)

L-awtoritajiet Ungeriżi qegħdin jikkontendu li l-miżura tista’ tkun ta’ vantaġġ għal kumpanija individwali, iżda tkun ta’ żvantaġġ għall-parti l-oħra tat-tranżazzjoni tas-self, u għalhekk f’relazzjonijiet purament domestiċi hija bbilanċjata. Tista’ tkun ta’ vantaġġ ukoll għall-grupp kollu, imma dan il-vantaġġ huwa limitat għal kontrobilanċ aktar malajr tat-telf minn imgħax ta’ kumpanija tal-grupp kontra d-dħul ta’ mgħax tal-oħra, bħal fil-każ ta’ sistemi oħrajn ta’ tassazzjoni ta’ gruppi.

(34)

L-awtoritajiet Ungeriżi qegħdin jikkontendu wkoll li f’sitwazzjonijiet transkonfinali, jekk il-kumpanija affiljata li tirċievi s-self minn ġewwa l-grupp u li fuqu qiegħda tħallas l-imgħax tkun ibbażata barra l-pajjiż, il-vantaġġ li tgawdi jkun jiddependi mir-rata tat-taxxa applikata fl-Istat Membru fejn din il-kumpanija tkun residenti. Il-vantaġġ mhuwiex minħabba n-natura tal-miżura Ungeriża, imma jirriżulta sempliċiment mid-differenza ta’ bejn ir-regoli ta’ tassazzjoni tal-Istati Membri, li ma jistgħux jiġu kkunsidrati fl-evalwazzjoni tal-miżura. Kieku l-leġiżlazzjoni barranija kienet l-istess bħal-leġiżlazzjoni Ungeriża, il-vantaġġ identifikat mill-Kummissjoni ma kienx jibqa’ jeżisti.

(35)

Barra dan, kif jissemma fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-Attivitajiet ta’ Finanzjament Internazzjonali fl-Olanda (12), l-eżistenza ta’ vantaġġ għandha tiġi evalwata fil-qafas tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat purament fil-livell nazzjonali. F’dan ir-rigward, l-Ungerija tosserva illi, f’sitwazzjonijiet domestiċi, il-miżura ma taffettwax ħażin il-kompetizzjoni u ma tagħti ebda vantaġġ, billi hija newtrali għat-taxxa.

(36)

L-awtoritajiet Ungeriżi ma jaqblux mal-Kummissjoni li l-miżura tagħti vantaġġ lit-tranżazzjonijiet transkonfinali (meta l-imgħax ikun dieħel). L-Ungerija qiegħda tikkontendi li r-rata tat-taxxa korporattiva effettiva ta’ 16 % diġà tista’ tkun inċentiv biex gruppi ta’ kumpaniji jallokaw l-operat fl-Ungerija. Xi vantaġġ potenzjali mhuwiex inċentiv ta’ taxxa għal kumpaniji multinazzjonali, imma jirriżulta mill-libertà tal-istabbiliment. Dan il-prinċipju kien ikun ivvjolat kieku l-awtoritajiet Ungeriżi eskludew gruppi b’membri barra l-Ungerija mill-ambitu tal-applikazzjoni tal-miżura.

(37)

Qiegħed ikun sostnut ukoll li l-miżura tgħin biex gruppi ta’ kumpaniji jiksbu allokazzjoni aktar effiċjenti tar-riżorsi finanzjarji, l-istess bħas-sistemi ta’ tassazzjoni tal-gruppi ta’ Stati Membri oħrajn. Hija aktar rigoruża minn sistemi ta’ konsolidament tat-taxxa, li jippermettu d-distribuzzjoni ta’ kull tip ta’ telf f’unità amministrattiva.

(38)

Jekk miżura tkun provvediment tat-tassazzjoni korporattiva normali applikabbli b’mod ġenerali, din ma tagħti ebda vantaġġ. L-awtoritajiet Ungeriżi jqisu li din il-miżura hija arranġament speċjali ta’ tassazzjoni ta’ gruppi ta’ kumpaniji li bħas-sistema ta’ tassazzjoni tal-gruppi ta’ kull Stat Membru ieħor hija daqstant ġenerali bla ma tiffavorixxi x’impriża jew il-produzzjoni ta’ xi oġġetti. Sa fejn l-awtoritajiet Ungeriżi huma infurmati, il-Kummissjoni qatt ma kkontestat il-kompatibilità tal-iskemi tat-tassazzjoni tal-gruppi ta’ Stati Membri oħrajn mat-Trattat tal-KE. Is-sistema hija parti integrali mir-regoli ġenerali tal-kalkolazzjoni tal-bażi tat-taxxa. Għaldaqstant din ma tagħti ebda vantaġġ ekonomiku.

Ir-riżorsi tal-Istat

(39)

L-ewwel nett, l-Ungerija hija tal-opinjoni li l-miżura hija waħda ġenerali u tikkostitwixxi parti mir-regoli tas-sistema tat-tassazzjoni. Għaldaqstant ma jintużaw ebda riżorsi addizzjonali tal-Istat, peress li t-taxxa normali li jkollha titħallas ma tinbidilx.

(40)

L-awtoritajiet Ungeriżi jinnotaw ukoll li fid-Deċiżjoni Inizjali l-Kummissjoni ddikjarat li l-vantaġġ tal-miżura fil-livell ta’ grupp jinħoloq f’sitwazzjonijiet transkonfini meta l-kumpanija barra l-pajjiż li tkun qiegħda tħallas l-imgħax tiġi ntaxxata b’rata effettiva ogħla minn 8 %. Dan il-vantaġġ mhuwiex imputabbli għall-Istat Ungeriż, u lanqas ma hu telf mir-riżorsi tal-Istat Ungeriż. Il-vantaġġ jipprovdih l-istat barrani li jippermetti t-tnaqqis sħiħ tal-imgħax li jitħallas. Għaldaqstant il-vantaġġ potenzjali mhux qiegħed jiġi pprovdut mir-riżorsi tal-Istat Ungeriż preċiżament f’każijiet fejn il-Kummissjoni stabbiliet l-eżistenza ta’ dan il-vantaġġ.

(41)

Barra minn hekk, l-awtoritajiet Ungeriżi jinnotaw li t-taxxa korporattiva li titħallas mill-membru ta’ grupp ta’ kumpaniji li jirċievi l-imgħax bl-applikazzjoni tal-miżura jikkostitwixxi dħul ta’ finanzi għall-Istat li probabbilment ma jinkisibx mingħajr l-eżistenza tal-miżura.

Selettività

(42)

L-awtoritajiet Ungeriżi qegħdin jikkontendu li l-miżura hija parti mir-regoli ġenerali dwar it-tassazzjoni korporattiva, u għalhekk mhijiex selettiva.

(43)

Id-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni li l-benefiċjarji huma impriżi attivi f’diversi setturi ekonomiċi ssaħħaħ il-fehma Ungeriża li l-miżura mhijiex selettiva. F’kull wieħed mis-setturi tal-ekonomija Ungeriża hemm impriżi (b’kollox aktar minn elf) li qegħdin japplikaw din il-miżura. Il-miżura qiegħda tiġi applikata wkoll f’setturi fejn tipikament intrapriżi multinazzjonali jew kbar mhumiex preżenti (eż. agrikoltura, edukazzjoni, kejtering).

(44)

L-awtoritajiet Ungeriżi qegħdin jirrimarkaw li ma tistax tqis miżura bħala selettiva jekk l-applikazzjoni tagħha mhijiex possibbli taħt l-istess termini għal kull min iħallas it-taxxa. Mill-perspettiva tal-applikazzjoni tal-miżura, il-kumpaniji li jappartjenu lil gruppi biss huma f’sitwazzjoni paragunabbli abbażi tal-fatti u l-liġi.

(45)

Il-fatt li l-miżura trid tiġi applikata minn impriżi li tal-anqas għandhom kumpanija affiljata waħda jidher li l-miżura qed jagħmilha selettiva. Madankollu, l-awtoritajiet Ungeriżi qegħdin jikkontendu li kumpanija li tipprovdi self minn ġewwa l-grupp ma tkunx f’sitwazzjoni paragunabbli ma’ kumpanija li tipprovdi self lil partijiet indipendenti. Din l-attività tal-aħħar tista’ tiġi eżegwita biss minn istituzzjoni finanzjarja awtorizzata kif stabbilit fl-Att Ungeriż dwar l-istituzzjonijiet tal-kreditu b’mod konformi mad-Direttiva Bankarja (13). Kumpaniji li jiffinanzjaw terzi bħala l-attività ewlenija tagħhom ma jistgħux jitqabblu ma’ kumpaniji li jipprovdu finanzjament ġewwa l-grupp tagħhom sabiex il-likwidità fil-grupp tkun distribwita bl-aħjar mod.

(46)

L-Ungerija qiegħda tirreferi għas-27 Rapport tal-Kummissjoni tal-1997 dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni (14), li jagħmel referenza għal miżura Olandiża li biha ġiet ridotta t-taxxa fuq il-pagi li kienet qiegħda tinġabar mingħand min iħaddem li kienu mqabbda fir-riċerka u l-iżvilupp. Il-miżura ma kinitx tikkwalifika bħala għajnuna mill-Istat, billi ma kinitx ristretta għal ċertu reġjun, settur jew impriża u kienet qiegħda tiġi pprovduta abbażi ta’ kriterji oġġettivi.

1.   Eċċezzjonijiet de jure

(47)

L-awtoritajiet Ungeriżi jqisu li bosta regoli ġenerali ta’ tassazzjoni għandhom l-eċċezzjonijiet barra l-ambitu tal-applikazzjoni tagħhom ibbażati fuq kunsiderazzjonijiet tal-politika ekonomika u li huma konformi man-natura u l-istruttura ġenerali tas-sistema ta’ tassazzjoni.

(48)

Dwar l-eċċezzjoni li tikkonċerna l-kumpaniji ż-żgħar, l-awtoritajiet Ungeriżi jinnotaw li (1) l-kumpaniji ż-żgħar tipikament ma jipprovdux finanzjament minn ġewwa l-grupp, (2) l-estensjoni tal-miżura għalihom tkun teħtieġ spejjeż amministrattivi kbar sproporzjonati mal-vantaġġi potenzjali li effettivament ikunu jistgħu jiksbu, (3) l-Att Ungeriż dwar it-Taxxa Korporattiva jipprevedi diversi benefiċċji ta’ taxxa speċifikament maħsuba għall-kumpaniji ż-żgħar. L-Ungerija qiegħda tirreferi għall-każ tal-GIL (15), fejn il-Qorti appoġġjat il-loġika li partijiet differenti li jħallsu t-taxxa jistgħu jkunu ttrattati fuq bażi legali differenti tal-liġi tat-taxxa.

(49)

Rigward is-settur finanzjarju, l-Ungerija tistqarr ukoll li ma kellhiex il-ħsieb li tippromwovi l-finanzjament minn ġewwa gruppi ta’ kumpaniji. Minkejja d-diffikultajiet ekonomiċi fl-Ungerija, il-kumpaniji kkonċernati operaw bi profitti konsiderevoli, u l-Gvern Ungeriż imponielhom taxxi speċjali minflok ma appoġġjhom. Barra minn hekk, dawn il-kumpaniji għandhom status ta’ taxxa, u regoli finanzjarji u ta’ kontabilità, speċjali. F’dan ir-rigward, l-awtoritajiet Ungeriżi qegħdin jirreferu wkoll għall-paragrafu 27 tal-avviż tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għal miżuri relatati mat-tassazzjoni diretta ta’ negozji (16): “Dispożizzjonijiet speċifiċi li ma jkunx fihom elementi diskrezzjonali, li jkunu jippermettu pereżempju li t-taxxa tiġi ddeterminata fuq bażi fissa (pereżempju, fis-setturi tal-agrikoltura jew tas-sajd), jistgħu jkunu ġustifikati min-natura u l-iskema ġenerali tas-sistema fejn, pereżempju, jieħdu inkunsiderazzjoni r-rekwiżiti speċifiċi ta’ kontabilità jew l-importanza tal-art f’assi li jkunu speċifiċi għal ċertu setturi; għalhekk dawn id-dispożizzjonijiet ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat (…)”.

