Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document L:2009:004:FULL

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, L 4, 08 ta' Jannar 2009


Display all documents published in this Official Journal
 

ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 4

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 52
8ta' Jannar 2009


Werrej

 

I   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 7/2009 tas-7 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 8/2009 tas-7 ta’ Jannar 2009 li jistipula l-koeffiċjent ta' allokazzjoni applikabbli għat-talbiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqa mill-1 ta' Jannar 2009 sat-2 ta' Jannar 2009 skont is-subkwota III fil-kuntest tal-kwota tariffarja Komunitarja miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 1067/2008 għall-qamħ komuni ta' kwalità għajr dik superjuri

3

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 9/2009 tas-7 ta’ Jannar 2009 li jiffisa l-koeffiċjent ta' allokazzjoni applikabbli għat-talbiet għal liċenzji għall-importazzjoni mressqa mill-1 ta’ Jannar 2009 sat-2 ta’ Jannar 2009 fil-kuntest tal-kwota tariffarja Komunitarja mwaqqfa bir-Regolament (KE) Nru 969/2006 fir-rigward tal-qamħirrum

4

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 10/2009 tas-7 ta’ Jannar 2009 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 945/2008 għas-sena tas-suq 2008/2009

5

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 11/2009 tas-7 ta’ Jannar 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1347/2008 li jiffissa d-dazji ta’ l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali mill-1 ta’ Jannar 2009

7

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 12/2009 tas-7 ta’ Jannar 2009 li jiffissa l-koeffiċjent ta' allokazzjoni għall-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni li għalihom tressqet applikazzjoni minn tad-29 ta’ Diċembru 2008 sa tat-2 ta’ Jannar 2009 għal prodotti taz-zokkor fil-kuntest tal-kwoti tariffarji u tal-ftehimiet preferenzjali

10

 

 

II   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kummissjoni

 

 

2009/6/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Diċembru 2008 li temenda d-Deċiżjonijiet 2005/692/KE, 2005/731/KE, 2005/734/KE u 2007/25/KE dwar l-influwenza tat-tjur fir-rigward tal-perjodu tal-applikazzjoni tagħhom (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 8333)  ( 1 )

15

 

 

2009/7/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Diċembru 2008 dwar kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja għall-2008 rigward l-ispejjeż mġarrba mill-Greċja, Spanja u l-Italja għax-xiri u l-immodernizzar tal-bastimenti u l-inġenji tal-ajru użati għall-ispezzjoni u s-sorveljanza tal-attivitajiet tas-sajd (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 8431)

19

 

 

 

*

Nota lill-qarrej (Ara paġna 3 tal-qoxra)

s3

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

8.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 4/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 7/2009

tas-7 ta’ Jannar 2009

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu ta’ l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ ta' fit-8 ta’ Jannar 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 7 ta’ Jannar 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

MA

55,4

TR

96,4

ZZ

75,9

0707 00 05

JO

167,2

TR

146,2

ZZ

156,7

0709 90 70

MA

86,5

TR

153,2

ZZ

119,9

0805 10 20

BR

44,6

CL

44,1

EG

32,0

MA

56,3

TR

63,4

ZA

44,1

ZZ

47,4

0805 20 10

MA

64,2

ZZ

64,2

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

CN

54,4

IL

57,2

TR

70,8

ZZ

60,8

0805 50 10

MA

59,6

TR

59,6

ZZ

59,6

0808 10 80

CN

78,1

MK

39,4

US

106,7

ZZ

74,7

0808 20 50

CN

66,2

US

113,3

ZZ

89,8


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


8.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 4/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 8/2009

tas-7 ta’ Jannar 2009

li jistipula l-koeffiċjent ta' allokazzjoni applikabbli għat-talbiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqa mill-1 ta' Jannar 2009 sat-2 ta' Jannar 2009 skont is-subkwota III fil-kuntest tal-kwota tariffarja Komunitarja miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 1067/2008 għall-qamħ komuni ta' kwalità għajr dik superjuri

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta' liċenzji tal-importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1067/2008 (3) fetaħ kwota tariffarja annwali globali għall-importazzjoni ta' 2 989 240 tunnellata qamħ komuni ta' kwalità għajr dik superjuri. Din il-kwota tinqasam fi tliet subkwoti.

(2)

L-Artikolu 3(3) tar-Regolament (KE) Nru 1067/2008 jaqsam is-subkwota III (numru tas-serje 09.4125) f'erba' subperjodi trimestrali u ffissa l-kwantità ta' 594 597 tunnellata għas-subperjodu nru 1, għall-perjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu 2009.

