Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document L:2008:051:FULL

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, L 51, 26 ta' Frar 2008


    Display all documents published in this Official Journal
     

    ISSN 1725-5104

    Il-Ġurnal Uffiċjali

    ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 51

    European flag  

    Edizzjoni bil-Malti

    Leġiżlazzjoni

    Volum 51
    26 ta' Frar 2008


    Werrej

     

    I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

    Paġna

     

     

    REGOLAMENTI

     

     

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 168/2008 tal-25 ta’ Frar 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

    1

     

    *

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 169/2008 tal-25 ta’ Frar 2008 li jeskludi s-subdiviżjonijiet 27 u 28 ta’ l-ICES minn ċerti limitazzjonijiet ta’ l-isforz tas-sajd u minn xi obbligi tar-reġistrazzjoni għall-2008, b’segwitu għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-merluzz fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet

    3

     

     

    II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

     

     

    DEĊIŻJONIJIET

     

     

    Kunsill

     

     

    2008/157/KE

     

    *

    Deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta’ Frar 2008 dwar il-prinċipji, il-prijoritajiet u l-kondizzjonijiet li jinsabu fis-Sħubija għall-Adeżjoni mar-Repubblika tat-Turkija u li tħassar id-Deċiżjoni 2006/35/KE

    4

     

     

    2008/158/KE

     

    *

    Deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta’ Frar 2008 li testendi l-perjodu ta’ applikazzjoni tal-miżuri fid-Deċiżjoni 2002/148/KE li jikkonkludi l-konsultazzjonijiet mar-Repubblika taż-Żimbabwe skond l-Artikolu 96 tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE

    19

     

     

    Kummissjoni

     

     

    2008/159/KE

     

    *

    Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Frar 2008 li tirrevoka d-Deċiżjoni 2007/683/KE li tapprova l-pjan għall-qerda tad-deni klassiku tal-ħnieżer fi ħnieżer slavaġ f’ċerti żoni ta’ l-Ungerija (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 675)

    21

     

     

    III   Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

     

     

    ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TA' L-UE

     

    *

    Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/160/PESK tal-25 ta' Frar 2008 li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra t-tmexxija tar-reġjun Transnistrijan tar-Repubblika ta’ Moldova

    23

     

     

    Corrigendum

     

    *

    Rettifika għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 711/2006 ta' l-20 ta' Marzu 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti ta’ l-Amerika bis-saħħa ta' l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 dwar il-modifika ta’ konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika tas-Slovakkja matul l-adeżjoni tagħhom ma' l-Unjoni Ewropea, li jemenda u jissupplimenta l-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffi u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ( ĠU L 124, 11.5.2006 ) ( Ħarġa Speċjali bil-Malti L 294 M, 25.10.2006, p. 40 )

    26

     

    *

    Rettifika għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 838/2006 ta' l-20 ta' Marzu 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina bis-saħħa ta' l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 dwar il-modifika ta’ konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika tas-Slovakkja matul l-adeżjoni tagħhom ma' l-Unjoni Ewropea, li jemenda u jissupplimenta l-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffi u l-istatistika u dwar it-Tarriffa Doganali Komuni ( ĠU L 154, 8.6.2006 ) ( Ħarġa Speċjali bil-Malti L 294 M, 25.10.2006, p. 186 )

    26

    MT

    L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

    It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


    I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

    REGOLAMENTI

    26.2.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 51/1


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 168/2008

    tal-25 ta’ Frar 2008

    li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu.

    (2)

    Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-26 ta’ Frar 2008.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 25 ta’ Frar 2008.

    Għall-Kummissjoni

    Jean-Luc DEMARTY

    Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


    (1)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


    ANNESS

    tar-Regolament ta' l-Kummissjoni tal-25 ta’ Frar 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

    (EUR/100 kg)

    Kodiċi NM

    Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

    Valur fiss ta' l-importazzjoni

    0702 00 00

    JO

    72,2

    MA

    49,3

    TN

    125,1

    TR

    91,2

    ZZ

    84,5

    0707 00 05

    JO

    190,5

    MA

    64,7

    TR

    174,4

    ZZ

    143,2

    0709 90 70

    MA

    68,8

    TR

    141,5

    ZZ

    105,2

    0709 90 80

    EG

    396,9

    ZZ

    396,9

    0805 10 20

    AR

    69,8

    EG

    47,9

    IL

    58,1

    MA

    53,7

    TN

    49,6

    TR

    93,7

    ZA

    57,8

    ZZ

    61,5

    0805 20 10

    IL

    113,6

    MA

    107,1

    ZZ

    110,4

    0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

    EG

    82,4

    IL

    80,7

    MA

    130,6

    PK

    43,5

    TR

    78,0

    ZZ

    83,0

    0805 50 10

    AR

    48,9

    EG

    85,4

    IL

    112,0

    MA

    114,0

    TR

    117,3

    UY

    52,4

    ZA

    79,7

    ZZ

    87,1

    0808 10 80

    CL

    63,5

    CN

    83,3

    MK

    42,4

    US

    108,3

    UY

    77,0

    ZA

    106,7

    ZZ

    80,2

    0808 20 50

    AR

    95,1

    CN

    73,7

    US

    123,2

    ZA

    104,0

    ZZ

    99,0


    (1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


    26.2.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 51/3


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 169/2008

    tal-25 ta’ Frar 2008

    li jeskludi s-subdiviżjonijiet 27 u 28 ta’ l-ICES minn ċerti limitazzjonijiet ta’ l-isforz tas-sajd u minn xi obbligi tar-reġistrazzjoni għall-2008, b’segwitu għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-merluzz fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-merluzz fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2847/93 u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 779/97 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 29(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-rapporti mressqa mid-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, il-Ġermanja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja u l-Iżvezja,

    Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF),

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007 jistipula dispożizzjonijiet għall-istabbiliment ta’ limitazzjonijiet tas-sajd għall-istokkijiet tal-merluzz fil-Baħar Baltiku u dwar ir-reġistrazzjoni ta’ dejta dwar l-isforz tas-sajd.

    (2)

    Abbażi tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007, l-Anness II għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1404/2007 (2) stabbilixxa limitazzjonijiet ta’ l-isforz tas-sajd għall-2008 fil-Baħar Baltiku.

    (3)

    Skond l-Artikolu 29(2) u l-Artikolu 29(4) tar-Regolament (KE) Nru 1098/2007, il-Kummissjoni tista’ teskludi s-Subdiviżjonijiet 27 u 28.2 mill-ambitu ta’ ċerti limitazzjonjiet ta’ l-isforz tas-sajd u minn obbligi tar-reġistrazzjoni tas-sajd meta l-qabdiet tal-merluzz kienu taħt ċertu livell fl-aħħar perjodu ta’ rappurtar.

    (4)

    Fid-dawl tar-rapporti mressqa mill-Istati Membri u tal-parir ta’ l-STECF, is-Subdiviżjonijiet 27 u 28.2 għandhom ikunu esklużi, fl-2008, mill-ambitu ta’ dawk il-limitazzjonjiet ta’ l-isforz tas-sajd u minn dawk l-obbligi tar-reġistrazzjoni.

    (5)

    Minħabba li kellu jiġi żgurat li setgħet titqies l-aħħar informazzjoni disponibbli mingħand l-Istati Membri, u biex il-parir xjentifiku jitħalla jissejjes fuq l-aktar tagħrif preċiż, ma setgħetx tintlaħaq l-iskadenza aħħarija stipulata fl-Artikolu 29(2) tar-Regolament (KE) Nru 1098/2007 għall-konklużjoni finali rigward il-ħtieġa ta’ l-esklużjoni tas-Subdiviżjonijiet rispettivi.

    (6)

    Ir-Regolamenti (KE) Nru 1098/2007 u Nru 1404/2007 japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2008. Biex tkun żgurata il-koerenza ma’ dawk ir-Regolamenti, dan ir-Regolament għandu japplika retroattivament minn dik id-data.

    (7)

    Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Artikolu 8(1)(b), (3), (4) u (5) u l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1098/2007 ma għandhomx japplikaw għas-Subdiviżjonijiet 27 u 28.2 ta’ l-ICES.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2008.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 25 ta’ Frar 2008.

    Għall-Kummissjoni

    Joe BORG

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 248, 22.9.2007, p. 1.

    (2)  ĠU L 312, 30.11.2007, p. 1.


    II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

    DEĊIŻJONIJIET

    Kunsill

    26.2.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 51/4


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tat-18 ta’ Frar 2008

    dwar il-prinċipji, il-prijoritajiet u l-kondizzjonijiet li jinsabu fis-Sħubija għall-Adeżjoni mar-Repubblika tat-Turkija u li tħassar id-Deċiżjoni 2006/35/KE

    (2008/157/KE)

    IL-KUNSILL ta’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 390/2001 tas-26 ta’ Frar 2001 dwar l-assistenza lit-Turkija fil-qafas ta’ l-istrateġija ta’ qabel l-adeżjoni, u b’mod partikolari fuq l-istabbiliment ta’ Sħubija għal Adeżjoni (1) b’mod partikolari l-Artikolu 2 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (KE) Nru 390/2001 jipprevedi li l-Kunsill għandu jiddeċiedi, b’maġġoranza kwalifikata u fuq proposta mill-Kummissjoni, dwar il-prinċipji, il-prijoritajiet, l-objettivi intermedjarji u l-kondizzjonijiet li hemm fis-Sħubija għall-Adeżjoni, kif ser tiġi sottomessa lit-Turkija, kif ukoll dwar aġġustamenti sinifikanti sussegwenti applikabbli għaliha.

    (2)

    Abbażi ta’ dak il-Kunsill fl-2001 u l-2003 (2) adotta Sħubija għall-Adeżjoni mat-Turkija.

    (3)

    Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni ta’ l-2004 dwar it-Turkija saħqet li l-Unjoni Ewropea għandha tkompli l-monitoraġġ tal-proċess ta’ riforma politika u li fl-2005 għandha tiġi proposta Sħubija għall-Adeżjoni riveduta. Wara dan, il-Kunsill adotta sħubija riveduta f’Jannar 2006 (3).

    (4)

    F’Diċembru 2004, il-Kunsill Ewropew ikkonkluda li l-Unjoni Ewropea ser tkompli timmonitorja mill-qrib il-progress tar-riformi politiċi abbażi ta’ Sħubija għall-Adeżjoni li tistabbilixxi l-prijoritajiet għall-proċess ta’ riforma.

    (5)

    Fit-3 ta’ Ottubru 2005, l-Istati Membri bdew negozjati mat-Turkija dwar l-adeżjoni tagħha ma’ l-Unjoni Ewropea. L-avvanz tan-negozjati ser ikun iggwidat mill-progress tat-Turkija fi tħejjija għall-adeżjoni, li ser jitkejjel, inter alia, skond l-implimentazzjoni tas-Sħubija għall-Adeżjoni, kif rivedut regolarment.

    (6)

    Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-istrateġija għat-tkabbir u l-isfidi ewlenin 2006-2007 indika li s-sħubijiet għandhom jiġu aġġornati fi tmiem l-2007.

    (7)

    Fil-11 ta’ Diċembru 2006 l-Kunsill qabel li l-Istati Membri fi ħdan il-Konferenza Intergovernattiva mhux ser jiddeċiedu dwar il-ftuħ ta’ tmien kapitoli li jkopru oqsma ta’ politika rilevanti għar-restrizzjonijiet tat-Turkija fir-rigward tar-Repubblika ta’ Ċipru, u lanqas ser jiddeċiedu dwar l-għeluq proviżorju ta’ kapitoli, sakemm il-Kummissjoni tivverifika li t-Turkija tkun wettqet l-impenji tagħha relatati mal-Protokoll Addizzjonali.

    (8)

    Fis-17 ta’ Lulju 2006, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 1085/2006 li jistabbilixxi strument għall-assistenza ta’ qabel l-adeżjoni (IPA) (4), li jistabbilixxi qafas ġdid għall-assistenza finanzjarja għall-pajjiżi ta’ qabel l-adeżjoni.

    (9)

    Għalhekk huwa xieraq li tiġi adottata Sħubija għall-Adeżjoni riveduta li taġġorna s-Sħubija attwali sabiex tidentifika prijoritajiet imġedda għal aktar ħidma abbażi tas-sejbiet tar-Rapport ta’ Progress ta’ l-2007 dwar it-tħejjijiet tat-Turkija għal aktar integrazzjoni ma’ l-Unjoni Ewropea.

    (10)

    Sabiex tħejji għas-sħubija, it-Turkija għandha tiżviluppa pjan bi skeda ta’ żmien u miżuri speċifiċi biex tindirizza l-prijoritajiet ta’ din is-Sħubija għall-Adeżjoni.