(50)

Il-Gvern Ungeriż iqis li l-estensjoni tal-miżura għall-fornituri tas-servizzi finanzjarji, kumpaniji tal-assigurazzjoni, kumpaniji tal-investiment u kumpaniji b’kapital għall-ispekulazzjoni kienet preċiżament tikkostitwixxi selettività de facto peress, bl-istatus speċjali tal-fornituri tas-servizzi finanzjarji (l-attivitajiet tagħhom tipikament/kważi esklużivament jinvolvi tranżazzjonijiet ta’ self eżegwiti bl-użu ta’ riżorsi esterni), li dawn kienu jiksbu sproporzjonalment benefiċċji kbar fl-applikazzjoni tal-miżura.

2.   In-natura tal-intragrupp

(51)

Kif jissemma fuq, bir-restrizzjonijiet regolatorji, l-azjendi mhux finanzjarji jistgħu japplikaw il-miżura biss b’rabta ma’ kumpaniji affiljati, billi istituzzjonijiet finanzjarji awtorizzati biss huma permessi li jipprovdu self lil partijiet indipendenti. Barra minn hekk, għandu jiġi nnotat li hemm għadd ta’ regoli fis-sistemi tat-tassazzjoni ta’ Stati Membri oħrajn li huma disponibbli biss għal gruppi korporattivi (eż. it-tassazzjoni ta’ grupp).

(52)

Għaldaqstant, skont l-awtoritajiet Ungeriżi, il-fatt li l-miżura mhijiex applikabbli għal imgħax li jirċievu minn terzi indipendenti fil-prattika jeskludi biss lill-istituzzjonijiet finanzjarji mill-ambitu tal-applikazzjoni tagħha minħabba d-dispożizzjonijiet regolatorji stretti għas-servizzi finanzjarji, li, iżda, hija ġġustifikata b’kunsiderazzjoniet ta’ tassazzjoni u tal-politika ekonomika.

(53)

L-applikazzjoni tal-miżura Ungeriża ma teħtieġx li impriża jkollha l-operat tagħha f’aktar minn Stat Membru wieħed. Skont l-Ungerija, kumpaniji li jappartjenu lill-istess grupp korporattiv biss huma f’sitwazzjoni paragunabbli abbażi tal-liġi u l-fatti mill-perspettiva tal-applikazzjoni tal-miżura. Billi l-kumpaniji kollha li jkunu membri tal-grupp jistgħu japplikaw il-miżura, ma tistax titqies li hija selettiva. L-Ungerija tinnota wkoll li fil-prattika, kull kumpanija tista’ tiġi ttrasformata fi grupp korporattiv. Skont il-prassi preċedenti tal-Kummissjoni, li benefiċċju jkun soġġett għal ċertu sehem fl-ishma mhijiex raġuni suffiċjenti biex miżura tiġi kkunsidrata bħala selettiva (17). Il-benefiċċji speċjali li jingħataw lill-kumpaniji tal-grupp ma jistgħux jiġu kkunsidrati li huma selettivi peress li l-grupp mhuwiex settur jew funzjoni imma sempliċiment struttura legali. Fejn vantaġġ fit-taxxa jkun applikabbli biċ-ċar fi grupp korporattiv f’kull settur ekonomiku li fih ikun qiegħed jopera, dan ikun miżura ġenerali u mhux vantaġġ speċjali mmirat lejn settur speċifiku wieħed.

3.   Vantaġġ minn regolamenti barranin differenti

(54)

Il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-miżura tiffavorixxi b’mod selettiv gruppi ta’ kumpaniji b’minn tal-anqas membru wieħed barra l-Ungerija. L-Ungerija tqis li din is-sitwazzjoni ma tikkostitwixxix vantaġġ imma sempliċiment effett li jinħoloq minħabba r-regoli ta’ tassazzjoni xejn armonizzati tad-diversi Stati Membri, li mhumiex fil-kontroll tal-Istat Ungeriż. Kif jissemma fuq, dan il-vantaġġ la huwa pprovdut mir-riżorsi tal-Istat Ungeriż u lanqas mhuwa imputabbli għall-Ungerija. Għal dak li għandu x’jaqsam ma’ tassazzjoni diretta, il-ġurisprudenza ta’ każijiet deċiżi mill-Qorti turi li residenti u dawk mhux residenti ġeneralment ma jkunux f’sitwazzjoni paragunabbli.

4.   Il-possibbiltà li wieħed jagħżel li jibqa’ barra kull sena

(55)

Għal dak li jirrigwarda l-possibbiltà li wieħed jagħżel li jibqa’ barra mill-iskema, l-awtoritajiet Ungeriżi jinnotaw li din il-karatteristika bilfors ġejja miċ-ċiklu annwali tat-tassazzjoni korporattiva, flimkien ma’ dispożizzjonijiet oħra tal-liġi tat-taxxa. L-għażla attwali għal dak li jirrigwarda l-applikazzjoni tal-miżura la ssir mill-awtoritajiet Ungeriżi u lanqas mill-benefiċjarju, imma minn kumpanija affiljata meta jkun jista’ jinħoloq xi żvantaġġ fit-taxxa.

In-natura illeċita tal-miżura, għajnuna eżistenti vs. għajnuna ġdida

(56)

Fid-Deċiżjoni Inizjali, il-Kummissjoni kkonstatat li l-miżura ma tistax titqies bħala għajnuna eżistenti billi ma kienet tissodisfa ebda wieħed mit-tliet kriterji li hemm fl-Anness IV.3 tal-Att ta’ Adeżjoni. Madankollu, l-awtoritajiet Ungeriżi jqisu li dan l-Anness ma jkoprix it-tipi kollha ta’ għajnuna eżistenti kif stabbilit fl-Artikolu 1(b) fir-regolament proċedurali. L-Anness IV.3 tal-Att ta’ Adeżjoni fih biss dispożizzjonijiet dwar għajnuna li ddaħħlet fis-seħħ u ġiet riveduta qabel id-data tas-sħubija msemmija fl-Artikolu 1(b), (i) tar-regolament proċedurali (18). Madankollu, ir-regoli li jidhru fl-Artikolu 1(b)(ii)-(v) tar-Regolament għandhom jittieħdu f’kunsiderazzjoni wkoll bl-iskop li tiġi identifikata l-għajnuna eżistenti li mhijiex prevista bl-Att ta’ Adeżjoni. Din l-interpretazzjoni hija kkonfermata permezz tal-Anness II tal-Att ta’ Adeżjoni li jemenda biss l-Artikolu 1(b)(i) tar-Regolament. Interpretazzjoni differenti titfa’ dubju dwar iċ-ċertezza legali u l-pretensjonijiet leġittmi u twassal għal trattament inugwali tal-Istati Membri.

(57)

Sakemm il-Kummissjoni żżomm il-pożizzjoni tagħha li l-miżura ma tikkostitwixxix għajnuna eżistenti abbażi tal-Artikolu IV tal-Att ta’ Adeżjoni, l-awtoritajiet Ungeriżi jqisu li din għandha tiġi evalwata skont l-Artikolu 1(b) tar-Regolament u għandha tikkwalifika bħala għajnuna eżistenti, għal żewġ raġunijiet.

(58)

L-ewwel nett, skont l-Artikolu 1(b)(v) tar-regolament proċedurali, miżura li dakinhar tal-implimentazzjoni ma kinitx tikkostitwixxi għajnuna u sussegwentement saret għajnuna minħabba l-evoluzzjoni tas-suq komuni u mingħajr ma tkun ġiet alterata mill-Istat Membru, titqies bħala għajnuna eżistenti. L-Ungerija qiegħda tirreferi wkoll għall-każ taċ-Ċentri Belġjani ta’ Koordinament (BCC) (19), li sa ċertu punt huwa simili għall-miżura, u li fih fl-1984 u l-1987 il-Kummissjoni kienet ikkunsidrat li r-reġim tal-BCC ma setax jitqies bħala għajnuna mill-Istat. Konformament ukoll mal-opinjoni bi tweġiba għal mistoqsija mingħand MPE, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-miżura tal-BCC ma kinitx għajnuna mill-Istat u li miżuri simili minn Stati Membri wkoll ma kinux jikkwalifikaw bħala għajnuna mill-Istat (20). Rigward l-iskema tal-BCC l-Kummissjoni bidlet l-opinjoni tagħha biss bid-deċiżjoni tagħha ddatata s-17 ta’ Frar 2003, wara d-dħul fis-seħħ tal-miżura Ungeriża.

(59)

L-Ungerija kkonfermat ukoll, wara verifika mad-dipartiment kompetenti tal-Ministeru tal-Finanzi Ungeriż, li l-Uffiċċju ta’ Sorveljanza tal-Għajnuna mill-Istat Ungeriż (SAMO) kien eżamina l-miżura fis-sajf tal-2002, qabel l-adozzjoni tagħha. Fid-dawl tal-ġurisprudenza applikabbli u d-deċiżjoni preċedenti tal-Kummissjoni dwar l-iskema tal-BCC, l-SAMO wasal għall-konklużjoni li l-miżura f’din il-kwistjoni ma kinitx għajnuna mill-Istat u għalhekk ma ressaqx l-iskema quddiem il-Kummissjoni.

(60)

Barra min hekk, l-awtoritajiet Ungeriżi jfakkru li l-Kummissjoni kienet talbet informazzjoni dwar il-miżura f’ittra li ġġib id-data tad-19 ta’ Novembru 2004 u l-Ungerija wieġbet fit-8 ta’ Diċembru 2004. Billi l-Ungerija ma rċevietx iżjed mistoqsijiet jew xi forma ta’ reazzjoni uffiċjali mill-Kummissjoni, din tifhimha li kellha kull raġuni taħseb li l-miżura ma kinitx tikkwalifika bħala għajnuna mill-Istat, jew kieku kienet tikkwalifika bħala għajnuna mill-Istat, allura din kienet tkun għajnuna eżistenti mill-Istat skont l-Artikolu 1(b)(v) tar-Regolament.

(61)

It-tieni nett, l-Ungerija qiegħda tikkontendi li l-miżura titqies li kienet awtorizzata abbażi tal-Artikolu 1(b)(iii) tar-regolament proċedurali. Din tifhimha li kieku l-miżura kienet ikkwalifikata bħala għajnuna illeċita wara s-sħubija, it-talba tal-Kummissjoni għall-informazzjoni fl-2004 kienet tikkwalifika bħala l-bidu tal-proċedura ta’ investigazzjoni. L-Ungerija tinnota li skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni jridu jittieħdu fi żmien xahrejn. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 4(6) tar-Regolament, fejn il-Kummissjoni ma tkunx ħadet deċiżjoni fil-perjodu ta’ żmien imsemmi fuq, l-għajnuna titqies li tkun ġiet awtorizzata mill-Kummissjoni. Skont l-Artikolu 1(b)(iii) tar-Regolament, l-għajnuna meqjusa li tkun ġiet awtorizzata skont l-Artikolu 4(6) tar-Regolament għandha tkun ikkunsidrata bħala għajnuna eżistenti.

(62)

Għad li x-xahrejn skadenza mhumiex applikabbli f’din il-proċedura, l-obbligu l-ieħor xorta waħda għandu jieħu l-preċedenza, jiġifieri l-Kummissjoni għandha l- obbligu li ġġib l-istħarriġ fi tmiemu. Abbażi tal-ġurisprudenza ta’ każijiet deċiżi mill-Qorti, l-Ungerija tikkonkludi li l-Kummissjoni kien messha tieħu passi biex tistħarreġ l-għajnuna mill-Istat fi żmien raġonevoli. L-Ungerija qiegħda tirreferi għas-sentenza tal-Qorti tal-Ewwel Istanza fil-Każ T-190/00 (21), fejn il-Qorti ddeċidiet li l-perjodu ta’ 28 xahar għandu mnejn li huwa twil wisq għall-proċedura ta’ investigazzjoni preliminari kieku l-Kummissjoni kellha titlob l-informazzjoni mingħand l-Istat Membru kkonċernat darba biss. Skont l-awtoritajiet Ungeriżi, dawn il-prinċipji għandhom jiġu applikati a fortiori anke fil-proċedura ta’ investigazzjoni preliminari, fejn il-Kummissjoni tistħarreġ biss jekk ikollhiex dubji dwar il-kompatibilità tal-miżura mal-Artikolu 87 tat-Trattat tal-KE. Konsegwentement, billi l-Kummissjoni naqset li tadotta deċiżjoni fi żmien raġonevoli – u wara li ġew ikkunsidrati l-prinċipji taċ-ċertezza legali u l-amministrazzjoni korretta – anke jekk il-miżura kienet meqjusa li hija għajnuna, din għandha titqies bħala għajnuna eżistenti skont l-Artikolu 1(b)(iii) tar-Regolament.

