This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document L:2010:011:FULL
Official Journal of the European Union, L 11, 16 January 2010
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, L 11, 16 ta' Jannar 2010
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, L 11, 16 ta' Jannar 2010
ISSN 1725-5104 doi:10.3000/17255104.L_2010.011.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 11 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 53 |
Werrej |
|
II Atti mhux leġislattivi |
Paġna |
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
||
|
|
||
|
|
|
|
IV Atti adottati qabel l-1 ta' Diċembru 2009 skont it-Trattat tal-KE, it-Trattat tal-UE u t-Trattat Euratom |
|
|
|
2010/27/KE |
|
|
* |
||
|
|
2010/28/KE |
|
|
* |
Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Lulju 2009 li temenda l-lista ta’ sustanzi veġetali, preparazzjonijiet u kumbinazzjonijiet tagħhom għal użu fi prodotti mediċinali veġetali tradizzjonali (notifikata bid-dokument numru C(2009) 5804) ( 1 ) |
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġislattivi
REGOLAMENTI
16.1.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 11/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 38/2010
tal-15 ta’ Jannar 2010
li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,
Billi:
Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-16 ta’ Jannar 2010.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Jannar 2010.
Għall-Kummissjoni, f’isem il-President,
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.
ANNESS
il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
(EUR/100 kg) |
||
Kodiċi NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur fiss tal-importazzjoni |
0702 00 00 |
IL |
122,3 |
JO |
64,0 |
|
MA |
64,3 |
|
TN |
112,1 |
|
TR |
86,4 |
|
ZZ |
89,8 |
|
0707 00 05 |
EG |
174,9 |
JO |
106,0 |
|
MA |
76,9 |
|
TR |
119,6 |
|
ZZ |
119,4 |
|
0709 90 70 |
MA |
167,4 |
TR |
115,0 |
|
ZZ |
141,2 |
|
0709 90 80 |
EG |
225,1 |
ZZ |
225,1 |
|
0805 10 20 |
EG |
51,6 |
IL |
57,7 |
|
MA |
53,2 |
|
TN |
68,6 |
|
TR |
54,6 |
|
ZZ |
57,1 |
|
0805 20 10 |
MA |
91,6 |
ZZ |
91,6 |
|
0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90 |
CN |
51,9 |
EG |
67,7 |
|
HR |
59,0 |
|
IL |
70,2 |
|
JM |
106,6 |
|
MA |
83,8 |
|
TR |
67,6 |
|
ZZ |
72,4 |
|
0805 50 10 |
EG |
72,2 |
IL |
88,6 |
|
TR |
71,9 |
|
US |
87,7 |
|
ZZ |
80,1 |
|
0808 10 80 |
CA |
91,9 |
CL |
60,1 |
|
CN |
88,6 |
|
MK |
24,7 |
|
US |
117,9 |
|
ZZ |
76,6 |
|
0808 20 50 |
CN |
51,0 |
US |
101,3 |
|
ZZ |
76,2 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.
16.1.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 11/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 39/2010
tal-15 ta’ Jannar 2010
li jiffissa d-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mis-16 ta’ Jannar 2010
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/96 tat-28 ta' Ġunju 1996 dwar regoli ta' applikazzjoni (dazju ta' importazzjoni fis-settur taċ-ċereali) għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet tan-NM 1001 10 00, 1001 90 91, ex 1001 90 99 (qamħ durum ta' kwalità għolja), 1002, ex 1005 minbarra ż-żrieragħ ibridi, u ex 1007 minbarra l-ibridu għaż-żrigħ, id-dazju tal-importazzjoni huwa daqs il-prezz tal-intervent li jgħodd għal dawn il-prodotti fil-waqt tal-importazzjoni, biż-żieda ta' 55 % u bit-tnaqqis tal-prezz tal-importazzjoni CIF applikabbli għall-kunsenja kkonċernata. Madankollu, dan id-dazju ma jistax jaqbeż ir-rata ta' dazji fit-Tariffa Doganali Komuni. |
(2) |
L-Artikolu 136(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-finijiet tal-kalkolu tad-dazju tal-importazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu msemmi, għall-prodotti kkonċernati kull tant żmien jiġu stabbiliti prezzijiet rappreżentattivi CIF għall-importazzjoni. |
(3) |
Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96, il-prezz li għandu jintuża għall-kalkolu tad-dazju tal-importazzjoni tal-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 1001 10 00, 1001 90 91, ex 1001 90 99 (qamħ durum ta' kwalità għolja), 1002 00, 1005 10 90, 1005 90 00 u 1007 00 90, huwa l-prezz rappreżentattiv tal-importazzjoni CIF tal-ġurnata stabbilit skont il-metodu pprovdut fl-Artikolu 4 tar-Regolament imsemmi. |
(4) |
Jeħtieġ li jiġu stabbiliti d-dazji tal-importazzjoni għall-perjodu mis-16 ta’ Jannar 2010, applikabbli sakemm jidħlu fis-seħħ dazji tal-importazzjoni ġodda, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Mis-16 ta’ Jannar 2010, id-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 huma stipulati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament abbażi tal-fatturi msemmija fl-Anness II.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-16 ta’ Jannar 2010.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Jannar 2010.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 161, 29.6.1996, p. 125.
