This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document L:2008:245:FULL
Official Journal of the European Union, L 245, 13 September 2008
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, L 245, 13 ta' Settembru 2008
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, L 245, 13 ta' Settembru 2008
ISSN 1725-5104 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 245 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 51 |
Werrej |
|
I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja |
Paġna |
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
||
|
* |
||
|
* |
|
|
II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja |
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
Kummissjoni |
|
|
|
2008/724/KE |
|
|
* |
Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Settembru 2008 li tippermetti lill-Istati Membri li jestendu l-awtorizzazzjonijiet proviżorji mogħtija għas-sustanzi attivi ġodda fluopicolide u pinoxaden (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 4732) ( 1 ) |
|
|
||
|
* |
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja
REGOLAMENTI
13.9.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 245/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 890/2008
tat-12 ta’ Settembru 2008
li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,
Billi:
Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu ta’ l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-13 ta’ Settembru 2008.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 12 ta’ Settembru 2008.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.
ANNESS
il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
(EUR/100 kg) |
||
Kodiċi NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur fiss ta' l-importazzjoni |
0702 00 00 |
MK |
24,7 |
ZZ |
24,7 |
|
0707 00 05 |
EG |
162,5 |
JO |
156,8 |
|
TR |
74,0 |
|
ZZ |
131,1 |
|
0709 90 70 |
TR |
93,2 |
ZZ |
93,2 |
|
0805 50 10 |
AR |
71,8 |
TR |
104,3 |
|
UY |
47,5 |
|
ZA |
79,7 |
|
ZZ |
75,8 |
|
0806 10 10 |
TR |
102,3 |
US |
158,2 |
|
ZZ |
130,3 |
|
0808 10 80 |
CL |
66,0 |
CN |
65,4 |
|
NZ |
103,3 |
|
US |
90,8 |
|
ZA |
79,3 |
|
ZZ |
81,0 |
|
0808 20 50 |
AR |
76,1 |
CN |
63,1 |
|
TR |
133,9 |
|
ZA |
99,3 |
|
ZZ |
93,1 |
|
0809 30 |
TR |
144,7 |
US |
182,4 |
|
ZZ |
163,6 |
|
0809 40 05 |
IL |
122,2 |
MK |
22,0 |
|
TR |
79,0 |
|
XS |
64,2 |
|
ZZ |
71,9 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.
13.9.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 245/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 891/2008
tal-11 ta’ Settembru 2008
li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-merluzz fiż-żoni I u IIb minn bastimenti li jtajru l-bandiera tar-Renju Unit
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd [tas-Sajd] (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta' kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni [għall-Politika Komuni tas-Sajd] (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/2008 tas-16 ta’ Jannar 2008 li jistabbilixxi għall-2008 l-opportunitajiet ta' sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati magħhom għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità, u għal bastimenti Komunitarji, f'ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti ta' qbid (3), jistabbilixxi l-kwoti għall-2008. |
(2) |
Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2008. |
(3) |
Jeħtieġ għalhekk li s-sajd għal dak l-istokk kif ukoll iż-żamma tiegħu abbord, it-trażbord u l-ħatt tiegħu l-art, jiġu pprojbiti, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Eżawriment tal-kwota
Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2008 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Projbizzjonijiet
Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih huwa pprojbit mid-data stipulata f'dak l-Anness. Wara dik id-data, għandhom ikunu pprojbiti wkoll iż-żamma abbord, it-trażbord u l-ħatt l-art ta' ħut mill-istokk imsemmi, maqbud minn dawk il-bastimenti.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 11 ta’ Settembru 2008.
Għall-Kummissjoni
Fokion FOTIADIS
Id-Direttur Ġenerali għas-Sajd u l-Affarijiet Marittimi
(1) ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.
(2) ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1.
