This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document L:2007:284:FULL
Official Journal of the European Union, L 284, 30 October 2007
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, L 284, 30 ta' Ottubru 2007
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, L 284, 30 ta' Ottubru 2007
ISSN 1725-5104 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 284 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 50 |
Werrej |
|
I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja |
Paġna |
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
||
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1275/2007 tad-29 ta’ Ottubru 2007 li jemenda l-Anness IX għar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabblixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered ( 1 ) |
|
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1278/2007 tad-29 ta’ Ottubru 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 318/2007 li jistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali għall-importazzjoni ta’ ċerti għasafar fil-Komunità u l-kundizzjonijiet ta’ kwarantina tagħhom ( 1 ) |
|
|
II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja |
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
Kunsill |
|
|
* |
||
|
|
Kummissjoni |
|
|
|
2007/697/KE |
|
|
* |
||
|
|
2007/698/KE |
|
|
* |
Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Ottubru 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2007/116/KE rigward l-introduzzjoni ta’ numri riżervati addizzjonali li jibdew bil-116 (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5139) ( 1 ) |
|
|
|
2007/699/KE |
|
|
* |
||
|
|
ORJENTAZZJONIJIET |
|
|
|
Bank Ċentrali Ewropew |
|
|
|
2007/700/KE |
|
|
* |
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja
REGOLAMENTI
30.10.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 284/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1272/2007
tad-29 ta’ Ottubru 2007
li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3223/94 ta' l-21 ta' Diċembru 1994 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-arranġamenti dwar l-importazzjoni tal-frott u l-ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 3223/94 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu. |
(2) |
Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 3223/94 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-30 ta’ Ottubru 2007.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 29 ta’ Ottubru 2007.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 337, 24.12.1994, p. 66. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 756/2007 (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 41).
ANNESS
tar-Regolament ta' l-Kummissjoni tad-29 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
(EUR/100 kg) |
||
Kodiċi NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur fiss ta' l-importazzjoni |
0702 00 00 |
MA |
57,4 |
MK |
41,5 |
|
ZZ |
49,5 |
|
0707 00 05 |
EG |
151,2 |
JO |
190,9 |
|
MA |
40,7 |
|
MK |
64,0 |
|
TR |
150,0 |
|
ZZ |
119,4 |
|
0709 90 70 |
MA |
58,6 |
TR |
112,2 |
|
ZZ |
85,4 |
|
0805 50 10 |
AR |
75,7 |
TR |
89,4 |
|
ZA |
63,4 |
|
ZZ |
76,2 |
|
0806 10 10 |
BR |
243,7 |
MK |
26,1 |
|
TR |
117,1 |
|
US |
238,8 |
|
ZA |
189,6 |
|
ZZ |
163,1 |
|
0808 10 80 |
AU |
148,5 |
CL |
161,2 |
|
MK |
29,7 |
|
NZ |
104,4 |
|
US |
97,4 |
|
ZA |
123,5 |
|
ZZ |
110,8 |
|
0808 20 50 |
AR |
49,5 |
CN |
89,0 |
|
TR |
124,1 |
|
ZZ |
87,5 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.
30.10.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 284/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1273/2007
tad-29 ta’ Ottubru 2007
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1914/2006 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1405/2006 li jistipula miżuri speċifiċi għall-agrikoltura favur il-gżejjer iż-żgħar tal-Gżejjer ta' l-Eġew
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1405/2006 tat-18 ta' Settembru 2006 li jistipula miżuri speċifiċi għall-agrikoltura favur il-gżejjer iż-żgħar tal-Gżejjer ta' l-Eġew u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,
Billi:
(1) |
Fid-dawl ta’ l-esperjenza miksuba mill-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1914/2006 (2) jidher li xi dispożizzjonijiet ta’ dak ir-Regolament iridu jiġu adattati. |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2000 tad-9 ta' Ġunju 2000 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji ta' l-importazzjoni u ta' l-esportazzjoni u ta' ċertifikati ta' ffissar bil-quddiem għal prodotti agrikoli (3), jipprovdi għall-ħruġ u l-użu ta’ ċertifikati permezz ta’ sistemi kkompjuterizzati; referenzi għal din il-possibbiltà għandhom jiġu integrati fir-Regolament (KE) Nru 1914/2006. |
(3) |
L-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 1914/2006 ma jindikax b’mod ċar li l-pagamenti għandhom isiru tul is-sena. Għandu għaldaqstant jiġi emendat biex jinkludi dikjarazzjoni bħal din. Bl-istess mod, l-Artikolu 35 tar-Regolament għandu jiġi emendat sabiex ikun possibbli li l-pagamenti jsiru tul is-sena għall-miżuri msemmija f’dak l-Artikolu. |
(4) |
Il-proċeduri għall-emendi għall-programmi pprovduti fl-Artikolu 34 tar-Regolament (KE) Nru 1914/2006 jridu jkunu aktar preċiżi. Jixraq li jiġu speċifikati r-regoli għat-tressiq tat-talbiet għall-emendi għall-programmi kumplessivi u għall-approvazzjoni tagħhom mill-Kummissjoni, kif ukoll il-kalendarju għall-applikazzjoni tagħhom. Minħabba r-regoli baġitarji, l-emendi approvati għandhom ikunu implimentati mill-1 ta’ Jannar tas-sena wara t-talba għall-emenda. Barra minn hekk, għandu jkun hemm distinzjoni bejn emendi ewlenin li jeħtieġu l-approvazzjoni minn Deċiżjoni tal-Kummissjoni u emendi minuri li għandhom jiġu notifikati biss lill-Kummissjoni għall-informazzjoni. |
(5) |
Il-limitu ta’ żmien ta’ 90 jum biex l-għajnuna titħallas mill-awtoritajiet kompetenti wara d-data meta ċ-ċertifikat ta’ l-għajnuna utilizzat jiġi ddepożitat kif ipprovdut fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament Nru 1916/2006 huwa twil wisq u jwassal għal ċerti diffikultajiet amministrattivi. Għandu għaldaqstant jitnaqqas għal 60 jum. |
(6) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1914/2006 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan. |
(7) |
Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Pagamenti Diretti, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1914/2006 hu emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
L-Artikolu 34 jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 34 Emendi għall-programmi 1. L-emendi għall-programmi kumplessivi approvati skond l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1405/2006 għandhom jitressqu lill-Kummissjoni u jiġu sostanzjati kif xieraq, partikolarment billi tingħata l-informazzjoni li ġejja:
Ħlief f’każijiet ta’ forza maġġuri jew ċirkostanza eċċezzjonali, il-Greċja għandha tressaq talbiet għal emendi għall-programm mhux aktar minn darba kull sena kalendarja u għal kull programm u mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru ta’ kull sena. Jekk il-Kummissjoni ma tqajjem ebda oġġezzjoni għall-emendi mitluba, il-Greċja għandha tapplika dawk l-emendi mill-1 ta’ Jannar tas-sena wara dik li fiha ġew notifikati. Dawn l-emendi jistgħu japplikaw aktar kmieni jekk il-Kummissjoni tikkonferma bil-miktub lill-Greċja qabel id-data msemmija fit-tielet suparagrafu li l-emendi notifikati jikkonformaw mal-leġislazzjoni Komunitarja. Jekk l-emenda notifikata ma tikkonformax mal-leġislazzjoni Komunitarja, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Greċja b’dan u l-emenda ma tapplikax sakemm il-Kummissjoni tirċievi emenda li tista’ tiġi ddikjarata bħala konformi. 2. B’deroga mill-paragrafu 1, għall-emendi li ġejjin, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-proposti tal-Greċja u tiddeċiedi dwar l-approvazzjoni tagħhom fi żmien mhux aktar minn erba' xhur mit-tressq tagħhom skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1405/2006:
3. Il-Greċja għandha tkun awtorizzata tagħmel l-emendi li ġejjin mingħajr rikors għall-proċedura stipulata fil-paragrafu 1 dejjem sakemm l-emendi jkunu notifikati lill-Kummissjoni:
Dawn l-emendi m’għandhomx japplikaw qabel id-data meta jkunu waslu għand il-Kummissjoni. Jistgħu jiġu implimentati biss darba fis-sena ħlief f’każijiet ta’ forza maġġuri jew ċirkostanzi eċċezzjonali, modifika tal-kwantitajiet tal-prodotti koperti mill-arranġamenti dwar il-provvista u modifika tan-nomenklatura statistika u tal-kodiċijiet tat-Tariffa Doganali Komuni kif ipprovdut fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (*). |
(3) |
Fl-Artikolu 35, it-test li ġej jiżdied bħala t-tieni subparagrafu: “Il-pagamenti għal studji, proġetti ta’ dimostrazzjoni, taħriġ jew miżuri ta’ assistenza teknika għandhom isiru tul is-sena.” |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 29 ta’ Ottubru 2007.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 265, 26.9.2006, p. 1.