(3)

Min-notifika skont l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1067/2008, jirriżulta li l-applikazzjonijiet imressqa mill-1 ta' Jannar 2009 sat-2 ta' Jannar 2009 fis-13:00, ħin ta’ Brussell, skont l-Artikolu 4(1), it-tieni inċiż, tar-Regolament imsemmi, jirrigwardaw kwantitajiet akbar minn dawk disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi determinat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji tal-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jkun applikat għall-kwantitajiet mitluba.

(4)

Jeħtieġ ukoll li ma jinħarġux aktar liċenzji għall-importazzjoni skont is-subkwota III msemmija fir-Regolament (KE) Nru 1067/2008 għas-subperjodu kurrenti tal-kwota,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Kull applikazzjoni għal liċenzja għall-importazzjoni fl-ambitu tas-subkwota III imsemmija fir-Regolament (KE) Nru 1067/2008, imressqa mill-1 ta' Jannar 2009 sat-2 ta' Jannar 2009 fis-13:00, ħin ta' Brussell, tagħti lok għall-ħruġ ta' liċenzja għall-kwantitajiet mitluba assenjati skont il-koeffiċjent ta' allokazzjoni ta' 0,979772 %.

2.   Il-ħruġ ta' liċenzji għall-kwantitajiet mitluba mit-2 ta' Jannar 2009 fis-13:00, ħin ta' Brussell, fl-ambitu tas-subkwota III msemmija fir-Regolament (KE) Nru 1067/2008, huwa sospiż għas-subperjodu kurrenti tal-kwota.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 7 ta’ Jannar 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

(3)  ĠU L 290, 31.10.2008, p. 3.


8.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 4/4


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 9/2009

tas-7 ta’ Jannar 2009

li jiffisa l-koeffiċjent ta' allokazzjoni applikabbli għat-talbiet għal liċenzji għall-importazzjoni mressqa mill-1 ta’ Jannar 2009 sat-2 ta’ Jannar 2009 fil-kuntest tal-kwota tariffarja Komunitarja mwaqqfa bir-Regolament (KE) Nru 969/2006 fir-rigward tal-qamħirrum

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta' prodotti agrikoli rregolati minn sistema ta' liċenzji ta' l-importazzjoni (2), u partikolarment l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 969/2006 (3) fetaħ kwota tariffarja annwali għall-importazzjoni ta' 242 074 tunnellata qamħirrum (numru tas-serje 09.4131).

(2)

L-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 969/2006 ffissa għal 121 037 tunnellata l-kwantità tas-subperjodu nru 1/ għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sat-30 ta’ Ġunju 2009.

(3)

Min-notifika konformi ma' l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 969/2006, jirriżulta li l-applikazzjonijiet imressqa mill-1 ta’ Jannar 2009 sat-2 ta’ Jannar 2009 fis-13:00, ħin ta' Brussell, skond l-Artikolu 4(1) tar-Regolament imsemmi, jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli. Jeħtieġ għalhekk li jiġi determinat sa liema limitu jistgħu jinħarġu l-liċenzji għall-importazzjoni, filwaqt li jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet mitluba.

(4)

Jeħtieġ ukoll li ma jinħarġux liċenzji ta' l-importazzjoni skond ir-Regolament (KE) Nru 969/2006 għas-subperjodu kurrenti tal-kwota,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Kull applikazzjoni għal liċenzja ta' l-importazzjoni ta' qamħirrum fil-kuntest tal-kwota msemmija fir-Regolament (KE) Nru 969/2006, imressqa mill-1 ta’ Jannar 2009 sat-2 ta’ Jannar 2009 fis-13:00, ħin ta' Brussell, tagħti lok għall-ħruġ ta' liċenzja għall-kwantitajiet mitluba assenjati skond il-koeffiċjent ta' allokazzjoni ta' 0,880928 %.

2.   Il-ħruġ ta' liċenzji għal kwantitajiet mitluba mit-2 ta’ Jannar 2009 fis-13:00, ħin ta' Brussell, huwa sospiż għas-subperjodu kurrenti tal-kwota.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 7 ta’ Jannar 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

(3)  ĠU L 176, 30.6.2006, p. 44.


8.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 4/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 10/2009

tas-7 ta’ Jannar 2009

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 945/2008 għas-sena tas-suq 2008/2009

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2008/2009 ġew stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 945/2008 (3). Dawn ilprezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1288/2008 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skond ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 945/2008 għas-sena tas-suq 2008/2009, huma b'dan mmodifikati skond l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-8 ta’ Jannar 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 7 ta’ Jannar 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

(3)  ĠU L 258, 26.9.2008, p. 56.