Il-kwistjoni tal-irkuprar u l-perjodu tranżitorju potenzjali biex wieħed jinqala’ ‘l barra

(63)

Il-Gvern Ungeriż qiegħed jikkontendi li l-Kummissjoni għandha tirrinunzja l-irkuprar tal-għajnuna potenzjali, billi dan imur kontra wieħed mill-prinċipji ġenerali tal-liġi Komunitarja, jiġifieri l-prinċipju tal-pretensjonijiet leġittmi. L-Ungerija qiegħda tirreferi għall-ġurisprudenza li b’mod konsistenti sostniet li “id-dritt li wieħed joqgħod fuq il-prinċipju tal-protezzjoni tal-pretensjonijiet leġittmi huwa estiż għal kull persuna f’sitwazzjoni fejn awtorità Komunitarja tkun ġagħlitha tikkonsidra pretensjonijiet li jkunu ġġustifikati.”  (22) Din qiegħda tikkwota wkoll is-sentenza tal-Qorti fil-każ Van den Bergh & Jürgen (23), fejn biex jiġi ddeterminat jekk pretensjoni tkunx iġġustifikata ġiet applikata din il-prova: “…kieku kummerċjant prudenti u diskret ikun jista’ jipprevedi l-adozzjoni ta’ miżura Komunitarja li x’aktarx tkun sa tolqtu, dan ma jkunx jista’ jiġġustifika dak il-prinċipju jekk il-miżura tiġi adottata.” B’referenza għall-każ taċ-Ċentri Belġjani ta’ Koordinament, l-awtoritajiet Ungeriżi qegħdin jikkontendu li fl-1984 u fl-1987 il-Kummissjoni kienet tqis dik is-sistema li hija kompatibbli, u bidlet id-deċiżjoni tagħha biss fis-17 ta’ Frar 2003, wara d-dħul fis-seħħ tal-miżura Ungeriża. Barra minn hekk, is-sistema taċ-Ċentri Belġjani ta’ Koordinament kienet applikabbli esklużivament għal kumpaniji multinazzjonali, b’kuntrast mal-miżura Ungeriża b’ambitu ta’ applikazzjoni usa’.

(64)

L-awtoritajiet Ungeriżi qegħdin jirreferu għad-deċiżjoni dwar il-bidu tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali dwar il-liġijiet tat-taxxa korporattiva fi Spanja, fejn il-Kummissjoni ddikjarat li din kienet ibbażata biss fuq assunzjoni preliminari. Fid-deċiżjoni finali tagħha, il-Kummissjoni ddikjarat li l-aktar partijiet kawti u infurmati tajjeb ukoll ma setgħux jipprevedu kif il-miżura setgħet tiġi kklassifikata bħala għajnuna mill-Istat, u l-partijiet setgħu bix-xieraq jiddikjaraw il-pretensjonijiet leġittmi (24). F’dak il-każ, id-deċiżjoni ttieħdet wara aktar minn erba’ snin mit-talba għall-informazzjoni. Fid-dawl tal-fatt li t-talba għall-informazzjoni mingħand l-Ungerija saret fid-19 ta’ Novembru 2004, u li għaliha ingħatat tweġiba sħiħa fit-8 ta’ Diċembru 2004, l-awtoritajiet Ungeriżi jqisu li setgħu jissoponu leġittimament li l-miżura inkwistjoni ma kinitx tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, konformi mal-pożizzjoni tal-Kummissjoni fid-Deċiżjoni 2001/168/KESC.

(65)

L-Ungerija qiegħda tirrimarka li matul dak il-perjodu l-Grupp tal-Kodiċi ta’ Etika tal-Kunsill kien eżamina l-miżura u ma kkonkludiex li din kienet tikkostitwixxi miżura ta’ taxxa li tagħmel il-ħsara. Fid-dawl tad-deliberazzjonijiet, il-Kummissjoni, bħala membru ta’ dan il-grupp setgħet titlob aktar informazzjoni mingħand l-Ungerija jekk ippreżumiet li l-miżura kienet tikkwalifika bħala għajnuna mill-Istat.

(66)

L-Ungerija kkontendiet ukoll illi, skont ir-regolament proċedurali, qabel il-bidu ta’ proċedura ta’ investigazzjoni formali, il-Kummissjoni għandha tiddiskuti l-kompatibilità ta’ dispożizzjoni mal-Istat Membru permezz ta’ proċedura preliminari. Ikun jikkostitwixxi l-ksur tar-regoli proċedurali kieku l-Kummissjoni kellha tibda investigazzjoni formali skont l-Artikolu 88(2) tat-Trattat tal-KE mingħajr ma tniedi evalwazzjoni preliminari konformi mar- Regolament u tikser il-prinċipju ta’ kooperazzjoni bonafide stabbilit fl-Artikolu 10 tat-Trattat tal-KE.

(67)

L-awtoritajiet Ungeriżi qegħdin jikkontendu wkoll li l-prassi stabbilita tal-Kummissjoni timplika li l-protezzjoni tal-pretensjonijiet leġittmi hija estiża wkoll għall-Istati Membri (25).

(68)

L-Ungerija qiegħda tissottolinja wkoll li f’ċertu deċiżjonijiet (26), b’rabta mal-pretensjoni leġittma, il-Kummissjoni rreferiet għax-xebh tal-miżuri inkwistjoni mal-każ taċ-Ċentri Belġjani ta’ Koordinament (BCC) li oriġinarjament kien meqjus bħala kompatibbli, u għalhekk din irrinunzjat l-irkuprar.

(69)

L-awtoritajiet Ungeriżi jaslu għall-konklużjoni li “la l-Ungerija u lanqas il-kumpaniji Ungeriżi li kienu qegħdin japplikaw il-miżura ma setgħu jipprevedu – anke kieku eżerċitaw kawtela raġonevoli – li 4 snin wara l-introduzzjoni tal-Miżura u 3 snin wara s-sħubija tal-Ungerija fl-UE l-Kummissjoni kienet sa tibda proċedura dwar il-Miżura għaliex din kellha dubji dwar il-kompatibilità tagħha mal-liġi Komunitarja.”

(70)

L-Ungerija qiegħda tissottolinja li deċiżjoni sfavorevoli min-naħa tal-Kummissjoni tista’ twassal għal għadd ġmielu ta’ kawżi l-qorti għad-danni kontra l-Ungerija minn kull min applika l-miżura minn dawk li jħallsu t-taxxa u tista’ tnaqqas il-fiduċja tal-investituri fil-kredibilità tat-trasformazzjoni ekonomika li l-pajjiż irnexxielu jagħmel s’issa.

(71)

Fl-aħħar nett, l-Ungerija qiegħda tikkontendi li jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li l-miżura hija inkompatibbli mal-liġi Komunitarja, ikun jeħtieġ li jiġi stabbilit perjodu tranżitorju li matulu l-miżura tibqa’ tkun applikabbli tal-anqas għal dawk il-kumpaniji li s’issa kienu qegħdin japplikaw il-miżura. Fil-każ Ir-Renju tal-Belġju u l-Forum 187 ASBL v Il-Kummissjoni l-Qorti sostniet li fin-nuqqas ta’ preċedenza tal-interess pubbliku, il-Kummissjoni tkun qiegħda tikser regola superjuri tal-liġi jekk tonqos milli tistabbilixxi miżuri tranżitorji meta tkun qiegħda tirrevoka regoli li dwarhom xi kumpaniji seta’ kellhom pretensjonijiet leġittmi li ġejjin mil-liġi Komunitarja (27).

(72)

L-awtoritajiet Ungeriżi għalhekk qegħdin jitolbu li anke fl-eventwalità ta’ deċiżjoni negattiva potenzjali, abbażi tal-prinċipju tal-protezzjoni tal-pretensjoni leġittma l-Kummissjoni għandha tippermetti l-applikazzjoni tal-miżura sa tmiem il-ħames sena ta’ tassazzjoni wara s-sena tad-deċiżjoni. Dan il-perjodu tranżitorju jkun meħtieġ biex dawk li jħallsu t-taxxa jħejju ruħhom għaċ-ċirkostanzi l-ġodda li jirriżultaw mir-revoka tal-miżura. F’dan ir-rigward, l-Ungerija tinnota li l-Kummissjoni stabbiliet perjodu tranżitorju ta’ kważi 8 snin fid-deċiżjoni tagħha relatata ma’ attivitajiet ta’ finanzjament internazzjonali Olandiżi għall-entitajiet li diġà qegħdin japplikaw ir-regoli Olandiżi impliċiti (28).

Informazzjoni addizzjonali pprovduta mill-awtoritajiet Ungeriżi

1.   Ġustifikazzjoni min-natura jew l-iskema ġenerali tas-sistema

(73)

Fit-tweġiba tagħhom għat-talba mill-Kummissjoni għall-informazzjoni ddatata 12 ta’ Frar 2008, l-awtoritajiet Ungeriżi ssottolinjaw li “kieku l-Kummissjoni xorta waħda ssostni li din il-miżura hija selettiva, minkejja kollox il-miżura ma tistax titqies li hija għajnuna mill-Istat, għaliex is-selettività hija ġġustifikata min-natura jew l-iskema ġenerali tas-sistema”. Il-miżura kienet ġiet introdotta biex jitnaqqsu ċertu effetti sfavorevoli attribwibbli għan-nuqqas ta’ tassazzjoni tal-gruppi ta’ kumpaniji fl-Ungerija.

(74)

F’dan ir-rigward, l-Ungerija indikat li l-miżura titbiegħed ferm anqas mill-hekk imsejjaħ metodu “klassiku” ta’ stima tat-taxxa individwali (jiġifieri mhux ikkonsolidata) milli jagħmlu l-iskemi ta’ tassazzjoni tal-gruppi ta’ kumpaniji li ta’ spiss jintużaw fi Stati Membri oħrajn. B’konsegwenza ta’ dan, l-awtoritajiet Ungeriżi qegħdin jikkontendu li l-miżura hija mmirata lejn l-implimentazzjoni (b’mod speċjali) ta’ sistema moderna ta’ tassazzjoni tad-dħul stabbilita u ta’ spiss użata.

(75)

L-Ungerija rreferiet ukoll għaż-żewġ forom alternattivi ta’ finanzjament, jiġifieri l-finanzjament tal-ekwità u d-dejn, u t-trattament ta’ tassazzjoni differenti li jġibu magħhom, u osservat li fiż-żewġ każijiet id-dħul huwa soġġett għall-istess rata ta’ taxxa (16 % u 4 % soprataxxa), imma l-entità taxxabbli hija differenti (għal dividendi, din tkun il-kumpanija sussidjarja, u għal imgħax, hija l-kumpanija prinċipali li jkollha tħallas it-taxxa).

2.   Statistika dwar l-applikazzjoni tal-miżura

(76)

L-Ungerija pprovdiet lill-Kummissjoni b’informazzjoni statistika dwar l-applikazzjoni tal-miżura bbażata fuq it-tagħrif li ġie rrappurtat fid-denunzji tat-taxxa fis-snin ta’ tassazzjoni mill-2003 sal-2006 u kkontendiet li d-distribuzzjoni settorjali tal-impriżi li għalihom qiegħda tiġi applikata l-miżura turi li abbażi tas-settur il-miżura hija waħda newtrali.

(77)

L-awtoritajiet Ungeriżi pprovdew ukoll informazzjoni statistika dwar l-għadd ta’ impriżi li potenzjalment qegħdin japplikaw il-miżura u dawk li attwalment irrikorrew għall-korrezzjoni tal-bażi tat-taxxa. Dawn iċ-ċifri jindikaw li fl-2006, 8 181 impriża (29) setgħu potenzjalment japplikaw il-miżura, mentri 1 738 applikawha attwalment (30).