    (11)

    Id-Deċiżjoni 2006/35/KE għandha titħassar,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    B’konformità ma’ l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 390/2001, il-prinċipji, il-prijoritajiet, l-objettivi intermedji u l-kondizzjonijiet fis-Sħubija għall-Adeżjoni għat-Turkija huma stabbiliti fl-Anness tiegħu.

    Artikolu 2

    L-implimentazzjoni tas-Sħubija għall-Adeżjoni għandha tiġi eżaminata u sorveljata fil-korpi stabbiliti taħt il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni u mill-Kunsill abbażi ta’ rapporti annwali preżentati mill-Kummissjoni.

    Artikolu 3

    Id-Deċiżjoni 2006/35/KE għandha titħassar.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tieħu effett fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Magħmula fi Brussell, 18 ta’ Frar 2008.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    D. RUPEL


    (1)  ĠU L 58, 28.2.2001, p. 1.

    (2)  Id-Deċiżjoni 2001/235/KE (ĠU L 85, 24.3.2001, p. 13) u d-Deċiżjoni 2003/398/KE (ĠU L 145, 12.6.2003, p. 40).

    (3)  Id-Deċiżjoni 2006/35/KE (ĠU L 22, 26.1.2006, p. 34)

    (4)  ĠU L 210, 31.7.2006, p. 82.


    ANNESS

    IS-SĦUBIJA GĦALL-ADEŻJONI TAT-TURKIJA TA’ L-2007

    1.   INTRODUZZJONI

    Fil-laqgħa tiegħu fil-Lussemburgu f’Diċembru 1997, il-Kunsill Ewropew iddeċieda li s-Sħubija għall-Adeżjoni għandha tkun il-fattur ewlieni ta’ l-istrateġija mtejba ta’ qabel l-adeżjoni, billi tmexxi t-tipi kollha ta’ assistenza lill-pajjiżi kandidati f’qafas uniku. B’dan il-mod, il-Komunità timmira l-assistenza tagħha lejn il-ħtiġijiet speċifiċi ta’ kull kandidat sabiex tipprovdi appoġġ biex jintgħelbu problemi partikolari bil-ħsieb ta’ l-adeżjoni.

    L-ewwel Sħubija għall-Adeżjoni għat-Turkija kienet adottata mill-Kunsill f’Marzu 2001. Fid-Dokument Strateġiku tal-Kummissjoni ta’ Ottubru 2002 dwar it-tkabbir, kien hemm imniżżel li l-Kummissjoni ser tipproponi Sħubija għall-Adeżjoni riveduta għat-Turkija. Imbagħad, Sħubija għall-Adeżjoni riveduta kienet ġiet ippreżentata mill-Kummissjoni f’Marzu 2003 u adottata f’Mejju ta’ l-istess sena mill-Kunsill. Fir-rakkomandazzjoni tagħha ta’ Ottubru 2004, il-Kummissjoni pproponiet li, bil-ħsieb li tiggarantixxi s-sostenibbiltà u l-irriversibbiltà tal-proċess ta’ riforma politika, l-UE għandha tkompli timmonitorja mill-qrib il-progress tar-riformi politiċi. B’mod partikolari, il-Kummissjoni pproponiet l-adozzjoni ta’ Sħubija għall-Adeżjoni riveduta fl-2005 li ġiet adottata mill-Kunsill f’Jannar 2006. Jekk ikun hemm il-progress mistenni fl-implimentazzjoni tal-prijoritajiet fuq medda qasira ta’ żmien tas-Sħubijiet, hija l-prattika li dawn jiġu aġġornati kull sentejn. Għaldaqstant, il-Kummissjoni qiegħda tipproponi li s-Sħubija għall-Adeżjoni tiġi mġedda.

    It-Turkija għandha tiżviluppa pjan li jinkludi skeda ta’ żmien u miżuri speċifiċi intiżi li jindirizzaw il-prijoritajiet tas-Sħubija għall-Adeżjoni.

    Is-Sħubija għall-Adeżjoni riveduta tipprovdi l-bażi għal numru ta’ strumenti finanzjarji/ta’ politika li ser jiġu użati biex jgħinu lit-Turkija fit-tħejjijiet għas-sħubija. B’mod partikolari, is-Sħubija għall-Adeżjoni riveduta ser isservi bħala bażi għal riformi politiċi futuri u bħala kejl li fuqu jitqies il-progress futur.

    2.   PRINĊIPJI

    Il-prijoritajiet prinċipali identifikati għat-Turkija huma marbuta mal-kapaċità tagħha li tissodisfa l-kriterji definiti mill-Kunsill Ewropew ta’ Kopenħagen ta’ l-1993 u r-rekwiżiti tal-qafas ta’ negozjati adottat mill-Kunsill fit-3 ta’ Ottubru 2005.

    3.   PRIJORITAJIET

    Il-prijoritajiet elenkati f’din is-Sħubija għall-Adeżjoni ġew magħżulin fuq il-bażi li jkun realistiku li wieħed jistenna li l-pajjiż jista’ jwettaqhom jew imexxihom sostanzjalment 'il quddiem fil-ftit snin li ġejjin. Qed issir distinzjoni bejn prijoritajiet għal żmien qasir, li huma mistennija li jinkisbu fi żmien sena jew sentejn, u prijoritajiet għal żmien medju, li huma mistennija li jinkisbu fi żmien tlieta jew erba’ snin. Il-prijoritajiet jikkonċernaw kemm il-leġislazzjoni kif ukoll l-implimentazzjoni tagħha.

    Is-Sħubija għall-Adeżjoni riveduta tindika l-oqsma prijoritarji għat-tħejjijiet tas-sħubija tat-Turkija. Madankollu, fl-aħħar mill-aħħar, it-Turkija ser ikollha tindirizza l-kwistjonijiet kollha identifikati fir-rapporti ta’ progress, inkluż il-konsolidazzjoni tal-proċess ta’ riforma politika sabiex tiggarantixxi l-irriversibbiltà tiegħu u tiżgura l-implimentazzjoni uniformi tiegħu fil-pajjiż kollu u fil-livelli kollha ta’ l-amministrazzjoni. Huwa wkoll importanti li t-Turkija tissodisfa l-impenji ta’ l-approssimazzjoni leġislattiva u ta’ l-implimentazzjoni ta’ l-acquis skond l-impenji li hija ħadet taħt il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, l-Unjoni Doganali u deċiżjonijiet relatati tal-Kunsill ta’ l-Assoċjazzjoni KE-Turkija, per eżempju dwar ir-reġim ta’ kummerċ għal prodotti agrikoli.

    3.1.   PRIJORITAJIET GĦAL PERIJODU TA’ ŻMIEN QASIR

    Djalogu politiku

    Demokrazija u l-istat tad-dritt

    Amministrazzjoni Pubblika

    Tiġi segwita riforma ta’ l-amministrazzjoni pubblika u tal-politika dwar il-persunal sabiex tiġi żgurata aktar effiċjenza, responsabbiltà u trasparenza.

    Jiġu msaħħa l-amministrazzjonijiet lokali permezz tar-riforma ta’ l-amministrazzjoni ċentrali, it-trasferiment ta’ setgħat lill-amministrazzjonijiet lokali u l-forniment lilhom ta’ riżorsi adegwati.

    Tiġi implimentata leġislazzjoni bl-għan li tiġi stabbilita sistema ta’ Ombudsman operattiva għal kollox.

    Tiġi adottata u implimentata leġislazzjoni dwar il-Qorti ta’ l-Awdituri.

    Superviżjoni ċivili tal-forzi ta’ sigurtà

    Jissaħħu l-isforzi biex jiġi allinjat il-kontroll ċivili tal-militar f’konformità mal-prattika fl-Istati Membri ta’ l-UE. Jiġi żgurat li l-militar ma jintervjenix fi kwistjonijiet politiċi u li l-awtoritajiet ċivili jeżerċitaw bis-sħiħ il-funzjonijiet superviżorji dwar kwistjonijiet ta’ sigurtà, inkluż fir-rigward tal-formulazzjoni ta’ strateġija ta’ sigurtà nazzjonali u l-implimentazzjoni tagħha.

    Jittieħdu passi biex ikun hemm aktar responsabbiltà u trasparenza fit-twettiq ta’ kwistjonijiet ta’ sigurtà.

    Jiġi stabbilit kontroll parlamentari sħiħ tal-politika militari u ta’ difiża u kull nefqa relatata, inkluż permezz ta’ verifika esterna.

    Tiġi limitata l-ġurisdizzjoni tal-qrati militari għad-doveri militari tal-persunal militari biss.

    Sistema Ġudizzjarja

    Jiġu msaħħa l-isforzi, anki permezz tat-taħriġ, biex jiġi żgurat li l-interpretazzjoni mill-ġudikatura ta’ leġislazzjoni relatata mad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali tkun konformi mal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali (“ECHR”), mal-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u ma’ l-Artikolu 90 tal-Kostituzzjoni Torka.

    Tiġi żgurata l-indipendenza tal-ġudikatura minn istituzzjonijiet oħra ta’ l-Istat, b’mod partikolari fir-rigward tal-Kunsill Għoli ta’ l-Imħallfin u l-Prosekuturi u s-sistema ta’ l-ispezzjoni. B’mod aktar speċifiku, jiġi żgurat li l-Kunsill Għoli ta’ l-Imħallfin u l-Prosekuturi jirrappreżenta l-ġudikatura kollha kemm hi.

    Tissaħħaħ l-effiċjenza tal-ġudikatura permezz ta’, b’mod partikolari, it-tisħiħ tal-kapaċità istituzzjonali u l-adozzjoni ta’ Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili ġdid.

    Jitkompla l-istabbiliment ta’ qrati ta’ appell reġjonali intermedjarji.

    Politika kontra l-korruzzjoni

    Tiġi żviluppata strateġija kontra l-korruzzjoni komprensiva, inkluża l-ġlieda kontra l-korruzzjoni ta’ livell għoli, u korp ċentrali biex jissorvelja u jimmonitorja l-implimentazzjoni tagħha, inkluż permezz ta’ l-istabbiliment ta’ data statistika. Tittejjeb il-koordinazzjoni bejn l-istituzzjonijiet kollha involuti.

    Tiġi żgurata l-implimentazzjoni tar-Regolament dwar il-Prinċipji ta’ Mġiba Etika għall-Ħaddiema taċ-Ċivil u jiġu estiżi d-dispożizzjonijiet tiegħu biex jinkludu uffiċjali eletti, il-ġudikatura, persuni akkademiċi u persunal militari.

    Jiġu limitati l-immunitajiet mogħtija lill-politiċi u lill-uffiċjali pubbliċi f’konformità ma’ l-aħjar prattiċi Ewropej u tiġi mtejba l-leġislazzjoni dwar it-trasparenza fil-finanzjament tal-partiti politiċi u l-kampanji elettorali.

    Id-drittijiet tal-bniedem u l-protezzjoni tal-minoranzi

    Tħaris tal-liġi internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem

    Jiġi ratifikat il-Protokoll fakultattiv għall-Konvenzjoni tan-NU kontra t-Tortura li jipprevedi għall-istabbiliment ta’ sistema ta’ monitoraġġ indipendenti tal-faċilitajiet ta’ detenzjoni.

    Il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem

    Ikun hemm konformità mal-ECHR u tiġi żgurata l-eżekuzzjoni sħiħa tas-sentenzi tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem.

    Jiġi emendat il-Kodiċi ta’ proċedura kriminali sabiex jiġi infurzat id-dritt għal proċess mill-ġdid f’konformità mas-sentenzi rilevanti tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem.

    Promozzjoni u infurzar tad-drittijiet tal-bniedem

    Tiġi stabbilita istituzzjoni indipendenti nazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem b’riżorsi adegwati skond il-prinċipji rilevanti tan-NU. Jiġu mmonitorjati każijiet ta’ drittijiet tal-bniedem, inkluż permezz ta’ data statistika.

    Jitkompla t-taħriġ ta’ l-aġenziji ta’ l-infurzar tal-liġi dwar kwistjonijiet ta’ drittijiet tal-bniedem u tekniċi investigattivi.

    Drittijiet ċivili u politiċi

    Prevenzjoni tat-tortura u t-trattament ħażin

    Tiġi żgurata l-implimentazzjoni tal-miżuri adottati fil-kuntest tal-politika “tolleranza żero” kontra t-tortura u t-trattament ħażin f’konformità mal-ECHR u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat Ewropew għall-Prevenzjoni tat-Tortura.