(2) ĠU L 365, 21.12.2006, p. 64.
(3) ĠU L 152, 24.6.2000, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) 1913/2006 (ĠU L 365 tal-21.12.2006, p. 52).
30.10.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 284/6 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1274/2007
tad-29 ta’ Ottubru 2007
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2104/2004 li jwassal għall-klawżoli ta’ applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 639/2004 li għandu x’jaqsam ma’ l-immaniġġjar tal-flotot tas-sajd reġistrati lir-reġjuni ultraperiferiċi
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità’ Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta’ l-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(5) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 639/2004 tat-30 ta’ Marzu 2004 dwar l-amministrazzjoni tal-flotot tas-sajd reġistrati fir-reġjuni l-aktar periferiċi tal-Komunità (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 1(2) u 4(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-istqarrija dwar l-aktar reġjuni periferiċi magħmula mill-Kunsill u l-Kummissjoni, flimkien, matul il-Kunsill dwar is-Sajd fis-27 ta’ Lulju 2006 (3), tenfasizza l-ħtieġa għal miżuri xierqa li jiżguraw l-iżvilupp sostenibbli tas-settur tas-sajd f’dawk ir-reġjuni. Miżuri bħal dawn għandhom iqisu d-dettalji speċifiċi ta’ l-attivitajiet tas-sajd fiż-żoni rilevanti. Barra minn hekk, għandhom jiġu adottati fid-dawl ta’ l-istudju attwali dwar dan is-suġġett u fid-dawl tal-valutazzjoni mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku dwar is-Sajd (STECF) dwar il-qagħda tar-riżorsi tas-sajd fl-aktar reġjuni periferiċi. |
(2) |
Wara dik l-istqarrija, Franza u l-Portugall adottaw pjanijiet ta’ żvilupp għall-Guadalupe, Martinique, il-Gujana Franċiża, Réunion u l-Azores. Matul il-laqgħa plenarja tiegħu f’April 2007, l-STECF ippreżenta valutazzjoni ta’ l-effetti ta’ dawk il-pjanijiet fuq ir-riżorsi tas-sajd. |
(3) |
Fl-istess ħin tressqet informazzjoni komplementari lill-Kummissjoni dwar regolarizzazzjonijiet proposti marbuta ma’ għadd kbir ta’ bastimenti li kienu involuti f’attivitajiet tas-sajd qabel il-31 ta’ Diċembru 2006 u baqgħu attivi fl-aktar reġjuni periferiċi mingħajr ma qatt kienu ddaħħlu fir-Reġistru tal-Flotot Komunitarju. Regolarizzazzjonijiet bħal dawn għadhom jitqiesu bħala estensjoni tal-pjanijiet ta’ żvilupp. |
(4) |
Il-pjanijiet ta’ żvilupp jikkontribwixxu għall-iżvilupp sostenibbli tas-settur tas-sajd fl-aktar reġjuni periferiċi. F’dan il-kuntest, il-livell ta’ referenza għal xi wħud mill-flotot irreġistrati fl-aktar reġjuni periferiċi għandu jiġi studjat. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2104/2004 (4) għandu għalhekk jiġi emendat skond dan. |
(5) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ l-Amministrazzjoni għas-Sajd u l-Akkwakultura, |
ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2104/2004 jinbidel bit-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 29 ta’ Ottubru 2007.
Għall-Kummissjoni
Joe BORG
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 865/2007 (ĠU L 192, 24.7.2007, p. 1)
(2) ĠU L 102, 7.4.2004, p. 9. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1646/2006 (ĠU L 309, 9.11.2006, p. 1).
(3) Id-dokument tal-Kunsill Nru 11823/06 ADD 1, 20 ta’ Lulju 2006.
(4) ĠU L 365, 10.12.2004, p. 19. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1570/2005 (ĠU L 252, 28.9.2005, p. 6)
ANNESS
“ANNESS
Livelli ta’ referenza speċifiċi għal flotot tas-sajd reġistrati fir-reġjuni l-aktar periferiċi ta’ Spanja, Franza u l-Portugall
Taqsima tal-flotta |
Kodiċi tat-taqsima |
GT |
kW |
Gżejjer Kanari Tul < 12 m ilmijiet ta’ l-UE |
CA1 |
2 878 |
23 202 |
Gżejjer Kanari Tul ≥ 12 m ilmijiet ta’ l-UE |
CA2 |
4 779 |
16 055 |
Gżejjer Kanari Tul ≥ 12 m. Ilmijiet internazzjonali u ta’ pajjiżi terzi |
CA3 |
51 167 |
90 680 |
Total |
|
58 824 |
129 937 |
Taqsima tal-flotta |
Kodiċi tat-taqsima |
GT |
kW |
Réunion Speċijiet demersali u pelaġiċi. Tul < 12 m |
4FC |
1 050 |
19 320 |
Réunion Speċijiet pelaġiċi. Tul ≥ 12 m |
4FD |
10 002 |
31 465 |
Il-Gujana Franċiża. Speċijiet demersali u pelaġiċi. Tul < 12 m |
4FF |
475 |
6 260 |
Il-Gujana Franċiża. Bastimenti għas-sajd tal-gambli. |
4FG |
7 560 |
19 726 |
Il-Gujana Franċiża. Speċijiet pelaġiċi. Bastimenti li jistadu ’l barra mill-kosta. |
4FH |
3 500 |
5 000 |
Martinique. Speċijiet demersali u pelaġiċi. Tul < 12 m |
4FJ |
5 409 |
142 116 |
Martinique. Speċijiet pelaġiċi. Tul ≥ 12 m |
4FK |
1 000 |
3 000 |
Guadeloupe. Speċijiet demersali u pelaġiċi. Tul < 12 m |
4FL |
6 188 |
167 765 |
Guadeloupe. Speċijiet pelaġiċi. Tul ≥ 12 m |
4FM |
500 |
1 750 |
Total |
|
35 684 |
396 402 |
Taqsima tal-flotta |
Kodiċi tat-taqsima |
GT |
kW |
Madeira. Speċijiet demersali. Tul < 12 m |
4K6 |
680 |
4 574 |
Madeira. Speċijiet demersali u pelaġiċi. Tul ≥ 12 m |
4K7 |
5 354 |
17 414 |
Madeira. Speċijiet pelaġiċi. Tartarun. Tul ≥ 12 m |
4K8 |
253 |
1 170 |
Azores. Speċijiet demersali. Tul < 12 m |
4K9 |
2 721 |
30 910 |