ANNESS I
Dazji tal-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 applikabbli mis-16 ta’ Jannar 2010
Kodiċi NK |
Isem tal-merkanziji |
Dazju tal-importazzjoni (1) (EUR/t) |
1001 10 00 |
QAMĦ iebes ta' kwalità għolja |
0,00 |
ta' kwalità medja |
0,00 |
|
ta' kwalità baxxa |
0,00 |
|
1001 90 91 |
QAMĦ għaż-żrigħ |
0,00 |
ex 1001 90 99 |
QAMĦ komuni ta' kwalità għolja, minbarra dak li hu taż-żrigħ |
0,00 |
1002 00 00 |
SEGALA |
36,92 |
1005 10 90 |
QAMĦIRRUM għaż-żrigħ minbarra dak ibridu |
11,99 |
1005 90 00 |
QAMĦIRRUM minbarra dak taż-żrigħ (2) |
11,99 |
1007 00 90 |
SORGU f'żerriegħa minbarra dik ibrida taż-żrigħ |
36,92 |
(1) Għall-prodotti li jaslu fil-Komunità mill-Oċean Atlantiku jew mill-Kanal ta' Suez (l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96) l-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis ta' dazju ta':
— |
EUR 3 kull tunnellata, jekk il-port fejn jsir il-ħatt jinsab fil-baħar Mediterran, jew ta' |
— |
EUR 2 kull tunnellata, jekk il-port fejn isir il-ħatt jinsab fl-Irlanda, fir-Renju Unit, fid-Danimarka, fl-Estonja, fil-Latvja, fil-Litwanja, fil-Polonja, fil-Finlandja, fl-Iżvezja jew fuq il-kosta Atlantika tal-Peniżola Iberika. |
(2) L-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis fiss ta' EUR 24 kull tunnellata jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96 huma sodisfatti.
ANNESS II
Fatturi għall-kalkolu tad-dazji fl-Anness I
31.12.2009-14.1.2010
(1) |
Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:
|
(2) |
Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:
|
(1) Tariffa pożittiva ta' EUR 14/t inkorporata [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].
(2) Tariffa negattiva ta' EUR 10/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].
(3) Tariffa negattiva ta' EUR 30/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].
16.1.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 11/6 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 40/2010
tal-15 ta’ Jannar 2010
li jiffissa l-koeffiċjenti ta’ allokazzjoni li għandha tapplika għall-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa mressqa mill-11 sat-12 ta’ Jannar 2010 fil-kuntest tal-kwota tariffarja tat-Tuneżija u li jissospendi l-ħruġ ta’ liċenzji tal-importazzjoni għax-xahar ta’ Jannar 2010
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta’ liċenzji tal-importazzjoni (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 3(1) u (2) tal-Protokoll Nru 1 (3) tal-ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi l-assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika Tuneżina min-naħa l-oħra (4), jistabbilixxi kwota tariffarja b’dazju doganali ta’ żero għall-importazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa mhux raffinat li jaqa’ taħt il-kodiċijiet tan-NM 1509 10 10 u 1509 10 90, prodott kollu kemm hu fit-Tuneżija u ttrasportat direttament minn dak il-pajjiż lejn il-Komunità, fil-limiti stipulati għal kull sena. |
(2) |
L-Artikolu 2(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1918/2006 tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jiftaħ u jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji f’dak li jirrigwarda ż-żejt taż-żebbuġa li joriġina fit-Tuneżija (5) jipprovdi għal limiti kwantitattivi ta’ kull xahar għall-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni. |
(3) |
F’konformità mal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1918/2006, tressqu applikazzjonijiet għand l-awtoritajiet kompetenti għall-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni għal kwantità totali li taqbeż il-limitu pprovdut għax-xahar ta’ Jannar fl-Artikolu 2(2) tar-Regolamernt imsemmi. |
(4) |
F’dawn iċ-ċirkostanzi, il-Kummissjoni għandha tiffissa koeffiċjent ta’ allokazzjoni li jippermetti l-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni pro rata għall-kwantità disponibbli. |
(5) |
Ġaladarba ntlaħaq il-limitu għax-xahar ta’ Jannar, għax-xahar imsemmi ma tista’ tinħareġ l-ebda liċenzja tal-importazzjoni, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqa fil-11 u t-12 ta’ Jannar 2010 skond l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1918/2006, għandhom jinħarġu skond koeffiċjent ta’ allokazzjoni ta’ 90,575916 %.
Il-ħruġ ta’ liċenzji tal-importazzjoni għall-kwantitajiet mitluba mit-18 ta’ Jannar 2010 huwa sospiż għal Jannar 2010.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-16 ta’ Jannar 2010.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Jannar 2010.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.
(3) ĠU L 97, 30.3.1998, p. 57.
(5) ĠU L 365, 21.12.2006, p. 84.