    Tiġi żgurata l-implimentazzjoni tal-Protokoll ta’ Istanbul fil-pajjiż kollu, b’mod partikolari billi jiżdiedu l-kompetenzi mediki.

    Tiġi intensifikata l-ġlieda kontra l-impunità. Jiġi żgurat li l-prosekuturi jmexxu investigazzjonijiet f’waqthom u effettivi tal-każijiet allegati, li jwasslu għall-identifikazzjoni u l-piena ta’ l-awturi mill-qrati.

    Aċċess għall-ġustizzja

    Jiġu msaħħa l-isforzi biex jiġu żgurati għajnuna legali adegwata u servizzi ta’ interpretazzjoni kwalifikati.

    Libertà ta’ l-espressjoni

    Bil-għan li jiġi żgurat rispetti sħiħ tal-libertà ta’ espressjoni, tiġi riveduta u implimentata l-leġislazzjoni dwar il-libertà ta’ espressjoni, inkluża l-libertà ta’ l-istampa, f’konformità mal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u mal-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem.

    Tirrimedja is-sitwazzjoni ta’ dawk il-persuni li għaddew minn prosekuzzjoni jew ingħataw sentenza għal espressjoni mhux vjolenti ta’ l-opinjoni.

    Libertà ta’ assemblea u ta’ assoċjazzjoni

    Titkompla l-implimentazzjoni tar-riformi kollha rigward il-libertà ta’ assoċjazzjoni u l-assemblea paċifika skond il-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (KEDB) u l-ġurisprudenza relatata tagħha. Jiġu implimentati miżuri biex jiġi prevenut l-użu eċċessiv tal-forza mill-forzi ta’ sigurtà.

    Ikun hemm allinjament ma’ l-aħjar prattiċi fl-Istati Membri ta’ l-UE rigward il-leġislazzjoni dwar il-partiti politiċi.

    Organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili

    Jiġi msaħħaħ aktar l-iżvilupp domestiku tas-soċjetà ċivili u l-involviment tagħha fit-tfassil ta’ linji ta’ politika pubblika.

    Tiġi ffaċilitata u nkoraġġuta l-komunikazzjoni u l-kooperazzjoni fil-miftuħ bejn is-setturi kollha tas-soċjetà ċivili tat-Turkija u s-sħab Ewropej.

    Libertà ta’ reliġjon

    Jittieħdu l-miżuri neċessarji sabiex tiġi stabbilità atmosfera ta’ tolleranza li twassal għar-rispett sħiħ tal-libertà ta’ reliġjon fil-prattika.

    F’konformità tal-KEDB u l-ġurisprudenza tal-QEDB:

    Tiġi riveduta u implimentata l-leġislazzjoni dwar il-fondazzjonijiet.

    Tiġi interpretata u applikata l-leġislazzjoni attwali sakemm tiġi adottata u implimentata l-liġi l-ġdida dwar il-fondazzjonijiet.

    Jiġi żgurat li l-komunitajiet reliġjużi li mhumiex Musulmani jkunu jistgħu jiksbu personalità ġuridika u jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom.

    Tiġi żgurata l-possibbiltà ta’ edukazzjoni reliġjuża għal minoranzi mhux Musulmani, inkluż it-taħriġ tal-kleru tagħhom.

    Jiġi żgurat it-trattament ugwali ta’ ċittadini Torok u barranin rigward il-possibbiltà tagħhom li jeżerċitaw id-dritt tal-libertà ta’ reliġjon permezz tal-parteċipazzjoni fil-ħajja ta’ komunitajiet reliġjużi organizzati.

    Tiġi adottata leġislazzjoni biex tipprevjeni prosekuzzjonijiet u kundanni ripetuti ta’ dawk li jirrifjutaw li jwettqu servizz militari għal raġunijiet ta’ kuxjenza jew reliġjon.

    Drittijiet ekonomiċi u soċjali

    Drittijiet tan-nisa

    Jiġu segwiti miżuri biex tiġi implimentata l-leġislazzjoni attwali rigward id-drittijiet tan-nisa u kontra t-tipi kollha ta’ vjolenza kontra n-nisa, inklużi r-reati mwettqin f’isem l-unur. Jiġi żgurat taħriġ speċjalizzat għal imħallfin u prosekuturi, aġenziji ta’ l-infurzar tal-liġi, muniċipalitajiet u istituzzjonijiet responsabbli oħrajn u jiġu msaħħa l-isforzi biex jiġu stabbiliti postijiet ta’ protezzjoni għal nisa li jkunu f’riskju ta’ vjolenza fl-akbar muniċipalitajiet kollha, f’konformità mal-leġislazzjoni attwali.

    Jiżdied aktar l-għarfien tal-pubbliku ġenerali, u b’mod partikolari ta’ l-irġiel, dwar kwistjonijiet ta’ relazzjonijiet bejn is-sessi, u jiġi promoss ir-rwol tan-nisa fis-soċjetà, inkluż billi jiġi żgurat aċċess ugwali għall-edukazzjoni u l-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol u fil-ħajja politika u soċjali; jiġi appoġġat l-iżvilupp ta’ organizzazzjonijiet tan-nisa biex iwettqu dawn l-għanijiet.

    Drittijiet tat-tfal

    Tiġi żgurata l-implimentazzjoni sħiħa tal-Liġi dwar il-Protezzjoni tat-Tfal u tiġi promossa l-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal f’konformità ma’ l-istandards ta’ l-UE u dawk internazzjonali.

    Jitkomplew l-isforzi biex tiġi ttrattata l-problema tax-xogħol mit-tfal u l-faqar fost it-tfal u titjieb is-sitwazzjoni tat-tfal tat-triq.

    Drittijiet tax-xogħol u tat-trade unions

    Jiġi żgurat ir-rispett tad-drittijiet sħaħ tat-trade unions f’konformità ma’ l-istandards ta’ l-UE u l-Konvenzjonijiet ILO rilevanti, b’mod partikolari fir-rigward tad-dritt ta’ organizzazzjoni, id-dritt ta’ strajk u d-dritt ta’ negozjar kollettiv.

    Jiġi msaħħaħ aktar id-djalogu soċjali, tiġi ffaċilitata u inkoraġġuta l-kooperazzjoni mas-sħab ta’ l-UE.

    Linji politiċi kontra d-diskriminazzjoni

    Tiġi ggarantita, fil-liġi u fil-prattika, it-tgawdija sħiħa tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali mill-individwi kollha, mingħajr diskriminazzjoni u irrispettivament mil-lingwa, l-opinjoni politika, is-sess, l-oriġini razzjali jew etnika, reliġjon jew twemmin, diżabbiltà, età jew orjentazzjoni sesswali.

    Jiġu msaħħa l-isforzi biex jiġu riveduti l-curricula u l-kotba ta’ l-iskola sabiex il-lingwaġġ diskriminatorju jiġi eliminat.

    Drittijiet tal-minoranzi, drittijiet kulturali u l-protezzjoni tal-minoranzi

    Tiġi żgurata d-diversità kulturali u jiġi promoss ir-rispett għal u l-protezzjoni tal-minoranzi skond il-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-prinċipji stabbiliti fil-Konvenzjoni Qafas għall-Protezzjoni tal-Minoranzi Nazzjonali u f’konformità ma’ l-aħjar prattika fl-Istati Membri.

    Tiġi garantita l-protezzjoni legali tal-minoranzi, b’mod partikolari fir-rigward tat-tgawdija paċifika tad-drittijiet ta’ proprjetà, f’konformità mal-Protokoll Nru 1 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem.

    Drittijiet kulturali

    Jiġi mtejjeb l-aċċess effettiv għal xandir tar-radju u t-televiżjoni f’lingwi oħrajn barra t-Tork, b’mod partikolari billi jitneħħew ir-restrizzjonijiet li għad fadal.

    Jiġu adottati miżuri adatti għall-appoġġ tat-tagħlim ta’ lingwi oħrajn barra t-Tork.

    Sitwazzjoni fil-Lvant u fix-Xlokk

    Jiġi żviluppat approċċ komprensiv biex jitnaqqsu d-disparitajiet reġjonali u, b’mod partikolari, biex tittejjeb is-sitwazzjoni fix-Xlokk tat-Turkija, bil-għan li jittejbu l-opportunitajiet ekonomiċi, soċjali u kulturali għaċ-ċittadini Torok kollha, inklużi dawk ta’ oriġini Kurda.

    Tiġi abolita s-sistema ta’ gwardja tal-villaġġi fix-Xlokk.

    Jitneħħew il-mini ta’ l-art miż-żona.

    Persuni spostati internament

    Jiġu segwiti miżuri biex jiġi ffaċilitat ir-ritorn ta’ persuni spostati internament għall-komunitajiet oriġinali tagħhom f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet tar-Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju Ġenerali tan-NU għall-Persuni Spostati.

    Titkompla l-implimentazzjoni tal-liġi dwar il-kumpens ta’ telf minħabba t-terroriżmu u l-ġlieda kontra t-terroriżmu. Jiġi żgurat kumpens ġust u pront tal-vittmi.

    Kwistjonijiet reġjonali u obbligi internazzjonali

    Ċipru

    Jiġu appoġġati attivament sforzi biex jiġi implimentat il-proċess tat-8 ta’ Lulju miftiehem li jwassal għal soluzzjoni komprensiva u vijabli tal-problema ta’ Ċipru fi ħdan il-qafas tan-NU u f’konformità mal-prinċipji li fuqhom hija msejsa l-UE, inklużi passi konkreti li jikkontribwixxu għal klima favorevoli għal tali soluzzjoni komprensiva.

    Jiġi implimentat bis-sħiħ il-Protokoll li jadatta l-Ftehim ta’ Ankara għall-adeżjoni ta’ l-Istati l-Membri ġodda, inkluża t-tneħħija tar-restrizzjonijiet eżistenti kollha fuq bastimenti bil-bandiera ta’ Ċipru u bastimenti involuti fil-kummerċ ta’ Ċipru (1).

    Jittieħdu passi konkreti għan-normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet bilaterali bejn it-Turkija u l-Istati Membri ta’ l-UE kollha, inkluża r-Repubblika ta’ Ċipru, malajr kemm jista’ jkun (1).

    Soluzzjoni paċifika għal tilwim transkonfini

    Jiġu segwiti aktar sforzi biex jiġi solvut kwalunkwe tilwim dwar il-konfini f’konformità mal-prinċipju ta’ soluzzjoni paċifika ta’ tilwim skond il-Karta tan-NU inkluż, jekk meħtieġ, il-ġurisdizzjoni tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja.

    Jittieħed impenn, b’mod inekwivoku, għal relazzjonijiet tajba bejn il-ġirien; jiġu indirizzati kwalunkwe sorsi ta’ twegħir bejn il-ġirien; u ma ssir l-ebda theddida jew azzjoni li jista’ jkollha effett negattiv fuq il-proċess ta’ soluzzjoni paċifika ta’ tilwim dwar il-konfini.

    Obbligi taħt il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni

    Tiġi żgurata l-implimentazzjoni ta’ l-impenji meħuda taħt il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, inkluża l-Unjoni Doganali.

    Kriterji ekonomiċi

    Titkompla l-implimentazzjoni ta’ linji ta’ politika fiskali u monetarji adatti bl-għan li jittieħdu miżuri adegwati sabiex tinżamm l-istabbiltà u l-prevedibbiltà makroekonomika. Tiġi implimentata sistema ta’ sigurtà soċjali sostenibbli u effettiva.

    Tiġi msaħħa aktar il-koordinazzjoni tal-politika ekonomika fost l-istituzzjonijiet u l-oqsma ta’ politika differenti sabiex ikun hemm qafas ta’ politika ekonomika konsistenti u sostenibbli għall-ekonomija.

    Titkompla l-privatizzazzjoni ta’ l-impriżi ta’ l-Istat.

    Jitkomplew il-liberalizzazzjoni tas-suq u r-riformi fil-prezzijiet, b’mod partikolari fl-oqsma ta’ l-enerġija u l-agrikoltura.

    Jiġu indirizzati l-iżbilanċi fis-suq tax-xogħol. Għal dan l-għan, jiġu mtejba l-istrutturi ta’ l-inċentivi u l-flessibbiltà fis-suq tax-xogħol biex jiżdiedu r-rati ta’ parteċipazzjoni u ta’ l-impjieg; jiġu mtejba l-isforzi ta’ l-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali, biex b’hekk tiġi inkoraġġuta l-bidla minn ekonomija bbażata fuq l-agrikoltura għal ekonomija bbażata fuq is-servizzi.