Azores. Speċijiet demersali u pelaġiċi. Tul ≥ 12 m |
4KA |
14 246 |
29 845 |
Total |
|
23 254 |
83 913 ” |
30.10.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 284/8 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1275/2007
tad-29 ta’ Ottubru 2007
li jemenda l-Anness IX għar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabblixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistabblixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 23 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 jistabblixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (TSEs) fl-annimali. Dan japplika għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ annimali ħajjin u ta’ prodotti li joriġinaw minn annimali. |
(2) |
L-Anness IX għar-Regolament (KE) Nru 999/2001 jistabblixxi r-regoli għall-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali ħajjin, embrijoni, ova u prodotti li joriġinaw minn annimali. It-tneħħija ta’ materjal b'riskju speċifiku minn prodotti ddestinati għall-ikel u l-għalf hi l-miżura waħdanija ta’ protezzjoni tas-saħħa pubblika l-aktar importanti. |
(3) |
L-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 jipprovdi għall-istatus ta’ l-enċefalopatija sponġiformi bovina (ESB) ta’ l-Istati Membri jew ta’ pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li għandu jkun stabbilit permezz ta’ klassifikazzjoni fi tliet kategoriji: riskju negliġibbli ta’ l-ESB, riskju kkontrollat ta’ l-ESB u risku mhux determinat ta’ l-ESB. L-Artikolu jipprovvedi wkoll għal valutazzjoni mill-ġdid tal-kategorizzazzjoni Komunitarja tal-pajjiżi wara li ġiet stabbilita mill-Organizzazzjoni Dinji għas-Saħħa ta’ l-Annimali (OIE) proċedura għall-klassifikazjoni tal-pajjiżi permezz ta’ kategoriji. |
(4) |
Sakemm tiġi adottata d-deċiżjoni dwar l-istatus ta’ l-ESB ta’ l-Istati Membri u tal-pajjiżi terzi, ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 jipprovdi għal miżuri tranżitorji li għandhom jiġu applikati għal perjodu li jintemm fl-1 ta’ Lulju 2007. Skond il-miżuri tranżitorji li jirrigwardjaw l-ESB ir-restrizzjonijiet ta’ l-importazzjonijiet fil-Komunità minn pajjiżi terzi li għandhom ir-riskju ta’ l-ESB jkopru l-prodotti tal-laħam kif definiti fid-Direttiva tal-Kunsill 77/99/KEE (2), li tinkludi l-imsaren ittrattati (intestini ta’ l-annimali). Barra minn hekk il-possibbiltà ta’ kummerċ trijangolari kien introdott fejn pajjiżi terzi b'riskju ta’ l-ESB setgħu jesportaw imsaren ittrattati, li kellhom is-sors tagħhom f'pajjiżi fejn l-ESB ma kinitx ikkunsidrata li seta' kienet possibbli. |
(5) |
Fil-25 ta’ Ġunju 2007 kien emendat mill-Kummissjoni r-Regolament (KE) Nru 999/2001 permezz tar-Regolament (KE) Nru 722/2007 (3). Ir-Regolament (KE) 999/2001, kif emendat b'dan il-mod, introduċa sistema ta’ kategorizzazzjoni Komunitarja tal-pajjiżi skond ir-riskju tagħhom ta’ l-ESB, b'konformità ma’ dik ta’ l-OIE. Dan wassal mhux biss għat-tqegħid fil-lista tal-pajjiżi kollha taħt waħda minn dawn it-tliet kategoriji: riskju negliġibbli ta’ l-ESB, riskju kkontrollat ta’ l-ESB u risku mhux stabbilit ta’ l-ESB, iżda wkoll introduċa regoli kummerċjali għal kull kategorija ta’ riskju. |
(6) |
Ir-regoli ta’ l-importazzjoni relatati mas-sistema l-ġdida tal-kategorizzazzjoni rriferew għal prodotti tal-laħam kif iddefinit fir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (4), li jeskludi l-imsaren ittrattati. B'konformità mal-kondizzjonijiet applikabbli qabel l-1 ta’ Lulju 2007 u sabiex jiġi żgurat l-istess livell ta’ protezzjoni tal-konsumatur, l-imsaren ittrattati għandhom jiġu inklużi fil-lista tal-prodotti koperti mir-regoli ta’ l-importazzjoni relatati mat-TSE fir-Regolament (KE) Nru 999/2001. L-Anness IX ta’ dan ir-Regolament għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ. |
(7) |
Ebda kondizzjonijiet tat-TSE relatati ma’ l-importazzjoni ma japplikaw għal pajjiżi terzi bi status ta’ riskju negliġibbli ta’ ESB. Meħtieġ li jiġu kkjarifikati l-kondizzjonijiet ta’ l-esportazzjoni f'każ li l-imsaren għandhom is-sors tagħhom minn pajjiż jew reġjun b'riskju negliġibbli ta’ l-ESB u ttrattati f'pajjiż terz bi status differenti ta’ riskju ta’ l-ESB. Għal raġunijiet ta’ konsistenza l-possibbiltà ta’ kummerċ trijangulari għandu jiġi introdott mill-ġdid fid-dispożizzjonijiet il-ġodda. |
(8) |
Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan. |
(9) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness IX għar-Regolament (KE) Nru 999/2001 hu emendat skond l-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u hu applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 29 ta’ Ottubru 2007.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 727/2007 (ĠU L 165, 27.6.2007, p. 8).
(2) ĠU L 26, 31.1.1977, p. 85. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 807/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 36).
(3) ĠU L 164, 26.6.2007, p. 7.
(4) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55: kkoreġut bil-ĠU L 226, 25.6.2004, p. 22. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).