L-għadd ta’ impriżi li setgħu potenzjalment japplikaw il-miżura u impriżi li attwalment irrikorrew għall-korrezzjoni tal-bażi tat-taxxa

 

Sena 2003

Sena 2004

Sena 2005

Sena 2006

Għadd

%

Għadd

%

Għadd

%

Għadd

%

Għadd ta’ impriżi li setgħu potenzjalment japplikaw il-miżura

8 975

100,0  %

7 774

100,0  %

8 236

100,0  %

8 181

100,0  %

Għadd u proporzjon ta’ impriżi li attwalment irrikorrew għall-korrezzjoni tal-bażi tat-taxxa

1 198

13,3  %

1 532

19,7  %

1 573

19,1  %

1 738

21,2  %

(78)

L-Ungerija ppreżentat ukoll l-impatt li ħareġ mit-tagħrif kollu li nġabar relatat mal-50 kumpanija individwali li rċevew l-ogħla ammont ta’ mgħax nett li għadda bejn kumpaniji tal-istess grupp. L-effetti kkalkulati abbażi tat-tagħrif kollu li nġabar relatat mal-50 impriża li kisbu l-ogħla riduzzjoni fil-bażi tat-taxxa minħabba l-miżura huma kif ġej (31):

(f’1000 ta’ HUF)

Sena

Tnaqqis fil-bażi tat-taxxa minħabba l-miżura

Effett tal-miżura fuq it-taxxa

2003

9 403 458

1 692 622

2004

25 747 203

4 119 552

2005

13 585 244

2 173 639

2006

118 790 256

19 006 441

V.   KUMMENTI MILL-PARTIJIET INTERESSATI

Il-Kamra tal-Kummerċ Amerikana fl-Ungerija

(79)

Il-Kamra tal-Kummerċ Amerikana fl-Ungerija (AmCham) tqis li l-miżura tikkostitwixxi konsolidament parzjali għal dak li għandu x’jaqsam ma’ dħul ta’ mgħax. Hija parti mis-sistema normali ta’ tassazzjoni fl-Ungerija. Xi vantaġġ transkonfini mhuwiex kawża tal-leġiżlazzjoni tat-taxxa Ungeriża imma huwa r-riżultat tad-differenzi ta’ bejn il-leġiżlazzjonijiet tal-Istati Membri. Li wieħed jeskludi l-imgħax transkonfinali rċevut jew mħallas minn kumpanija Ungeriża mill-ambitu tal-miżura huwa kuntrarju għall-libertajiet fundamentali tat-Trattat.

(80)

Dwar l-għoti tal-għajnuna mir-riżorsi tal-Istat, l-AmCham tqis li f’sitwazzjonijiet transkonfinali meta l-imgħax ikun dieħel, it-tnaqqis tal-imgħax isir mill-kumpanija affiljata stabbilita fil-pajjiż l-ieħor.

(81)

Rigward il-vantaġġ, l-AmCham tissottolinja li m’hemm ebda devjazzjoni mir-reġim ta’ tassazzjoni normali. Jekk ikunx jeżisti vantaġġ f’xenarju multinazzjonali jiddependi mir-rata ta’ taxxa fuq id-dħul tal-kumpaniji fl-Istat ta’ min ikun qiegħed jissellef; iżda, għall-investigazzjoni tal-għajnuna mill-Istat il-vantaġġ għandu jiġi evalwat purament fil-livell nazzjonali.

(82)

Rigward is-selettività, l-AmCham tistqarr li kieku l-Kummissjoni tiddetermina li dispożizzjoni tat-taxxa tista’ tkun selettiva abbażi ta’ dak li hemm fid-Deċiżjoni Inizjali, l-iskedi tad-deprezzament għat-taxxa, id-dispożizzjonijiet relatati mal-ispejjeż personali u r-regoli dwar kapitalizzazzjoni ta’ self, fost oħrajn, kienu jaqgħu wkoll fl-ambitu tal-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. L-esklużjoni tal-kumpaniji ż-żgħar hija ġġustifikata min-natura u l-iskema ġenerali tal-leġiżlazzjoni tat-taxxa Ungeriża (għaliex l-SMEs huma l-uniċi li huma soġġetti għal dispożizzjonijiet ta’ taxxa ekwivalenti (32) u l-miżura kienet tħalli impatt limitat fuqhom. Barra minn hekk, l-estensjoni tal-miżura għal kumpaniji ta’ servizzi finanzjarji kienet tiffavorixxihom sproporzjonalment.

(83)

Il-kumpaniji paragunabbli abbażi tal-liġi u l-fatti huma gruppi ta’ kumpaniji, billi l-miżura hija metodu kif tiġi parzjalment ikkonsolidata t-tassazzjoni ta’ tranżazzjonijiet ġewwa l-grupp.

(84)

Wieħed jagħmel żball jekk jikkontendi li l-miżura hija selettiva għaliex ma tapplikax għal kumpaniji li jkunu qegħdin joperaw għal rashom. Bħala prinċipju, kull impriża tista’ tirristruttura u tittrasforma ruħha fi grupp ta’ kumpaniji. Madankollu, m’hemm ebda inċentiv biex entitajiet b’membru wieħed jirristrutturaw irwieħhom b’dan il-mod, għaliex l-imgħax li jgħaddi bejn il-kumpanija tal-istess grupp mhuwiex soġġett għat-taxxa. Vantaġġ potenzjali abbażi tax-xenarju multinazzjonali mhuwiex imputabbli għall-miżura, imma għad-differenzi ta’ bejn il-leġiżlazzjonijiet tat-taxxa tal-Istati Membri. Jekk wieħed iqis li l-provvediment li wieħed jista’ jagħżel li jibqa’ barra mill-iskema jagħti lok għas-selettività jkun qiegħed jitfa’ f’dubju diversi miżuri ta’ taxxi oħrajn b’element tal-għażla.

(85)

Skont l-AmCham, l-Anness IV.3 tal-Att ta’ Adeżjoni jikkonċerna biss l-għajnuna ta’ qabel is-sħubija “mas-sħubija”, li altrimenti tiġi rregolata bl-Artikolu 1(b)(i) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 (33). Għal determinazzjoni dwar għajnuna eżistenti jridu jiġu kkunsidrati wkoll il-bqija tad-dispożizzjonijiet taħt l-Artikolu 1(b). Skont l-AmCham, kieku l-miżura kienet għajnuna mill-Istat, kienet tkun għajnuna eżistenti skont l-Artikolu 1(b)(iii) u l-Artikolu 1(b)(v) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999. Kieku l-Kummissjoni kellha tasal għall-konklużjoni żbaljata li l-miżura tikkostitwixxi għajnuna ġdida illeċita u inkompatibbli, għandha tiġi impeduta milli tieħu d-deċiżjoni li tirkupraha. Meta wieħed iqis il-pretensjonijiet leġittmi, il-Kummissjoni għandha taċċetta wkoll skadenza sa meta l-miżura tkun tista’ tiġi applikata qabel ma tinbidel.

L-MOL Plc.

(86)

L-MOL Plc topera bħala l-kumpanija prinċipali tal-Grupp MOL fl-Ungerija. Din ilha tapplika l-miżura sa mill-introduzzjoni tagħha għat-tranżazzjonijiet ta’ finanzjament ġewwa l-grupp bi 30 membru fil-grupp. Fil-biċċa l-kbira l-azjenda tapplika l-miżura f’relazzjonijiet domestiċi (għal ammont ta’ aktar minn 10 biljun forint Ungeriż), filwaqt li b’mod sinifikanti f’livell anqas mal-membri tal-grupp barra l-pajjiż (għal ammont ta’ anqas minn biljun forint Ungeriż). Dan juri li, b’kuntrast mal-assunzjoni tal-Kummissjoni, il-miżura mhijiex qiegħda tiġi applikata esklużivament għal gwadann ta’ vantaġġ fit-taxxa ġewwa l-grupp minn tranżazzjonijiet internazzjonali.

(87)

L-MOL Plc tqis li l-miżura parzjalment tilħaq l-għan ta’ tassazzjoni kkonsolidata jew ta’ grupp sħiħ, sistema li l-Ungerija m’għandhiex. Jekk it-tassazzjoni kkonsolidata jew ta’ grupp sħiħ tiġi aċċettata f’diversi Stati Membri, skont l-MOL wieħed jista’ leġittimament jissoponi li din il-miżura mhijiex għajnuna, b’mod partikolari billi l-applikazzjoni tagħha ma twassalx għal taxxa aktar baxxa li jkollha titħallas fil-livell ta’ grupp.

(88)

Il-Kummissjoni tkun qiegħda tagħmel żball meta tgħid li l-miżura tagħti vantaġġ selettiv. Din hija miżura ġenerali b’eċċezzjonijiet limitati applikabbli għal kull min iħallas it-taxxa irrispettivament mill-kamp tal-attività. Il-fatt li l-miżura hija applikabbli għal finanzjament minn ġewwa l-grupp naturalment hija preżunta l-eżistenza ta’ dawn it-tranżazzjonijiet ma’ kumpaniji affiljati, bl-istess mod bħal pereżempju s-sitwazzjoni fejn it-tnaqqis tad-deprezzament mill-bażi tat-taxxa jkun jeħtieġ is-sjieda tal-ass intitolat.

(89)

L-MOL Plc qiegħda tikkontendi wkoll li għall-kumpanija li tkun qiegħda tipprovdi s-self fl-Ungerija jkun irrilevanti jekk din tipprovdix il-finanzjament barra l-pajjiż jew fl-Ungerija.

(90)

Sa fejn l-MOL Plc kienet infurmata, il-Kummissjoni diġà kienet eżaminat il-miżura f’Diċembru 2004. Ikun inġust u kuntrarju għall-prassi legali bonafidi li wieħed jistenna li l-Ungerija u kull min iħallas it-taxxa fl-Ungerija jqisu l-miżura bħala għajnuna mill-Istat b’kuntrast mal-pożizzjoni li kienet ħadet qabel il-Kummissjoni dwar il-miżura. L-irkuprar tagħha jkun infondat u inġust speċjalment għal gruppi ta’ kumpaniji. Dan jirriżulta f’taxxi addizzjonali li jkollhom jitħallsu għal ċerti membri ta’ gruppi, filwaqt li kumpaniji li spiċċaw jew li llum huma barra l-grupp jirċievu ċertu ammont ta’ taxxa lura. L-MOL temmen li korrezzjoni bħal din attwalment tirriżulta f’vantaġġi u żvantaġġi inġusti fit-taxxa.

L-Olanda

(91)

Il-Gvern Olandiż iqis li l-Kummissjoni għandha tkun konsistenti fl-applikazzjoni tal-erba’ kriterji tal-għajnuna mill-Istat meta tagħmel l-għażla tat-trattament abbażi ta’ bejn kumpanija individwali u grupp ta’ kumpaniji.

(92)

Għal dak li jirrigwarda t-trattament abbażi ta’ kumpanija individwali, l-Olanda tagħraf li hemm vantaġġ mir-riżorsi tal-Istat għall-kumpanija li tkun qiegħda tirċievi mgħax minn ġewwa l-grupp. Madankollu, il-miżura mhijiex selettiva, peress li l-kumpaniji paragunabbli abbażi tal-liġi u l-fatti huma dawk li jirċievu bilanċ ta’ mgħax minn ġewwa l-grupp fl-Ungerija.

(93)

Rigward it-trattament abbażi tal-livell ta’ grupp ta’ kumpaniji, is-sitwazzjoni transkonfini vantaġġjuża meta l-imgħax ikun dieħel m’għandhiex x’taqsam mar-riżorsi tal-Istat Ungeriż, u lanqas ma hija konsegwenza tal-iskema Ungeriża. Lanqas ma hija selettiva, billi l-qafas ta’ referenza jikkonċerna kumpaniji li huma residenti fil-ġurisdizzjoni fiskali tal-Ungerija.

(94)

Fl-opinjoni tal-awtoritajiet Olandiżi, il-possibbiltà li wieħed jagħżel li jibqa’ barra mill-iskema mhija ta’ ebda konsegwenza għal dawk il-kategoriji ta’ kumpaniji li l-Kummissjoni tqis li jistgħu potenzjalment jibbenefikaw mill-iskema Ungeriża.

(95)

Fl-aħħar nett, l-Olanda qiegħda tissottolinja li d-differenzi huma inerenti fl-eżistenza konkorrenti ta’ sistemi ta’ tassazzjoni xejn armonizzati. Dan huwa spjegat mill-fatt li l-vantaġġ f’sitwazzjonijiet transkonfinali meta l-imgħax ikun dieħel xorta waħda jibqa’ jippersisti anke kieku l-miżura Ungeriża kellha tiġi abolita (b’rabta ma’ dawk il-pajjiżi li għandhom ir-rata tat-taxxa korporattiva effettiva ogħla minn dik Ungeriża ta’ 16 %).