    Titjieb il-klima tan-negozju. Għal dan l-għan, jittejjeb l-operat tal-ġudikatura kummerċjali u titħares l-indipendenza ta’ l-awtoritajiet li jirregoalw is-suq; jitjiebu l-proċeduri ta’ falliment biex jiġu indirizzati l-ostakoli għall-ħruġ mis-suq.

    Jiġu identifikati u implimentati mezzi li jindirizzaw l-ekonomija informali.

    Kapaċità li tassumi l-obbligi tas-sħubija

    Kapitolu 1:   Moviment liberu tal-merkanzija

    Jiġu aboliti l-permessi għall-importazzjoni jew ir-rekwiżiti għal-liċenzja, kif ukoll rekwiżiti sproporzjonati għal ċertifikati fir-rigward ta’ prodotti minbarra vetturi bil-mutur użati.

    Jiġi sottomess lill-Kummissjoni pjan għat-tneħħija ta’ permessi għall-importazzjoni ta’ vetturi bil-mutur użati.

    Titlesta l-identifikazzjoni tal-miżuri li jmorru kontra l-Artikoli 28 sa 30 tat-Trattat KE, jitfassal pjan għat-tneħħija tagħhom u tiddaħħal il-klawżola ta’ rikonoxximent reċiproku fis-sistema legali Torka.

    Tiġi indirizzata l-kwistjoni li għad fadal dwar il-protezzjoni tad-data regolatorja għal prodotti farmaċewtiċi.

    Kapitolu 3:   Dritt ta’ l-istabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti s-servizzi

    Tiġi ppreżentata strateġija dettaljata li għandha tinkludi skeda ta’ żmien tal-passi kollha neċessarji f’termini ta’ allinjament leġislattiv u kapaċità istituzzjonali sabiex tikkonforma ma’ l-acquis kopert minn dan il-kapitolu.

    Jitkompla l-allinjament ma’ l-acquis għar-rikonoxximent reċiproku tal-kwalifiki professjonali, b’mod partikolari billi tiġi prevista proċedura għar-rikonoxximent professjonali li hija distinta mir-rikonoxximent akkademiku u billi jiġu adottati r-rekwiżiti minimi għat-taħriġ imniżżlin fid-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar ir-Rikonoxximent ta’ Kwalifiki Professjonali (2).

    Jinbeda l-allinjament ma’ l-acquis dwar is-servizzi postali.

    Kapitolu 4:   Moviment liberu tal-kapital

    Titkompla t-tneħħija tar-restrizzjonijiet li jaffettwaw l-investimenti barranin diretti li joriġinaw mill-UE.

    Jinbeda l-allinjament tal-leġislazzjoni dwar is-sistemi ta’ ħlas ma’ l-acquis.

    Kapitolu 5:   Proċeduri ta’ l-akkwist pubbliku

    Jingħata, lil organizzazzjoni għall-akkwist, il-kompitu li tiggarantixxi politika koerenti u li tmexxi l-implimentazzjoni tagħha.

    Tiġi ppreżentata strateġija komprensiva li għandha tinkludi r-riformi kollha neċessarji għal-allinjament leġislattiv u l-bini tal-kapaċità istituzzjonali sabiex tikkonforma ma’ l-acquis.

    Kapitolu 6:   Liġi dwar il-kumpaniji

    Jiġi adottat il-Kodiċi Kummerċjali l-ġdid.

    Kapitolu 7:   Liġi dwar il-proprjetà intellettwali

    Tittejjeb il-kapaċità tal-pulizija, id-dwana u l-ġudikatura biex jinfurzaw id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, inkluż it-tisħiħ tal-koordinazzjoni bejn dawn il-korpi.

    Jiġi indirizzat, b’mod partikolari, il-falsifikazzjoni tat-trade marks u l-piraterija.

    Kapitolu 8:   Politika dwar il-kompetizzjoni

    Tiġi adottata liġi dwar l-għajnuna mill-Istat f’konformità mar-rekwiżiti ta’ l-acquis u tiġi stabbilita awtorità li timmonitorja l-għajnuna mill-Istat li tkun operattivament indipendenti u li tkun kapaċi tissodisfa l-impenji ta’ trasparenza eżistenti.

    Jiġi ffinalizzat u adottat Programm Nazzjonali għar-Ristrutturar ta’ l-Azzar f’konformità mar-rekwiżiti ta’ l-UE.

    Kapitolu 9:   Servizzi Finanzjarji

    Jitkompla l-allinjament mar-rekwiżiti l-ġodda dwar il-kapital għal istituzzjonijiet ta’ kreditu u għal impriżi ta’ investiment u ma’ direttivi relatati oħrajn (skema ta’ garanzija ta’ depożitu, stralċ u riorganizzazzjoni, konglomerati finanzjarji, kontijiet tal-bank).

    Jissaħħu l-istandards ta’ prudenza u ta’ superviżjoni kemm fis-settur bankarju kif ukoll fis-settur mhux bankarju. Tiġi stabbilità awtorità regolatorja u ta’ superviżjoni indipendenti fis-settur ta’ l-assigurazzjoni u l-pensjoni.

    Kapitolu 10:   Soċjeta ta’ l-informazzjoni u l-medja

    Tiġi adottata Liġi dwar il-Komunikazzjonijiet Elettroniċi ġdida li tkun allinjata mal-Qafas Regolatorju attwali ta’ l-UE.

    Jitlestew l-adozzjoni u l-implimentazzjoni tal-“kundizzjonijiet ta’ tluq” ewlenin għall-qafas regolatorju ta’ l-UE ta’ l-2002.

    Jitkompla l-allinjament tal-leġislazzjoni fil-qasam tal-politika awdjoviżiva, b’mod partikolari fir-rigward tad-Direttiva tat-Televiżjoni mingħajr Fruntieri.

    Kapitolu 11:   Agrikoltura u żvilupp rurali

    Tiġi stabbilita aġenzija IPARD (Instrument for Pre-accession Assistance Rural Development Component – Strument għall-Għajnuna ta’ Qabel l-Adeżjoni Komponent ta’ l-Iżvilupp Rurali) li tkun akkreditata f’konformita mar-rekwiżiti ta’ l-UE.

    Jitneħħew ir-restrizzjonijiet fuq il-kummerċ fil-laħam taċ-ċanga, fl-annimali bovini ħajjin u fil-prodotti derivattivi tagħhom.

    Kapitolu 12:   Sigurtà ta’ l-ikel, politika veterinarja u fitosanitarja

    Tiġi adottata liġi qafas dwar l-ikel, l-għalf u kwistjonijiet veterinarji li tkun konformi mar-rekwiżiti ta’ l-UE u li tippermetti traspożizzjoni sħiħa ta’ l-acquis ta’ l-UE.

    Tiġi żgurata l-operazzjonalità tas-sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-bovini u r-reġistrazzjoni tal-movimenti tagħhom f’konformità ma’ l-acquis ta’ l-UE u tinbeda l-implimentazzjoni ta’ sistema xierqa għan-nagħaġ u l-mogħoż biex jiġu segwiti l-movimenti tagħhom.

    Jittieħdu l-miżuri neċessarji biex ir-reġjun ta’ Thrace ikun jista’ jiġi rikonoxxut mill-Organizzazzjoni Dinjija dwar is-Saħħa ta’ l-Annimali bħala żona ħielsa mill-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer bit-tilqim.

    Jiġu kklassifikati l-istabbilimenti agro-alimentari kollha skond il-kategorija abbażi ta’ l-acquis ta’ l-UE u jitħejja Programm Nazzjonali għall-immodernizzar ta’ dawk l-istabbilimenti.

    Kapitolu 13:   Sajd

    Jissaħħu l-istrutturi amministrattivi b’mod partikolari bil-ħolqien ta’ unità ċentrali li tieħu ħsieb il-kwistjonijiet kollha tas-sajd. Jeħtieġ li tingħata wkoll attenzjoni partikolari lit-tisħiħ tas-servizzi ta’ spezzjoni u kontroll tas-sajd.

    Tiġi adottata l-Liġi riveduta dwar is-Sajd skond ir-rekwiżiti ta’ l-UE, inkluż fil-qasam tal-ġestjoni tar-riżorsi u tal-flotta, kif ukoll l-ispezzjoni u l-kontroll.

    Kapitolu 14:   Politika dwar it-trasport

    Tiġi adottata Liġi Qafas dwar il-Ferroviji sabiex is-suq tat-trasport ferrovjarju Tork jinfetaħ gradwalment u sabiex jiġi pprovdut għas-separazzjoni tal-funzjonijiet li jirrigwardaw il-ġestjoni ta’ l-infrastruttura u l-provvista tas-servizzi.

    Jitkomplew l-allinjament ma’ u l-implimentazzjoni fis-settur marittimu b’attenzjoni speċjali għall-implimentazzjoni effettiva tal-prevenzjoni tat-tniġġis. Tissaħħaħ aktar l-amministrazzjoni marittima, inklużi t-titjib fir-reputazzjoni tas-sikurezza tal-flotta Torka u l-implimentazzjoni ta’ l-acquis dwar is-sigurtà marittima.

    Fil-qasam ta’ l-avjazzjoni, ikun hemm ħidma biex tinstab soluzzjoni teknika li tiżgura l-komunikazzjoni neċessarja biex jiġi garantit livell xieraq ta’ sikurezza fl-ajru fir-reġjun tax-Xlokk tal-Mediterran.

    Ikun hemm involviment fi proċess li jwassal għar-rikonoxximent ta’ “denominazzjoni Komunitarja” u tiġi pprovduta strateġija ċara għall-allinjament progressiv ma’ l-acquis dwar is-Sema Uniku Ewropew.

    Allinjament ma’ u implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet u l-ispeċifiċitajiet rilevanti tad-dikjarazzjoni ta’ politika tal-Konferenza Ewropea ta’ l-Avjazzjoni Ċivili fil-qasam tas-sigurtà ta’ l-avjazzjoni ċivili.

    Kapitolu 15:   Enerġija

    Jitkomplew l-allinjament ma’ u l-implimentazzjoni ta’ l-acquis dwar is-suq intern tal-gass u ta’ l-elettriku u dwar skambji transkonfini fl-elettriku, anki bl-għan ta’ sħubija possibbli fit-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità ta’ l-Enerġija. Tiġi żgurata l-implimentazzjoni ta’ regoli ġusti u mhux diskriminatorji għat-trasmissjoni tal-gass.

    Jitkompla l-iżvilupp tal-kapaċitajiet ta’ l-awtoritajiet regolatorji differenti u tiġi żgurata l-indipendenza tagħhom.

    Tissaħħaħ il-kapaċità amministrattiva u jitkompla l-allinjament fil-qasam ta’ l-effiċjenza ta’ l-enerġija, tiġi promossa l-koġenerazzjoni b’effiċjenza għolja u tiġi żviluppata l-enerġija rinnovabbli fit-trasport, l-elettriku u t-tisħin/tkessiħ, inkluż l-istabbiliment ta’ miri u inċentivi adegwati u ambizzjużi.

    Taderixxi mal-Konvenzjoni Konġunta dwar is-Sikurezza fil-Ġestjoni ta’ Fjuwil Użat u fil-Ġestjoni Sikura ta’ Skart Radjuattiv.

    Kapitolu 16:   Tassazzjoni

    Jittieħdu passi prattiċi li jwasslu għal tnaqqis sostanzjali fit-tassazzjoni diskriminatorja ta’ prodotti alkoħoliċi, it-tabakk importat u s-sigaretti impurtati u jiġi ppreżentat pjan b’għanijiet ċari u miftiehma mal-Kummissjoni, għall-eliminazzjoni rapida ta’ kull tassazzjoni diskriminatorja residwa.

    Jitkompla l-allinjament tal-VAT u tad-dazji tas-sisa, b’mod partikolari rigward l-istruttura u r-rati applikati.

    Jitkomplew it-tisħiħ u l-immodernizzar ta’ l-amministrazzjoni tat-taxxa, inkluż is-settur ta’ l-informatika, sabiex tiżdied il-konformità u jitjieb il-ġbir tad-dħul mit-taxxi u sabiex titnaqqas l-ekonomija informali

    Kapitolu 18:   Statistika

    Jiġu kkomunikati fil-ħin l-indikaturi ewlenin tal-kontijiet nazzjonali f’konformità ma’ l-ESA 95.

    Jiġu allinjati l-metodoloġija u l-istruttura organizzattiva għall-ġbir ta’ l-informazzjoni biex jiġu pprovduti statistiċi dwar l-agrikoltura skond ir-rekwiżiti ta’ l-UE.

    Jiġi ffinalizzat l-istabbiliment tar-reġistru tan-negozju.