IV Atti adottati qabel l-1 ta' Diċembru 2009 skont it-Trattat tal-KE, it-Trattat tal-UE u t-Trattat Euratom
16.1.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 11/7 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-17 ta’ Ġunju 2009
dwar l-iskema sabiex ikunu kkonsolidati d-djun il-kbar tal-koperattivi tal-bdiewa u tal-azjendi agrikoli implimentata fir-reġjun ta’ Lazio (l-Italja) skont il-Liġi Reġjonali Nru 52/1994 u ffinanzjata mill-ġdid permezz tal-Artikolu 257 tal-Liġi Reġjonali Nru 10 tal-10 ta’ Mejju 2001
(notifikata bid-dokument numru C(2009) 4525)
(Il-test Taljan biss huwa awtentiku)
(2010/27/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 88(2)(1) tiegħu,
Wara li talbet lill-partijiet interessati jressqu l-kummenti tagħhom skont dak l-Artikolu,
Billi:
I. IL-PROĊEDURA
(1) |
Permezz ta’ ittra li ġġib id-data tal-11 ta’ Settembru 2001, irreġistrata fit-13 ta’ Settembru 2001, ir-Rappreżentanza Permanenti Taljana għall-Unjoni Ewropea għarrfet lill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 88(3) tat-Trattat tal-KE, bit-test tal-Artikolu 257 tal-Liġi Reġjonali Nru 10 tal-10 ta’ Mejju 2001, li jemenda l-Artikolu 2 tal-Liġi Reġjonali Nru 52 tal-31 ta’ Ottubru 1994. |
(2) |
Permezz ta’ ittra li ġġib id-data tad-19 ta’ April 2002, irreġistrata fit-22 ta’ April 2002, ir-Rappreżentanza Permanenti Taljana għall-Unjoni Ewropea bagħtet lill-Kummissjoni t-tagħrif addizzjonali dwar id-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq li l-Kummissjoni kienet talbet lill-awtoritajiet Taljani jibagħtulha permezz ta’ ittra li ġġib id-data tad-9 ta’ Novembru 2001. |
(3) |
Wara li eżaminat dan it-tagħrif, il-Kummissjoni talbet lill-awtoritajiet Taljani jibagħtulha iktar tagħrif fi żmien erba’ ġimgħat, permezz ta’ ittra li ġġib id-data tas-17 ta’ Ġunju 2002. |
(4) |
Minħabba li l-Kummissjoni ma kienet irċeviet l-ebda tweġiba sad-data ta’ skadenza stabbilita fl-ittra li ġġib id-data tas-17 ta’ Ġunju 2002, bagħtet ittra ġdida li ġġib id-data tad-19 ta’ Awwissu 2003, li fiha talbet li tingħata t-tagħrif li kien intalab qabel mill-aktar fis possibbli. |
(5) |
Permezz ta’ ittra li ġġib id-data tat-23 ta’ Ottubru 2003, irreġistrata fid-29 ta’ Ottubru 2003, ir-Rappreżentanza Permanenti Taljana għall-Unjoni Ewropea bagħtet lill-Kummissjoni t-tagħrif addizzjonali li l-Kummissjoni kienet talbet lill-awtoritajiet Taljani jibagħtulha fl-ittra li ġġib id-data tas-17 ta’ Ġunju 2002. |
(6) |
Permezz ta’ ittra li ġġib id-data tal-11 ta’ Diċembru 2003, il-Kummissjoni għarrfet lill-Italja bid-deċiżjoni tagħha li tibda l-proċedura li dwarha hemm dispożizzjoni fl-Artikolu 88(2) tat-Trattat tal-KE b’rabta mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 257 tal-Liġi Reġjonali Nru 10 tal-10 ta’ Mejju 2001 (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “il-Liġi Nru 10/01”) u mal-għajnuna mħallsa bejn l-1 ta’ Jannar 1998 u l-20 ta’ Mejju 2001 (id-data li fiha daħlet fis-seħħ il-Liġi Nru 10/01) skont l-iskema tal-għajnuna li kellha tkun iffinanzjata mill-ġdid bl-allokazzjoni tal-baġit li dwarha hemm dispożizzjoni f’dak l-Artikolu (1). |
(7) |
Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tibda l-proċedura kienet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jressqu l-kummenti tagħhom. |
(8) |
Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kummenti mingħand il-partijiet interessati. Madanakollu, l-awtoritajiet Taljani ltaqgħu mal-persunal tal-Kummissjoni sabiex jiċċaraw l-affarijiet b’rabta mal-kummenti li għamlet il-Kummissjoni wara li nbdiet il-proċedura skont l-Artikolu 88(2) tat-Trattat tal-KE. |
(9) |
Permezz ta’ ittra elettronika li ġġib id-data tat-3 ta’ April 2009, ir-Rappreżentanza Permanenti Taljana għall-Unjoni Ewropea bagħtet ittra tal-awtoritajiet Taljani lill-Kummissjoni li fiha kien hemm taqsira tad-diskussjonijiet li saru matul il-laqgħa msemmija fil-paragrafu ta’ qabel. |
II. DESKRIZZJONI
Il-miżura mgħarrfa
(10) |