VI.   IR-REAZZJONI TAL-UNGERIJA GĦALL-KUMMENTI TAL-PARTIJIET INTERESSATI

(96)

L-awtoritajiet Ungeriżi jinnotaw li l-osservazzjonijiet u r-raġunamenti tal-partijiet interessati huma konformi għalkollox mal-argumenti mressqa mill-Ungerija. Dawn jappoġjaw ukoll l-argument li, fin-nuqqas ta’ armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni tat-tassazzjoni diretta fil-livell tal-UE, il-miżura għandha tiġi evalwata skont l-Artikoli 96 u 97 tat-Trattat tal-KE.

(97)

L-Ungerija qiegħda tissottolinja li taqbel għalkollox mal-analiżi li għamlu l-partijiet interessati li l-miżura ma tissodisfax il-kriterji tal-għajnuna mill-Istat.

(98)

L-awtoritajiet Ungeriżi qegħdin jisħqu ripetutament li alternattivament il-miżura għandha tikkwalifika bħala għajnuna, u, kemm-il darba l-Kummissjoni tiddeċiedi li l-miżura tikkostitwixxi għajnuna illegali mill-Istat, m’għandux ikun hemm irkuprar tagħha għaliex il-benefiċjarji aġixxew bonafidi.

VII.   EVALWAZZJONI

VII.1   L-Eżistenza tal-għajnuna skont it-tifsira tal-Artikolu 87(1)tat-Trattat tal-Ke

(99)

Sabiex jiġi aċċertat jekk il-miżura li qiegħda tiġi indirizzata tikkostitwixxix għajnuna skont it-tifsira tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE, il-Kummissjoni għandha tevalwa jekk il-miżura tiffavorixxix ċertu impriżi jew il-produzzjoni ta’ ċertu oġġetti billi tagħti vantaġġ li jkun ta’ natura ekonomika, jekk dan il-vantaġġ jinfluwenzax ħażin jew jheddidx li jinfluwenza ħażin il-kompetizzjoni, jekk il-vantaġġ jingħatax mir-riżorsi tal-Istat u jekk il-vantaġġ jistax jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri.

Is-selettività tal-miżura: kunsiderazzjonijiet preliminari

(100)

Biex titqies bħala għajnuna mill-Istat, miżura għandha tkun speċifika jew selettiva fis-sens li tkun tiffavorixxi biss ċertu impriżi jew il-produzzjoni ta’ ċertu oġġetti.

(101)

Skont il-ġurisprudenza applikabbli, biex jiġi ddeterminat jekk miżura hijiex selettiva, għandu jiġi eżaminat jekk, fil-kuntest ta’ sistema legali partikolari, il-miżura tikkostitwixxix vantaġġ għal ċertu impriżi mqabbla ma’ oħrajn f’sitwazzjoni paragunabbli abbażi tal-liġi u l-fatti (34). B’hekk jista’ jagħti l-każ li reġim ta’ tassazzjoni ma jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat għalkemm ma jkunx jikkorrispondi fl-aspetti kollha mas-sistema ġenerali tat-tassazzjoni korporattiva tal-Istat Membru. Il-Qorti sostniet bosta drabi li l-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE ma jiddistingwix bejn il-kawżi u l-għanijiet tal-għajnuna mill-Istat, imma jiddefinixxihom b’rabta mal-effetti tagħhom (35). B’mod partikolari, il-miżuri fiskali, li ma jikkostitwixxux adattament tas-sistema ġenerali għal karatteristiċi partikolari ta’ ċertu impriżi, imma kienu maħsuba bħala mezz biex tittejjeb il-kompetittività tagħhom, jaqgħu fl-ambitu tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE (36).

(102)

Il-kunċett tal-għajnuna mill-Istat ma japplikax, iżda, għal miżuri ta’ sostenn mill-Istat, li jiddiskriminaw bejn impriżi fejn dik id-diskriminazzjoni tkun kaġun in-natura jew l-istruttura ġenerali tas-sistema li jkunu jagħmlu parti minnha. Kif spjegat fl-avviż tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għal miżuri relatati mat-tassazzjoni diretta tan-negozji (‘l-avviż fiskali’) (37), xi wħud mill-kundizzjonijiet jistgħu jkunu ġġustifikati b’xi differenzi oġġettivi fost dawk li jħallsu t-taxxa.

(103)

B’mod preliminari, għandu jiġi kkjarifikat f’liema livell (il-livell tal-grupp jew tal-impriża) għandha ssir l-evalwazzjoni tas-sistema ta’ referenza. Fid-Deċiżjoni Inizjali (38), il-Kummissjoni indikat li fil-fehma preliminari tagħha fil-livell tal-kumpanija individwali li tkun tifforma parti minn grupp, l-iskema tipprovdi vantaġġ lil dawk l-impriżi li jirċievu mgħax nett pożittiv mill-kumpaniji affiljati, billi dawn jistgħu jnaqqsu 50 % tal-ammont mill-bażi taxxabbli tagħhom. Bil-maqlub, fil-livell tal-grupp inġenerali, il-Kummissjoni nnotat li l-iskema tagħti vantaġġ f’sitwazzjonijiet transkonfinali meta l-imgħax ikun dieħel, jiġifieri fejn il-kumpanija li tkun qiegħda tirċievi mgħax nett tkun ibbażata fl-Ungerija u l-kumpanija li tkun qiegħda tħallas imgħax nett ma tkunx residenti. Filwaqt li, f’każ bħal dan, il-kumpanija riċevitriċi titħalla tnaqqas mill-bażi taxxabbli 50 % tal-imgħax nett li jkun dieħel (jiġifieri d-dħul mill-imgħax effettivament jiġi ntaxxat b’nofs ir-rata tat-taxxa korporattiva ta’ 16 %), il-kumpanija li tkun qiegħda tħallas imgħax nett tkun soġġetta għar-regoli ta’ tassazzjoni tal-istat tar-residenza tagħha, u bħala prinċipju titħalla tnaqqas 100 % tal-imgħax nett li jkun tħallas.

(104)

Il-Kummissjoni tinnota li l-miżura inkwistjoni hija relatata ma’ operazzjoni speċifika (il-finanzjament ta’ kumpaniji relatati), u mhux mal-operazzjoni ta’ konsolidament fil-livell ta’ grupp ta’ kumpaniji. Kull livell ridott ta’ taxxa jiġi applikat b’mod individwali għal kumpaniji abbażi tal-bilanċ tad-dħul u l-ħlas tal-imgħax tagħhom. Anke jekk wieħed jistenna li xi deċiżjonijiet ta’ finanzjament tabilħaqq jittieħdu fl-aħjar interess tal-grupp inġenerali, l-analiżi fil-livell tal-grupp m’għandha ebda bażi fil-liġi tat-taxxa Ungeriża li ma tinkludi ebda sistema ta’ konsolidament tat-taxxa tal-gruppi. It-taxxa Ungeriża fuq id-dħul ta’ kumpaniji tinġabar mingħand entitajiet individwali, mhux mingħand gruppi.

(105)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li l-evalwazzjoni tas-sistema ta’ referenza għandha ssir fil-livell ta’ kumpaniji individwali.

Analiżi tan-natura selettiva tal-miżura

(106)

Il-Kummissjoni tqis li għat-tassazzjoni ta’ tipi speċifiċi ta’ dħul ta’ finanzi, jista’ jkun ta’ rilevanza li jiġi ddeterminat jekk reġim ikunx ikopri kategoriji wiesgħa ta’ tranżazzjonijiet b’mod mhux diskriminatorju. Kull diskriminazzjoni li ma tistax tkun iġġustifikata b’differenzi oġġettivi fost dawk li jħallsu t-taxxa tista’ twassal għal influwenza ħażina fuq il-kompetizzjoni.

(107)

La qegħdin insemmu dan, għandu jiġi ddeterminat jekk tranżazzjonijiet ta’ self bejn kumpaniji relatati jistgħux oġġettivament ikunu intitolati għal rata ta’ taxxa ridotta. L-awtoritajiet Ungeriżi, kif ukoll il-Kamra tal-Kummerċ Amerikana, qegħdin jikkontendu li kumpanija li tipprovdi self minn ġewwa l-grupp mhijiex f’sitwazzjoni paragunabbli ma’ dik ta’ kumpanija li tipprovdi self lil partijiet indipendenti. Din l-attività tal-aħħar tista’ tiġi eżegwita biss minn istituzzjoni finanzjarja awtorizzata kif stabbilit fl-Att Ungeriż dwar l-istituzzjonijiet tal-kreditu b’mod konformi mad-Direttiva Bankarja (39). Għalhekk il-kumpaniji li jiffinanzjaw terzi bħala l-attività ewlenija tagħhom ma jistgħux jitqabblu ma’ kumpaniji li jipprovdu finanzjament ġewwa l-grupp tagħhom sabiex il-likwidità fil-grupp tkun distribwita bl-aħjar mod.

(108)

Skont l-awtoritajiet Ungeriżi, il-miżura jkollha l-effett ta’ riduzzjoni fid-differenza bejn il-finanzjament tal-ekwità u tas-self ġewwa l-istess grupp.

(109)

Il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li irrispettivament mill-eżistenza ta’ xi diskriminazzjoni kontra setturi speċifiċi, il-miżura diskussa jkollha l-effett li tnaqqas dan l-arbitraġġ (f’sitwazzjoni domestika), billi t-tassazzjoni tal-imgħaxijiet li jgħaddu bejn kumpaniji tal-istess grupp tkun tqarreb it-tassazzjoni tad-dividendi skambjati ġewwa l-grupp, u b’hekk tiġi msaħħa n-newtralità teknika tas-sistema fiskali.

(110)

Barra minn hekk, billi kumpaniji għal rashom li ma jkunux istituzzjonijiet tal-kreditu jew finanzjarji prinċipalment ma jkunux imqabbdin fin-negozju regolari tal-għoti ta’ self lil partijiet indipendenti, dawn ma jkunux ippreġudikati mqabbla ma’ kumpaniji relatati ma’ tranżazzjonijiet ta’ self li għandhom x’jaqsmu mal-għoti ta’ self lil kumpaniji affiljati.

(111)

Għal dawk li huma l-effetti tiegħu, il-vantaġġ li jingħata lil kumpanija li tipprovdi self lil kumpanija relatata ma jistax jitqies b’diskriminatorju, billi self lil kumpanija relatata ma jistax jitqabbel ma’ self lil kumpanija mhux relatata. Għal dak li għandu x’jaqsam ma’ attivitajiet ta’ finanzjament ta’ dejn, kumpaniji relatati mhumiex f’sitwazzjoni paragunabbli ma’ kumpaniji mhux relatati abbażi tal-liġi u l-fatti. Ir-raġuni hija li kumpaniji relatati ma jkunux imqabbdin sempliċiment fi tranżazzjoni kummerċjali, mhux bħal kumpaniji mhux relatati, meta dawn jippruvaw jiksbu xi finanzjament ta’ self jew ekwità minn ġewwa l-grupp. Il-kumpanija prinċipali u l-kumpanija sussidjarja jikkondividu l-istess interess, li mhuwiex il-każ ta’ tranżazzjoni kummerċjali ma’ fornitur terz tal-finanzi, fejn kull waħda mill-partijiet tipprova timmassimizza l-profitti tagħha għas-spejjeż tal-oħra.

(112)

Madankollu, il-Kummissjoni tinnota li l-miżura mhijiex miftuħa għal kull kumpanija soġġetta għat-taxxa korporattiva u li tkun qiegħda tirċievi/tħallas imgħax fil-kuntest ta’ relazzjonijiet ġewwa l-grupp tagħha. Għad li l-miżura ma tinkludi ebda limitazzjoni rigward il-pajjiż li fih tkun ser issir it-tranżazzjoni, il-Kummissjoni tqis li l-miżura tinkludi elementi diskriminatorji fi tliet livelli differenti.

1.   Esklużjoni tas-settur finanzjarju

(113)

L-Ungerija qiegħda tistqarr li ma kellhiex il-ħsieb li tippromwovi l-finanzjament minn ġewwa gruppi ta’ kumpaniji għax dawn il-kumpaniji operaw bi profitti konsiderevoli. Barra minn hekk, dawn il-kumpaniji għandhom status ta’ taxxa, u regoli finanzjarji u ta’ kontabilità, speċjali.