    Kapitolu 19:   Politika soċjali u impjiegi

    Jiġu stabbiliti kondizzjonijiet favorevoli għal djalogu soċjali effettiv fil-livelli kollha, fost l-oħrajn, bl-adozzjoni ta’ leġislazzjoni ġdida li tneħħi d-dispożizzjonijiet restrittivi fuq l-attivitajiet tas-sindakati u li tiżgura r-rispett tad-drittijiet tas-sindakati.

    Tiġi pprovduta analiżi tax-xogħol mhux dikjarat fit-Turkija u jitfassal pjan biex din il-problema tiġi ttrattata fil-kuntest ta’ pjan ta’ azzjoni globali għall-infurzar ta’ l-acquis għall-benefiċċju tal-ħaddiema kollha.

    Tiġi ffinalizzata l-ħidma fuq il-Memorandum Konġunt dwar l-Inklużjoni u d-Dokument Konġunt ta’ Evalwazzjoni dwar il-Prijoritajiet għall-Politika dwar l-Impjieg u jiġu implimentati b’mod attiv iż-żewġ proċessi ta’ segwitu.

    Kapitolu 20:   Politika Industrijali u dwar l-Impriżi

    Tiġi adottata strateġija komprensiva riveduta dwar il-politika industrijali.

    Kapitolu 22:   Politika reġjonali u koordinazzjoni ta’ l-istrumenti strutturali

    Jiġi rinfurzat l-istabbiliment ta’ strutturi istituzzjonali u tissaħħaħ il-kapaċità amministrattiva fl-oqsma ta’ programmazzjoni, tħejjija tal-proġetti, monitoraġġ, evalwazzjoni u ġestjoni u kontroll finanzjarju, b’mod partikolari fil-livell tal-ministeri kompetenti, biex jiġu implimentati l-programmi ta’ qabel l-adeżjoni ta’ l-UE bħala tħejjija għall-implimentazzjoni tal-politika ta’ koeżjoni tal-Komunità.

    Kapitolu 23:   Drittijiet ġudizzjarji u fundamentali

    Jissaħħu l-isforzi sabiex il-leġislazzjoni tagħha tiġi allinjata ma’ l-acquis dwar il-protezzjoni tad-data personali u tiġi stabbilita awtorità ta’ superviżjoni indipendenti għall-protezzjoni tad-data.

    Għall-prijoritajiet l-oħrajn ara t-taqsima dwar il-kriterji politiċi.

    Kapitolu 24:   Ġustizzja, libertà u sigurtà

    Jitkompla t-tisħiħ ta’ l-istituzzjonijiet kollha ta’ l-infurzar tal-liġi u jiġi allinjat l-istatus u l-funzjonament tagħhom ma’ l-istandards Ewropej, inkluż permezz ta’ l-iżvilupp tal-kooperazzjoni bejn l-aġenziji. Jiġi adottat kodiċi ta’ l-etika u tiġi stabbilita sistema indipendenti u effettiva għall-ilmenti sabiex tiġi żgurata responsabbiltà akbar li tkopri l-korpi kollha ta’ l-infurzar tal-liġi.

    Jitkomplew l-isforzi għall-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni Nazzjonali dwar l-Ażil u l-Migrazzjoni (anki permezz ta’ l-adozzjoni ta’ pjan ta’ azzjoni), tiżdied il-kapaċità fil-ġlieda kontra l-migrazzjoni illegali skond l-istandards internazzjonali.

    Jiġi konkluż b’mod urġenti ftehim ta’ ammissjoni mill-ġdid ma’ l-UE.

    Isir progress fit-tħejjijiet għall-adozzjoni ta’ liġi komprensiva dwar l-ażil skond l-acquis, inkluż l-istabbiliment ta’ awtorità dwar l-ażil.

    Jitkomplew l-isforzi biex jiġi implimentat il-Pjan ta’ Azzjoni Nazzjonali dwar il-ġestjoni integrata tal-fruntieri inkluż permezz tad-definizzjoni ta’ pjan ta’ azzjoni preċiż. Għandhom jittieħdu passi biex tiġi stabbilita l-awtorità l-ġdida għall-infurzar tal-liġi dwar il-fruntieri.

    Tiġi implimentata l-istrateġija nazzjonali dwar il-kriminalità organizzata. Tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, id-droga, it-traffikar tal-persuni, il-frodi, il-korruzzjoni u l-money laundering.

    Kapitolu 26:   Edukazzjoni u Kultura

    Tittejjeb il-kapaċità amministrattiva ta’ l-Aġenżija Nazzjonali għat-Tagħlim tul il-Ħajja u għaż-Żgħażagħ fl-Azzjoni sabiex tkun tista’ tittratta ż-żieda fil-volum tax-xogħol.

    Kapitolu 27:   Ambjent

    Tiġi adottata strateġija komprensiva għat-traspożizzjoni, l-implimentazzjoni u l-infurzar gradwali ta’ l-acquis, inklużi pjanijiet sabiex tinbena l-kapaċità amministrattiva neċessarja fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali u r-riżorsi finanzjarji meħtieġa, b’indikazzjoni ta’ l-għanijiet u l-iskedi taż-żmien.

    Jitkomplew t-traspożizzjoni, l-implimentazzjoni u l-infurzar ta’ l-acquis, b’mod partikolari l-leġislazzjoni orizzonali u l-leġislazzjoni qafas, bħall-valutazzjoni ta’ l-impatt ambjentali, inklużi l-aspetti transkonfini, kif ukoll it-tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva.

    Jiġi adottat il-Pjan Nazzjonali għall-Ġestjoni ta’ l-Iskart.

    Kapitolu 28:   Protezzjoni tal-konsumatur u tas-saħħa

    Jitkompla l-allinjament ma’ l-acquis dwar il-konsumatur u dwar is-saħħa, inkluż fl-oqsma tad-demm, it-tessuti, iċ-ċelloli u t-tabakk, u jiġi żgurat l-eżistenza ta’ strutturi amministrattivi u kapaċità ta’ l-infurzar adegwati.

    Tissaħħaħ il-kapaċità tal-qrati, anki permezz ta’ taħriġ, tiġi żgurata l-konsistenza fl-interpretazzjoni tal-leġislazzjoni dwar il-konsumatur.

    Kapitolu 29:   Unjoni Doganali

    Tiġi allinjata l-leġislazzjoni dwar iż-żoni liberi ma’ l-acquis rilevanti, b’mod partikolari fil-każ tar-regoli dwar il-kontrolli doganali u l-verifika tat-taxxa.

    Tissaħħaħ il-kapaċità ta’ infurzar ta’ l-amministrazzjoni doganali, b’mod partikolari rigward il-ġlieda kontra l-kummerċ illegali u l-falsifikazzjoni. Jitkomplew it-tħejjijiet għall-interkonnettività tas-sistemi ta’ l-informatika ma’ l-UE.

    Tiġi eliminata l-eżenzjoni mid-dazji doganali għall-merkanzija koperta mill-Unjoni Doganali li tinbiegħ fil-ħwienet mingħajr dazju lill-vjaġġaturi li jidħlu fit-Turkija.

    Kapitolu 30:   Relazzjonijiet esterni

    Isir allinjament mal-pożizzjoni ta’ l-UE fl-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, rigward l-Aġenda ta’ Żvilupp ta’ Doha u fl-OECD.

    Jitkompla l-allinjament mas-sistema ta’ preferenzi ġeneralizzati (SPĠ) tal-Komunità Ewropea.

    Jitkomplew l-isforzi biex jiġu konklużi ftehim ta’ kummerċ liberu pendenti ma’ pajjiżi terzi konformement ma’ l-acquis.

    Kapitolu 31:   Politika estera, ta’ sigurtà u ta’ difiża

    Jitkompla l-allinjament ma’ pożizzjonijiet komuni, dikjarazzjonijiet, stqarrijiet u démarches ta’ l-UE dwar il-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni (PESK).

    Isir allinjament tal-linji ta’ politika rigward pajjiżi terzi u l-pożizzjonijiet fi ħdan organizzazzjonijiet internazzjonali ma’ dawk ta’ l-UE u l-Istati Membri tagħha, inkluż rigward is-sħubija ta’ l-Istati Membri kollha ta’ l-UE f’organizzazzjonijiet u arranġamenti rilevanti bħal Wassenaar.

    Kapitolu 32:   Kontroll finanzjarju

    Jiġu adottati Dokument ta’ Politika aġġornat dwar il-Kontroll Finanzjarju Intern Pubbliku (PIFC) u l-leġislazzjoni dwar il-PIFC derivata.

    Tiġi adottata l-leġislazzjoni pendenti biex jiġi garantit il-funzjonament tal-Qorti tal-Kontijiet Torka skond l-istandards u l-linji gwida ta’ l-Organizzazzjoni Internazzjonali ta’ l-Istituzzjonijiet Supremi ta’ Verifika (INTOSAI).

    Tiġi stabbilita struttura ta’ koordinazzjoni kontra l-frodi, li tkun indipendenti mill-aspett operattiv, għall-protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji ta’ l-UE.

    3.2.   Prijoritajiet għall-Perijodu Medju

    Kriterji Ekonomiċi

    Jitlesta l-programm ta’ privatizzazzjoni.

    Tiġi żgurata s-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi.

    Jitkompla t-titjib tal-livell ġenerali ta’ l-edukazzjoni u s-saħħa, b’attenzjoni partikolari għall-ġenerazzjoni żagħżugħa u n-nisa.

    Tittejjeb l-infrastruttura tal-pajjiż, b’mod partikolari fl-enerġija u t-trasport, sabiex tissaħħaħ il-kompetittività ta’ l-ekonomija globalment.

    Kapaċità li tassumi l-obbligi tas-sħubija

    Kapitolu 2:     Moviment liberu tal-ħaddiema

    Jiġi żgurat li s-Servizzi Pubbliċi ta’ l-Impjiegi jkollhom il-kapaċità adegwata biex jiggarantixxu l-parteċipazzjoni fin-netwerk EURES (Servizzi Ewropej ta’ l-Impjiegi)

    Jitkompla t-tisħiħ ta’ l-istrutturi amministrattivi, b’mod partikolari għall-koordinazzjoni ta’ l-iskemi tas-sigurtà soċjali.

    Kapitolu 3:     Dritt ta’ stabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti s-servizzi

    Ikomplu jitneħħew ir-restrizzjonijiet fuq id-dritt ta’ stabbiliment u fuq il-libertà li jiġu pprovduti servizzi transkonfini.

    Jitkompla l-allinjament ma’ l-acquis għas-servizzi postali.

    Jitkompla l-allinjament ma’ l-acquis għar-rikonoxximent reċiproku ta’ kwalifiki professjonali u, b’mod partikolari, issir ħidma biex jitħassru r-rekwiżiti ta’ nazzjonalità.

    Kapitolu 5:     Akkwist pubbliku

    Tiġi implimentata l-istrateġija dwar l-akkwist pubbliku.

    Jiġi promoss l-użu ta’ mezzi elettroniċi fil-proċeduri ta’ l-akkwist.

    Kapitolu 6:     Liġi dwar il-kumpaniji

    Jiġi adottat qafas ta’ rappurtar finanzjarju b’għan ġenerali fil-qasam tal-kontabbiltà u l-verifika tal-kumpaniji skond l-istandards ta’ l-UE.

    Jissaħħu r-rekwiżiti dwar l-iżvelar. B’mod partikolari, jiġi adottat rekwiżit ġenerali li jobbliga lill-kumpaniji jikklassifikaw id-dikjarazzjonijiet ta’ entitajiet legali li għaddew minn verifika u l-istati finanzjarji konsolidati sabiex dawn isiru disponibbli għall-pubbliku.

    Kapitolu 7:     Liġi dwar il-proprjetà intellettwali

    Jitkompla l-allinjament u jiġi żgurat l-infurzar effettiv tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali.

    Kapitolu 8:     Politika dwar il-kompetizzjoni

    Tiġi allinjata l-leġislazzjoni sekondarja fil-qasam ta’ l-għajnuna mill-Istat.

    Tiġi żgurata t-trasparenza fil-qasam ta’ l-għajnuna mill-Istat skond l-impenji bilaterali eżistenti. Tingħata informazzjoni lill-Komunità dwar l-iskemi kollha ta’ għajnuna fis-seħħ u ssir notifika minn qabel ta’ kull għajnuna individwali li tkun ser tingħata.

    Kapitolu 10:     Soċjetà ta’ l-informazzjoni u l-medja

    Titkompla t-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni ta’ l-acquis fil-qasam tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u ssir it-tħejjija għal-liberalizzazzjoni sħiħa tas-swieq.