ANNESS
Fl-Anness IX, ir-Regolament (KE) Nru 999/2001, il-Kapitolu C hu emendat kif ġej:
(a) |
It-Taqsima A qed tinbidel ma’ dan li ġej: “TAQSIMA A Prodotti Il-prodotti li ġejjin ta’ oriġini ta’ annimali bovini, ovini u kaprini, kif definiti fir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*) għandhom ikunu soġġetti għall-kondizzjonijiet stipulati fit-Taqsimiet B, C u D skond il-kategorija ta’ riskju ta’ l-ESB tal-pajjiż ta’ l-oriġini:
(*) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55, korretta bil-ĠU L 226, 25.6.2004, p. 22.”" |
(b) |
Fit-Taqsima C, jiżdied il-punt 5 li ġej:
|
(c) |
Fit-Taqsima D, jiżdied il-punt 5 li ġej:
|
30.10.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 284/11 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1276/2007
tad-29 ta’ Ottubru 2007
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 247/2006, u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 552/2007, f'dak li jirrigwarda l-iffissar ta' limiti baġitarji għas-sena 2007
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta' appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KEE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001 (1), u partikolarment Artikoli 64(2) u 70(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 247/2006 tat-30 ta' Jannar 2006 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni l-aktar 'il bogħod ta' l-Unjoni (2), u b'mod partikolari t-tieni sentenza l-Artikolu 20(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jistabbilixxi, għal kull Stat Membru, il-limiti nazzjonali li ma għandhomx jinqabżu mill-ammonti ta' referenza stipulati fil-Kapitolu 2 tat-Titolu III tar-Regolament imsemmi. |
(2) |
L-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 247/2006 jistabbilixxi l-ammonti massimi annwali li bihom il-Komunità tiffinanzja l-miżuri pprovduti fit-Titoli II u III ta' l-istess Regolament. |
(3) |
L-Annessi I, II u III tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 552/2007 tat-22 ta' Mejju 2007 li jistabbilixxi l-kontribuzzjoni massima tal-Komunità għall-iffinanzjar ta' programmi ta' ħidma fis-settur taż-żejt taż-żebbuġa u għall-iffissar, għall-2007, tal-limiti finanzjarji għall-implimentazzjoni sħiħa jew parzjali ta' l-Iskema ta' Pagament Uniku u tal-pakketti finanzjarji annwali għall-Iskema ta' Pagament Uniku, stabbiliti bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003, u li jemenda dak ir-Regolament (3), jistabbilixxu, rispettivament u fil-każijiet kollha għas-sena kalendarja 2007, il-limiti baġitarji għall-pagamenti diretti li għandhom jingħataw skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 66 sa 69 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, il-limiti baġitarji għall-pagamenti diretti li għandhom jingħataw skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 70 ta' l-istess Regolament, kif ukoll il-limiti baġitarji għall-iskema ta' pagament uniku. |
(4) |
Skond l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 20(3) tar-Regolament (KE) Nru 247/2006, il-Portugall iddeċieda li għas-sena 2007 jnaqqas mil-limitu nazzjonali d-drittijiet tal-primjum għall-baqra li tredda', u jittrasferixxi, bil-għan li jissaħħaħ il-kontribut tal-Komunità pprovdut bl-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 247/2006, l-ammont finanzjarju korrispondenti għall-iffinanzjar tal-miżuri speċifiċi stipulati fir-Regolament imsemmi. Għaldaqstant, jeħtieġ illi jitnaqqas mil-limitu nazzjonali korrispondenti għall-Portugall fl-2007, stipulat fl-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, l-ammont li għandu jiżdied ma' l-ammont finanzjarju stabbilit fl-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 247/2006, u jeħtieġ li jitnaqqas mil-limiti baġitarji applikabbli fil-Portugall fl-2007 il-primjum għall-baqra li tredda' [suckler], inklużi s-suppliment u l-pagamenti għal-laħam taċ-ċanga (l-Artikolu 69 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003), stipulati fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 552/2007. |
(5) |
Skond deċiżjoni meħuda mill-Portugall, l-ammonti li ġejjin mill-primjum għall-prodotti tal-ħalib u l-pagamenti supplimentari, stipulati fl-Artikoli 95 u 96 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, ġew inklużi fl-iskema ta' pagament uniku mill-2007 'l quddiem. Abbażi ta' dan, ġie kkalkulat il-limitu baġitarju ta' l-iskema ta' pagament uniku msemmi fit-Titolu III tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, għall-Portugall fl-2007. Dan il-limitu ġie ffissat fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 552/2007. Madankollu, meta ġew stipulati l-limiti baġitarji għall-2007, ma tqisitx l-esklużjoni mill-iskema ta' pagament uniku tal-primjums għall-prodotti tal-ħalib u tal-pagamenti supplimentari favur il-bdiewa ta' l-Azores u Madeira, bl-applikazzjoni ta' l-Artikolu 70(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003. |
(6) |
Għaldaqstant, jixraq illi jiġu mmodifikati, għall-Portugall fl-2007, il-limiti baġitarji applikabbli għall-pagamenti diretti mogħtija skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 70 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 kif ukoll għall-iskema ta' pagament uniku, permezz ta' tnaqqis fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 552/2007 ta' ammont korrispondenti għall-ammonti tal-primjum għall-prodotti tal-ħalib kif ukoll għall-pagamenti supplimentari lill-produtturi tal-ħalib, u billi jiżdiedu dawn ta' l-aħħar fl-Anness II tar-Regolament imsemmi. |
(7) |
Qabel l-1 ta' Awissu 2004, Spanja ddeċidiet li tapplika parzjalment l-iskema ta' pagament uniku fil-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 64 sa 69 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, speċifikament il-pagamenti għal-laħam taċ-ċanga. Madankollu, bl-applikazzjoni ta' l-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 tal-11 ta' Lulju 2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1260/1999 (4), mill-2007 'l quddiem ir-reġjun Spanjol tal-Kantabrija ma jistax jibqa' jirċievi l-għajnuna tranżitorja pprovduta fl-Artikolu msemmi. Għaldaqstant, mill-2007 'l quddiem, il-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (EAGF) ma jistax jiffinanzja l-primjum nazzjonali supplimentari għall-baqra li tredda' pprovdut fl-Artikolu 125(5) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, mogħti lill-azjendi agrikoli li jinsabu fil-Kantabrija. Bil-għan li tiġi żgurata t-tkomplija ta' l-għajnuna Komunitarja fis-settur tal-baqar mhux miftum, Spanja talbet it-trasferiment ta' l-ammont korrispondenti għall-pagamenti li saru fil-Kantabrija sa l-2006 bħala primjum nazzjonali supplimentari, mil-limitu stipulat għall-2007 fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 552/2007 għall-primjum nazzjonali supplimentari għal-limitu stipulat fl-Anness imsemmi għall-primjum għall-baqra li tredda'. Għaldaqstant, il-limiti baġitarji msemmija għandhom jiġu aġġustati skond dan. |
(8) |
B'konsegwenza ta' dan, jeħtieġ illi jiġu emendati r-Regolamenti (KE) Nru 1782/2003, (KE) Nru 247/2006 u (KE) Nru 552/2007. |
(9) |
Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-pagamenti diretti, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, l-ammont korrispondenti għall-Portugall fl-2007 għandu jinbidel bl-ammont “570 997”.
Artikolu 2
Fit-tabella ta' l-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 247/2006, l-ammont korrispondenti għall-Azores u Madeira għas-sena tal-baġit 2008 għandu jinbidel bl-ammont “86.98”.
Artikolu 3
Ir-Regolament (KE) Nru 552/2007 huwa emendat kif ġej:
1) |
L-Anness I huwa emendat kif ġej:
|
2) |
L-Anness II għandu jinbidel bit-test ta' l-Anness għal dan ir-Regolament. |
3) |
Fl-Anness III, l-ammont korrispondenti għall-Portugall għandu jinbidel bl-ammont “413 774”. |
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Ufficjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 29 ta’ Ottubru 2007.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1182/2007 (ĠU L 273, 17.10.2007, p. 1).
(2) ĠU L 42, 14.2.2006, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2013/2006 (ĠU L 384, 29.12.2006, p. 13).
(3) ĠU L 131, 23.5.2007, p. 10.
(4) ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1989/2006 (ĠU L 411, 30.12.2006, p. 6, emendat bil-ĠU L 27, 2.2.2007, p. 5).