(114)

L-Ungerija u l-Kamra tal-Kummerċ Amerikana jqisu li l-estensjoni tal-miżura għall-fornituri ta’ servizzi finanzjarji, il-kumpaniji tal-assigurazzjoni, il-kumpaniji tal-investiment u l-kumpaniji b’kapital għall-ispekulazzjoni kienet preċiżament tikkostitwixxi selettività de facto peress, bl-istatus speċjali tal-fornituri ta’ servizzi finanzjarji, dawn kienu jiksbu sproporzjonalment benefiċċji kbar fl-applikazzjoni tal-miżura.

(115)

Ġeneralment, u bħal kull miżura ta’ taxxa, wieħed ma jistax jiċħad li l-kumpaniji ta’ gruppi f’setturi speċifiċi ma jibbenefikawx aktar mill-miżura minħabba l-intensità ogħla ta’ tranżazzjonjiet finanzjarji f’dawn is-setturi. Dan tabilħaqq jista’ jkun il-każ ta’ kumpaniji fis-settur finanzjarju, li s-self huwa l-attività ewlenija tagħhom u li faċilment jistgħu jżidu s-self lil kumpaniji relatati bħala riżultat. Madankollu, din is-sitwazzjoni ma tiġġustifikax fiha nfisha l-esklużjoni tas-settur finanzjarju. L-Ungerija tista’ tilħaq l-għan tagħha li jkun evitat kull abbuż tal-iskema minn setturi jew impriżi speċifiċi bi provvediment li jillimita l-ammont li jkun jista’ jiġi ntaxxat/imnaqqas bir-rata ridotta. Barra minn hekk, l-avviż fiskali tal-Kummissjoni jindika li “il-fatt li xi azjendi jew xi setturi jibbenefikaw aktar minn oħrajn minn xi wħud minn dawn il-miżuri ta’ taxxa ma jfissirx bilfors li dawn huma maqbudin fir-regoli tal-kompetizzjoni li jirregolaw l-għajnuna mill-Istat.”

2.   Esklużjoni tal-kumpaniji ż-żgħar

(116)

L-awtoritajiet Ungeriżi qegħdin jikkontendu li (1) tipikament il-kumpaniji ż-żgħar ma jipprovdux finanzjament minn ġewwa l-grupp, (2) l-estensjoni tal-miżura għalihom tkun teħtieġ spejjeż amministrattivi kbar sproporzjonati għall-vantaġġi potenzjali li effettivament ikunu jistgħu jiksbu, (3) l-Att Ungeriż dwar it-Taxxa Korporattiva jipprevedi diversi benefiċċji ta’ taxxa speċifikament maħsuba għall-kumpaniji ż-żgħar.

(117)

Il-Kummissjoni tinnota li l-Ungerija ma pprovdiet ebda tagħrif li jikkonferma li l-kumpaniji Ungeriżi ż-żgħar tabilħaqq la jipprovdu u lanqas jirċievu finanzjament minn ġewwa l-grupp. Għalhekk wieħed ma jistax jiċħad li għadd sinifikanti ta’ kumpaniji żgħar mhumiex organizzati fil-forma ta’ grupp u qegħdin jirċievu/iħallsu l-imgħax fil-kuntest ta’ relazzjonijiet ġewwa l-grupp tagħhom.

(118)

Barra minn hekk, il-fatt li l-kumpaniji ż-żgħar jibbenefikaw minn miżuri ta’ taxxa speċifikament maħsuba għalihom mhuwiex rilevanti għall-evalwazzjoni tas-selettività tal-miżura.

3.   In-natura mhux obbligatorja tal-miżura

(119)

In-natura mhux obbligatorja tal-miżura tippermetti lil min ikun qiegħed iħallas it-taxxa jiddeċiedi kull sena jekk japplikax il-miżura jew jibqax barra minnha. L-awtoritajiet Ungeriżi qegħdin jirrimarkaw li karatteristika bħal din ġejja naturalment miċ-ċiklu annwali tat-tassazzjoni korporattiva, flimkien ma’ dispożizzjonijiet oħra tal-liġi tat-taxxa.

(120)

Il-Kummissjoni tqis, iżda, li din il-karatteristika effettivament qiegħda ddaħħal trattament diskriminatorju bejn il-kumpaniji tal-grupp, peress li l-miżura ma tapplikax għall-kumpaniji kollha tal-grupp (bit-tranżazzjonijiet ta’ self minn ġewwa l-grupp) imma għal dawk biss li jkunu ddeċidew li jidħlu fl-iskema fis-sena fiskali kkonċernata.

Ġustifikazzjoni min-natura u l-iskema ġenerali tas-sistema ta’ tassazzjoni

(121)

Fil-punt 23 tal-avviż fiskali tagħha, il-Kummissjoni qiegħda tindika li “in-natura differenzjali ta’ xi miżuri ma tfissirx bilfors li dawn għandhom jitqiesu li huma għajnuna mill-Istat. Dan huwa minnu fil-każ ta’ miżuri li r-raġuni ekonomika li tiġġustifikahom tirrendihom neċessarji għat-tħaddim u l-effettività tas-sistema ta’ tassazzjoni. Madankollu, hija kwistjoni tal-Istat Membru jekk jipprovdix din il-ġustifikazzjoni.

(122)

Skont l-awtoritajiet Ungeriżi, l-għan tal-miżura kien li jitnaqqsu ċertu effetti sfavorevoli attribwibbli għan-nuqqas ta’ tassazzjoni tal-gruppi ta’ kumpaniji fl-Ungerija. Il-miżura titbiegħed mill-metodu “klassiku” ta’ stima ta’ taxxa individwali (jiġifieri mhux ikkonsolidata) ferm anqas milli jagħmlu l-iskemi ta’ tassazzjoni tal-gruppi ta’ kumpaniji li spiss jintużaw fi Stati Membri oħrajn. B’konsegwenza ta’ dan, il-miżura hija mmirata lejn l-implimentazzjoni (b’mod speċjali) ta’ sistema moderna ta’ tassazzjoni tad-dħul stabbilita u ta’ spiss użata.

(123)

Il-Kummissjoni tosserva, iżda, li n-nuqqas ta’ sistemi ta’ konsolidament tat-taxxa ta’ gruppi fl-Ungerija ma jiġġustifikax l-għotja selettiva tal-għajnuna mill-Istat lil għadd limitat ta’ kumpaniji. Dan il-prinċipju kien stabbilit fis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Każ 173/73 (40).

(124)

L-Ungerija qiegħda tirreferi wkoll għat-trattament kurrenti ta’ tassazzjoni differenti tal-ekwità u d-dejn u tosserva li fiż-żewġ każijiet id-dħul huwa soġġett għall-istess rata ta’ taxxa imma l-entità taxxabbli hija differenti (għad-dividendi, din hija l-kumpanija sussidjarja, u għall-imgħax, din hija l-kumpanija prinċipali).

(125)

Il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li l-iskema inkwistjoni effettivament teskludi diversi setturi mill-benefiċċju tat-tassazzjoni ridotta u li din ma tikkwalifikax bħala miżura teknika sempliċi mmirata biex tgħaddi parti mill-piż tat-taxxa mingħand il-kumpanija li tirċievi mgħax nett għal għand il-kumpanija li tħallas imgħax nett.

(126)

Dwar l-esklużjoni tas-settur finanzjarju, l-awtoritajiet Ungeriżi qegħdin jirreferu wkoll għall-paragrafu 27 tal-avviż fiskali: “Dispożizzjonijiet speċifiċi li ma jkunx fihom elementi diskrezzjonali, li jkunu jippermettu pereżempju li t-taxxa tiġi ddeterminata fuq bażi fissa (pereżempju, fis-setturi tal-agrikoltura jew tas-sajd), jistgħu jkunu ġġustifikati min-natura u l-iskema ġenerali tas-sistema fejn, pereżempju, jieħdu f’kunsiderazzjoni r-rekwiżiti speċifiċi ta’ kontabilità jew l-importanza tal-art f’assi li jkunu speċifiċi għal ċertu setturi; għalhekk dawn id-dispożizzjonijiet ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat (…)”.

(127)

Il-Kummissjoni tinnota, iżda, li d-dispożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 27 tal-avviż fiskali mhumiex immirati biex iżidu jew inaqqsu l-piż tat-taxxa minn fuq setturi speċifiċi imma pjuttost biex jittieħdu f’kunsiderazzjoni karatteristiċi speċifiċi tas-setturi inkwistjoni, bħalma huma r-rekwiżiti ta’ kontabilità li jistgħu jiġġustifikaw l-implimentazzjoni ta’ regoli dwar is-semplifikazzjoni għall-evalwazzjoni tal-bażi taxxabbli.

Konklużjoni dwar is-selettività

(128)

Id-diskriminazzjoni ta’ bejn minn naħa s-settur finanzjarju u l-impriżi ż-żgħar u min-naħa l-oħra s-setturi l-oħrajn, kif ukoll in-natura mhux obbligatorja tal-iskema, mhijiex iġġustifikata min-natura u l-iskema ġenerali tas-sistema tat-tassazzjoni Ungeriża.

(129)

F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni jkollha tikkonkludi li l-miżura diskussa hija selettiva.

Vantaġġ ekonomiku

(130)

L-awtoritajiet Ungeriżi qegħdin jikkontendu li l-miżura tista’ tipprovdi vantaġġ lil kumpanija individwali, imma tipprovdi żvantaġġ lill-parti l-oħra tat-tranżazzjoni tas-self, u għalhekk din hija bbilanċjata f’relazzjonijiet purament domestiċi.

(131)

Il-Kummissjoni, iżda, hija tal-opinjoni li l-vantaġġ fil-livell ta’ kumpanija waħda ma jistax jiġi kontrobilanċjat bl-iżvantaġġ fil-livell ta’ kumpanija oħra, anke jekk dik il-kumpanija tkun parti mill-istess grupp. L-evalwazzjoni jekk ikun hemmx vantaġġ għandha ssir fil-livell tal-kumpanija individwali, mhux tal-grupp. Barra minn hekk, għandu jiġi ssottolinjat li l-kumpaniji tal-grupp faċilment jistgħu jirrijorganizzaw l-attivitajiet ta’ finanzjament tagħhom u jinfluwenzaw l-eżitu tal-applikazzjoni tal-miżura.

(132)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis li s-simetrija tal-miżura u l-impatt newtrali tagħha fil-livell ta’ grupp ta’ kumpaniji mhumiex biżżejjed biex tiġi eskluża l-possibbiltà ta’ vantaġġ fil-livell ta’ kumpaniji individwali. Bl-istess mod, taxxa anqas fuq l-imgħax ta’ entità waħda tal-grupp ma tistax tkun iġġustifikata b’rata ta’ taxxa ogħla – minħabba livell aktar baxx tad-deduċibilità tal-imgħax – f’oħra (41).

(133)

Mill-ġurisprudenza msemmija fuq jirriżulta li l-fatt li xi kumpaniji tal-grupp isofru żvantaġġ ma jitfax f’dubju l-eżistenza ta’ vantaġġ fil-livell ta’ kumpanija oħra.

Ir-riżorsi tal-Istat

(134)

F’dan il-każ, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-vantaġġ mogħti mill-Istat permezz ta’ taxxa aktar baxxa (riduzzjoni ta’ 50 % fl-ammont taxxabbli) għandu jitqies bħala telf minn taxxa ekwivalenti għall-konsum tar-riżorsi tal-Istat fil-forma ta’ nfiq fiskali.

Influwenza ħażina fuq il-kompetizzjoni u l-effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri

(135)

Peress li l-benefiċjarji huma impriżi attivi f’diversi setturi ekonomiċi fi swieq li huma miftuħin għall-kompetizzjoni, din għandha l-potenzjal li tinfluwenza ħażin il-kompetizzjoni bejn l-Istati Membri u taffettwa l-kummerċ intra-Komunitarju.

(136)

Bħala prinċipju, għajnuna li tkun maħsuba biex teħles lil impriża minn spejjeż tal-ġestjoni jew l-operat normali tagħha li normalment tkun soġġetta għalihom jum wara l-ieħor tinfluwenza ħażin il-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni (42). Barra minn hekk, ġie deċiż li kull għoti ta’ għajnuna lil impriża li tkun qiegħda tamministra l-operat tagħha fis-suq Komunitarju għandu t-tendenza li jikkaġuna influwenza ħażina fuq il-kompetizzjoni u jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri (43).