    Jitkompla l-allinjament ma’ l-acquis fis-settur awdjoviżiv u tissaħħaħ l-indipendenza u l-kapaċità amministrattiva ta’ l-awtorità regolatorja.

    Kapitolu 11:     Agrikoltura u żvilupp rurali

    Jitkompla l-iżvilupp ta’ sistema ta’ identifikazzjoni ta’ l-artijiet u s-Sistema Nazzjonali ta’ Reġistrazzjoni tal-Bdiewa biex jitħejjew il-kontrolli fuq l-art agrikola.

    Tinbeda t-tħejjija għall-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet pilota relatati ma’ l-ambjent u l-kampanja, bil-ħsieb ta’ l-implimentazzjoni futura ta’ miżuri agro-ambjentali.

    Kapitolu 12:     Sigurtà ta’ l-ikel, politika veterinarja u fitosanitarja

    Jiġu adottati miżuri ta’ kontroll għall-mard ta’ l-annimali u jiġu stabbiliti pjanijiet ta’ eradikazzjoni fejn dan ikun iġġustifikat mis-sitwazzjoni tas-saħħa ta’ l-annimali.

    Jittejbu l-kapaċitajiet tal-laboratorju u ta’ kontroll fis-sigurtà ta’ l-ikel, fil-qasam veterinarju u fitosanitarju, b’mod partikolari rigward il-laboratorji ta’ referenza, l-ittestjar tar-residwi (inklużi pjanijiet ta’ kontroll) u l-proċeduri tat-teħid ta’ kampjuni.

    Tiġi allinjata l-leġislazzjoni dwar l-Enċefalopatiji Sponġiformi Trasmissibbli (TSE) u dwar il-prodotti sekondarji ta’ l-annimali u tinbeda s-sistema ta’ ġbir u trattament neċessarja.

    Kapitolu 13:     Sajd

    Tiġi stabbilita sistema affidabbli ta’ valutazzjoni tal-ħażniet biex tiġi pprovduta informazzjoni preċiża dwar ir-riżorsi marini.

    Jiġi adattat ir-reġistru eżistenti tal-flotot għar-rekwiżiti ta’ l-UE.

    Kapitolu 14:     Politika dwar it-trasport

    Jitkompla l-allinjament leġislattiv u amministrattiv ma’ l-acquis dwar it-trasport b’mod partikolari rigward it-trasport bit-triq u s-sigurtà fl-ajru.

    Tissaħħaħ il-kapaċità biex jiġi implimentat l-acquis ta’ l-UE, inklużi miżuri ta’ kontroll, skond l-istandards ta’ l-UE.

    Kapitolu 15:     Enerġija

    Jiġi żgurat l-istabbiliment ta’ suq intern ta’ l-enerġija kompetittiv, f’konformità mad-direttivi dwar l-elettriku u l-gass. Jitkompla t-tisħiħ ta’ l-istrutturi amministrattivi u regolatorji meħtieġa għal suq ta’ l-enerġija funzjonali u kompetittiv.

    Tiġi adottata liġi nukleari li tiżgura livell għoli ta’ sigurtà nukleari skond l-istandards ta’ l-UE.

    Kapitolu 16:     Tassazzjoni

    Jitkompla l-allinjament tad-dazji tas-sisa u tal-VAT, b’mod partikolari fir-rigward tat-tnaqqis, l-eżenzjonijiet, l-iskemi speċjali, ir-rifużjonijiet tat-taxxa u l-applikazzjoni ta’ rati mnaqqsa.

    Kapitolu 18:     Statistika

    Jissaħħaħ ir-rwol ta’ koordinazzjoni u tittejjeb il-kapaċità amministrattiva ta’ Turkstat sabiex il-ġbir, l-ipproċessar u d-disseminazzjoni tad-data jsiru fil-ħin.

    Kapitolu 19:     Politika soċjali u impjiegi

    Titkompla t-traspożizzjoni ta’ l-acquis u jissaħħu l-istrutturi amministrattivi u ta’ infurzar relatati, inklużi l-ispettorati tax-xogħol, flimkien ma’ l-imsieħba soċjali.

    Tittejjeb il-kapaċità biex jiġu evalwati u mmonitorjati s-suq tax-xogħol u l-iżviluppi soċjali u biex jiġu indirizzati il-problemi strutturali.

    Kapitolu 21:     Netwerks trans-Ewropej

    Tingħata prijorità lill-proġetti identifikati skond il-Valutazzjoni tal-Ħtiġijiet għall-Infrastruttura tat-Trasport (TINA) u lill-proġetti ta’ interess komuni elenkati fil-Linji Gwida tal-Komunità Ewropea dwar TEN-Enerġija.

    Kapitolu 22:     Politika reġjonali u koordinazzjoni ta’ l-istrumenti ta’ politika strutturali

    Tiġi żviluppata, fil-livell ċentrali, reġjonali u lokali, il-kapaċità amministrattiva għall-implimentazzjoni tal-politika eventwali futura ta’ koeżjoni tal-Komunità.

    Kapitolu 24:     Ġustizzja, libertà u sigurtà

    Jiġu mħaffa l-isforzi biex tiġi stabbilita sistema integrata ta’ ġestjoni tal-fruntieri skond l-acquis, ibbażata fuq il-koordinazzjoni mill-qrib bejn l-aġenziji u l-professjonaliżmu tal-persunal u li tkopri, fost l-oħrajn, mekkaniżmu pre-screening biex jiġu identifikati dawn il-persuni li jeħtieġu protezzjoni internazzjonali fil-fruntieri.

    Jitkompla l-allinjament ma’ l-acquis fil-qasam ta’ l-ażil, b’mod partikolari, billi titneħħa l-limitazzjoni ġeografika għall-Konvenzjoni ta’ Ġinevra u permezz tat-tisħiħ tal-protezzjoni, l-appoġġ soċjali u miżuri ta’ integrazzjoni għar-refuġjati.

    Tiġi żgurata l-kompatibbiltà tal-leġislazzjoni Torka ma’ l-acquis fi kwistjonijiet ċivili u tissaħħaħ il-kapaċità tal-ġudikatura biex tapplika l-acquis.

    Kapitolu 27:     Ambjent

    Titkompla t-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni ta’ l-acquis relatat mal-leġislazzjoni qafas, il-konvenzjonijiet internazzjonali dwar l-ambjent u l-leġislazzjoni dwar il-protezzjoni tan-natura, il-kwalità ta’ l-ilma, il-prodotti kimiċi, it-tniġġis industrijali u l-ġestjoni tar-riskju u l-ġestjoni ta’ l-iskart.

    Ikun hemm integrazzjoni tar-rekwiżiti ambjentali f’linji ta’ politika settorjali oħra.

    Kapitolu 28:     Protezzjoni tal-konsumatur u tas-saħħa

    Jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni permezz ta’ l-infurzar effettiv tar-regoli dwar il-protezzjoni tal-konsumatur u l-involviment ta’ l-organizzazzjonijiet rilevanti tal-konsumatur.

    Fil-qasam tas-saħħa mentali, jiġu żviluppati servizzi bbażati fil-komunità bħala alternattiva għall-istituzzjonalizzazzjoni u tiġi żgurata l-allokazzjoni ta’ riżorsi finanzjarji suffiċjenti għall-kura tas-saħħa mentali.

    Kapitolu 29:     Unjoni Doganali

    Jitlesta l-allinjament tal-leġislazzjoni doganali dwar l-oġġetti u t-teknoloġiji b’użu doppju, il-prekursuri u l-markanzija ffalsifikata jew ikkupjata.

    Kapitolu 32:     Kontroll finanzjarju

    Jiġi allinjat il-Kodiċi Kriminali Tork mal-Konvenzjoni dwar il-protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji ta’ l-UE (PIF) u l-protokolli tagħha.

    4.   PROGRAMMAZZJONI

    L-assistenza finanzjarja għall-prijoritajiet identifikati fis-Sħubija għall-Adeżjoni se jkunu disponibbli permezz ta’ żewġ strumenti finanzjarji: il-programmi adottati qabel u fl-2006 ser ikunu implimentati skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2500/2001 tas-17 ta’ Diċembru 2001 li jikkonċerna għajnuna finanzjarja ta’ qabel is-sħubija għat-Turkija (3). Il-programmi u l-proġetti adottati mill-2007 'l quddiem ser ikunu implimentati skond ir-Regolament (KE) Nru 1085/2006. Skond iż-żewġ strumenti, il-Kummissjoni adottat/ser tadotta rispettivament deċiżjonijiet ta’ finanzjament li ser ikunu segwiti minn ftehim ta’ finanzjament iffirmati mill-Kummissjoni u mit-Turkija. Il-ftehim ta’ finanzjament iservu ta’ bażi legali għall-implimentazzjoni tal-programmi konkreti.

    It-Turkija għandha wkoll aċċess għal finanzjamenti minn programmi multinazzjonali u orizzontali.

    5.   KONDIZZJONIJIET

    L-assistenza Komunitarja għal proġetti ta’ finanzjament permezz ta’ l-istrumenti ta’ qabel l-adeżjoni għandha bħala kondizzjoni r-rispett mit-Turkija ta’ l-impenji tagħha skond il-Ftehim KE-Turkija, inklużi d-Deċiżjoni 1/95 dwar l-Unjoni Doganali u deċiżjonijiet oħra, aktar passi konkreti biex jiġu sodisfatti b’mod effettiv il-kriterji ta’ Kopenħagen u, b’mod partikolari, il-progress dwar il-prijoritajiet speċifiċi ta’ din is-Sħubija għall-Adeżjoni riveduta.

    Jekk ma jiġux rispettati dawn il-kondizzjonijiet ġenerali, il-Kunsill jista’ jieħu d-deċiżjoni li jissospendi l-għajnuna finanzjarja abbażi tar-Regolament (KE) Nru 2500/2001 jew abbażi ta’ l-Artikolu 21 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1085/2006 (IPA). Kondizzjonijiet speċifiċi jinsabu inklużi wkoll fi programmi annwali individwali. Id-deċiżjonijiet ta’ finanzjament ser jiġu segwiti minn ftehim ta’ finanzjament iffirmat mat-Turkija.

    6.   MONITORAĠĠ

    L-implimentazzjoni tas-Sħubija għall-Adeżjoni għandha tiġi eżaminata bl-użu tal-mekkaniżmi stabbiliti bil-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni kif ikun xieraq u permezz tar-rapporti ta’ progress tal-Kummissjoni.

    Is-sottokumitati stabbiliti bil-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni jipprevedu l-possibbiltà li tiġi riveduta l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet tas-Sħubija għall-Adeżjoni u l-progress rigward l-approssimazzjoni legali, l-implimentazzjoni u l-infurzar. Il-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni jiddiskuti l-iżviluppi ġenerali, il-progress u l-problemi fl-ilħuq tal-prijoritajiet tas-Sħubija għall-Adeżjoni kif ukoll kwistjonijiet aktar speċifiċi li jirriferulu s-sottokumitati.

    Il-monitoraġġ tal-programmi ta’ assistenza finanzjarja ta’ qabel l-adeżjoni għandu jitwettaq b’mod konġunt mit-Turkija u mill-Kummissjoni permezz ta’ kumitat konġunt ta’ monitoraġġ (JMC) jew Kumitat ta’ monitoraġġ IPA. Sabiex jiġi żgurat li l-monitoraġġ ikun effettiv, il-proġetti ffinanzjati taħt kull ftehim ta’ finanzjament għandhom jinkorporaw indikaturi verifikabbli u li jistgħu jitkejlu tal-kisbiet. Il-monitoraġġ ibbażat fuq dawn l-indikaturi ser jassisti lill-Kummissjoni, lill-Kumitat ta’ Monitoraġġ JMC/IPA u lit-Turkija biex sussegwentement jorjentaw mill-ġdid il-programmi fejn neċessarju u sabiex ifasslu programmi ġodda. Il-Kumitat ta’ Monitoraġġ JMC/IPA jiżgura li l-azzjonijiet iffinanzjati taħt il-programmi ta’ qabel l-adeżjoni jkunu kompatibbli mas-Sħubija għall-Adeżjoni.

    Is-Sħubija għall-Adeżjoni ser tkompli tiġi aġġustata kif meħtieġ skond l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 390/2001 (4).


    (1)  Ara wkoll id-dikjarazzjoni tal-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha tal-21 ta’ Settembru 2005.

    (2)  ĠU L 255, 30.9.2005, p. 22. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1430/2007 (ĠU L 320, 6.12.2007, p. 3).