ANNESS
Nru |
35/T&Q |
Stat Membru |
GBR |
Stokk |
COD/1/2B. |
Speċi |
Merluzz (Gadus morhua) |
Żona |
I u IIb |
Data |
14.8.2008 |
13.9.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 245/5 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 892/2008
tat-12 ta' Settembru 2008
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 950/2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati ta’ applikazzjoni għas-snin tal-kummerċ 2006/2007, 2007/2008 u 2008/2009 għall-importazzjoni u r-raffinar tal-prodotti taz-zokkor skond ċerti kwoti tariffarji u ftehimiet preferenzjali
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 tal-20 ta’ Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor [titlu mhux uffiċjali] (1), u partikolarment l-Artikolu 40(1)(e)(iii) tiegħu,
Billi:
(1) |
Bid-Deċiżjonijiet 2007/626/KE (2) u 2007/627/KE (3) il-Kunsill iddeċieda li, f’isem il-Komunità, tirtira l-Ftehim ma’ l-Indja dwar iz-zokkor tal-kannamiela (“Ftehim mal-Indja”) (4), u l-Protokoll 3 dwar iz-Zokkor tal-Istati AKP li jidher fil-Konvenzjoni ta’ Lomé bejn l-AKP u l-KEE ffirmata fit-28 ta’ Frar 1975 u d-dikjarazzjonijiet korrispondenti mehmuża ma’ dik il-Konvenzjoni, li jinsabu fil-Protokoll 3 mehmuż ma’ l-Anness V għall-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE ffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000 (5) (“Protokoll 3 fuq iz-zokkor tal-Istati AKP”), rispettivament, b’seħħ mill-1 ta’ Ottubru 2009. Għalhekk, ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 950/2006 (6) jeħtiġilhom jiġu adattati sabiex tiġi kkunsidrata s-sitwazzjoni legali l-ġdida. |
(2) |
L-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 ta’ l-20 ta’ Diċembru 2007 li japplika l-arranġamenti għall-prodotti li joriġinaw f’ċerti stati li huma parti mill-Grupp ta’ Stati Afrikani, Karibej u Paċifiċi (AKP) previsti fi ftehimiet li jistabbilixxu, jew li jwasslu biex jiġu stabbiliti, Ftehimiet ta’ Sħubija Ekonomika (7), jiftaħ kwoti tar-rati tariffarji addizzjonali għall-prodotti tat-titolu tat-tariffa 1701 għall-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2008 sat-30 ta’ Settembru 2009. Ir-Regolament (KE) Nru 950/2006 għalhekk jeħtieġlu wkoll jiġi adattat fid-dawl ta’ dawk il-kwoti addizzjonali. |
(3) |
Il-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika ta’ l-Albanija, min-naħa l-oħra, ġie ffirmat fil-Lussemburgu fit-12 ta’ Ġunju 2006. Sakemm jitlestew il-proċeduri meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tiegħu, ġie ffirmat u konkluż Ftehim Interim li jkopri l-kummerċ u kwistjonijiet relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa, u r-Repubblika ta’ l-Albanija, min-naħa l-oħra (8) u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Diċembru 2006. Il-konċessjonijiet kummerċjali bilaterali fuq in-naħa tal-Komunità huma ekwivalenti għall-konċessjonijiet applikabbli fi ħdan il-miżuri awtonomi unilaterali tal-kummerċ skond ir-Regolament (KE) Nru 2007/2000. Madankollu, id-definizzjonijiet fl-Artikoli 1 u 2 tar-Regolament (KE) Nru 950/2006 għandhom jikkunsidraw din is-sitwazzjoni legali ġdida. |
(4) |
Il-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, kif ukoll il-Bożnija u Ħerzegovina, min-naħa l-oħra, ġie ffirmat fil-Lussemburgu fis-16 ta’ Ġunju 2008. Sakemm jitlestew il-proċeduri meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tiegħu, ġie ffirmat u konkluż Ftehim Interim li jkopri l-kummerċ u kwistjonijiet relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa, u l-Bożnija-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra (9) u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2008. Il-konċessjonijiet kummerċjali bilaterali fuq in-naħa tal-Komunità huma ekwivalenti għall-konċessjonijiet applikabbli fi ħdan il-miżuri awtonomi unilaterali tal-kummerċ skont ir-Regolament (KE) Nru 2007/2000. Madankollu, id-definizzjonijiet fl-Artikoli 1 u 2 tar-Regolament (KE) Nru 950/2006 għandhom jikkunsidraw din is-sitwazzjoni legali ġdida. |