ANNESS
“ANNESS II
LIMITI BAĠITARJI GĦALL-PAGAMENTI DIRETTI LI GĦANDHOM JINGĦATAW SKOND ID-DISPOŻIZZJONIJIET TA' L-ARTIKOLU 70 TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 1782/2003
Sena kalendarja 2007
(ammonti f'eluf ta' euro) |
||||||||
|
Il-Belġju |
Il-Greċja |
Spanja |
Franza |
L-Italja |
L-Olanda |
Il-Portugall |
Il-Finlandja |
L-Artikolu 70(1)(a) |
||||||||
Għajnuna għaż-żrieragħ |
1 397 |
1 400 |
10 347 |
2 310 |
13 321 |
726 |
272 |
1 150 |
L-Artikolu 70(1)(b) |
||||||||
Pagamenti għall-għelejjel li jinħartu |
|
|
23 |
|
|
|
|
|
Għajnuna għal-legumi tal-ħbub |
|
|
1 |
|
|
|
|
|
Għajnuna speċifika għall-għelejjel tar-ross |
|
|
|
3 053 |
|
|
|
|
Għajnuna għat-tabakk |
|
|
|
|
|
|
166 |
|
Primjums għall-prodotti tal-ħalib |
|
|
|
|
|
|
12 608 |
|
Pagamenti supplimentari għall-produtturi tal-ħalib |
|
|
|
|
|
|
6 254 ” |
|
30.10.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 284/14 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1277/2007
tad-29 ta’ Ottubru 2007
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1438/2003 li jippreskrivi regoli ta' implimentazzjoni dwar il-Politika tal-Komunità dwar il-Flotta kif definita fil-Kapitolu III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta' l-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd taħt il-Politika Komuni tas-Sajd (1), u partikolarment l-Artikolu 11(5), l-Artikolu 12(2), l-Artikolu 13(2) u l-Artikolu 14(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar l-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija,
Wara li kkunsidrat l-Att ta’ Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija, u b’mod partikolari l-Artikolu 56 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1438/2003 (2) jistabbilixxi regoli ta' implimentazzjoni għall-Kapitolu dwar il-Politika Komunitarja dwar il-Flotta tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002, b'mod partikolari għall-applikazzjoni ta' l-Artikoli 11, 12, 13 u 14 tiegħu. |
(2) |
Fit-28 ta' Lulju 2007 id-dispożizzjonijiet ta' Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ġew emendati bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 865/2007 sabiex jippermettu lill-Istati Membri jibnu mill-ġdid 4 % tal-medja annwali ta' tunnellaġġ skreppjat b'għajnuna pubblika bejn l-1 ta' Jannar 2003 u l-31 ta' Diċembru 2006 u 4 % tat-tunnellaġġ skreppjat bl-għajnuna pubblika mill-1 ta' Jannar 2007. |
(3) |
Fit-28 ta' Lulju 2007, id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002 ġew emendati sabiex jitqies ir-rekwiżit, kif stipulat fl-Artikolu 25(3)(b) u (c) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/2006 (3), li l-potenza ta' magna li tkun ġiet mibdula b'għajnuna pubblika titnaqqas b'mill-anqas 20 %, għajr fil-każ ta' bdil ta' magni li jintużaw f'sajd kostali fuq skala żgħira kif definit f'dak ir-Regolament. Barra minn hekk, ma għadux japplika l-ftehim transitorju li kien jorbot tnaqqis totali tal-kapaċità bi 3 % għal kwalunkwe impenn ta' għajnuna pubblika għat-tiġdid tal-flotta li seħħ wara l-introduzzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd ġdida u sa tmiem l-2004. |
(4) |
Wara li jiġu mkejla l-bastimenti tas-sajd kollha, l-applikazzjoni tar-regola ta' aġġustament li tirreferi għall-effett tat-tali kejl fuq il-livell ta' referenza ta' tunnellaġġ tista' tiġi interrotta; madankollu, għandha tinżamm għall-applikazzjoni stretta tas-sistema tad-dħul u l-ħruġ f'termini ta' tunnellaġġ. |
(5) |
Huwa meħtieġ li ssir reviżjoni ta' l-eżenzjoni eżistenti mis-sistema tad-dħul u l-ħruġ għall-bastimenti li żdiedu mal-flotta mill-1 ta' Jannar 2003 jew, għal dawk l-Istati Membri li l-adeżjoni tagħhom seħħet wara, sa mid-data ta’ l-adeżjoni, abbażi ta' deċiżjoni amministrattiva adottata qabel l-1 ta' Jannar 2003 jew qabel id-data ta' adeżjoni rispettivament. Din ir-reviżjoni tippermetti t-tali eżenzjoni għal bastimenti li d-dħul tagħhom, għalkemm deċiż skond il-leġislazzjoni nazzjonali u dik komunitarja qabel l-adeżjoni jew id-deċiżjoni amministrattiva, ma setgħux igawdu mill-miżuri transizzjonali minħabba li l-perjodu transizzjonali ta' tliet snin kien qasir wisq. |
(6) |
L-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-Komunità seħħet fl-1 ta' Jannar 2007, u għalhekk, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1438/2003 għandhom jiġu adottati. |
(7) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1438/2003 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan. |
(8) |
Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma fi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1438/2003 hu emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
L-Artikolu 4 jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 4 Monitoraġġ ta' livelli ta' referenza 1. Għal kull Stat Membru, għajr għall-Istati Membri Ġodda, il-livell ta' referenza f'tunnellaġġ fi kwalunkwe data wara l-1 ta' Jannar 2003 (R(GT)t) għandu jkun ugwali għal-livell ta' referenza għal dak l-Istat Membru preskritt fl-Anness I fl-1 ta' Jannar 2003 (R(GT)03) aġġustat:
Dawn il-livelli ta' referenza għandhom jiġu determinati skond il-formola li ġejja: R(GT)t = R(GT)03 – 0,99 GTa1 – 0,96 GTa2 + GTS Meta kapaċità ġdida għas-sajd tingħaqad mal-flotta skond il-kondizzjonijiet ta' l-Artikolu 13(1)(b)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002 il-livelli ta' referenza msemmijin fit-tieni subparagrafu jridu jitnaqqsu b'35 % tat-total ta' tunnellaġġ ta' bastimenti b'aktar minn 100 GT li jidħlu fil-flotta b'għajnuna pubblika mogħtija wara l-31 ta' Diċembru 2002 (GT100) skond il-formola li ġejja: R(GT)t = R(GT)03 – 0,99 GTa1 – 0,96 GTa2 – 0,35 GT100 + GTS 2. Għal kull Stat Membru, għajr għall-Istati Membri Ġodda, il-livell ta' referenza ta' potenza fi kwalunkwe data wara l-1 ta' Jannar 2003 (R(kW)t) għandu jkun ugwali għal-livell ta' referenza għal dak l-Istat Membru preskritt fl-Anness I fl-1 ta' Jannar 2003 (R(kW)03) kif aġġustat bit-tnaqqis tal-potenza totali ta' bastimenti li joħorġu mill-flotta b'għajnuna pubblika wara l-31 ta' Diċembru 2002 (kWa) u 20 % tal-potenza totali tal-magni mibdula b'għajnuna pubblika suġġetta għal tnaqqis fil-potenza (kWr). Dawn il-livelli ta' referenza għandhom jiġu determinati skond il-formola li ġejja: R(kW)t = R(kW)03 – kWa – 0,2 kWr Meta kapaċità ġdida għas-sajd tingħaqad mal-flotta skond il-kondizzjonijiet ta' l-Artikolu 13(1)(b)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002, il-livelli ta' referenza msemmijin fit-tieni subparagrafu jridu jitnaqqsu b'35 % tal-potenza totali ta' bastimenti b'aktar minn 100 GT li jidħlu fil-flotta b'għajnuna pubblika mogħtija wara l-31 ta' Diċembru 2002 (kW100) skond il-formola li ġejja: R(kW)t = R(kW)03 – kWa – 0,2 kWr – 0,35 kW100” |