L-Artikolu 257 tal-Liġi Nru 10/01 jipprovdi għal allokazzjoni addizzjonali ta’ ITL 400 miljun (EUR 206 583) bħala sussidju fuq ir-rati tal-imgħax fuq self għal perjodu ta’ 15-il sena maħsub għall-konsolidazzjoni tad-djun il-kbar tal-koperattivi agrikoli, tal-gruppi ta’ dawn il-koperattivi u tal-azjendi agrikoli skont il-Liġi Reġjonali Nru 52 tal-31 ta’ Ottubru 1994 (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “il-Liġi Nru 52/94”), kif emendata mil-Liġi Nru 13 tad-29 ta’ April 1996 (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “il-Liġi Nru 13/96”). Dan jibdel ukoll l-Artikolu 2 tal-Liġi Nru 52/94 billi jwessa’ l-possibbiltà li wieħed jirċievi l-għajnuna li dwarha hemm dispożizzjoni f’dik il-liġi għad-djun il-kbar li kienu jeżistu fil-31 ta’ Diċembru 2000. Barra minn hekk, jinkludi klawżola li biha l-għajnuna li dwarha hemm dispożizzjoni tista’ tiġi implimentata biss wara l-pubblikazzjoni tar-riżultat pożittiv tal-eżami mwettaq mill-Kummissjoni skont l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE fil-Bollettino ufficiale della Regione Lazio [il-Bulettin uffiċjali tar-reġjun tal-Lazio]. |
Il-bażi legali mibdula mill-miżura mgħarrfa
(11) |
Il-Liġi Nru 52/94, li tifforma l-bażi legali għall-konsolidazzjoni, kienet tipprovdi għal dan li ġej:
|
(12) |
Il-Kummissjoni bdiet il-proċedura ta’ stħarriġ skont l-Artikolu 88(2) tat-Trattat tal-KE (li qabel kien l-Artikolu 93), b’rabta mal-għajnuna li dwarha hemm dispożizzjoni fil-liġi kkonċernata (3), minħabba li ma kinetx ċerta jekk din l-għajnuna kinetx konformi mal-kriterji użati dak iż-żmien għall-analiżi tagħha. |
(13) |
Skont dawk il-kriterji, il-Kummissjoni qieset din it-tip ta’ għotja bħala għajnuna operattiva li, fil-prinċipju, setgħet titqies li kienet kompatibbli mas-suq komuni biss jekk ikunu ssodisfati t-tliet kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(14) |
Wara li kienet inbdiet il-proċedura, l-awtoritajiet Taljani emendaw il-Liġi Nru 52/94 permezz tal-Liġi Nru 13/96. Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni setgħet tagħlaq il-proċedura billi tiddikjara li l-għajnuna, kif mibdula b’dik il-liġi, kienet kompatibbli mas-suq komuni (8). |
(15) |
Il-Liġi Nru 13/96 biddlet l-iskema bil-mod li ġej:
|
(16) |
L-iskema tal-għajnuna, li kienet approvata fid-dawl ta’ dawn it-tibdiliet, baqgħet ma nbidlitx sa ma l-Kummissjoni ddeċidiet li tagħti bidu għall-proċedura li dwarha hemm dispożizzjoni fl-Artikolu 88(2) tat-Trattat tal-KE b’rabta mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 257 tal-Liġi Nru 10/01. |
III. IL-BIDU TAL-PROĊEDURA SKONT L-ARTIKOLU 88(2) TAT-TRATTAT TAL-KE
(17) |
Il-Kummissjoni bdiet il-proċedura li dwarha hemm dispożizzjoni fl-Artikolu 88(2) tat-Trattat tal-KE b’rabta mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 257 tal-Liġi Nru 10/01 u mal-għajnuna mħallsa bejn l-1 ta’ Jannar 1998 u l-20 ta’ Mejju 2001 (id-data li fiha daħlet fis-seħħ il-Liġi Nru 10/01) skont l-iskema tal-għajnuna li kellha tkun iffinanzjata mill-ġdid bl-allokazzjoni tal-baġit li dwarha kien hemm dispożizzjoni f’dak l-Artikolu, minħabba li kellha dubji dwar kemm l-għajnuna kkonċernata kienet kompatibbli mas-suq komuni, b’mod partikulari f’dak li għandu x’jaqsam mal-aspetti li ġejjin:
|
IV. IL-KUMMENTI TAL-AWTORITAJIET TALJANI
(18) |
Permezz ta’ ittra li ġġib id-data tat-2 ta’ Lulju 2004, irreġistrata fis-7 ta’ Lulju 2004, ir-Rappreżentanza Permanenti Taljana għall-Unjoni Ewropea bagħtet lill-Kummissjoni l-kummenti tal-awtoritajiet Taljani wara li nbdiet il-proċedura skont l-Artikolu 88(2) tat-Trattat b’rabta mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 257 tal-Liġi Nru 10/01 u mal-għajnuna mħallsa bejn l-1 ta’ Jannar 1998 u l-20 ta’ Mejju 2001 (id-data li fiha daħlet fis-seħħ il-Liġi Reġjonali) skont l-iskema tal-għajnuna li kellha tkun iffinanzjata mill-ġdid bl-allokazzjoni tal-baġit li dwarha kien hemm dispożizzjoni f’dak l-Artikolu. |
(19) |
F’dik l-ittra, l-awtoritajiet Taljani l-ewwel ħabbru li kienet se tiġi rtirata n-notifika tal-Artikolu 257 tal-Liġi Nru 10/01 u li kienet se titnieda l-proċedura biex jitħassar, filwaqt li stqarrew li ma kienu ġew adottati l-ebda miżuri ta’ implimentazzjoni u li ma kienet tħallset l-ebda għajnuna skont dak l-Artikolu. |
(20) |
L-awtoritajiet Taljani saħqu wkoll li, fl-ittra li biha approvat il-Liġi Nru 52/94, il-Kummissjoni kienet stqarret li l-għajnuna kkonċernata kienet konformi mal-kriterji li kienu japplikaw għaliha u li b’hekk setgħet tibbenefika mill-eżenzjoni skont il-paragrafu 3(c) tal-Artikolu 92 (issal-Artikolu 87) tat-Trattat tal-KE, minħabba li dawn kienu miżuri maħsubin biex jiffaċilitaw l-iżvilupp ta’ ċerti attivitajiet jew ċerti oqsma ekonomiċi, mingħajr ma kienu se jaffettwaw ħażin il-kundizzjonijiet tal-kummerċ tant li jmorru kontra l-interess komuni, u li ma kenitx irreferiet għal-Linji ta’ gwida tal-Komunità dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar tal-azjendi li jinsabu f’diffikultà. |