(5) |
L-Artikolu 4(5) tar-Regolament (KE) Nru 950/2006 jiddetermina l-ewwel perjodu għat-tressiq tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni. Għall-perjodu tat-tqassim bejn l-1 ta’ Lulju 2009 u t-30 ta’ Settembru 2009, għandu jingħata biżżejjed żmien lill-operaturi sabiex jorganizzaw il-kummerċ. Għalhekk l-ewwel perjodu għat-tressiq tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni għandu jibda mill-ewwel wara l-pubblikazzjoni tal-obbligi għat-tqassim għal dak il-perjodu. |
(6) |
Il-Protokoll 3 fuq iz-zokkor tal-AKP u l-Ftehim mal-Indja mhux se jibqa’ jorbot lill-Komunità wara t-30 ta’ Settembru 2009. Għalhekk, it-talbiet għal-liċenzji tal-importazzjoni għandhom jiġu ppreżentati sa mhux iktar tard mit-18 ta’ Settembru 2009. L-Artikolu 4(5) tar-Regolament (KE) Nru 950/2006 għandu jiġi emendat skond dan. |
(7) |
F’każ fejn l-applikazzjonijiet tal-liċenzji jilħqu jew jaqbżu l-kwantità ta’ wieħed mill-obbligi tat-tqassim, l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 950/2006 jipprovdi għall-iffissar ta’ koeffiċjent ta’ allokazzjoni mill-Kummissjoni. Ladarba l-Protokoll 3 fuq iz-zokkor tal-AKP u l-Ftehim ma’ l-Indja ma jibqax jorbot lill-Komunità wara t-30 ta’ Settembru 2009, il-flessibiltà provduta għall-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni għaz-zokkor tal-AKP/tal-Indja m’għandhiex tapplika għall-aħħar żewġ perjodi ta’ tqassim. Il-komunikazzjoni ta’ kwantitajiet li huma importati u li tidher fl-Artikolu 8(a) tar-Regolament (KE) Nru 950/2006 hija użata biex jiġi kkalkulat it-trasferiment ta’ kwantitajiet eċċessivi eventwali għall-perjodu tat-tqassim li ġej. Iż-żmien ta’ skadenza għal din il-komunikazzjoni huwa ta’ tliet xhur u għalhekk l-informazzjoni meħtieġa għall-kalkolu mhix se tkun disponibbli. Għalhekk, fil-każ fejn l-applikazzjonijiet tal-liċenzja jilħqu jew jaqbżu l-kwantità ta’ wieħed mill-obbligi tat-tqassim għall-perjodu tat-tqassim 2008/2009 u l-perjodu tat-tqassim bejn l-1 ta’ Lulju 2009 u t-30 ta’ Settembru 2009, hemm bżonn li jiġi ffissat koeffiċjent ta’ allokazzjoni. |
(8) |
L-Artikolu 50(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 129/2000 tad-9 ta’ Ġunju 2000 li jistipula regoli komuni dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji ta’ l-importazzjoni u tal-esportazzjoni u ċertifikati għall-iffissar bil-quddiem għal prodotti agrikoli (10), għandu japplika, għar-raġunijiet imsemmija hawn fuq, fir-rigward ta’ l-importazzjonijiet taz-zokkor tal-AKP/tal-Indja fir-rigward tal-perjodu tat-tqassim bejn l-1 ta’ Lulju 2009 u t-30 ta’ Settembru 2009. Għalhekk, id-deroga minn dik id-dispożizzjoni pprovduta fl-Artikolu 15(3) tar-Regolament (KE) Nru 950/2006, m’għandhiex tapplika fir-rigward ta’ dak il-perjodu għat-tqassim. |
(9) |
L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni jeħtieġu l-indikazzjoni tal-perjodu għat-tqassim fil-kaxxa 20 tagħhom. Għal raġunijiet ta’ ċarezza, għandu jissemma b’mod speċifiku l-perjodu għat-tqassim bejn l-1 ta’ Lulju 2009 u t-30 ta’ Settembru 2009. |
(10) |
Il-preferenzi kummerċjali mhux reċiproċi li jinsabu fl-Anness V għall-Ftehim ta’ Sħubija ffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000 bejn il-membri tal-grupp ta’ Stati tal-Afrika, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, skadew fil-31 ta’ Diċembru 2007. Għalhekk, l-evidenza tal-oriġini maħruġa skont l-Artikolu 14 tal-Protokoll 1 mehmuż ma’ l-Anness V għall-Ftehim tas-Sħubija AKP-KE m’għadux japplika għall-pajjiżi li mhumiex inklużi fl-Anness 1 għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007. Madankollu, il-preferenza mogħtija skont il-Protokoll 3 dwar iz-zokkor tal-AKP tibqa’ tapplika sat-30 ta’ Settembru 2009. Għalhekk, fil-ħin tal-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni għaz-zokkor tal-AKP/tal-Indja, għandu jiġi ppreżentat ukoll dokument maħruġ mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż ta’ esportazzjoni. Kif kien s’issa, il-pajjiżi li jesportaw għandhom jibqgħu joħorġu dokument li jkun differenti mil-liċenzja ta’ esportazzjoni msemmija fl-Artikoli 16(2) u 21(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 950/2006. Għalhekk, għandhom isiru dispożizzjonijiet għall-possibbiltà li jinħareġ dokument alternattiv bħal dan ibbażat fuq l-istess mudell bħala l-prova tal-oriġini maħruġa fil-passat. |