    (3)  ĠU L 342, 27.12.2001, p. 1. Regolament imħassar bir-Regolament (KE) Nru 1085/2006.

    (4)  ĠU L 58, 28.2.2001, p. 1.


    26.2.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 51/19


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tat-18 ta’ Frar 2008

    li testendi l-perjodu ta’ applikazzjoni tal-miżuri fid-Deċiżjoni 2002/148/KE li jikkonkludi l-konsultazzjonijiet mar-Repubblika taż-Żimbabwe skond l-Artikolu 96 tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE

    (2008/158/KE)

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE ffirmat f’Kotonu fit-23 ta’ Ġunju 2000 (1) u rivedut fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005 (2),

    Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern bejn ir-rappreżentanti tal-gvernijiet ta’ l-Istati Membri, li jiltaqgħu fil-Kunsill, dwar miżuri li għandhom jittieħdu u proċeduri li għandhom ikunu segwiti fl-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE (3) u b’mod partikolari l-Artikolu 3 tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

    Billi:

    (1)

    Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/148/KE (4), il-konsultazzjonijiet mar-Repubblika taż-Żimbabwe skond l-Artikolu 96(2)(c) tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE ngħalqu u ttieħdu miżuri xierqa, kif speċifikat fl-Anness għal dik id-Deċiżjoni.

    (2)

    Bid-Deċiżjoni 2006/114/KE l-applikazzjoni tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 2002/148/KE, li kienet estiża sa l-20 ta’ Frar 2004 bl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2003/112/KE (5), sa l-20 ta’ Frar 2005 bl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2004/157/KE (6), sa l-20 ta’ Frar 2006 bl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2005/139/KE (7) u sa l-20 ta’ Frar 2007 bl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2006/114/KE (8), kienu estiżi għall-perjodu ieħor ta’ tnax-il xahar sa l-20 ta’ Frar 2008.

    (3)

    L-elementi essenzjali kkwotati fl-Artikolu 9 tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE komplew ikunu miksura mill-Gvern taż-Żimbabwe, u l-kundizzjonijiet attwali fiż-Żimbabwe ma jiżgurawx rispett għad-drittijiet tal-bniedem, il-prinċipji demokratiċi u l-istat tad-dritt.

    (4)

    Il-perjodu ta’ l-applikazzjoni tal-miżuri għandu għalhekk ikun estiż,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    L-applikazzjoni tal-miżuri li saret referenza għalihom fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 2002/148/KE għandha tiġi estiża sa l-20 ta’ Frar 2009. Il-miżuri għandhom jinżammu taħt reviżjoni kontinwa.

    L-ittra li tidher fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni għandha tkun indirizzata lill-President taż-Żimbabwe.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmula fi Brussell, 18 ta’ Frar 2008.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    D. RUPEL


    (1)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3. Il-Ftehim kif l-aħħar emendat permezz tad-Deċiżjoni Nru 4/2007 (ĠU L 25, 30.1.2008, p. 11).

    (2)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 26.

    (3)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 376. Il-Ftehim Intern kif emendat l-aħħar mill-Ftehim Intern ta’ l-10 ta’ April 2006 (ĠU L 247, 9.9.2006, p. 48).

    (4)  ĠU L 50, 21.2.2002, p. 64. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2007/127/KE (ĠU L 53, 22.2.2007, p. 23).

    (5)  ĠU L 46, 20.2.2003, p. 25.

    (6)  ĠU L 50, 20.2.2004, p. 60.

    (7)  ĠU L 48, 19.2.2005, p. 28.

    (8)  ĠU L 48, 18.2.2006, p. 26.


    ANNESS

    Brussell,

    L-Unjoni Ewropea tagħti importanza kbira lid-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 9 tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE. Bħala elementi essenzjali tal-Ftehim ta’ Sħubija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, l-istituzzjonijiet demokratiċi u l-istat tad-dritt jiffurmaw il-bażi tar-relazzjonijiet tagħna.

    Bl-ittra tad-19 ta’ Frar 2002, l-Unjoni Ewropea infurmatek bid-deċiżjoni tagħha li tikkonkludi l-konsultazzjonijiet li saru skond l-Artikolu 96 tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE u biex tieħu ċerti “miżuri xierqa” fit-tifsira ta’ l-Artikolu 96(2)(c) ta’ dak il-Ftehim.

    Bl-ittri tad-19 ta’ Frar 2003, id-19 ta’ Frar 2004, it-18 ta’ Frar 2005, il-15 ta’ Frar 2006 u l-21 ta’ Frar 2007, l-Unjoni Ewropea infurmatek bid-deċiżjonijiet tagħha li ma kenitx ser tirrevoka l-“miżuri xierqa” u li kienet ser testendi l-perjodu ta’ l-applikazzjoni sa l-20 ta’ Frar 2004, l-20 ta’ Frar 2005, l-20 ta’ Frar 2006, l-20 ta’ Frar 2007 u l-20 ta’ Frar 2008 rispettivament.

    Tnax-il xahar wara, l-Unjoni Ewropea tqis li ma sar l-ebda progress sinifikanti fil-ħames oqsma msemmija fid-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta’ Frar 2002.

    Fid-dawl ta’ dak li ssemma' hawn fuq, l-Unjoni Ewropea ma tqisx li tista’ tikkunsidra li tirrevoka l-miżuri xierqa u ddeċidiet li testendi l-perjodu ta’ l-applikazzjoni tagħhom sal-20 ta’ Frar 2009. Il-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea ser tibqa’ tiġi eżaminata u rriveduta anke fuq il-bażi ta’ valutazzjoni fil-fond tas-sitwazzjoni wara t-tkomplija ta’ l-inizjattiva ta’ l-SADC marbuta maż-Żimbabwe u l-elezzjonijiet li ġejjin.

    L-Unjoni Ewropea tixtieq terġa' tenfasizza li mhix qiegħda tippenalizza n-nies taż-Żimbabwe u li ser tkompli bil-kontribuzzjoni tagħha għall-operazzjonijiet ta’ natura umanitarja u għall-proġetti f’appoġġ dirett favur il-popolazzjoni, partikolarment għal dawk il-proġetti fis-setturi soċjali, id-demokratizzazzjoni, ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt, li mhumiex affettwati b’dawn il-miżuri.

    L-Unjoni Ewropea tixtieq tisħaq li l-applikazzjoni tal-miżuri xierqa kif imfissra fl-Artikolu 96 tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE ma’ toħloq ebda xkiel għad-djalogu politiku kif previst fl-Artikolu 8 ta’ dan il-ftehim.

    B’dan il-ħsieb, l-Unjoni Ewropea tixtieq għal darba oħra tenfasizza l-importanza li hi torbot ma’ kooperazzjoni fil-futur bejn il-KE u ż-Zimbabwe u tixtieq tikkonferma r-rieda tagħha li tkompli tuża l-opportunità pprovduta mill-għaxar eżerċizzju ta’ programmar kontinwu ta’ l-EDF biex tkompli bid-djalogu u li fil-futur qrib tirreġistra progress lejn sitwazzjoni fejn terġa' ssir possibbli kooperazzjoni sħiħa.

    Għoddni tiegħek,

    Għall-Kummissjoni

    Għall-Kunsill


    Kummissjoni

    26.2.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 51/21


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tat-22 ta’ Frar 2008

    li tirrevoka d-Deċiżjoni 2007/683/KE li tapprova l-pjan għall-qerda tad-deni klassiku tal-ħnieżer fi ħnieżer slavaġ f’ċerti żoni ta’ l-Ungerija

    (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 675)

    (It-test Ungeriż biss huwa awtentiku)

    (2008/159/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2001/89/KE tat-23 ta’ Ottubru 2001 dwar il-miżuri tal-Komunità għall-kontroll tal-marda ta’ l-infafet vesikolari (deni klassiku) tal-ħnieżer (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 16(1) tagħha,

    Billi,

    (1)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/683/KE (2) ġiet adottata bħala waħda minn għadd ta’ miżuri biex jiġi miġġieled id-deni klassiku tal-ħnieżer.

    (2)

    Is-Slovakkja għarrfet lill-Kummissjoni bl-iżvilupp reċenti ta’ din il-marda fi ħnieżer slavaġ f’ċerti żoni li jinsabu mal-fruntieri ta’ l-Ungerija.

    (3)

    L-Ungerija għarrfet lill-Kummissjoni li fid-dawl tas-sitwazzjoni epidemjoloġika, il-miżuri ddefiniti fil-pjan ta’ eradikazzjoni tad-deni klassiku tal-ħnieżer fi ħnieżer slavaġ jeħtiġilhom li jiġu estiżi għal ċerti żoni tal-Kontea ta’ Pest fl-Ungerija.

    (4)

    Id-Deċiżjoni 2007/683/KE għalhekk għandha tkun emendata skond dan.

    (5)

    Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Anness tad-Deċiżjoni 2007/683/KE jinbidel bit-test fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika ta’ l-Ungerija.

    Magħmula fi Brussell, 22 ta’ Frar 2008.

    Għall-Kummissjoni

    Markos KYPRIANOU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 316, 1.12.2001, p. 5. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/729/KE (ĠU L 294, 13.11.2007, p. 26).

    (2)  ĠU L 281, 25.10.2007, p. 27.


    ANNESS

    “L-ANNESS

    Żoni fejn il-pjan għall-eradikazzjoni tad-deni klassiku tal-ħnieżer fi ħanżir salvaġġ għandu jiġi implimentat:

    It-territorju tal-kontea ta’ Nógrád u t-territorju tal-kontea ta’ Pest li tinsab fit-tramuntana u fil-lvant tad-Danubju, fin-nofsinhar tal-fruntiera mas-Slovakkja, fil-punent tal-fruntiera mal-kontea ta’ Nógrád u fit-tramuntana ta’ l-awtostrada E 71.”


    III Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

    ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TA' L-UE

    26.2.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 51/23


    POŻIZZJONI KOMUNI TAL-KUNSILL 2008/160/PESK

    tal-25 ta' Frar 2008

    li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra t-tmexxija tar-reġjun Transnistrijan tar-Repubblika ta’ Moldova

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 15 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Fis-27 ta’ Frar 2003, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2003/139/PESK li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra t-tmexxija tar-reġjun Transnistrijan tar-Repubblika ta’ Moldova (1). Dawk il-miżuri (restrizzjonijiet fuq id-dħul) ġew imġedda mill-Kunsill bil-Pożizzjoni Komuni 2004/179/PESK (2) tat-23 ta’ Frar 2004. Huma jiskadu fis-27 ta’ Frar 2008.

    (2)

    Fis-26 ta’ Awwissu 2004, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2004/622/PESK (3) li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2004/179/PESK li biha ġew estiżi r-restrizzjonijiet fuq id-dħul fuq persuni li huma responsabbli għat-tfassil u l-implimentazzjoni tal-kampanja ta’ intimidazzjoni u għeluq kontra l-iskejjel Moldavi li jħaddnu l-alfabet Ruman fir-reġjun Transnistrijan tar-Repubblika tal-Moldova.

    (3)

    Minkejja li n-negozjati dwar il-bidliet kostituzzjonali digà bdew, ma kien hemm l-ebda progress sostanzjali fis-sitwazzjoni dwar il-kunflitt Transnistrijan fir-Repubblika tal-Moldova.

    (4)

    L-UE tibqa’ impenjata li tikkontribwixxi għall-objettiv li tinkiseb soluzzjoni paċifika għall-kunflitt, b’rispett sħiħ għall-integrità territorjali tar-Repubblika tal-Moldova u fil-qafas ta’ l-Organizazzoni għas-Sigurtà u Koperazzjoni fl-Ewropa (OSKE).

    (5)

    L-UE tikkonsidra inaċċettabbli l-pożizzjoni kontinwa tat-tmexxija tar-reġjun Transnistrijan tar-Repubblika tal-Moldova u n-nuqqas ta’ rieda li taħdem bis-sħiħ fi sforzi biex tintlaħaq soluzzjoni paċifika u komprensiva għall-kunflitt Transnistrijan.

    (6)

    Abbażi ta’ eżami mill-ġdid tal-Pożizzjoni Komuni 2004/179/PESK, il-miżuri restrittivi għandhom jiġu mġedda għal perijodu ulterjuri ta’ 12-il xahar. Il-Kunsill jikkunsidra li huwa xieraq li jitħassru sitt persuni mil-lista fl-Annessi I u li jiżdiedu sitt persuni oħra fil-listi fl-Annessi I u II.