(21) |
Fl-opinjoni tagħhom, hekk kif jidher mill-korrispondenza tagħhom ta’ bejn l-1994 u l-1996 mal-Kummissjoni, kien ċar li l-għan tal-Liġi Nru 52/94 kien li jiġu evitati sitwazzjonijiet li fihom l-azjendi agrikoli jkollhom iħabbtu wiċċhom ma’ rati tal-imgħax ferm ogħla mir-rati tas-suq huma u jagħmlu l-investimenti minħabba l-varjazzjonijiet f’kemm jiswew il-flus, u b’hekk jispiċċaw f’diffikultajiet. Barra minn hekk, l-awtorità reġjonali tal-Lazio dejjem żgurat li kienet se tiġi ċċekkjata l-vijabbiltà tal-azjendi li kienu qed jibbenefikaw, b’referenza partikulari mogħtija lill-pjanijiet ta’ rkupru li dawn tal-aħħar kellhom l-obbligu li jibagħtu skont il-Liġi Nru 52/94 u l-emendi tagħha. |
(22) |
F’dan il-kuntest, l-awtoritajiet Taljani qalu li l-għajnuna skont il-Liġi Nru 52/94 setgħet tibbenefika mill-eżenzjoni skont l-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat tal-KE. |
(23) |
Fl-ittra tagħhom tat-2 ta’ Lulju 2004, l-awtoritajiet Taljani staqsew ukoll jekk, f’dan il-każ speċifiku, f’dak li għandu x’jaqsam mas-salvataġġ u r-ristrutturar tal-azjendi li jinsabu f’diffikultà, kienx se jkun possibbli li l-għajnuna mħallsa bejn l-1998 u l-2000 (11) għas-self li kien hemm fil-5 ta’ Diċembru 1994 tkun koperta mill-punt 2.5 tal-Linji ta’ gwida tal-1997, skont liema punt “il-linji ta’ gwida huma wkoll mingħajr ħsara għall-applikazzjoni tal-iskemi tal-għajnuna awtorizzati għal għanijiet oħra u mhux għas-salvataġġ u r-ristrutturar, bħall-iżvilupp reġjonali [u] l-iżvilupp tal-SMEs”, minħabba li l-miżuri li dwarhom hemm dispożizzjoni fil-Liġi Nru 52/94 kienu ġew approvati bħala miżuri maħsubin biex jiffaċilitaw l-iżvilupp ta’ ċerti attivitajiet jew ċerti oqsma ekonomiċi, mingħajr ma kienu se jaffettwaw ħażin il-kundizzjonijiet tal-kummerċ tant li jmorru kontra l-interess komuni. |
(24) |
Fl-aħħar nett, bi tweġiba għall-punt 29 tal-ittra tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Diċembru 2003 (ara n-nota 1), li fiha l-Kummissjoni talbet lill-awtoritajiet Taljani jibagħtulha għadd ta’ Deċiżjonijiet tal-Awtorità Reġjonali tal-Lazio u estratti tal-Liġijiet Finanzjarji kollha adottati b’seħħ mill-1 ta’ Jannar 1998, sabiex tkun tista’ tistabbilixxi l-valur eżatt tal-allokazzjonijiet ippjanati kull sena għall-finanzjament tal-iskema kkonċernata, l-awtoritajiet Taljani spjegaw li:
|
(25) |
Fl-ittra li bagħtu lill-Kummissjoni fit-3 ta’ April 2009, l-awtoritajiet Taljani ċċaraw il-fatt li l-applikazzjonijiet kollha għall-għajnuna skont l-iskema kienu ntbagħtu qabel l-1 ta’ Jannar 1998. |
V. IL-VALUTAZZJONI
(26) |
Skont l-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE, kwalunkwe għajnuna mogħtija minn Stat Membru jew pemezz tar-riżorsi tal-Istat, fi kwalunkwe forma li tgħawweġ jew thedded li tgħawweġ il-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta’ ċerti prodotti, sa fejn taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri mhijiex kompatibbli mas-suq komuni. |
(27) |
Il-miżura kkonċernata tissodisfa din id-definizzjoni, sa fejn tiffavorixxi ċerti impriżi (dawk fis-settur agrikolu li għandhom djun kbar) u tista’ taffettwa l-kummerċ, minħabba l-pożizzjoni tal-Italja fis-settur tal-produzzjoni agrikola (per eżempju, fl-2006 l-Italja kienet it-tielet l-ikbar produttur taċ-ċanga u tal-vitella u l-ikbar produttur tat-tadam fl-Unjoni). |
(28) |
Madanakollu, fil-każijiet li dwarhom hemm dispożizzjoni fl-Artikolu 87(2) u (3) tat-Trattat tal-KE, b’deroga, it-tali miżuri jistgħu jitqiesu li huma kompatibbli mas-suq komuni. |
(29) |
F’dan il-każ, minħabba t-tip ta’ skema kkonċernata, l-unika deroga li tista’ tkun invokata hi dik stipulata fl-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat tal-KE. Skont din, l-għajnuna tista’ titqies li hi kompatibbli mas-suq komuni jekk tkun maħsuba biex tiffaċilita l-iżvilupp ta’ ċerti attivitajiet jew ċerti oqsma ekonomiċi, dejjem jekk din ma taffettwax ħażin il-kundizzjonijiet tal-kummerċ tant li tmur kontra l-interess komuni. |
(30) |