(4)  ĠU L 340, 19.12.2008, p. 15.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mit-8 ta’ Jannar 2009

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 11 10  (1)

23,46

4,57

1701 11 90  (1)

23,46

9,80

1701 12 10  (1)

23,46

4,38

1701 12 90  (1)

23,46

9,37

1701 91 00  (2)

25,19

12,77

1701 99 10  (2)

25,19

8,12

1701 99 90  (2)

25,19

8,12

1702 90 95  (3)

0,25

0,40


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.


8.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 4/7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 11/2009

tas-7 ta’ Jannar 2009

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1347/2008 li jiffissa d-dazji ta’ l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali mill-1 ta’ Jannar 2009

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/96 tat-28 ta' Ġunju 1996 dwar regoli ta' applikazzjoni (dazju ta' importazzjoni fis-settur taċ-ċereali) għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-dazji ta' l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali li huma applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2009 ġew iffissati bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1347/2008 (3).

(2)

Ġaladarba l-medja kkalkulata tad-dazji ta’ l-importazzjoni varjat b’EUR 5/t mid-dazju ffissat, jeħtieġ li jsir aġġustament korrispondenti tad-dazji ta' l-importazzjoni ffissati bir-Regolament (KE) Nru 1347/2008.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 1347/2008 għandu jiġi emendat skond dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi I u II għar-Regolament (KE) Nru 1347/2008 huma mibdula bit-test li jidher fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mit-8 ta’ Jannar 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 7 ta’ Jannar 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 161, 29.6.1996, p. 125.

(3)  ĠU L 348, 24.12.2008, p. 81.


ANNESS I

Dazji ta’ l-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 applikabbli mit-8 ta’ Jannar 2009

Kodiċi NK

Isem tal-merkanziji

Dazju ta' l-importazzjoni (1)

(EUR/t)

1001 10 00

QAMĦ iebes ta' kwalità għolja

0,00

ta' kwalità medja

0,00

ta' kwalità baxxa

0,00

1001 90 91

QAMĦ għaż-żrigħ

0,00

ex 1001 90 99

QAMĦ komuni ta' kwalità għolja, minbarra dak li hu taż-żrigħ

0,00

1002 00 00

SEGALA

27,40

1005 10 90

QAMĦIRRUM għaż-żrigħ minbarra dak ibridu

19,22

1005 90 00

QAMĦIRRUM minbarra dak taż-żrigħ (2)

19,22

1007 00 90

SORGU f'żerriegħa minbarra dik ibrida taż-żrigħ

27,40


(1)  Għall-prodotti li jaslu fil-Komunità mill-Oċean Atlantiku jew mill-Kanal ta' Suez (l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96) l-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis ta' dazju ta':

EUR 3 kull tunnellata, jekk il-port fejn jsir il-ħatt jinsab fil-baħar Mediterran, jew ta'

EUR 2 kull tunnellata, jekk il-port fejn isir il-ħatt jinsab fl-Irlanda, fir-Renju Unit, fid-Danimarka, fl-Estonja, fil-Latvja, fil-Litwanja, fil-Polonja, fil-Finlandja, fl-Iżvezja jew fuq il-kosta Atlantika tal-Peniżola Iberika.

(2)  L-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis fiss ta' EUR 24 kull tunnellata jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96 huma sodisfatti.


ANNESS II

Fatturi għall-kalkolu tad-dazji fl-Anness I

2.1.2009-6.1.2009

(1)

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:

(EUR/t)

 

Qamħ (1)

Qamħirrum

Qamħ iebes kwalità għolja

Qamħ iebes, kwalità medja (2)

Qamħ iebes kwalità baxxa (3)

Xgħir

Borża

Minnéapolis

Chicago

Kwotazzjoni

176,48

117,05

Prezz FOB USA

217,05

207,05

187,05

122,38

Tariffa fuq il-Golf

13,70

Tariffa fuq l-Għadajjar il-Kbar

28,08

(2)

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:

Merkanzija/Spejjeż Il-Golf tal-Messiku–Rotterdam

9,38  EUR/t

Merkanzija/Spejjeż L-Għadajjar il-Kbar–Rotterdam:

6,99  EUR/t


(1)  Tariffa pożittiva ta' EUR 14/t inkorporata [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].

(2)  Tariffa negattiva ta' EUR 10/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].

(3)  Tariffa negattiva ta' EUR 30/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].