    (7)

    Fl-interess taċ-ċarezza, il-miżuri restrittivi għandhom jiġu kkonsolidati f’att legali wieħed,

    ADOTTAT DIN IL-POŻIZZJONI KOMUNI:

    Artikolu 1

    1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jipprevjenu d-dħul fi, jew it-transitu fit-territorji tagħhom tal-persuni li huma responsabbli:

    (i)

    għall-prevenzjoni tal-progress lejn il-wasla għal soluzzjoni politika tal-konflitt Transnistrijan fir-Repubblika tal-Moldova, kif elenkat fl-Anness I;

    (ii)

    għat-tfassil u l-implimentazzjoni tal-kampanja ta’ intimidazzjoni u għeluq kontra l-iskejjel Moldavi li jħaddnu l-alfabet Ruman fir-reġjun Transnistrijan tar-Repubblika Moldava, kif elenkati fl-Anness II.

    2.   Il-paragrafu 1 mhux ser jobbliga Stat Membru li jirrifjuta liċ-ċittadini tiegħu stess fit-territorju tiegħu.

    3.   Il-Paragrafu 1 għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-kazijiet fejn Stat Membru huwa marbut b’obbligazzjoni ta’ liġi internazzjonali, jiġifieri:

    (i)

    bħala pajjiż ospitanti għal organizzjoni internazzjonali intergovernattiva;

    (ii)

    bħala pajjiż ospitanti għal konferenza internazzjonali mlaqqgħa minn, jew taħt l-awspiċju tan-Nazzjonijiet Uniti; jew

    (iii)

    taħt ftehim multilaterali li jikkonferixxi privileġġi u immunitajiet; jew

    (iv)

    taħt it-Trattat ta’ Konċiljazzjoni ta’ l-1929 (il-Patt tal-Lateran) konkluż mis-Santa Sede (l-Istat tal-Belt tal-Vatikan) u l-Italja.

    4.   Il-paragrafu 3 għandu jitqies li japplika wkoll f’każijiet fejn Stat Membru huwa pajjiż ospitanti ta’ l-OSKE.

    5.   Il-Kunsill għandu jkun debitament informat fil-każijiet kollha fejn Stat Membru jagħti eżenzjoni skond il-paragrafi 3 jew 4.

    6.   L-Istati Membri jistgħu jagħtu eżenzjonijiet mill-miżuri imposti fil-paragrafu 1 fejn l-ivvjaġġar huwa ġġustifikat fuq raġunijiet ta’ ħtieġa urġenti umanitarja, jew fuq raġunijiet ta’ attendenza f’laqgħat intergovernattivi, inklużi dawk promossi mill-Unjoni Ewropea, jew ospitati minn Stat Membru li jkollu l-Presidenza attwali ta’ l-OSKE, fejn jitmexxa djalogu politiku li jippromwovi direttament id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat ta’ dritt fir-Repubblika tal-Moldova.

    7.   Stat Membru li jixtieq jagħti eżenzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 6 għandu jinnotifika bil-miktub lill-Kunsill. L-eżenzjoni ser tiġi kkunsidrata bħala mogħtija sakemm wieħed jew aktar mill-Membri tal-Kunsill ma jqajjimx oġġezzjoni bil-miktub fi żmien jumejn ta’ ħidma minn meta tiġi rċevuta n-notifika ta’ l-eżenzjoni proposta. Fil-każ li wieħed jew iżjed mill-membri tal-Kunsill iqajjem oġġezzjoni, il-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, jista’ jiddeċiedi li jagħti l-eżenzjoni proposta.

    8.   F’każijiet fejn skond il-paragrafi 3, 4, 6 u 7, Stat Membru jawtorizza d-dħul, jew it-transitu, fit-territorju tiegħu ta’ persuni elenkati fl-Anness I u II, l-awtorizzazzjoni għandha tkun limitata għall-iskop li għalih tingħata u lill-persuni kkonċernati biha.

    Artikolu 2

    Il-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq proposta minn Stat Membru jew mill-Kummissjoni, għandu jadotta modifiki għal-listi li jinsabu fl-Anness I u l-Anness II kif meħtieġ minn żviluppi politiċi fir-Repubblika tal-Moldova.

    Artikolu 3

    Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tidhol fis-seħħ fis-27 ta’ Frar ta’ l-2008 u tapplika sas-27 ta’ Frar ta’ l-2009. Din għandha tinżamm taħt reviżjoni kostanti. Hija għandha tiġi mġedda, jew emendata kif xieraq, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma ntlaħqux.

    Artikolu 4

    Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, 25 ta’ Frar 2008.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    A. VIZJAK


    (1)  ĠU L 53, 28.2.2003, p. 60.

    (2)  ĠU L 55, 24.2.2004, p. 68. Pożizzjoni Komuni kif emendata l-aħħar bil-Pożizzjoni Komuni 2007/121/PESK (ĠU L 51, 20.2.2007, p. 31).

    (3)  ĠU L 279, 28.8.2004, p. 47.


    ANNESS I

    Lista ta’ persuni msemmijin fl-Artikolu 1(1)(i)

    1.

    SMIRNOV, Igor Nikolayevich, “President”, imwieled fit-23 ta’ Ottubru 1941 f’Khabarovsk, il-Federazzjoni Russa, passaport Russu Nru 50No0337530.

    2.

    SMIRNOV, Vladimir Igorevich, iben in-Nru 1 u “President tal-Kumitat Doganali ta’ l-Istat”, imwieled fit-3 ta’ April 1961 f’Kupiansk, Kharkovskaya oblast jew Novava Kakhovka, Khersonskaya oblast, l-Ukraina, passaport Russu Nru 50No00337016.

    3.

    SMIRNOV, Oleg Igorevich, iben in-Nru 1 u “Konsulent tal-Kumitat Doganali Statali”, “Membru tas-Sovjet Suprem”, imwieled fit-8 ta’ Awwissu 1967 f’Novaya Kakhovka, Khersonskaya oblast, l-Ukraina, passaport Russu Nru 60No190737.

    4.

    MARAKUTSA, Grigory Stepanovich, “Membru tas-Sovjet Suprem”, “Rappreżentant Speċjali tas-Sovjet Suprem għar-Relazzjonijiet Interparlamentari” imwieled fil-15 ta’ Ottubru 1942 f’Teya, Grigoriopolsky rayon, Repubblika tal-Moldova, passaport Sovjetiku qadim Nru 8BM724835.

    5.

    LITSKAI, Valery Anatolyevich, “Ministru għall-Affarijiet Barranin”, imwieled fit-13 ta’ Frar 1949 fi Tver, il-Federazzjoni Russa, passaport Russu Nru 51No0076099, maħruġ fid-9 ta’ Awwissu 2000.

    6.

    KHAZHEYEV, Stanislav Galimovich, “Ministru tad-Difiża”, imwieled fit-28 ta’ Diċembru 1941 f’Chelyabinsk, il-Federazzjoni Russa.

    7.

    ANTYUFEYEV, Vladimir Yuryevich, magħruf ukoll bħala SHEVTSOV, Vadim, “Ministru għas-Sigurtà ta’ l-Istat”, imwieled fl-1951 f’Novosibirsk, il-Federazzjoni Russa, passaport Russu.

    8.

    KOROLYOV, Alexandr Ivanovich, “Viċi-President”, imwieled fl-24 ta Ottubru 1958 f’Wroclaw, il-Polonja, passaport Russu.

    9.

    BALALA, Viktor Alekseyevich, dak li qabel kien “Ministru tal-Ġustizzja”, imwieled fl-1961 f’Vinnitsa, l-Ukraina.

    10.

    ZAKHAROV, Viktor Pavlovich, “Prosekutur tat-Transnistrja”, imwieled fl-1948 f’Kamenka, Repubblika tal-Moldova.

    11.

    GUDYMO, Oleg Andreyevich, “Membru tas-Sovjet Suprem”, “President tal-Kumitat dwar is-Sigurtà, id-Difiża u ż-Żamma tal-Paċi tas-Sovjet Suprem”, dak li qabel kien “Viċi-Ministru għas-Sigurtà”, imwieled fil-11 ta’ Settembru 1944 f’Alma-Ata, il-Kazakistan, passaport Russu Nru 51No0592094.

    12.

    KRASNOSELSKY, Vadim Nikolayevich, “Ministru ta’ l-Affarijiet Interni”, imwieled fl-14 ta’ April 1970, f'Dauriya, Zabaykalskyi rayon, Chitinskaya oblast, il-Federazzjoni Russa.

    13.

    ATAMANIUK, Vladimir, “Deputat Ministru tad-Difiża”


    ANNESS II

    Lista ta’ persuni msemmijin fl-Artikolu 1(1)(ii)

    1.

    URSKAYA, Galina Vasilyevna, “Ministru tal-Ġustizzja”, imwieled fl-10 ta’ Diċembru 1957 fil-villaġġ ta’ Pyatiletka, Brianskyi rayon, Brianskaya oblast, il-Federazzjoni Russa.

    2.

    MAZUR, Igor Leonidovich, “Kap ta’ l-Amministrazzjoni ta’ l-Istat f’Dubossary Rayon”, imwieled fid-29 ta’ Jannar 1967 f’Dubossary, ir-Repubblika tal-Moldova.

    3.

    PLATONOV, Yuri Mikhailovich, magħruf bħala Yury PLATONOV, “Kap ta’ l-Amministrazzjoni ta’ l-Istat fi Rybnitsa Rayon u Rybnitsa City” imwieled fis-16 ta’ Jannar 1948 fi Klimkovo, Poddorsky rayon, Novgorodskaya oblast, passaport Russu Nru 51 Nru 0527002, maħruġ milll-Ambaxxata Russa f’ Chisinau fl-4 ta’ Mejju 2001.

    4.

    CHERBULENKO, Alla Viktorovna, “Deputat Kap ta’ l-Amministrazzjoni ta’ l-Istat ta’ Rybnitsa”, responsabbli għal kwistjonijiet ta’ edukazzjoni.

    5.

    KOGUT, Vecheslav Vasyilevich, “Kap ta’ l-Amministrazzjoni ta’ l-Istat f’Bender”, imwieled fis-16 ta’ Frar 1950 f’Taraclia, Chadir-Lunga rayon, Repubblika tal-Moldova.

    6.

    KOSTIRKO, Viktor Ivanovich, “Kap ta’ l-Amministrazzjoni ta’ l-Istat f’Tiraspol”, imwieled fl-24 ta’ Mejju 1948, Komsomolsk na Amure, Habarovsky kray, il-Federazzjoni Russa.


    Corrigendum

    26.2.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 51/26


    Rettifika għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 711/2006 ta' l-20 ta' Marzu 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti ta’ l-Amerika bis-saħħa ta' l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 dwar il-modifika ta’ konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika tas-Slovakkja matul l-adeżjoni tagħhom ma' l-Unjoni Ewropea, li jemenda u jissupplimenta l-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffi u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni

    ( Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea L 124, tal-11 ta' Mejju 2006 )

    ( Ħarġa Speċjali bil-Malti L 294 M, 25.10.2006, p. 40 )

    F'paġna 46, Anness, nota f'qiegħ il-paġna (2), Kodiċi NM 2008 79 19 fit-tielet kolonna:

    minflok:

    “2008 79 19: EUR 25,6 + 4,2/100 kg/net”,

    aqra:

    “2008 70 19: EUR 25,6 + 4,2/100 kg/net”.


    26.2.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 51/26


    Rettifika għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 838/2006 ta' l-20 ta' Marzu 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina bis-saħħa ta' l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 dwar il-modifika ta’ konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika tas-Slovakkja matul l-adeżjoni tagħhom ma' l-Unjoni Ewropea, li jemenda u jissupplimenta l-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffi u l-istatistika u dwar it-Tarriffa Doganali Komuni

    ( Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea L 154, tat-8 ta' Ġunju 2006 )

    ( Ħarġa Speċjali bil-Malti L 294 M, 25.10.2006, p. 186 )

    F'paġna 189, Anness:

    punt (b), l-aħħar entrata “Numru tat-tariffa tal-prodott (ara n-nota ta' qiegħ il-paġna (1))”, kolonna “Termini u kondizzjonijiet oħra”:

    minflok

    :

    “Iftaħ kwota ta' rata ta' tariffa ta' 2 838 tunnellata (erga omnes), bir-rata in-kwota ta' 20 %. Għandhom japplikaw ir-rati barra mill-kwota tal-KE.”,

    aqra

    :

    “Implimentata permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 711/2006.”

    nota f' qiegħ il-paġna (1), Kodiċi NM 2008 79 19 fit-tielet kolonna:

    minflok

    :

    “2008 79 19: EUR 25,6 + 4,2 100 kg/net”,

    aqra

    :

    “2008 70 19: EUR 25,6 + 4,2 100 kg/net”.


    Top