(3) |
L-Artikolu 5 jitħassar. |
(4) |
L-Artikolu 6 jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 6 Kapaċità għas-sajd tal-flotta fl-1 ta' Jannar 2003 Għajr għall-Istati Membri Ġodda, għall-finijiet ta' l-Artikolu 7 il-kapaċità għas-sajd f'termini ta' tunnellaġġ (GT03) u potenza (kW03) fl-1 ta' Jannar 2003 għandha tkun determinata waqt li jitqies, skond l-Anness II, id-dħul ta' bastimenti li jkun ibbażat fuq deċiżjoni amministrattiva mill-Istat Membru kkonċernat li tkun ittieħdet bejn l-1 ta' Jannar 1998 u l-31 ta' Diċembru 2002 bi qbil mal-leġislazzjoni applikabbli f'dak iż-żmien, u partikolarment skond is-sistema nazzjonali ta' dħul/ħruġ notifikata lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 6(2) tad-Deċiżjoni 97/413/KE (**), u li jseħħ mhux aktar tard minn ħames snin wara d-data tad-deċiżjoni amministrattiva. |
(5) |
L-Artikolu 6a huwa mibdul b'dan li ġej: “Artikolu 6a Kapaċità għas-sajd tal-flotta ta' l-Istati Membri Ġodda fid-data ta' l-adeżjoni Għall-Istati Membri Ġodda, għall-finijiet ta' l-Artikolu 7a il-kapaċità għas-sajd f'termini ta' tunnellaġġ (GTacc) u potenza (kWacc) fid-data ta' l-adeżjoni għandha tkun determinata waqt li jitqies, skond l-Anness III, id-dħul ta' bastimenti li jkun ibbażat fuq deċiżjoni amministrattiva mill-Istat Membru kkonċernat li tkun ittieħdet sa minn ħames snin qabel id-data ta' l-adeżjoni, u liema dħul ma jseħħx aktar tard minn ħames snin wara d-data tad-deċiżjoni amministrattiva.” |
(6) |
L-Artikolu 7 jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 7 Monitoraġġ ta' dħul u ħruġ 1. Biex jitħares l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002 kull Stat Membru, għajr għall-Istati Membri Ġodda, għandu jiżgura li f'kull ħin il-kapaċità għas-sajd f'tunnellaġġ (GTt) hi ugwali jew inqas mill-kapaċità għas-sajd fl-1 ta' Jannar 2003 (GT03) kif aġġustata:
Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-formola li ġejja tkun imħarsa: GTt ≤ GT03 – 0,99 GTa1 – 0,96 GTa2 – 0,35 GT100 + GTS + Δ(GT-GRT) 2. Biex jitħares l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002, kull Stat Membru, għajr għall-Istati Membri Ġodda, għandu jiżgura li f'kull ħin il-kapaċità għas-sajd f'termini ta' potenza (kWt) hi ugwali jew inqas mill-kapaċità għas-sajd fl-1 ta' Jannar 2003 (kW03) kif aġġustata billi jitnaqqsu:
Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-formola li ġejja tkun imħarsa: kWt ≤ kW03 – kWa – 0,2 kWr – 0,35 kW100” |
(7) |
L-Artikolu 7a huwa mibdul b'dan li ġej: “Artikolu 7a Monitoraġġ tad-dħul u ħruġ fl-Istati Membri Ġodda 1. Biex jitħares l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002, kull Stat Membru Ġdid għandu jiżgura li f'kull ħin il-kapaċità għas-sajd f'termini ta' tunnellaġġ (GTt) hi ugwali jew inqas mill-kapaċità għas-sajd fid-data ta' l-adeżjoni, (GTacc) kif aġġustata:
Kull Stat Membru Ġdid għandu jiżgura li l-formola li ġejja tkun imħarsa: GTt ≤ GTacc – 0,985 GTa1 – 0,96 GTa2 – 0,35 GT100 + GTS + Δ(GT-GRT) 2. Biex jitħares l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002, kull Stat Membru Ġdid għandu jiżgura li f'kull ħin il-kapaċità għas-sajd f'termini ta' potenza (kWt) hi ugwali jew inqas mill-kapaċità għas-sajd fid-data ta' l-adeżjoni, (kWacc) kif aġġustata billi jitnaqqsu:
Kull Stat Membru Ġdid għandu jiżgura li l-formola li ġejja tkun imħarsa: kWt ≤ kWacc – kWa – 0,2 kWr – 0,35 kW100” |
(8) |
L-Anness II huwa emendat skond l-Anness I ta’ dan ir-Regolament. |
(9) |
L-Anness III qed jiġi ssostitwit bit-test ta' l-Anness II ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ jum wara l-ġurnata li jkun ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 29 ta’ Ottubru 2007.
Għall-Kummissjoni
Joe BORG
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59, ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 865/2007 (ĠU L 192, 24.7.2007, p. 1).
(2) ĠU L 204, 13.8.2003, p. 21, ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) 916/2004 (ĠU L 163, 30.4.2004, p. 81).
(3) ĠU L 223, 15.8.2006, p. 1.
ANNESS I
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1438/2003 huwa emendat kif ġej:
1) |
Il-Punt 2 jinbidel b’dan li ġej:
|
2) |
Il-Punt 4 jinbidel b’dan li ġej:
|
3) |
Il-Punt 7 jinbidel b’dan li ġej:
|
4) |
Il-Punt 9 jinbidel b’dan li ġej:
|
ANNESS II
L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1438/2003 qiegħed jiġi sostitwit b’dan li ġej:
“ANNESS III
REGOLI GĦALL-KALKOLU TAL-KAPAĊITÀ GĦAS-SAJD F'TERMINI TA' TUNNELLAĠĠ (GTacc) U POTENZA (KWacc) GĦALL-ISTATI MEMBRI ĠODDA FID-DATA TA' L-ADEŻJONI
Għall-iskopijiet ta’ dan l-Anness:
1. |
GTFR: tfisser, il-kapaċità għas-sajd tal-flotta fid-data ta' l-adeżjoni f'termini ta' tunnellaġġ kif ikkalkulata abbażi tar-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Komunità; |
2. |
GT1: tfisser, it-total ta' tunnellaġġ ta' bastimenti li jkunu daħlu fil-flotta wara d-data ta' l-adeżjoni abbażi ta' deċiżjoni amministrattiva li tkun ittieħdet sa minn ħames snin qabel id-data ta' l-adeżjoni; |
3. |
kWFR: tfisser, il-kapaċità għas-sajd tal-flotta fid-data ta' l-adeżjoni f'termini ta' potenza kif ikkalkulata abbażi tar-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Komunità; |
4. |
kW1: tfisser, it-total ta' potenza ta' bastimenti li jkunu daħlu fil-flotta wara d-data ta' l-adeżjoni abbażi ta' deċiżjoni amministrattiva li tkun ittieħdet sa minn ħames snin qabel id-data ta' l-adeżjoni; |
Il-kapaċità għas-sajd tal-flotta, indikata f'termini ta' tunnellaġġ GTacc u potenza kWacc, kif definit fl-Artikolu 6a, għandha tiġi kkalkulata skond dawn il-formoli:
|
