EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document L:2009:115:FULL

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, L 115, 08 ta' Mejju 2009


Display all documents published in this Official Journal
 

ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2009.115.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 115

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 52
8 ta' Mejju 2009


Werrej

 

I   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 372/2009 tas-7 ta’ Mejju 2009 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 373/2009 tas-7 ta’ Mejju 2009 li jiffissa l-ammont massimu tar-rifużjoni tal-esportazzjoni tal-butir fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti pprovduta bir-Regolament (KE) Nru 619/2008

3

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 374/2009 tas-7 ta’ Mejju 2009 li jiffissa l-ammont massimu tar-rifużjoni tal-esportazzjoni għat-trab tal-ħalib xkumat fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti pprovduta bir-Regolament (KE) Nru 619/2008

5

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 375/2009 tas-7 ta’ Mejju 2009 li jiffissa l-prezz massimu għax-xiri tal-butir għat-4 stedina individwali għall-offerti fi ħdan il-proċedura tas-sejħiet għall-offerti miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 186/2009

6

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 376/2009 tas-7 ta’ Mejju 2009 li jifissa l-prezz massimu tax-xiri tat-trab tal-ħalib xkumat għall-2. stedina individwali għall-offerti fi ħdan il-proċedura tas-sejħiet għall-offerti miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 310/2009

7

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

8.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 115/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 372/2009

tas-7 ta’ Mejju 2009

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-8 ta’ Mejju 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 7 ta’ Mejju 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

73,8

TN

115,0

TR

138,4

ZZ

109,1

0707 00 05

MA

32,7

TR

130,5

ZZ

81,6

0709 90 70

TR

117,4

ZZ

117,4

0805 10 20

EG

42,5

IL

55,5

MA

47,2

TN

52,5

TR

105,0

US

68,2

ZZ

61,8

0805 50 10

TR

58,6

ZA

56,2

ZZ

57,4

0808 10 80

AR

83,1

BR

68,9

CA

127,2

CL

79,2

CN

99,8

NZ

106,0

US

124,3

UY

74,7

ZA

81,6

ZZ

93,9


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


8.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 115/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 373/2009

tas-7 ta’ Mejju 2009

li jiffissa l-ammont massimu tar-rifużjoni tal-esportazzjoni tal-butir fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti pprovduta bir-Regolament (KE) Nru 619/2008

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 164(2) tiegħu flimkien ma’ l-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 619/2008 tas-27 ta’ Ġunju 2008 li jiftaħ sejħa permanenti għall-offerti dwar ir-rifużjoni tal-esportazzjoni li tikkonċerna ċerti prodotti tal-ħalib (2) jipprovdi stedina permanenti għall-offerti.

(2)

Skont l-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1454/2007 tal-10 ta’ Diċembru 2007 li jistipula regoli komuni biex tkun stabbilita proċedura ta’ offerta għall-iffissar ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni għal ċerti prodotti agrikoli (3) u wara stħarriġ tal-offerti mressqa b’reazzoni għas-sejħa għall-offerti, jeħtieġ li jiġi ffissat ammont massimu ta' rifużjoni tal-esportazzjoni għall-perjodu tat-tressiq tal-offerti li jintemm fil-5 ta’ Mejju 2009.

(3)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 619/2008 għall-perjodu tat-tressiq tal-offerti li jintemm fil-5 ta’ Mejju 2009, l-ammont massimu tar-rifużjoni għall-prodotti u destinazzjoniet imsemmija fl-Artikolu 1(a) u (b) u fl-Artikolu 2 rispettivament tar-Regolament imsemmi huma stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-8 ta’ Mejju 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 7 ta’ Mejju 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 168, 28.6.2008, p. 20.

(3)  ĠU L 325, 11.12.2007, p. 69.


ANNESS

(EUR/100 kg)

Prodott

Kodiċi tan-nomenklatura għar-rifużjoni għall-esportazzjoni

L-ammont massimu ta' refużjoni tal-esportazzjoni għall-esportazzjoni fid-destinazzjoni msemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 619/2008

Butir

ex ex 0405 10 19 9700

60,00

Żejt tal-butir (butteroil)

ex ex 0405 90 10 9000

73,00


8.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 115/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 374/2009

tas-7 ta’ Mejju 2009

li jiffissa l-ammont massimu tar-rifużjoni tal-esportazzjoni għat-trab tal-ħalib xkumat fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti pprovduta bir-Regolament (KE) Nru 619/2008

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 164(2) tiegħu flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 619/2008 tas-27 ta’ Ġunju 2008 li jiftaħ sejħa permanenti għall-offerti dwar ir-rifużjoni tal-esportazzjoni li tikkonċerna ċerti prodotti tal-ħalib (2) jipprovdi stedina permanenti għall-offerti.