(11) |
L-Artikolu 16(3) tar-Regolament (KE) Nru 950/2006 jiddetermina l-validità tal-liċenzji ta’ l-importazzjoni għaz-zokkor tal-AKP/tal-Indja. Fir-rigward tal-perjodu għat-tqassim li jibda fl-1 ta’ Lulju 2009, id-data li fiha tibda l-validità ta’ tliet xhur għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni għar-raffinar, għandha titressaq għall-1 ta’ Lulju 2009 sabiex tirrifletti l-fatt li dan il-perjodu ta’ tqassim 2008/2009 se jintemm fit-30 ta’ Settembru 2009. |
(12) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 407/2008 tas-7 ta’ Mejju 2008 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2000 li jintroduċi ċerti miżuri kummerċjali ta’ eċċezzjoni għal pajjiżi u territorji li jipparteċipaw fi, jew li huma marbutin mal-proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (11) ineħħi lill-Montenegro mil-lista tal-benefiċjarji tal-konċessjonijiet tariffarji previsti fl-Artikolu 4(4) tiegħu. L-Artikolu 28 u l-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 950/2006 għandu jiġi emendat skond dan. |
(13) |
L-esperjenza miksuba fl-ewwel sentejn tal-ġestjoni tal-produzzjoni barra mill-kwota, u b’mod speċjali z-zokkor industrijali, turi bżonn għall-flessibbiltà kemm għall-produtturi kif ukoll għall-proċessuri taz-zokkor industrijali. Il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 30(2) tar-Regolament (KE) Nru 950/2006 sabiex tiġi determinata l-kwantità taz-zokkor industrijali li għalih l-applikazzjoni tad-dazji ta’l-importazzjoni kollha jew parti minnhom trid tiġi sospiża, m’għadhomx jinħtieġu u għandhom jiġu mħassra. |
(14) |
Jekk il-liċenzja ta’ importazzjoni għall-importazzjoni taz-zokkor industrijali tiġi trasferita, l-obbligu biex jiġu pproċessati l-kwantitajiet importati fil-prodotti msemmija fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 967/2006 għandhom jibqgħu għand min kellu l-liċenzja tal-importazzjoni fil-bidu. L-Artikolu 6(4) għandu jiġi emendat skond dan. |
(15) |
It-talbiet għal-liċenzji tal-importazzjoni għandhom ikunu ristretti għal proċessuri taz-zokkor industrijali. Proċessuri bħal dawn mhux bilfors ikunu involuti fil-kummerċ ma’ pajjiżi terzi. Għalhekk, huwa neċessarju li tiġi provduta deroga korrispondenti mill-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li tistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta’ prodotti agrikoli ġestiti minn sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni [titlu mhux uffiċjali] (12). |
(16) |
Ladarba l-importazzjoni taz-zokkor industrijali tista’ tintuża biss għal skopijiet ta’ produzzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 967/2006 tad-29 ta’ Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 rigward il-produzzjoni taz-zokkor li jaqbeż il-kwota (13), id-dispożizzjonijiet fuq il-ġestjoni tal-materja prima industrijali u l-obbligi fuq il-proċessuri stabbiliti minn dak ir-Regolament għandhom japplikaw għall-kwantitajiet importati. |
(17) |
Skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007, il-kwoti tar-rati tariffarji addizzjonali disponibbli skont dik id-dispożizzjoni għandhom jinqasmu bejn ir-reġjuni skond il-kwantitajiet li jridu jiġu determinati skond il-ftehimiet li jikkwalifikaw ir-reġjuni jew stati għall-inklużjoni fl-Anness I għal dak ir-Regolament. Il-bidu ta’ dawn il-ftehimiet bejn ċerti reġjuni u stati, minn naħa, u l-Komunità Ewropea, min-naħa l-oħra, ikkwalifika dawn ir-reġjuni u stati għall-inklużjoni fl-Anness I imsemmi. Il-kwantitajiet tal-kwoti tar-rati tariffarji addizzjonali huma determinati f’dawn il-ftehimiet. |