(137)

Konsegwentement, mingħajr ma jkun meħtieġ li tiġi eżegwita analiżi ekonomika tas-sitwazzjoni kurrenti fis-swieq ikkonċernati (44) u invista tal-fatt li l-iskema ta’ tassazzjoni introdotta mill-Ungerija ssaħħaħ il-pożizzjoni tal-operaturi ekonomiċi li jibbenefikaw minnha mqabbla ma’ operaturi oħrajn f’kompetizzjoni fil-kummerċ intra-Komunitarju, il-Kummissjoni tqis li l-iskema taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri u tinfluwenza ħażin il-kompetizzjoni bejn dawk l-operaturi.

(138)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha t’hawn fuq, il-Kummissjoni hija tal-fehma li t-tnaqqis tal-imgħax li jgħaddi bejn kumpaniji fl-istess grupp previst fl-Att LXXXI tal-1996 dwar it-Taxxa Korporattiva u t-Taxxa tad-Dividendi jikkostitwixxi għajnuna skont it-tifsira tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat.

VII.2   Klassifikazzjoni tal-iskema bħala illeċita jew għajnuna Eżistenti

(139)

L-Anness IV.3 tal-Att ta’ Adeżjoni jipprevedi l-iskemi ta’ għajnuna u għajnuna individwali kif ġej imdaħħla fis-seħħ fl-Ungerija qabel id-data tas-sħubija u li baqgħu applikabbli wara dik id-data mas-sħubija għandhom jitqiesu bħala għajnuna eżistenti skont it-tifsira tal-Artikolu 88(1) tat-Trattat tal-KE:

(a)

il-miżuri ta’ għajnuna mdaħħla fis-seħħ qabel l-10 ta’ Diċembru 1994;

(b)

il-miżuri ta’ għajnuna elenkati fl-Appendiċi tal-Anness IV;

(ċ)

il-miżuri ta’ għajnuna li qabel id-data tas-sħubija ġew evalwati mill-awtorità ta’ sorveljanza tal-għajnuna mill-Istat tal-Ungerija u nstabu li kienu kompatibbli mal-acquis, u li dwarhom il-Kummissjoni ma qajmet ebda oġġezzjoni abbażi ta’ xi dubji serji dwar il-kompatibilità tal-miżura mas-suq komuni.

(140)

L-Anness IV.3 jipprevedi wkoll li l-miżuri kollha li baqgħu applikabbli wara d-data tas-sħubija u li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat, u li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet t’hawn fuq mas-sħubija għandhom jitqiesu bħala għajnuna ġdida għall-iskop tal-applikazzjoni tal-Artikolu 88(3) tat-Trattat tal-KE.

(141)

Il-miżura li qiegħda tiġi indirizzata ma bdietx titħaddem qabel l-10 ta’ Diċembru 1994; ma kinitx elenkata fl-Appendiċi tal-Anness IV.3 tal-Att ta’ Adeżjoni; u lanqas ma kienet koperta mas-sħubija bil-proċedura tal-mekkaniżmu temporanju.

(142)

L-awtoritajiet Ungeriżi u l-Kamra tal-Kummerċ Amerikana jqisu li dan l-Anness fih biss dispożizzjonijiet dwar l-għajnuna li ddaħħlet fis-seħħ u ġiet riveduta qabel id-data tas-sħubija msemmija fl-Artikolu 1(b)(i) tar-regolament proċedurali (45). B’konsegwenza ta’ dan, ir-regoli li jidhru fl-Artikolu 1(b)(ii)-(v) tar-Regolament għandhom jittieħdu wkoll f’kunsiderazzjoni bl-iskop li tiġi identifikata l-għajnuna eżistenti.

(143)

Il-Kummissjoni qiegħda taqbel ma’ din l-interpretazzjoni tal-Anness IV tal-Att ta’ Adeżjoni. Din l-interpretazzjoni hija kkonfermata bit-test tal-Artikolu 1(b)(i) tar-regolament proċedurali. B’konsegwenza ta’ dan, huwa meqjus li n-natura eżistenti tal-għajnuna għandha tiġi evalwata skont l-Artikolu 1(b)(ii)-(v) tar-regolament proċedurali.

(144)

Għal dak li għandu x’jaqsam mal-applikazzjoni tal-Artikoli 1(b)(ii) u (iii), il-Kummissjoni mhijiex qiegħda taqbel mal-Ungerija dwar il-fatt li l-miżura diskussa kienet awtorizzata mill-Kummissjoni, peress li ma kinitx ġiet innotifikata skont l-Artikolu 88(3) tat-Trattat tal-KE u l-Artikolu 2 tar-regolament proċedurali.

(145)

Il-Kummissjoni tqis li l-Artikolu 1(b)(iv) lanqas biss japplika peress li l-għajnuna mogħtija taħt l-iskema mhijiex koperta bil-perjodu limitat ta’ għaxar snin.

(146)

Għal dak li jirrigwarda l-Artikolu 1(b)(v), din id-dispożizzjoni minnha nfishama tapplikax fil-każ li qiegħed jiġi indirizzat, peress li ma jistax jitqies li dakinhar li l-iskema tal-imgħax li jgħaddi bejn kumpaniji fl-istess grupp iddaħħlet fis-seħħ din ma kinitx tikkostitwixxi għajnuna u saret għajnuna minħabba l-evoluzzjoni tas-suq.

(147)

Madankollu, il-Kummissjoni tinnota li l-miżura mistħarrġa tixbah xi ftit lill-iskema taċ-Ċentri Belġjani ta’ Koordinament (BCC). F’dan ir-rigward, ta’ min ifakkar id-deċiżjonijiet preċedenti tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Mejju 1984 (46) u tad- 9 ta’ Marzu 1987 fejn il-Kummissjoni ddeċidiet li l-iskema Belġjana ma kinitx għajnuna skont it-tifsira tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE.

(148)

Bl-istess mod għall-iskema taċ-Ċentri Belġjani ta’ Koordinament li kienet applikabbli esklużivament għal kumpaniji multinazzjonali, il-Kummissjoni sabet abbażi tat-tagħrif ipprovdut mill-awtoritajiet Ungeriżi li l-benefiċjarji ewlenin tal-iskema kienu wkoll kumpaniji multinazzjonali. Barra minn hekk l-iskema Ungeriża turi xebh ieħor mal-iskema Belġjana fis-sens li ż-żewġ miżuri jikkonċernaw it-tassazzjoni ta’ attivitajiet bejn kumpaniji ġewwa grupp.

(149)

B’konsegwenza ta’ dan, il-kwalifika bħala għajnuna ta’ miżura ta’ dan it-tip relatata ma’ attivitajiet bejn kumpaniji ġewwa grupp ma kinitx evidenti fiha nfisha dakinhar li ddaħħlet fis-seħħ.

(150)

L-Ungerija qiegħda tirrimarka li l-Uffiċċju ta’ Sorveljanza tal-Għajnuna mill-Istat Ungeriż (SAMO) kien eżamina l-miżura fis-sajf tal-2002, qabel l-adozzjoni tagħha. Fid-dawl tal-ġurisprudenza applikabbli u d-deċiżjoni preċedenti tal-Kummissjoni dwar l-iskema tal-BCC, l-SAMO wasal għall-konklużjoni li l-miżura f’din il-kwistjoni ma kinitx għajnuna mill-Istat u għalhekk ma ressaqx l-iskema quddiem il-Kummissjoni.

(151)

Minkejja l-fatt li l-miżura kienet filfatt tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat dakinhar li ġiet implimentata, il-Kummissjoni tqis li minħabba ċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-każ li qiegħed jiġi indirizzat, b’mod partikolari l-kuntest ta’ qabel is-sħubija u d-deċiżjonijiet preċedenti tal-Kummissjoni fl-1984 u fl-1987 dwar l-iskema Belġjana, l-Uffiċċju ta’ Sorveljanza tal-Għajnuna mill-Istat Ungeriż ma kellux raġuni għalfejn iqis li l-miżura kienet tikkostitwixxi għajnuna fit-tifsira tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE, speċjalment billi l-miżura kienet ġiet adottata qabel ma l-Kummissjoni kkunsidrat mill-ġdid il-pożizzjoni tagħha dwar l-iskema Belġjana (47). Għaldaqstant jitqies li hemm ġabra ta’ ċirkostanzi eċċezzjonali li jissuġġerixxu li l-awtoritajiet Ungeriżi setgħu kienu żgwidati li spiċċaw biex ħasbu li l-miżura ma kinitx tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fil-kuntest ta’ qabel is-sħubija. F’dawn iċ-ċirkostanzi, dakinhar li l-miżura kienet ġiet adottata, l-Ungerija kellha raġunijiet validi għalfejn ma tissottomettix il-miżura lill-Kummissjoni kif previst skont il-proċedura tal-mekkaniżmu temporanju stabbilita fl-Anness IV tal-Att ta’ Adeżjoni.

(152)

Il-Kummissjoni tinnota wkoll li wara s-sħubija tal-Ungerija fl-UE, ġaladarba l-ambitu tal-miżura u lanqas l-importanza tal-vantaġġ li qiegħed jingħata ma tbiddlu b’mod sostanzjali. Huwa minnu li, kif jissemma fil-premessa 14 ta’ din id-deċiżjoni, kienu ġew introdotti xi modifiki. Madankollu, prinċipalment dawn kienu jikkonsistu f’adattazzjonijiet tekniċi relatati jew mal-inklużjoni ta’ ċertu tipi ta’ kumpaniji li qabel is-sħubija ma kinux jeżistu fl-Ungerija (kumpaniji Ewropej u soċjetajiet kooperattivi Ewropej), jew mal-esklużjonijiet ta’ ċertu tipi oħrajn ta’ kumpaniji li ġew aboliti (kumpaniji b’kapital għall-ispekulazzjoni). B’hekk il-miżura diskussa ma tbiddlitx sostanzjalment wara s-sħubija tal-Ungerija fl-Unjoni Ewropea, u b’hekk għandha titqies bħala għajnuna eżistenti.

VIII.   KONKLUŻJONI

(153)

Minħabba l-pekularjetajiet tal-każ indirizzat u l-kuntest ta’ qabel is-sħubija msemmi fuq, l-iskema tal-imgħax li jgħaddi bejn kumpaniji fl-istess grupp għandha titqies bħala skema ta’ għajnuna eżistenti b’analoġija mal-Artikolu 1(b)(v) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999.

(154)

Peress li l-proċedura rigward skemi ta’ għajnuna eżistenti hija stabbilita fl-Artikoli 17 sa 19 tal-istess regolament, il-proċedura preżenti li nbdiet fil-21 ta’ Marzu 2007 m’hemmx bżonnha.

(155)

Peress li l-awtoritajiet Ungeriżi diġà għaddew liġi dwar ir-revoka tal-iskema b’seħħ mill-1 ta’ Jannar 2010, il-Kummissjoni ma tarax għalfejn għandha tagħti bidu għall-proċedura ta’ kooperazzjoni prevista fl-Artikolu 17 tar-regolament proċedurali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Marzu 2007 li kienet tat bidu għall-proċedura stabbilita fl-Artikolu 88(2) tat-Trattat tal-KE dwar l-iskema implimentata mill-Ungerija għat-tassazzjoni tal-imgħax li jgħaddi bejn kumpaniji ġewwa l-istess grupp m’hemmx bżonnha, billi l-iskema inkwistjoni għandha titqies bħala skema ta’ għajnuna eżistenti.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni qiegħda tiġi indirizzata lir-Repubblika tal-Ungerija.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Ottubru 2009.

Għall-Kummissjoni

Neelie KROES

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU C 142, 27.6.2007, p. 12.

(2)  Ara n-nota 1 ta’ qiegħ il-paġna.

(3)  Pereżempju, jekk kumpanija tirċievi mgħax ta’ 100 mingħand il-kumpaniji affiljati u tħallas imgħax ta’ 60 lil kumpaniji affiljati, il-bilanċ ikun ta’ 40, li huwa l-imgħax nett li jkun daħal.