8.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 4/10


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 12/2009

tas-7 ta’ Jannar 2009

li jiffissa l-koeffiċjent ta' allokazzjoni għall-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni li għalihom tressqet applikazzjoni minn tad-29 ta’ Diċembru 2008 sa tat-2 ta’ Jannar 2009 għal prodotti taz-zokkor fil-kuntest tal-kwoti tariffarji u tal-ftehimiet preferenzjali

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 950/2006 tat-28 ta' Ġunju 2006 li jistabbilixxi, għas-snin tas-suq 2006/2007, 2007/2008 u 2008/2009, regoli dettaljati għall-applikazzjoni għall-importazzjoni u l-irfinar ta' prodotti tas-settur taz-zokkor fil-kuntest ta' ċerti kwoti tariffarji u ċerti ftehimiet preferenzjali (2), u partikolarment l-Artikolu 5(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni tressqu lill-awtoritajiet kompetenti fil-perjodu minn tad-29 ta’ Diċembru 2008 sa tat-2 ta’ Jannar 2009 f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 950/2006 u/jew ir-Regolament (KE) Nru 508/2007 tas-7 ta’ Mejju 2007 li jiftaħ kwoti ta’ tariffi għall-importazzjonijiet fil-Bulgarija u r-Rumanija taz-zokkor tal-kannamieli mhux raffinat għal provvista lil raffineriji fis-snin ta’ kummerċjalizzazzjoni 2006/2007, 2007/2008 u 2008/2009 (3), għal kwantità totali li hija daqs, jew aktar minn, dik disponibbli għan-numru tas-serje 09.4346 (2008–2009).

(2)

F'dawn iċ-ċirkustanzi, il-Kummissjoni għandha tiffissa koeffiċjent ta' allokazzjoni sabiex jinħarġu liċenzji skont il-proporzjon tal-kwantità disponibbli u/jew tinforma lill-Istati Membri li jkun intlaħaq il-limitu li kien iffissat,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għall-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqa minn tad-29 ta’ Diċembru 2008 sa tat-2 ta’ Jannar 2009 f'konformità mal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 950/2006 u/jew l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 508/2007, għandhom jinħarġu liċenzji fil-limiti kwantitattivi stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 7 ta’ Jannar 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 1.

(3)  ĠU L 122, 11.5.2007, p. 1.


ANNESS

Zokkor Preferenzjali; l-AKP u l-Indja

Il-Kapitolu IV tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

Is-sena tas-suq 2008/09

Nru tas-serje

Pajjiż

% tal-kwantitajiet mitluba għall-ġimgħa minn 29.12.2008-2.1.2009

Limitu

09.4331

Il-Barbados

100

 

09.4332

Il-Beliż

100

 

09.4333

Il-Kosta tal-Avorju

100

 

09.4334

Ir-Repubblika tal-Kongo

100

 

09.4335

Il-Fiġi

100

 

09.4336

Il-Ġeorġja

100

 

09.4337

L-Indja

0

Intlaħqu

09.4338

Il-Ġamajka

100

 

09.4339

Il-Kenja

100

 

09.4340

Il-Madagaskar

100

 

09.4341

Il-Malawi

100

 

09.4342

Il-Mawrizju

100

 

09.4343

Il-Możambik

0

Intlaħqu

09.4344

Saint Kitts u Nevis

 

09.4345

Is-Surinam

 

09.4346

Is-Sważiland

60,3411

Intlaħqu

09.4347

It-Tanzanija

100

 

09.4348

Trinidad u Tobago

100

 

09.4349

L-Uganda

 

09.4350

Iż-Żambja

100

 

09.4351

Iż-Żimbabwe

100

 


Zokkor Preferenzjali; l-AKP u l-Indja

Il-Kapitolu IV tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

Is-sena tas-suq Lulju-Settembru 2009

Nru tas-serje

Pajjiż

% tal-kwantitajiet mitluba għall-ġimgħa minn 29.12.2008-2.1.2009

Limitu

09.4331

Il-Barbados

 

09.4332

Il-Beliż

 

09.4333

Il-Kosta tal-Avorju

 

09.4334

Ir-Repubblika tal-Kongo

 

09.4335

Il-Fiġi

 

09.4336

Il-Ġeorġja

 

09.4337

L-Indja

0

Intlaħqu

09.4338

Il-Ġamajka

 

09.4339

Il-Kenja

 

09.4340

Il-Madagaskar

 

09.4341

Il-Malawi

 

09.4342

Il-Mawrizju

 

09.4343

Il-Możambik

100

 

09.4344

Saint Kitts u Nevis

 

09.4345

Is-Surinam

 

09.4346

Is-Sważiland

 

09.4347

It-Tanzanija

 

09.4348

Trinidad u Tobago

 

09.4349

L-Uganda

 