(2)

Skont l-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1454/2007 tal-10 ta’ Diċembru 2007 li jistipula regoli komuni biex tkun stabbilita proċedura ta’ offerta għall-iffissar ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni għal ċerti prodotti agrikoli (3) u wara stħarriġ tal-offerti mressqa b’reazzoni għas-sejħa għall-offerti, jeħtieġ li jiġi ffissat ammont massimu ta' rifużjoni tal-esportazzjoni għall-perjodu tat-tressiq tal-offerti li jintemm fil-5 ta’ Mejju 2009.

(3)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 619/2008 għall-perjodu tat-tressiq tal-offerti li jintemm fil-5 ta’ Mejju 2009, l-ammont massimu tar-rifużjoni għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(c) u fl-Artikolu 2 tar-Regolament imsemmi hu ffissat EUR 22,00/100 kg.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-8 ta’ Mejju 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 7 ta’ Mejju 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 168, 28.6.2008, p. 20.

(3)  ĠU L 325, 11.12.2007, p. 69.


8.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 115/6


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 375/2009

tas-7 ta’ Mejju 2009

li jiffissa l-prezz massimu għax-xiri tal-butir għat-4 stedina individwali għall-offerti fi ħdan il-proċedura tas-sejħiet għall-offerti miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 186/2009

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 43, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 186/2009 (2) fetaħ ix-xiri ta’ butir bi proċedura ta’ sejħiet għall-offerti għal perijodu li jiskadi fil-31 ta’ Awwissu 2009, skont il-kundizzjonijiet ipprovduti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 105/2008 tal-5 ta’ Frar 2008 li jistipula regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 li jirrigwarda l-intervent fis-suq tal-butir (3).

(2)

Skont l-offerti li saru b'risposta għal stediniet individwali għall-offerti, għandu jiġi ffissat prezz massimu tax-xiri jew inkella jiġi deċiż li ma tintlaqa' l-ebda waħda mill-offerti, skont l-Artikolu 16(2) tar-Regolament (KE) Nru 105/2008.

(3)

Fid-dawl tal-offerti li saru b'risposta għat-4 stedina individwali għall-offerti, jeħtieġ li jiġi ffissat prezz massimu tax-xiri.

(4)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għat-4 stedina individwali għall-offerti għax-xiri ta’ butir fi ħdan il-proċedura tas-sejħiet għall-offerti miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 186/2009, li għaliha ż-żmien għat-tressiq tal-offerti skada fil-5 ta’ Mejju 2009, il-prezz massimu tax-xiri għandu jkun ta’ EUR 220,00/100 kg.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-8 ta’ Mejju 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 7 ta’ Mejju 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 64, 10.3.2009, p. 3.

(3)  ĠU L 32, 6.2.2008, p. 3.


8.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 115/7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 376/2009

tas-7 ta’ Mejju 2009

li jifissa l-prezz massimu tax-xiri tat-trab tal-ħalib xkumat għall-2. stedina individwali għall-offerti fi ħdan il-proċedura tas-sejħiet għall-offerti miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 310/2009

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 43, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 310/2009 (2) fetaħ ix-xiri tat-trab tal-ħalib xkumat permezz ta’ proċedura tas-sejħiet għall-offerti għall-perijodu li jiskadi fil-31 ta’ Awwissu 2009, skont il-kundizzjonijiet ipprovduti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 214/2001 tat-12 ta’ Jannar 2001 li jistipula regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 li jirrigwarda l-intervent fis-suq tat-trab tal-ħalib xkumat (3).

(2)

Skont l-offerti li saru b’risposta għal stediniet individwali għall-offerti, għandu jiġi ffissat prezz massimu tax-xiri jew inkella jiġi deċiż li ma tintlaqa’ l-ebda waħda mill-offerti, skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 214/2001.

(3)

Fid-dawl tal-offerti li saru b’risposta għall-2. stedina individwali għall-offerti, jeħtieġ li jiġi ffissat prezz massimu tax-xiri.

(4)

Il-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma tax opinjoni tiegħu fil-limitu tażżmien stabbilit mill-president tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għall-2. stedina individwali għall-offerti għax-xiri tat-trab tal-ħalib xkumat fi ħdan il-proċedura tas-sejħiet għall-offerti miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 310/2009 li għaliha ż-żmien għat-tressiq tal-offerti skada fil-5 ta' Mejju 2009, il-prezz massimu tax-xiri għandu jkun ta’ EUR 168,40/100 kg.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-8 ta’ Mejju 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 7 ta’ Mejju 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 97, 16.4.2009, p. 13.

(3)  ĠU L 37, 7.2.2001, p. 100.


Top