(18) |
Dawk il-kwoti tar-rati tariffarji addizzjonali għandhom jinfetħu u jiġu amministrati skont ir-Regolament (KE) Nru 950/2006. Għalhekk huwa xieraq li jingħataw il-kwantitajiet lill-pajjiżi, jew reġjuni, suġġetti għall-prekundizzjoni li dawk il-pajjiżi huma msemmija fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1528/2007. Kwantitajiet bħal dawn jistgħu jingħataw lil pajjiżi speċifiċi fihom infushom kif ukoll bħala parti minn reġjun. Ċerti speċifiċitajiet li jirrigwardaw l-informazzjoni li għandu jkun hemm fl-applikazzjonijiet tal-liċenzji u fil-liċenzji nfushom għandhom jiġu stabbiliti. |
(19) |
Il-liċenzji ta’ l-esportazzjoni għal esportazzjonijiet li mhumiex preferenzjali ġew użati biex japplikaw għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni preferenzjali. Għalhekk, il-liċenzja ta’ l-esportazzjoni msemmija fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 950/2006 għandha turi b’mod ċar li l-liċenzja tirrigwarda l-esportazzjonijiet taz-zokkor preferenzjali lill-UE. |
(20) |
Ir-Regolament (KE) Nru 950/2006 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan. |
(21) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni taz-Zokkor, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 950/2006 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
L-Artikolu 2, huwa emendat kif ġej:
|
(3) |
Fl-Artikolu 4(5), jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin: “Għall-perjodu tat-tqassim li jibda fl-1 ta’ Lulju 2009, l-ewwel perjodu għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni għandu jibda nhar it-Tnejn wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament li jiddetermina l-obbligi tat-tqassim għal dan il-perjodu. Għaz-zokkor tal-AKP/tal-Indja, l-aħħar jum għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni għandu jkun it-18 ta’ Settembru 2009.”. |
(4) |
Fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(3), tiżdied is-sentenza li ġejja: “Madankollu, dan is-subparagrafu m’għandux japplika għall-perjodu tat-tqassim 2008/2009 u l-perjodu tat-tqassim li jibda fl-1 ta’ Lulju 2009.”. |
(5) |
Fl-Artikolu 6(4), it-tieni inċiż jinbidel b’dan li ġej: “L-obbligi għall-importazzjoni, għar-raffinar jew għall-ipproċessar taz-zokkor industrijali impurtat mhumiex trasferibbli.”. |
(6) |
Fl-Artikolu 15(3), is-subparagrafu li ġej huwa miżjud: “Madankollu, dan is-subparagrafu m’għandux japplika għall-perjodu tat-tqassim 2008/2009 u l-perjodu tat-tqassim li jibda fl-1 ta’ Lulju 2009.”. |
(7) |
L-Artikolu 16, huwa emendat kif ġej:
|
(8) |
Fl-Artikolu 17 il-paragrafi 1 u 2 jinbidlu b’dan li ġej: “1. Ma’ l-importazzjoni, l-awtoritajiet tad-dwana jirċievu dokument li jkollu:
2. Id-dokument imsemmi fil-paragrafu 1 li fih id-deskrizzjoni taz-zokkor li jidħol fil-kodiċi NM 1701 99 jista’ jintuża, fejn hu xieraq, għall-importazzjoni taz-zokkor li jidħol fil-kodiċi NM 1701 11.”. |
(9) |
Punt (a) tal-Artikolu 21(2) jinbidel b’dan li ġej:
|
(10) |
L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 22(1) jinbidel b’dan li ġej: “Ma’ l-importazzjoni, l-awtoritajiet tad-dwana jirċievu dokument li jkollu:”. |
(11) |
Fl-Artikolu 28(2), it-tielet inċiż jinbidel b’dan li ġej:
|
(12) |
Fl-Artikolu 30, il-paragrafu 2 jitħassar. |
(13) |