GTacc = GTFR + GT1 |
|
kWacc = kWFR + kW1” |
30.10.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 284/20 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1278/2007
tad-29 ta’ Ottubru 2007
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 318/2007 li jistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali għall-importazzjoni ta’ ċerti għasafar fil-Komunità u l-kundizzjonijiet ta’ kwarantina tagħhom
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE (1), u b'mod partikolari t-tieni sottoparagrafu ta’ l-Artikolu 10(3) u l-ewwel sottoparagrafu ta’ l-Artikolu 10(4) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992 li tistabbilixxi r-rekwiżiti dwar is-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-kummerċ u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, semen, ova u embrijuni li mhumiex suġġetti għar-rekwiżiti ta’ saħħa ta’ l-annimali meħtieġa f'regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A(I) tad-Direttiva 90/425/KEE (2), u b'mod partikolari r-raba' inċiż ta’ l-Artikolu 18(1) tagħha,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 318/2007 (3) jistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali għall-importazzjoni ta’ ċerti għasafar li mhumiex tjur tar-razzett fil-Komunità u l-kundizzjonijiet ta’ kwarantina applikabbli għal dawn l-għasafar wara l-importazzjoni. |
(2) |
Jixraq li jintqal espliċitament li huma biss l-importazzjonijiet ta’ għasafar imrobbija miżmuma mill-bniedem li huma awtorizzati skond ir-Regolament (KE) Nru 318/2007. Għall-finijiet taċ-ċarezza, għandu jintqal espliċitament li l-għasafar jistgħu jiġu impurtati fil-Komunità skond ir-Regolament (KE) Nru 318/2007 biss jekk ikunu ġejjin minn stabbilimenti approvati tat-trobbija. |
(3) |
Wara l-importazzjoni, l-għasafar importati għandhom jiġu ttrasportati direttament lejn faċilità jew ċentru approvat tal-kwarantina fi Stat Membru, fejn għandhom jinżammu sakemm tiġi eliminata l-possibilità ta’ infezzjoni mill-vajrus ta’ l-influwenza avjarja jew tal-marda ta’ Newcastle. |
(4) |
Ir-Regolament (KE) Nru 318/2007 jipprovdi li fil-każ ta’ suspett ta’ l-influwenza avjarja jew il-marda ta’ Newcastle f'faċilità approvata tal-kwarantina jew f'unità ta’ ċentru approvat tal-kwarantina, l-għasafar kollha fil-faċilità tal-kwarantina jew fl-unità ta’ ċentru approvat tal-kwarantina għandhom jinqatlu u jinqerdu qabel ma s-suspett jiġi kkonfermat mit-testijiet fil-laboratorju. |
(5) |
Madankollu, billi dawn l-għasafar issusspettati li jkunu infettati bl-influwenza avjarja jew bil-marda ta’ Newcastle jinżammu f'faċilità approvata tal-kwarantina jew f'unità ta’ ċentru approvat tal-kwarantina, ma hemmx riskju li l-marda tinfirex iktar. |
(6) |
Għalhekk, jixraq li wieħed jistenna sakemm is-suspett jiġi kkonfermat u li tiġi eliminata kwalunkwe kawża oħra tas-sintomi tal-marda qabel ma jibdew jinqatlu u jinqerdu l-għasafar fl-istabbiliment affettwat. |
(7) |
L-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 318/2007 jistabbilixxi lista ta’ faċilitajiet u ċentri tal-kwarantina approvati mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għall-importazzjoni ta’ ċerti għasafar li mhumiex tjur tar-razzett. L-Awstrija, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja, Spanja u r-Renju Unit irrevedew il-faċilitajiet u ċ-ċentri approvati tal-kwarantina tagħhom u bagħtu lista aġġornata ta’ dawk il-faċilitajiet u ċ-ċentri tal-kwarantina lill-Kummissjoni. Il-lista ta’ faċilitajiet u ċentri approvati tal-kwarantina stipulata fl-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 318/2007 għandha għalhekk tiġi emendata skond dan. |
(8) |
Ir-Regolament (KE) Nru 318/2007 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan. |
(9) |
Il-miżuri stipulati f'din id-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 318/2007 hu emendat kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 4, il-frażi introduttorja tinbidel b'dan li ġej: “L-istabbilimenti tat-trobbija approvati għandhom jikkonformaw mal-kundizzjonijiet li ġejjin:” |
(2) |
L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:
|
(3) |
L-Artikolu 13 jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 13 L-azzjoni fil-każ ta’ suspett ta’ mard f'faċilità jew ċentru tal-kwarantina approvati 1. Jekk, waqt il-kwarantina f'faċilità approvata tal-kwarantina, ikun hemm suspett li għasfur wieħed jew aktar u/jew għasfur tas-sentinella wieħed jew aktar ikunu infettati bl-influwenza avjarja jew bil-marda ta’ Newcastle, għandhom jittieħdu l-miżuri li ġejjin:
2. Jekk is-suspett ta’ influwenza avjarja jew tal-marda ta’ Newcastle fil-faċilità approvata tal-kwarantina milquta, kif imsemmi fil-paragrafu 1, jiġi kkonfermat, għandhom jittieħdu l-miżuri li ġejjin:
3. Jekk waqt il-kwarantina f'ċentru approvat tal-kwarantina, ikun hemm suspett li għasfur wieħed jew aktar u/jew għasfur tas-sentinella wieħed jew aktar f'unità taċ-ċentru tal-kwarantina jkunu infettati bl-influwenza avjarja jew bil-marda ta’ Newcastle, għandhom jittieħdu l-miżuri li ġejjin:
4. Jekk is-suspett ta’ influwenza avjarja jew tal-marda ta’ Newcastle fl-unità affettwata taċ-ċentru approvat tal-kwarantina kif imsemmi fil-paragrafu 3 jiġi kkonfermat, għandhom jittieħdu l-miżuri li ġejjin:
5. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bi kwalunkwe miżura meħuda skond dan l-Artikolu.” |
(4) |
Fl-Artikolu 14(1), l-ewwel subparagrafu jinbidel b'dan li ġej: “1. Meta waqt il-kwarantina għasfur wieħed jew aktar u/jew għasfur tas-sentinella wieħed jew aktar jinstabu li jkunu infettati bl-influwenza avjarja b'patoġeniċità baxxa (LPAI) jew bil-marda ta’ Newcastle, l-awtorità kompetenti tista', fuq il-bażi ta’ stima tar-riskju, tagħti derogi mill-miżuri previsti fl-Artikolu 13(2)(a) u (4)(a), sakemm dawn id-derogi ma jipperikolawx il-kontroll tal-mard (‘id-deroga’).” |
(5) |
L-Anness V huwa sostitwit mit-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 29 ta’ Ottubru 2007.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/104/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 352).
(2) ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/265/KE (ĠU L 114, 1.5.2007, p. 17).