09.4350

Iż-Żambja

 

09.4351

Iż-Żimbabwe

 


Zokkor kumplementari

Il-Kapitolu V tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

Is-sena tas-suq 2008/09

Nru tas-serje

Pajjiż

% tal-kwantitajiet mitluba għall-ġimgħa minn 29.12.2008-2.1.2009

Limitu

09.4315

L-Indja

 

09.4316

Pajjiżi firmatarji tal-Protokoll AKP

 


Zokkor konċessjonijiet CXL

Il-Kapitolu VI tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

Is-sena tas-suq 2008/2009

Nru tas-serje

Pajjiż

% tal-kwantitajiet mitluba għall-ġimgħa minn 29.12.2008-2.1.2009

Limitu

09.4317

L-Awstralja

0

Intlaħqu

09.4318

Il-Brażil

0

Intlaħqu

09.4319

Kuba

 

09.4320

Pajjiżi terzi oħra

0

Intlaħqu


Zokkor Balkani

Il-Kapitolu VII tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

Is-sena tas-suq 2008/2009

Nru tas-serje

Pajjiż

% tal-kwantitajiet mitluba għall-ġimgħa minn 29.12.2008-2.1.2009

Limitu

09.4324

L-Albanija

100

 

09.4325

Il-Bożnja u Ħerzegovina

0

Intlaħqu

09.4326

Is-Serbja u l-Kosovo (*)

100

 

09.4327

L-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

100

 

09.4328

Il-Kroazja

100

 


Zokkor ta’ importazzjoni eċċezzjonali u industrijali

Il-Kapitolu VIII tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

Is-sena tas-suq 2008/2009

Nru tas-serje

Tip

% tal-kwantitajiet mitluba għall-ġimgħa minn 29.12.2008-2.1.2009

Limitu

09.4380

Eċċezzjonali

 

09.4390

Industrijali

100

 


Zokkor APE supplimentari

Il-Kapitolu VIII bis tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

Is-sena tas-suq 2008/2009

Nru tas-serje

Pajjiż

% tal-kwantitajiet mitluba għall-ġimgħa minn 29.12.2008-2.1.2009

Limitu

09.4431

Il-Komoros, Il-Madagaskar, Il-Mawrizju, is-Seychelles, Iż-Żambja, iż-Żimbabwe

100

 

09.4432

Il-Burundi, il-Kenja, ir-Rwanda, it-Tanzanija, l-Uganda

100

 

09.4433

Is-Sważiland

100

 

09.4434

Il-Możambik

0

Intlaħqu

09.4435

Antigwa u Barbuda, il-Baħamas, il-Barbados, il-Beliż, Dominika, ir-Repubblika id-Dominikana, Grenada, il-Gujana, Ħaiti, il-Ġamajka, Saint Kitts u Nevis, Santa Luċija, u l-Grenadini, is-Surinam, it-Trinidad u Tobago

0

Intlaħqu

09.4436

Ir-Repubblika Dominikana

0

Intlaħqu

09.4437

Il-Fiġi, il-Papwa-Ginea Ġdida

100

 


L-importazzjoni taz-zokkor taħt il-kwoti tranżizzjonali tat-tariffi miftuħin għall-Bulgarija u r-Rumanija

L-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 508/2007

Is-sena tas-suq 2008/2009

Nru tas-serje

Tip

% tal-kwantitajiet mitluba għall-ġimgħa minn 29.12.2008-2.1.2009

Limitu

09.4365

Il-Bulgarija

0

Intlaħqu

09.4366

Ir-Rumanija

100

 


(*)  Hekk kif definit bir-Reżoluzjoni 1244 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ta' l-10 ta' Ġunju 1999.


II Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kummissjoni

8.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 4/15


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-17 ta’ Diċembru 2008

li temenda d-Deċiżjonijiet 2005/692/KE, 2005/731/KE, 2005/734/KE u 2007/25/KE dwar l-influwenza tat-tjur fir-rigward tal-perjodu tal-applikazzjoni tagħhom

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 8333)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/6/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar il-kontrolli veterinarji u żootekniċi li japplikaw fil-kummerċ intra-Komunitarju ta’ ċerti annimali ħajjin u prodotti ta’ oriġini żooloġika bi skop li jitlesta s-suq intern (1), u partikolarment l-Artikolu 10(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li jistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-kontrolli veterinarji fuq l-annimali deħlin fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li jemenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE (2), u partikolarment l-Artikolu 18(7) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KEE tat-18 ta’ Diċembru 1997 li jistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-kontrolli veterinarji fuq prodotti deħlin fil-Komunità minn pajjiżi terzi (3), u partikolarment l-Artikolu 22(6) tagħha,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar il-kondizzjonijiet meħtieġa għas-saħħa tal-annimali li japplikaw għall-ġarr mhux b’fini kummerċjali tal-annimali domestiċi u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE (4), u partikolarment l-Artikolu 18 tiegħu