Jiġu mdaħħla l-Artikoli 30a sa 30d li ġejjin: “Artikolu 30a Il-prodotti importati bħala zokkor industrijali tal-importazzjoni għandhom jintużaw għal skopijiet ta’ produzzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 967/2006 (****). Artikolu 30b B’deroga tal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni għaz-zokkor industrijali tal-importazzjoni jistgħu jiġu ppreżentati mill-proċessuri biss fis-sens tal-Artikolu 2(d) tar-Regolament (KE) Nru 967/2006. Artikolu 30c L-Artikoli 11, 12 u 13 tar-Regolament (KE) Nru 967/2006 għandhom japplikaw għall-importazzjonijiet taz-zokkor industrijali tal-importazzjoni. Artikolu 30d 1. Proċessur għandu jipprovdi evidenza, għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru, li l-kwantitajiet importati bħala zokkor industrijali tal-importazzjoni intużaw għall-għanijiet tal-produzzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 967/2006 u skont l-approvazzjoni msemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 967/2006. L-evidenza għandha tikkonsisti fl-irrekordjar kompjuterizzat fir-rekords waqt jew fi tmiem il-proċess tal-produzzjoni tal-kwantitajiet tal-prodotti kkonċernati. 2. Jekk il-proċessuri ma jkunux fornew l-evidenza msemmija fil-paragrafu 1 sa tmiem is-seba’ xahar wara x-xahar ta’ l-importazzjoni, għandhom iħallsu, għal kull jum ta’ dewmien, somma ta’ EUR 5 għal kull tunnellata tal-kwantità kkonċernata. 3. Jekk il-proċessuri ma jkunux fornew l-evidenza msemmija fil-paragrafu 1 sa tmiem id-disa’ xahar wara x-xahar ta’ l-importazzjoni, il-kwantità kkonċernata għandha titqies li hija sovraddikjarata fis-sens tal-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 967/2006. |
(14) |
Jiddaħħal il-Kapitolu VIIIa li ġej: “KAPITOLU VIIIa IZ-ZOKKOR EPA ADDIZZJONALI Artikolu 31a Il-kwantitajiet disponibbli taħt il-kwoti tar-rati tariffarji addizzjonali miftuħa għall-prodotti bl-intestatura tat-tariffa 1701 għall-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2008 sat-30 ta’ Settembru 2009 skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007 għandhom jiġu allokati kif ġej:
Artikolu 31b 1. L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni u l-liċenzji għandu jkollhom l-annotazzjonijiet li ġejjin:
2. Ma’ l-applikazzjonijiet għal-liċenzja ta’ l-importazzjoni għandu jkun hemm l-oriġinali tal-liċenzja ta’ l-esportazzjoni maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż li jesporta jew wieħed mill-pajjiżi li jesportaw skond il-mudell fl-Anness II għal dan ir-Regolament għal kwantità daqs dik li hemm fl-applikazzjoni għal-liċenzja. Din il-liċenzja ta’ l-esportazzjoni tista’ tinbidel ma’ kopja ċertifikata maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż li jesporta, tal-evidenza tal-oriġini msemmija fit-Titolu IV tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007.” |
(15) |
L-Annessi għandhom jiġu emendati kif ġej:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum mill-publikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 12 ta’ Settembru 2008.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(2) ĠU L 255, 29.9.2007, p. 37.
(3) ĠU L 255, 29.9.2007, p. 38.
(4) ĠU L 190, 23.7.1975, p. 36.
(5) ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.
(7) ĠU L 348, 31.12.2007, p. 1.
(9) ĠU L 169, 30.6.2008, p. 10.
(10) ĠU L 152, 24.6.2000, p. 1.
(11) ĠU L 122, 8.5.2008, p. 7.
(12) ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.
(13) ĠU L 176, 30.6.2006, p. 22.
ANNESS I
L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 950/2006 huwa emendat kif ġej:
(1) |
It-tabella li tirrigwarda z-zokkor tal-Balkani tinbidel b’dan li ġej: “In-numri tas-serje għaz-zokkor tal-Balkani
|
(2) |
It-tabella li ġejja ġiet miżjuda: “In-numri tas-serje għaz-zokkor Addizzjonali tal-EPA
|
ANNESS II
“ANNESS II
Il-liċenzja mudell ta' l-esportazzjoni msemmija fl-Artikoli 16(2), 21(2)(a), 29(2) u 31b(2)
Test ta 'immaġni
Anness III
“Anness IIa
Il-mudell għaċ-ċertifikat taċ-ċaqliq EUR.1 imsemmi fl-Artikoli 16(2) u 21(2)(a)
Test ta 'immaġni
ANNESS IV
Fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 950/2006, ġiet miżjuda il-parti li ġejja:
J. Annotazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 31b(1)(c):
— |
: |
bil-Bulgaru |
: |
Приложение на Регламент (ЕО) № 950/2006, допълнителна захар по СИП. Пореден номер [поредният номер се вписва съгласно приложение I] |
— |
: |
bl-Ispanjol |
: |
Aplicación del Reglamento (CE) no 950/2006, azúcar adicional AAE. Número de orden (insértese con arreglo al anexo I) |