Qabel ma teżamina kemm tapplika dik id-deroga, il-Kummissjoni tixtieq tirrimarka li, fl-ittra tagħhom tat-2 ta’ Lulju 2004, wara li nbdiet il-proċedura skont l-Artikolu 88(2) tat-Trattat tal-KE, l-awtoritajiet Taljani kienu stqarrew li kienet tnediet il-proċedura sabiex jitħassar l-Artikolu 257 tal-Liġi Nru 10/01 u li ma kienet tħallset l-ebda għajnuna skont dak l-Artikolu. Permezz ta’ teleks li jġib id-data tal-20 ta’ Settembru 2005, il-Kummissjoni talbet lill-awtoritajiet Taljani jagħtuha provi li l-Artikolu 257 tal-Liġi Nru 10/01 kien tħassar tassew. |
(31) |
Il-Kummissjoni rċeviet tweġiba għal dak it-teleks permezz ta’ ittra li ġġib id-data tas-16 ta’ Lulju 2008, li fiha ngħatat konferma li d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 257 tal-Liġi Nru 10/01 li dwarhom kien hemm it-tilwim u li xorta waħda ma kinux qed jiġu applikati sa minn meta nbdiet il-proċedura skont l-Artikolu 88(2) tat-Trattat tal-KE, kienu tħassru permezz tal-Artikolu 27(2) tal-Liġi Reġjonali Nru 4 tat-28 ta’ April 2006. Barra minn hekk, fl-ittra tagħhom tat-2 ta’ Lulju 2004, l-awtoritajiet Taljani ħabbru li li kienet se tiġi rtirata n-notifika tal-Artikolu 257 imsemmi hawn fuq. |
(32) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni m’għandhiex għalfejn tkompli bl-istħarriġ tagħha dwar id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 257 tal-Liġi Nru 10/01 u tista’ tagħlaq il-proċedura tal-eżami tagħha. |
(33) |
F’dak li għandu x’jaqsam ma’ kemm tapplika d-deroga skont l-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat b’rabta mal-għajnuna mogħtija bejn l-1 ta’ Jannar 1998 u l-31 ta’ Diċembru 2000 (ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 11), il-Kummissjoni tinnota li, fil-kummenti li saru wara li kienet inbdiet il-proċedura skont l-Artikolu 88(2) tat-Trattat u fil-laqgħa ta’ wara, l-awtoritajiet Taljani ċċaraw li din l-għajnuna kienet iffinanzjata b’mod esklużiv mill-ammonti mniżżlin fil-baġit għall-iskema Nru C 43/95 li kienet approvata mill-Kummissjoni (ara l-premessa 24). Mill-ittra tal-awtoritajiet Taljani li ġġib id-data tat-3 ta’ April 2009, wieħed jista’ jifhem ukoll li l-applikazzjonijiet kollha għall-għajnuna kienu tressqu qabel l-1 ta’ Jannar 1998 (ara l-premessa 25). |
(34) |
Minħabba li dawn il-kjarifiki juru li l-ammonti wżati bejn l-1998 u l-2000 kienu diġà koperti minn Deċiżjoni tal-Kummissjoni u li ma tressqet l-ebda applikazzjoni wara d-data li warajha kwalunkwe applikazzjoni ġdida kellha tkun konformi mad-dispożizzjonijiet il-ġodda dwar l-għajnuna għas-salvataġġ u r-ristrutturar tal-azjendi li jinsabu f’diffikultà (ara l-premessa 17), il-Kummissjoni m’għadx għandha għalfejn tieħu deċiżjoni ġdida, fid-dawl ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, dwar kemm tapplika d-deroga skont l-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat għall-għajnuna mogħtija bejn l-1998 u l-2000, li, fil-prattika, hija tkomplija tal-finanzjament li jirriżulta mill-applikazzjonijiet għall-għajnuna mressqa qabel l-1 ta’ Jannar 1998 u li kienu konformi mal-kundizzjonijiet imsemmija fil-premessa 15 u kienu diġà approvati mill-Kummissjoni (ara l-premessa 14). B’hekk, il-proċedura li nbdiet b’rabta mal-għajnuna mogħtija bejn l-1998 u l-2000 wkoll tista’ tingħalaq, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-proċedura skont l-Artikolu 88(2) tat-Trattat, li nbdiet permezz tal-ittra li ġġib id-data tal-11 ta’ Diċembru 2003 (13), b’rabta mal-iskema msemmija hawn fuq, b’dan qed tingħalaq minħabba li m’għadhiex tgħodd, minħabba li l-Italja rtirat in-notifika fit-2 ta’ Lulju 2004 u ma komplietx għaddejja bl-għajnuna proposta.
Artikolu 2
B’dan qed tingħalaq il-proċedura skont l-Artikolu 88(2) tat-Trattat tal-KE, li nbdiet b’rabta mal-għajnuna mogħtija mill-Italja (mir-reġjun tal-Lazio) bejn l-1998 u l-2000 skont l-iskema msejsa fuq id-dispożizzjonijiet tal-Liġi Nru 52/94, kif emendata bil-Liġi Nru 13/96 u li m’għadhiex tgħodd.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Taljana.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Ġunju 2009.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) L-ittra SG (2003) D/233340.
(2) ĠU C 15, 21.1.2004, p. 28.
(3) Il-Każ Nru C 43/95 (li qabel kien NN 73/94) (ĠU C 327, 7.12.1995, p. 9).
(4) ĠU L 128, 19.5.1975, p. 1.
(6) ĠU L 163, 29.6.1990, p. 71.