Billi:

(1)

Il-Kummissjoni addottat numru ta’ miżuri relatati mal-influwenza tat-tjur wara l-epidemija ta’ din il-marda fil-Lvant tan-Nofsinhar tal-Asja li bdiet f’Diċembru 2003 u li ġiet ikkawżata minn virus ta’ patoġeniċità għolja tal-H5N1.

(2)

Dawk il-miżuri huma stabbiliti, partikolarment: fid-Deċiżoni tal-Kummissjoni 2005/692/KE tas-6 ta’ Ottubru 2005 li tikkonċerna miżura ta’ protezzjoni fir-rigward tal-influwenza tat-tjur f’bosta pajjiżi terzi (5); id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/731/KE tas-17 ta’ Ottubru 2005 li tistabbilixxi l-ħtiġijiet addizzjonali għas-sorveljanza ta’ influwenza tat-tjur f’għasafar salvaġġi (6); id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/734/KE tad-19 ta’ Ottubru 2005 li tistabbilixxi miżuri ta’ bijosigurtà sabiex jitnaqqas ir-riskju ta’ trasmissjoni tal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja kkawżata mis-sottotip H5N1 tal-virus A tal-Influwenza minn għasafar salvaġġi fl-ambjent naturali tagħhom għal tjur tal-irziezet u għasafar oħra mrobbija mill-bniedem u li tipprevedi sistema ta’ ditezzjoni minn kmieni f’żoni b’riskju partikolari (7); u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/25/KE tat-22 ta’ Diċembru 2006 fir-rigward ta’ ċerti miżuri ta’ ħarsien relatati mal-influwenza tat-tjur li għandha patoġeniċità għolja u l-movimenti ta’ għasafar domestiċi li huma akkumpanjati mis-sid tagħhom fil-Komunità (8).

(3)

Dawk id-Deċiżjonijiet japplikaw sal-31 ta’ Diċembru 2008.

(4)

Epidemiji tal-influwenza ta’ patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N1 qed ikomplu jiżbruffaw fost it-tjur tal-irziezet u l-għasafar slavaġ f’pajjiżi terzi. Barra minn hekk, għadhom iseħħu każi ta’ mard u anki ta’ mwiet ta’ nies b’riżultat ta’ kuntatt qarriebi ma’ tjur infettati f’pajjiżi mxerrdin mad-dinja kollha. Għalhekk għad hemm ir-riskju li l-marda tinfirex minn pajjiżi terzi għall-Istati Membri.

(5)

Għalhekk, barra milli nillimitaw ir-riskju dirett mill-importazzjoni tat-tjur, tal-prodotti mit-tjur u tal-għasafar domestiċi, huwa xieraq li nżommu mal-miżuri ta’ bijosigurtà biex b’hekk innaqqsu r-riskju tat-trasmissjoni tal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja kkawżata mis-sottotip H5N1 tal-virus A mill-għasafar slavaġ għall-għasafar tal-irziezet u għasafar oħra domestiċi u li nibqgħu nħaddmu s-sistemi ta’ ditezzjoni minn kmieni f’lokalitajiet ta’ riskju kbir.

(6)

Iż-żmien tal-applikazzjoni ta’ dawk id-Deċiżjonijiet għandu għalhekk jittawwal sal-31 ta’ Diċembru 2009.

(7)

Barra minn hekk, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 318/2007 tat-23 ta’ Marzu 2007 li tistipula l-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni ta’ ċerti għasafar fil-Komunità u l-kondizzjonijiet ta’ kwarantina tagħhom (9) iħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/666/KE (10) u jerġa’ jdaħħal il-kondizzjonijiet dwar il-kwarantina ta’ ċerti għasafar li jiġu importati ġol-Komunità kif inhu stabbilit f’dik id-Deċiżjoni.

(8)

Ir-referenzi attwali fid-Deċiżjoni 2007/25/KE għall-kondizzjonijiet stabbiliti fid-Deċiżjoni 2000/666/KE għalhekk għandhom jinbidlu bir-referenzi stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 318/2007.

(9)

Ghalhekk għandhom jiġu emendati d-Deċiżjonijiet 2005/692/KE, 2005/731/KE, 2005/734/KE u 2007/25/KE skond dan.

(10)

Il-miżuri stabbiliti f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali.

ADDOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 2005/692/KE, id-data tal-31 ta’ Diċembru 2008 qed tinbidel bid-data tal-31 ta’ Diċembru 2009.

Artikolu 2

Fl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2005/731/KE, id-data tal-31 ta’ Diċembru 2008 qed tinbidel bid-data tal-31 ta’ Diċembru 2009.

Artikolu 3

Fl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2005/734/KE, id-data tal-31 ta’ Diċembru 2008 qed tinbidel bid-data tal-31 ta’ Diċembru 2009.

Artikolu 4

Id-Deċiżjoni 2007/25/KE tiġi emendata kif imiss:

(1)

Fl-Artikolu 1(1), il-punt (b)(ii) qed jinbidel b’dan li ġej:

“(ii)

jinżammu fil-kwarantina għal 30 jum wara l-importazzjoni ġol-Istat Membru destinatarju f’postijiet approvati skond l-Artikolu 6(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 318/2007 (*), jew

(*)  ĠU L 84, 24.3.2007, p. 7.”"

(2)

Fl-Artikolu 6 id-data tal-31 ta’ Diċembru 2008 qed tinbidel bid-data tal-31 ta’ Diċembru 2009.

(3)

L-Anness II qed jinbidel bit-test tal-Anness ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 5

L-Istati Membri għandhom jieħdu passi immedjati biex jiġu konformi ma’ din id-Deċiżjoni u jippubblikaw dawk il-miżuri. Għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan minnufih.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 17 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 224, 18 8 1990, p. 29.

(2)  ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56.

(3)  ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9.

(4)  ĠU L 146, 13.6.2003, p. 1.

(5)  ĠU L 263, 8.10.2005, p. 20.

(6)  ĠU L 274, 20.10.2005, p. 93.

(7)  ĠU L 274, 20.10.2005, p. 105.

(8)  ĠU L 8, 13.1.2007, p. 29.

(9)  ĠU L 84, 24.3.2007, p. 7.

(10)  ĠU L 278, 31.10.2000, p. 26.


ANNESS

“ANNESS II

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

8.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 4/19


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-18 ta’ Diċembru 2008

dwar kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja għall-2008 rigward l-ispejjeż mġarrba mill-Greċja, Spanja u l-Italja għax-xiri u l-immodernizzar tal-bastimenti u l-inġenji tal-ajru użati għall-ispezzjoni u s-sorveljanza tal-attivitajiet tas-sajd

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 8431)

(it-testi bl-Ispanjol, bil-Grieg u bit-Taljan biss huma awtentiċi)

(2009/7/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 861/2006 tat-22 ta’ Mejju 2006 li jistabbilixxi miżuri finanzjarji Komunitarji għall-implimentazzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd u fil-qasam tal-Liġi tal-Baħar (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 21 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Istati Membri ppreżentaw lill-Kummissjoni l-programm annwali ta’ kontroll tas-sajd tagħhom għall-2008 flimkien mal-applikazzjonijiet għall-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja rigward l-ispejjeż li se jiġġarbu fit-twettiq tal-proġetti fi ħdan it-tali programm.

(2)

L-applikazzjonijiet li jikkonċernaw il-miżuri fil-qasam ta’ kontroll u infurzar elenkati fl-Artikolu 8(a) tar-Regolament (KE) Nru 861/2006 jistgħu jikkwalifikaw għall-finanzjament Komunitarju.

(3)

L-applikazzjonijiet għall-finanzjament Komunitarju jridu jkunu konformi mar-regoli stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 391/2007 tal-11 ta’ April 2007 li jistipula regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 861/2006 f’dak li jirrigwarda l-ispiża mġarrba mill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tas-sistemi ta’ monitoraġġ u kontroll applikabbli għall-Politika Komuni tas-Sajd (2). [Titlu mhux uffiċjali]

(4)

Huwa xieraq li jiġu ffissati l-ammonti massimi u r-rata tal-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja fil-limiti stabbiliti bl-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 861/2006 u li jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet li bihom tista’ tingħata kontribuzzjoni bħal din.

(5)

Huwa xieraq li tiġi ffissata data ta’ skadenza għat-talbiet ta’ rimborż mill-Istati Membri lill-Kummissjoni sabiex jitħaffef il-proċess tal-għeluq ta’ impenji pendenti.

(6)

Id-data ta’ skadenza għall-ħlasijiet li fir-rigward tagħhom qed jintalab rimborż għandha tikkunsidra r-regoli spjegati fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 391/2007 kif ukoll it-tul ta’ żmien medju tal-proġetti ffinanzjati.