— |
: |
biċ-Ċek |
: |
Podle nařízení (ES) č. 950/2006, dodatečný cukr podle dohody o hospodářském partnerství. Pořadové číslo (pořadové číslo vložte podle přílohy I) |
— |
: |
bid-Daniż |
: |
Anvendelse af forordning (EF) nr. 950/2006, supplerende ØPA-sukker. Løbenummer [løbenummer indsættes ifølge bilag I] |
— |
: |
bil-Ġermaniż |
: |
Anwendung der Verordnung (EG) Nr. 950/2006, zusätzlicher WPA-Zucker. Laufende Nummer [laufende Nummer gemäß Anhang I einfügen] |
— |
: |
bl-Estonjan |
: |
Kohaldatakse määrust (EÜ) nr 950/2006, majanduspartnerluslepingute alusel tarnitav lisasuhkur. Järjekorranumber [lisatakse vastavalt I lisale] |
— |
: |
bil-Grieg |
: |
Εφαρμογή του κανονισμού (ΕΚ) αριθ. 950/2006, πρόσθετη ζάχαρη ΣΟΕΣ: αύξων αριθμός [συμπληρώνεται ο αύξων αριθμός σύμφωνα με το παράρτημα Ι] |
— |
: |
bl-Ingliż |
: |
Application of Regulation (EC) No 950/2006, additional EPA sugar. Order No [order number to be inserted in accordance with Annex I], |
— |
: |
bil-Franċiż |
: |
Application du règlement (CE) no 950/2006, sucre APE supplémentaire. Numéro d’ordre [numéro d’ordre à insérer conformément à l’annexe I] |
— |
: |
bit-Taljan |
: |
Applicazione del regolamento (CE) n. 950/2006, zucchero APE supplementare. Numero d’ordine (inserire in base all’allegato I) |
— |
: |
bil-Latvjan |
: |
Regulas (EK) Nr. 950/2006 piemērošana, papildu EPA cukurs. Sērijas Nr. (sērijas numurs ir jāievieto saskaņā ar I pielikumu) |
— |
: |
bil-Litwan |
: |
Taikomas Reglamentas (EB) Nr. 950/2006, papildomas EPS cukrus. Eilės numeris [eilės numeris įrašytinas pagal I priedą] |
— |
: |
bl-Ungeriż |
: |
A 950/2006/EK rendelet alkalmazása, kiegészítő GPA-cukor. Tételszám [a tételszámot az I. mellékletnek megfelelően kell beilleszteni] |
— |
: |
bil-Malti |
: |
Applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 950/2006, zokkor addizzjonali tal-EPA. Nru ta' l-Ordni [numru ta' l-ordni li jrid jiddaħħal skond l-Anness I] |
— |
: |
bl-Olandiż |
: |
Aanvraag in het kader van Verordening (EG) nr. 950/2006, aanvullende EPO-suiker. Volgnr. [in te vullen overeenkomstig bijlage I] |
— |
: |
bil-Pollakk |
: |
Zastosowanie rozporządzenia (WE) nr 950/2006, dodatkowy cukier z umów o partnerstwie gospodarczym. Numer porządkowy [numer porządkowy zostanie wpisany zgodnie z załącznikiem I] |
— |
: |
bil-Portugiż |
: |
Aplicação do Regulamento (CE) n.o 950/2006, açúcar APE suplementar. Número de ordem [número de ordem a inserir de acordo com o anexo I] |
— |
: |
bir-Rumen |
: |
Aplicarea Regulamentului (CE) nr. 950/2006, zahăr APE suplimentar. Nr. de ordine [se introduce numărul de ordine în conformitate cu anexa I] |
— |
: |
bis-Slovakk |
: |
Uplatňovanie nariadenia (ES) č. 950/2006, dodatočný cukor podľa DHP. Poradové č. [poradové číslo sa vkladá podľa prílohy I] |
— |
: |
bis-Sloven |
: |
Uporaba Uredbe (ES) št. 950/2006, dodatni sladkor v okviru sporazuma o gospodarskem partnerstvu. Zaporedna številka: [vstaviti zaporedno številko v skladu s Prilogo I] |
— |
: |
bil-Finlandiż |
: |
Asetuksen (EY) N:o 950/2006 soveltaminen, talouskumppanuussopimuksen mukainen lisäsokeri. Järjestysnumero [lisätään järjestysnumero liitteen I mukaisesti] |
— |
: |
bl-Iżvediż |
: |
Tillämpning av förordning (EG) nr 950/2006, tilläggssocker enligt ekonomiskt partnerskapsavtal (EPA). Löpnummer [löpnummer ska införas i enlighet med bilaga I].” |
II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja
DEĊIŻJONIJIET
Kummissjoni
13.9.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 245/15 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-8 ta’ Settembru 2008
li tippermetti lill-Istati Membri li jestendu l-awtorizzazzjonijiet proviżorji mogħtija għas-sustanzi attivi ġodda fluopicolide u pinoxaden