(7) ĠU L 222, 20.9.1995. p. 19.
(8) L-ittra SG (96) D/3465 tad-29 ta’ Marzu 1996.
(9) ĠU C 368, 23.12.1994, p. 12.
(10) ĠU C 283, 19.9.1997, p. 2.
(11) L-awtoritajiet Taljani għamlu referenza għas-sena 2000 u mhux għas-sena 2001, minħabba li wara s-sena 2000 ma ngħatat l-ebda għajnuna.
(12) Dan kien ċifra ta’ ITL 4 000 000 000 (EUR 2 061 856). Bejn l-1998 u l-2000 il-valur totali tal-għajnuna mogħtija kienet ta’ ITL 1 400 000 000 (EUR 721 650).
(13) Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna Nru 2.
16.1.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 11/12 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-28 ta’ Lulju 2009
li temenda l-lista ta’ sustanzi veġetali, preparazzjonijiet u kumbinazzjonijiet tagħhom għal użu fi prodotti mediċinali veġetali tradizzjonali
(notifikata bid-dokument numru C(2009) 5804)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2010/28/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 16(f) tagħha,
Wara li kkunsidrat l-opinjonijiet tal-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini, ifformulati fl-10 ta’ Jannar 2008 u fis-6 ta’ Marzu 2008 mill-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali Veġetali,
Billi:
(1) |
Calendula officinalis L u Pimpinella anisum L jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati fid-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 (2). Calendula officinalis L u Pimpinella anisum L jistgħu jitqiesu bħala sustanzi veġetali, preparazzjonijiet veġetali jew kumbinazzjonijiet tagħhom. |
(2) |
Għalhekk ikun xieraq li Calendula officinalis L u Pimpinella anisum L jiġu inklużi fil-lista ta’ sustanzi veġetali, preparazzjonijiet u kumbinazzjonijiet tagħhom għall-użu fi prodotti mediċinali veġetali tradizzjonali stabbiliti fl-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/911/KE. |
(3) |
Id-Deċiżjoni 2008/911/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan. |
(4) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Mediċinali għall-Użu mill-Bniedem, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2008/911/KE tiġi emendata kif ġej:
(1) |
L-Anness I huwa emendat skont l-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni. |
(2) |
L-Anness II huwa emendat skont l-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, it-28 ta’ Lulju 2009.
Għall-Kummissjoni
Günter VERHEUGEN
Viċi President
(1) ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67.
(2) ĠU L 328, 6.12.2008, p. 42.
ANNESS I
Fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2008/911/KE, jiddaħħal dan li ġej:
— |
“Calendula officinalis L” jidħol qabel Foeniculum vulgare Miller subsp. vulgare var. vulgare (Bużbież morr, frott), |
— |
“Pimpinella anisum L” jidħol qabel Foeniculum vulgare Miller subsp. vulgare var. dulce (Miller) Thellung (Bużbież ħelu, frott). |
ANNESS II
Fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2008/911/KE, jiddaħħal dan li ġej:
— |
“Calendula officinalis L” jidħol qabel Foeniculum vulgare Miller subsp. vulgare var. vulgare (Bużbież morr, frott) “DAĦLA FIL-LISTA TAL-KOMUNITÀ DWAR CALENDULA OFFICINALIS L Isem xjentifiku tal-pjanta Calendula officinalis L. Familja botanika Asteraceae Sustanza veġetali Fjura calendula Isem komuni tas-sustanza veġetali fil-lingwi kollha uffiċjali tal-UE
Preparazzjoni(jiet) veġetali
Referenza monografika tal-Farmakopea Ewropea Calendula flower - Calendulae flos (01/2005:1297) Indikazzjoni(jiet)
Il-prodott huwa prodott mediċinali veġetali tradizzjonali sabiex jintuża f’indikazzjonijiet speċifikati bbażati esklużivament fuq esperjenza ta’ użu fit-tul. Tip ta’ tradizzjoni Ewropea Qawwa speċifikata Jekk jogħġbok ara ‘Pożoloġija speċifikata’. Pożoloġija speċifikata Preparazzjonijiet veġetali:
F’kumpressi mħallta ma’ tal-anqas 1:3 ilma li għadu kemm tgħalla. F’forom ta’ dożaġġ semisolidu: ammont ekwivalenti għal sustanza veġetali ta’ 2-10 %. Bħala gargarizzant jew soluzzjoni ta’ tlaħliħ il-ħalq f’soluzzjoni ta’ 2 %. 2 sa 4 darbiet kuljum Indikazzjoni a) Mhuwiex irrakkomandat l-użu fuq tfal li jkollhom inqas minn 6 snin (ara t-‘Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu’ hawn taħt). Indikazzjoni b) Mhuwiex irrakkomandat l-użu fuq tfal li jkollhom inqas minn 12-il sena (ara t-‘Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu’ hawn taħt). Mnejn u kif jingħata Użu kutanju u oromukożali. Tul ta’ żmien tal-użu jew kwalunkwe restrizzjonijiet fuq it-tul ta’ żmien tal-użu Kompressi: neħħi wara 30-60 minuta Il-preparazzjonijiet veġetali kollha: Jekk is-sintomi wara ġimgħa jibqgħu jippersistu matul l-użu tal-prodott mediċinali, għandu jiġi kkonsultat tabib jew prattikant ikkwalifikat fil-kura tas-saħħa. Kwalunkwe tagħrif ieħor għal użu bla periklu Kontraindikazzjonijiet Ipersensittività għallmembri tal-familja Asteraceae (Compositae). Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu Indikazzjoni a) L-użu fit-tfal taħt is-6 snin mhuwiex irrakkommandat minħabba li ma hemmx esperjenza disponibbli. Indikazzjoni b) L-użu fit-tfal taħt it-12-il sena mhuwiex irrakkommandat minħabba li ma hemmx esperjenza disponibbli. Jekk jiġu osservati sinjali ta’ infezzjoni tal-ġilda, għandu jiġi kkonsultat tabib jew professjonist kwalifikat fil-kura tas-saħħa. Interazzjonijiet ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni Ebda interazzjoni ma ġiet irrappurtata. Tqala u treddigħ Ma ġietx stabbilita s-sikurezza matul it-tqala u t-treddigħ. Fin-nuqqas ta’ dejta suffiċjenti, l-użu matul it-tqala u t-treddigħ mhuwiex irrakkomandat. Effetti fuq il-kapaċità tassewqan u t-tħaddim ta’ magni Mhux rilevanti. Effetti mhux mixtieqa Sensitizzazzjoni tal-ġilda. Il-frekwenza mhijiex magħrufa. Jekk iseħħu reazzjonijiet avversi oħra mhux imsemmija hawn fuq, għandu jiġi kkonsultat tabib jew prattikant ikkwalifikat fil-kura tas-saħħa. Doża eċċessiva Ebda każ irrappurtat.” |
— |
“Pimpinella anisum L” jidħol qabel Foeniculum vulgare Miller subsp. vulgare var. dulce (Miller) Thellung (Bużbież ħelu, frott) “DAĦLA FIL-LISTA TAL-KOMUNITÀ DWAR PIMPINELLA ANISUM L Isem xjentifiku tal-pjanta Pimpinella anisum L. Familja botanika Apiaceae Sustanza veġetali Frotta tal-Anisi Isem komuni tas-sustanza veġetali fil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE
Preparazzjoni(jiet) veġetali Frott tal-anisi mnixxef, imfarrak jew mgħaffeġ Referenza monografika tal-Farmakopea Ewropea Anisi fructus (01/2005.0262) Indikazzjoni(jiet)
Il-prodott huwa prodott mediċinali veġetali tradizzjonali sabiex jintuża f’indikazzjonijiet speċifikati bbażati esklużivament fuq esperjenza ta’ użu fit-tul. Tip ta’ tradizzjoni Ewropea Qawwa speċifikata Jekk jogħġbok ara ‘Pożoloġija speċifikata’. Pożoloġija speċifikata Adoloxxenti ta’ aktar minn 12-il sena, adulti, anzjani:: Indikazzjonijiet a) u b) Minn 1 g sa 3,5 g ta’ frott tal-anisi sħiħ jew imfarrak jew mgħaffeġ (frisk (*)) f’150 ml ta’ ilma jagħli bħala te veġetali. 3 darbiet kuljum Mhuwiex irrakkomandat l-użu minn tfal li jkollhom inqas minn 12-il sena (ara t-‘Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu’ hawn taħt). Mnejn u kif jingħata Użu orali Tul ta’ żmien tal-użu jew kwalunkwe restrizzjonijiet fuq it-tul ta’ żmien tal-użu Ma għandux jittieħed għal aktar minn ġimagħtejn. Jekk is-sintomi jibqgħu jippersistu matul l-użu tal-prodott mediċinali, għandu jiġi kkonsultat tabib jew prattikant ikkwalifikat fil-kura tas-saħħa. Kwalunkwe tagħrif ieħor għal użu bla periklu Kontraindikazzjonijiet Ipersensittività għas-sustanza attiva jew għall-Apiaceae (Umbelliferae) (karwija, karfus, kosbor, xibt u bużbież) jew għall-anetol. Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu Mhuwiex irrakkomandat l-użu minn tfal li jkollhom inqas minn 12-il sena minħabba n-nuqqas ta’ dejta adegwata għall-valutazzjoni tas-sigurtà. Interazzjonijiet ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni Ebda interazzjoni ma ġiet irrappurtata. Tqala u treddigħ Ma teżisti l-ebda dejta dwar l-użu tal-frotta tal-anisi minn pazjenti tqal. Mhuwiex magħruf jekk il-komponenti tal-frotta tal-anisi joħorġux fil-ħalib tas-sider uman. Fin-nuqqas ta’ dejta suffiċjenti, l-użu matul it-tqala u t-treddigħ mhuwiex irrakkomandat. Effetti fuq il-kapaċità tas-sewqan u t-tħaddim ta’ magni Ma sar l-ebda studju dwar l-effett fuq il-kapaċità tas-sewqan u t-tħaddim ta’ magni. Effetti mhux mixtieqa Jista’ jkun hemm reazzjonijiet allerġiċi għall-frotta tal-anisi li jaffettwaw il-ġilda jew is-sistema respiratorja. Il-frekwenza mhijiex magħrufa. Jekk iseħħu reazzjonijiet avversi oħra mhux imsemmija hawn fuq, għandu jiġi kkonsultat tabib jew prattikant ikkwalifikat fil-kura tas-saħħa. Doża eċċessiva Ma ġie rrappurtat ebda każ ta’ doża eċċessiva. |
(*) Għal preparazzjonijiet kummerċjali tal-frott tal-anisi mfarrak jew mgħaffeġ l-applikant irid jagħmel testijiet ta’ stabilità xierqa relatati mal-kontenut ta’ komponenti ta’ żejt essenzjali.”