(7)

Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/860/KE (3) dwar kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja għall-programmi ta’ kontroll, ta’ spezzjoni u ta’ sorveljanza tas-sajd tal-Istati Membri għall-2008 ġiet adottata fid-29 ta’ Ottubru 2008. Dik id-Deċiżjoni madankollu ma kinitx tinkludi l-proġetti ‘l fuq minn miljun ewro relatati għall-ispejjeż imġarrba mill-Greċja, Spanja u l-Italja għax-xiri u l-immodernizzar tal-bastimenti u l-inġenji tal-ajru tal-għassa użati għall-ispezzjoni u s-sorveljanza tal-attivitajiet tas-sajd. B’hekk huwa xieraq li jiġu ffissati l-ammonti massimi u r-rata tal-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja u li jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet li bihom tista’ tingħata kontribuzzjoni għal proġetti tali.

(8)

Mill-applikazzjonijiet sottomessi minn Spanja, żewġ proġetti finalment ġew posposti minn dak l-Istat Membru.

(9)

Żewġ applikazzjonijiet mill-Italja għandhom jiġu kkunsidrati mhux eliġibbli skont ir-regoli tal-akkwist pubbliku.

(10)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-suġġett

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi l-ammont massimu tal-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarju għall-2008, ir-rata tal-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja u l-kundizzjonijiet li bihom tista’ tingħata kontribuzzjoni għall-ispiża mġarrba mill-Greċja, Spanja u l-Italja fil-qafas ta’ proġetti ‘l fuq minn miljun ewro għax-xiri u l-immodernizzar tal-bastimenti u l-inġenji tal-ajru tal-għassa użati għall-ispezzjoni u s-sorveljanza tal-attivitajiet tas-sajd.

Artikolu 2

Ir-rata ta’ kontribuzzjoni

1.   L-ispiża relatata max-xiri u l-modernizzazzjoni tal-bastimenti u l-inġenji tal-ajru użati għall-ispezzjoni u s-sorveljanza tal-attivitajiet tas-sajd għandha tikkwalifika, fi ħdan il-limiti stabbiliti fl-Anness, għal kontribuzzjoni finanzjarja ta’ 50 % tal-ispiża eliġibbli mġarrba mill-Istati Membri.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja speċifikata għal kull Stat Membru fl-Anness hi kkalkulata abbażi tal-użu tal-bastimenti u l-inġenji tal-ajru għall-ispezzjoni u s-sorveljanza kkonċernati bħala persentaġġ tal-attività annwali totali tagħhom, kif iddikjarata mill-Istati Membri.

Artikolu 3

Għeluq tal-impenji pendenti

1.   L-Istati Membru għandhom jiżguraw li l-pagamenti kollha li għalihom qed jintalab rimborż jitħallsu mill-Istat Membru kkonċernat sat-30 ta’ Ġunju 2016. Il-pagamenti mħallsa mill-Istat Membru wara din id-data ta’ skadenza mhux se jkunu eliġibbli għar-rimborż.

2.   L-approprjazzjonijiet tal-baġit relatati mal-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja għall-proġetti tali għandhom jiġu diżimpenjati sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2017.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Ellenika, lir-Renju ta’ Spanja u lir-Repubblika Taljana.

Magħmula fi Brussell, 18 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Joe BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 160, 14.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 97, 12.4.2007, p. 30.

(3)  ĠU L 303, 14.11.2008, p. 13.


ANNESS

Il-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja mogħtija għax-xiri u l-immodernizzar tal-bastimenti u l-inġenji tal-ajru tal-għassa użati għall-ispezzjoni u s-sorveljanza tal-attivitajiet tas-sajd

L-Istat Membru

L-ispiża ppjanata fil-programm nazzjonali għall-kontroll tas-sajd

(EUR)

L-ispejjeż eliġibbli taħt din id-Deċiżjoni

(EUR)

Il-kontribuzzjoni Komunitarja

(Rata ta’ 50 %)

(EUR)

Il-Greċja

14 603 000

14 045 000

7 022 500

Spanja

44 225 546

12 476 320

6 238 160

L-Italja

52 500 000

24 000 000

12 000 000

It-total

111 328 546

50 521 320

25 260 660


8.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 4/s3


NOTA LILL-QARREJ

L-istituzzjonijiet iddeċidew li ma jikkwotawx aktar fit-testi tagħhom l-aħħar emenda ta' l-atti kkwotati.

Sakemm mhux indikat mod ieħor, l-atti mmsemija fit-testi ppubblikati hawn jirreferu għall-atti li bħalissa huma fis-seħħ.


Top