(4)  Jekk kumpanija tirċievi mgħax ta’ 100 mingħand il-kumpaniji affiljati, filwaqt li tħallas imgħax ta’ 160 lil kumpaniji affiljati, il-bilanċ ikun ta’ 60, li huwa l-imgħax nett li jkun tħallas.

(5)  L-Artikolu 4 (23) tal-Att LXXXI tal-1996 dwar it-Taxxa Korporattiva u t-Taxxa tad-Dividendi.

(6)  L-Artikolu 7(14) tal-Att LXXXI tal-1996 dwar it-Taxxa Korporattiva u t-Taxxa tad-Dividendi.

(7)  L-Artikolu 29/D(15) tal-Att LXXXI tal-1996 dwar it-Taxxa Korporattiva u t-Taxxa tad-Dividendi.

(8)  Jekk il-kumpanija A tirċievi mgħax minn żewġ kumpaniji affiljati, 50 mingħand il-kumpanija B u 60 mingħand il-kumpanija C, u jekk il-kumpanija B teżerċita l-għażla li tibqa’ barra u tagħżel li ma żżidx il-bażi tat-taxxa tagħha, allura l-kumpanija A tkun tista’ tutilizza biss l-imgħax ta’ 60 li tkun irċeviet mingħand il-kumpanija C għall-applikazzjoni tal-miżura. Konsegwentement, il-kumpanija A tkun taxxabbli sa barra rigward l-imgħax ta’ 50 li tkun irċeviet mingħand il-kumpanija B, filwaqt li tkun taxxabbli biss fuq nofs l-ammont tas-60 li tkun irċeviet mingħand il-kumpanija C.

(9)  Intrapriża żgħira hija ddefinita bħala intrapriża li timpjega anqas minn 50 ruħ u li l-bejgħ annwali u/jew it-total tal-karta tal-bilanċ tagħha ma jkunx jeċċedi l-10 miljun Euro. Mikrointrapriża hija ddefinita bħala intrapriża li timpjega anqas minn 10 min-nies u li l-bejgħ annwali u/jew it-total tal-karta bilanċjali tagħha ma jkunx jeċċedi ż-2 miljun euro.

(10)  Forint Ungeriż – ir-rata tal-kambju approssimattiva għas-snin ikkonċernati hija ta’ HUF 250 għal kull EUR 1.

(11)  Ma ngħatat ebda informazzjoni mill-Ungerija dwar is-snin sussegwenti.

(12)  Paragrafu 82 tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/515/KE tas-17 ta’ Frar 2003 dwar l-għajnuna mill-Istat implimentata mill-Olanda għal attivitajiet ta’ finanzjament internazzjonali, (ĠU L 180, 18.7.2003, p. 52).

(13)  Id-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 relatata mat-teħid u l-eżekuzzjoni tan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-kreditu (ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1).

(14)  http://ec.europa.eu/competition/annual_reports/rap97_en.html

(15)  C-308/01 GIL Insurance Ltd u Oħrajn v Il-Kummissarji tad-Dwana u s-Sisa [2004] ECR I-4777.

(16)  ĠU C 384, 10.12.1998, p. 3.

(17)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Każ N 354/2004 – L-Irlanda, Ir-Reġim tat-Titoli Korporattivi, ĠU C 131, 28.5.2005, p. 11.

(18)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta’ Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1).

(19)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/755/KE tas-17 ta’ Frar 2003 dwar il-miżura ta’ għajnuna implimentata mill-Belġju għaċ-ċentri ta’ koordinament stabbiliti fil-Belġju (ĠU L 282, 30.10.2003, p. 25).

(20)  ĠU C 63, 11.3.1991, p. 37.

(21)  Is-sentenza tas-27 ta’ Novembru 2004 fil-Każ T-190/00 Regione Siciliana v Il-Kummissjoni, [2003] ECR II-5015, il-paragrafu 136; ara l-Każ 120/73 Gebrüder Lorenz GmbH v Il-Ġermanja u l-Land de Rhénanie-Palatinat [1973] ECR-1471, il-paragrafu 4.

(22)  Il-Każijiet Konġunti C-182/03 u C-217/03 Ir-Renju tal-Belġju u l-Forum 187 v Il-Kummissjoni [2003] ECR I-6887, il-paragrafu 147.

(23)  Il-Każ 265/85 ta’ Van den Bergh en Jurgens BV et Van Dijk Food Products (Lopik) BV v Il-Kummissjoni [1987] ECR 1155, il-paragrafu 44.

(24)  Il-paragrafi 27-28 Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/168/KESC tal-31 ta’ Ottubru 2000 dwar il-liġijiet tat-taxxa korporattiva fi Spanja, (ĠU L 60, 1.3.2001, p. 57).

(25)  Il-paragrafu 43 tal-verżjoni Ingliża tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/512/KE tal-5 ta’ Settembru 2002 dwar l-iskema ta’ għajnuna implimentata mill-Ġermanja għaċ-Ċentri ta’ Kontroll u Koordinament, (ĠU L 177, 16.7.2003, p. 17).

(26)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/81/KE (ĠU L 31, 6.2.2003, p. 26) u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/501/KE (ĠU L 170, 9.7.2003, p. 20).

(27)  Il-Każijiet Konġunti C-182/03 u C-217/03 Ir-Renju tal-Belġju u l-Forum 187 v Il-Kummissjoni [2003] ECR I-6887, il-paragrafu 149.

(28)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/515/KE tas-17 ta’ Frar 2003 dwar l-għajnuna mill-Istat implimentata mill-Olanda għal attivitajiet ta’ finanzjament internazzjonali, (ĠU L 180, 18.7.2003, p. 52).

(29)  L-għadd ta’ benefiċjarji potenzjali huwa bbażat fuq stima approssimattiva billi ma jeżistix tagħrif dwar l-għadd eżatt tal-kumpaniji eliġibbli li japplikaw il-miżuri, billi l-awtoritajiet tat-taxxa m’għandhom ebda informazzjoni dwar l-għadd ta’ dawk li jħallsu t-taxxa b’kumpaniji affiljati. B’impriżi li setgħu potenzjalment japplikaw il-miżura, l-Ungerija qiegħda talludi għal kull impriża li mhijiex mikrointrapriża jew intrapriża żgħira, istituzzjoni tal-kreditu, kumpanija tal-investiment jew kumpanija tal-assigurazzjoni, irrispettivament jekk tkunx kumpanija affiljata jew le.

(30)  Fl-2006 l-għadd totali ta’ kumpaniji soġġetti għall-Att LXXXI tal-1996 dwar it-Taxxa Korporattiva u t-Taxxa tad-Dividendi kien ta’ 316 498.

(31)  Ma ngħatax tagħrif mill-awtoritajiet Ungeriżi dwar is-snin sussegwenti.

(32)  Dawn il-benefiċċji jinkludu tnaqqis addizzjonali ta’ ammortizzazzjoni fuq ċertu investimenti bħal proprjetà, makkinarju, vetturi, u proprjetà intellettwali; provvedimenti speċjali għal ċertu salarji ta’ impjegati; u eżenzjoni mit-taxxa tal-innovazzjoni.

(33)  ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1.

(34)  Ara, fost oħrajn, il-Każ C-487/06 P L-Assoċjazzjoni Brittanika tar-Ramel u ż-Żrar v Il-Kummissjoni [2008] il-paragrafu 82; il-Każ C-409/00 Spanja v Il-Kummissjoni [2003] ECR I-1487, il-paragrafu 47; il-Każ C-88/03 Il-Portugall v Il-Kummissjoni [2006] ECR I-7115, il-paragrafu 54; u l-Każijiet Konġunti minn C-428/06 sa C-434/06 Il-UGT-Rioja u Oħrajn, li għadhom ma ġewx ippubblikati, il-paragrafu 46.

(35)  Ara perkażu l-Każ C-56/93 Il-Belġju vIl-Kummissjoni [1996] ECR I-723, il-paragrafu 79; il-Każ C-241/94 Franza v Il-Kummissjoni [1996] ECR I-4551, il-paragrafu 20; il-Każ C-75/97 Il-Belġju v Il-Kummissjoni [1999] ECR I-3671, il-paragrafu 25; u l-Każ C-409/00 Spanja v Il-Kummissjoni [2003] ECR I-10901, il-paragrafu 46.

(36)  Ara perkażu l-Każ C-66/02 L-Italja v Il-Kummissjoni [2005] ECR I-10901, il-paragrafu 101.

(37)  ĠU C 384, 10.12.1998, p. 3.

(38)  Ara l-paragrafi (15) to (17) tad-deċiżjoni inizjali.

(39)  Id-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 relatata mat-teħid u l-eżekuzzjoni tan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-kreditu (ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1).

(40)  Il-Każ 173/73 L-Italja v Kummissjoni [1974] ECR 709, il-paragrafi 22-33.

(41)  F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat illi, fl-evalwazzjoni tagħha tar-reġim ta’ tassazzjoni taċ-ċentri ta’ koordinament stabbiliti fil-Belġju (ara l-Każijiet Konġunti C-182/03 u C-217/03, il-paragrafi minn 86 sa 118), il-Qorti tal-Ġustizzja qieset li l-evalwazzjoni tad-dħul b’rata waħda skont il-metodu tal-ispejjeż biż-żieda tal-qligħ tikkostitwixxi vantaġġ ekonomiku għall-iskopijiet tal-Artikolu 87 tat-Trattat tal-KE u li “dak l-analiżi ma jistax jintefa’ f’dubju la mill-fatt li l-inklużjoni tat-tariffi finanzjarji tista’, f’xi każijiet, twassal għal bażi tat-taxxa li kien ikun indebitament għoli u lanqas mid-daqs tal-piż tat-taxxa li tista’ tiġi imposta fuq il-grupp, u lanqas ma tista’ tintefa’ f’dubju mill-fatt li ċentru jista’ jiġi ntaxxat meta ma jkun għamel ebda profitt”. Il-Qorti qieset ukoll li l-eżenzjoni mit-taxxa tal-proprjetà favur iċ-ċentri ta’ koordinament kienet tagħtihom vantaġġ ekonomiku u li “li l-fatt li 5 % biss taċ-ċentri ta’ koordinament jibbenefikaw minnu fil-prattika, billi l-bini fejn joperaw l-oħrajn kollha huwa mikri għandhom, ma jaffettwax dik l- evalwazzjoni, billi l-għażla ta’ bejn is-sjieda tal-bini u l-kiri tiegħu hija kwistjoni totalment fid-diskrezzjoni taċ-ċentri.”

(42)  Il-Każ C-156/98 Il-Ġermanja v Il-Kummissjoni [2000] ECR I-6857, il-paragrafu 30, u l-ġurisprudenza ċċitata fih.

(43)  Il-Każ 730/79 Philip Morris v Il-Kummissjoni [1980] ECR 2671, il-paragrafi 11 u 12.

(44)  Il-Każ C-372/97 L-Italja v Il-Kummissjoni [2004] ECR I-3679, il-paragrafi 44 u 45, u, dwar l-illegalità tal-iskema f’din il-kwistjoni, il-paragrafi 153-155.

(45)  Ir-Regolament (KE) Nru 659/1999.

(46)  Għad li din id-deċiżjoni ma ġietx ippubblikata, saret referenza għaliha fl-14-ir Rapport dwar il-Kompetizzjoni u fi tweġiba għal mistoqsija parlamentari ppubblikata fl-1991 issemma li l-Kummissjoni ma kienet ressqet ebda oġġezzjoni għall-iskema inkwistjoni.

(47)  Ara n-nota tal-qiegħ 19. Għandu jiġi nnotat li fil-każ ta’ għajnuna eżistenti, id-deċiżjonijiet finali tal-Kummissjoni biss jipproduċu effetti legali (ara l-Każ T-276/02 Forum 187 asbl v Il-Kummissjoni).


Rettifika

17.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 42/20


Rettifika għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1226/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kondizzjonijiet assoċjati għal ċerti stokkijiet ta’ ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta’ ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku għall-2010

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 330 tas-16 ta’ Diċembru 2009 )

F’paġna 1, fit-titolu tar-Regolament:

minflok:

“Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1226/2002 tal-20 ta’ Novembru 2009…”;

aqra:

“Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1226/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009…”.

F’paġna 7, fit-tabella li tikkonċerna s-Salamun tal-Atlantiku, il-figura li tikkonċerna l-Litwanja:

minflok:

“5 594 (1)”;

aqra:

“4 559 (1)”.


Top