(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 4732)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2008/724/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju tal-1991 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u partikolarment ir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 8(1) tagħha,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE, f’Mejju 2004 ir-Renju Unit irċieva applikazzjoni mingħand Bayer CropScience għall-inklużjoni tas-sustanza attiva fluopicolide fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/778/KE (2) kkonfermat li d-dossier kien komplet u li seta’ jitqies bħala wieħed li jissodisfa, fil-prinċipju, ir-rekwiżiti tad-data u tal-informazzjoni tal-Annessi II u III ta’ dik id-Direttiva. |
(2) |
F’Marzu 2004, ir-Renju Unit irċieva applikazzjoni minn Syngenta Ltd li tikkonċerna l-pinoxaden. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/459/KE (3) kkonfermat li d-dossier kien komplet u li seta’ jitqies bħala wieħed li jissodisfa, fil-prinċipju, ir-rekwiżiti tad-data u tal-informazzjoni tal-Annessi II u III ta’ dik id-Direttiva. |
(3) |
Il-konferma tal-kompletezza tad-dokumenti kienet meħtieġa sabiex dawn setgħu jiġu eżaminati fid-dettall u sabiex l-Istati Membri seta’ jkollhom il-possibiltà li jagħtu awtorizzazzjonijiet proviżorji, għall-perjodi sa tliet snin, għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom is-sustanzi attivi kkonċernati, filwaqt li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 91/414/KEE u, b’mod partikolari, il-kundizzjoni dwar l-evalwazzjoni dettaljata tas-sustanza attiva u tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti fid-dawl tar-rekwiżiti stipulati minn dik id-Direttiva. |
(4) |
L-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent ta’ dawn is-sustanzi attivi ġew studjati skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6(2) u (4) tad-Direttiva 91/414/KEE għall-użu propost mill-applikanti. L-Istat Membru relatur ressaq l-abbozzi tar-rapporti evalwattivi lill-Kummissjoni fit-12 ta’ Diċembru 2005 (fluopicolide) u fit-30 ta’ Novembru 2005 (pinoxaden). |
(5) |
Wara li tressqu l-abbozzi tar-rapporti evalwattivi mill-Istat Membru relatur, instab li kien hemm il-ħtieġa li tintalab iktar informazzjoni mill-applikanti u li l-Istat Membru relatur jeżamina dik l-informazzjoni u jressaq l-evalwazzjoni tiegħu. Għalhekk, l-eżaminazzjoni tad-dossiers għadha għaddejja u mhux se jkun possibbli li l-evalwazzjoni titlesta fil-qafas ta’ żmien stipulat fid-Direttiva 91/414/KEE. |
(6) |
Minħabba li l-evalwazzjoni li saret s’issa għadha ma identifikat l-ebda ħjiel ta’ problema immedjata, l-Istati Membri għandhom jingħataw il-possibbiltà li jġeddu l-awtorizzazzjonijiet proviżorji mogħtija għall-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li fihom is-sustanzi attivi kkonċernati għal perjodu ta’ 24 xahar skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tad-Direttiva 91/414/KEE, u dan sabiex tkun tista’ titkompla l-eżaminazzjoni tad-dossiers. Huwa mistenni li l-proċess ta’ evalwazzjoni u ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet fir-rigward ta’ deċiżjoni dwar il-possibilità tal-inklużjoni fl-Anness I tal-fluopicolide u l-pinoxaden se jkun tlesta fi żmien 24 xahar. |
(7) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DECIŻJONI:
Artikolu 1
L-Istati Membri jistgħu jestendu l-awtorizzazzjonijiet proviżorji għall-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom il-fluopicolide jew il-pinoxaden għal perjodu li ma jeċċedix l-24 xahar mid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 8 ta’ Settembru 2008.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.
(2) ĠU L 293, 9.11.2005, p. 26.
(3) ĠU L 160, 23.6.2005, p. 32.
13.9.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 245/s3 |
NOTA LILL-QARREJ
L-istituzzjonijiet iddeċidew li ma jikkwotawx aktar fit-testi tagħhom l-aħħar emenda ta' l-atti kkwotati.
Sakemm mhux indikat mod ieħor, l-atti mmsemija fit-testi ppubblikati hawn jirreferu għall-atti li bħalissa huma fis-seħħ.