ANNESS
“ANNESS V
Lista ta’ faċilitajiet u ċentri approvati kif imsemmija fl-Artikolu 6(1)
Il-kodiċi iso tal-pajjiż |
L-isem tal-pajjiż |
In-numru ta’ l-approvazzjoni tal-faċilità jew taċ-ċentru tal-kwarantina |
AT |
L-AWSTRIJA |
AT OP Q1 |
AT |
L-AWSTRIJA |
AT-KO-Q1 |
AT |
L-AWSTRIJA |
AT-3-ME-Q1 |
AT |
L-AWSTRIJA |
AT-4-KI-Q1 |
AT |
L-AWSTRIJA |
AT 4 WL Q 1 |
AT |
L-AWSTRIJA |
AT-4-VB-Q1 |
AT |
L-AWSTRIJA |
AT 6 10 Q 1 |
AT |
L-AWSTRIJA |
AT 6 04 Q 1 |
BE |
IL-BELĠJU |
BE VQ 1003 |
BE |
IL-BELĠJU |
BE VQ 1010 |
BE |
IL-BELĠJU |
BE VQ 1011 |
BE |
IL-BELĠJU |
BE VQ 1012 |
BE |
IL-BELĠJU |
BE VQ 1013 |
BE |
IL-BELĠJU |
BE VQ 1016 |
BE |
IL-BELĠJU |
BE VQ 1017 |
BE |
IL-BELĠJU |
BE VQ 3001 |
BE |
IL-BELĠJU |
BE VQ 3008 |
BE |
IL-BELĠJU |
BE VQ 3014 |
BE |
IL-BELĠJU |
BE VQ 3015 |
BE |
IL-BELĠJU |
BE VQ 4009 |
BE |
IL-BELĠJU |
BE VQ 4017 |
BE |
IL-BELĠJU |
BE VQ 7015 |
CY |
ĊIPRU |
CB 0011 |
CY |
ĊIPRU |
CB 0012 |
CY |
ĊIPRU |
CB 0061 |
CY |
ĊIPRU |
CB 0013 |
CY |
ĊIPRU |
CB 0031 |
CZ |
IR-REPUBBLIKA ĊEKA |
21750005 |
CZ |
IR-REPUBBLIKA ĊEKA |
21750016 |
CZ |
IR-REPUBBLIKA ĊEKA |
21750027 |
CZ |
IR-REPUBBLIKA ĊEKA |
21750038 |
CZ |
IR-REPUBBLIKA ĊEKA |
61750009 |
DE |
IL-ĠERMANJA |
BW-1 |
DE |
IL-ĠERMANJA |
BY-1 |
DE |
IL-ĠERMANJA |
BY-2 |
DE |
IL-ĠERMANJA |
BY-3 |
DE |
IL-ĠERMANJA |
BY-4 |
DE |
IL-ĠERMANJA |
HE-1 |
DE |
IL-ĠERMANJA |
HE-2 |
DE |
IL-ĠERMANJA |
NI-1 |
DE |
IL-ĠERMANJA |
NI-2 |
DE |
IL-ĠERMANJA |
NI-3 |
DE |
IL-ĠERMANJA |
NW-1 |
DE |
IL-ĠERMANJA |
NW-2 |
DE |
IL-ĠERMANJA |
NW-3 |
DE |
IL-ĠERMANJA |
NW-4 |
DE |
IL-ĠERMANJA |
NW-5 |
DE |
IL-ĠERMANJA |
NW-6 |
DE |
IL-ĠERMANJA |
NW-7 |
DE |
IL-ĠERMANJA |
NW-8 |
DE |
IL-ĠERMANJA |
RP-1 |
DE |
IL-ĠERMANJA |
SN-1 |
DE |
IL-ĠERMANJA |
SN-2 |
DE |
IL-ĠERMANJA |
TH-1 |
DE |
IL-ĠERMANJA |
TH-2 |
ES |
SPANJA |
ES/01/02/05 |
ES |
SPANJA |
ES/05/02/12 |
ES |
SPANJA |
ES/05/03/13 |
ES |
SPANJA |
ES/09/02/10 |
ES |
SPANJA |
ES/17/02/07 |
ES |
SPANJA |
ES/04/03/11 |
ES |
SPANJA |
ES/04/03/14 |
ES |
SPANJA |
ES/09/03/15 |
ES |
SPANJA |
ES/09/06/18 |
FR |
FRANZA |
38 193.01 |
GR |
IL-ĠREĊJA |
GR.1 |
GR |
IL-ĠREĊJA |
GR.2 |
HU |
L-UNGERIJA |
HU12MK001 |
IE |
L-IRLANDA |
IRL-HBQ-1-2003 Unit A |
IT |
L-ITALJA |
003AL707 |
IT |
L-ITALJA |
305/B/743 |
IT |
L-ITALJA |
132BG603 |
IT |
L-ITALJA |
170BG601 |
IT |
L-ITALJA |
233BG601 |
IT |
L-ITALJA |
068CR003 |
IT |
L-ITALJA |
006FR601 |
IT |
L-ITALJA |
054LCO22 |
IT |
L-ITALJA |
I – 19/ME/01 |
IT |
L-ITALJA |
119RM013 |
IT |
L-ITALJA |
006TS139 |
IT |
L-ITALJA |
133VA023 |
MT |
MALTA |
BQ 001 |
NL |
L-OLANDA |
NL-13000 |
NL |
L-OLANDA |
NL-13001 |
NL |
L-OLANDA |
NL-13002 |
NL |
L-OLANDA |
NL-13003 |
NL |
L-OLANDA |
NL-13004 |
NL |
L-OLANDA |
NL-13005 |
NL |
L-OLANDA |
NL-13006 |
NL |
L-OLANDA |
NL-13007 |
NL |
L-OLANDA |
NL-13008 |
NL |
L-OLANDA |
NL-13009 |
NL |
L-OLANDA |
NL-13010 |
PL |
IL-POLONJA |
14084501 |
PT |
IL-PORTUGALL |
05.01/CQA |
PT |
IL-PORTUGALL |
01.02/cqa |
UK |
IR-RENJU UNIT |
21/07/01 |
UK |
IR-RENJU UNIT |
21/07/02” |
II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja
DEĊIŻJONIJIET
Kunsill
30.10.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 284/26 |
ADDENDUM
għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/543/KE tat-23 ta’ Lulju 2007 dwar l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija għall-Konvenzjoni dwar l-istabbiliment ta’ Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Konvenzjoni ta’ l-Europol)
(Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea L 200, 1 ta' Awwissu 2007)
Il-verżjonijiet lingwistiċi bil-Bulgaru u bir-Rumen tal-konvenzjoni u l-protokolli li ġejjin għandhom ikunu ppubblikati iktar tard fl-edizzjoni speċjali tal-Ġurnal Uffiċjali.
Konvenzjoni ta' l-Europol u l-Protokolli ta'
— |
24 ta’ Lulju 1996 |
— |
19 ta’ Ġunju 1997 |
— |
30 ta’ Novembru 2000 |
— |
28 ta’ Novembru 2002 |
— |
27 ta’ Novembru 2003 |
Kummissjoni
30.10.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 284/27 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-22 ta’ Ottubru 2007
li tagħti deroga mitluba mill-Irlanda skond id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE dwar il-protezzjoni ta’ l-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli
(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5095)
(Il-verżjoni bl-Ingliż biss hija awtentika)
(2007/697/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1991 dwar il-protezzjoni ta’ l-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (1) u b’mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-paragrafu 2 ta’ l-Anness III tagħha,
Billi:
(1) |
Jekk l-ammont ta’ demel li Stat Membru bi ħsiebu japplika għal kull ettaru fis-sena huwa differenti minn dak speċifikat fl-ewwel sentenza tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 ta’ l-Anness III tad-Direttiva 91/676/KEE u fil-punt (a) tiegħu, dak l-ammont għandu jiġi ffissat sabiex ma jippreġudikax il-kisba ta’ l-għanijiet speċifikati fl-Artikolu 1 ta’ dik id-Direttiva u għandu jkun ġustifikat fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi, bħalma huma, fil-każ attwali, staġuni twal ta’ tkabbir u għelejjel b’rata ta’ assorbiment tan-nitroġenu għolja. |
(2) |
Fit-12 ta’ Novembru 2004, l-Irlanda ressqet talba lill-Kummissjoni għal deroga skond it-tielet subparagrafu tal-paragrafu 2 ta’ l-Anness III tad-Direttiva 91/676/KEE. Fit-18 ta’ Ottubru 2006 tressqet talba aġġornata, ibbażata fuq ir-Regolament rivedut tal-Komunitajiet Ewropej ta’ l-2006 (Metodi ta’ Biedja Għaqlija għall-Ħarsien ta’ l-Ilmijiet) (Strument statutorju nru 378 ta’ l-2006). |
(3) |
Id-deroga mitluba tikkonċerna l-intenzjoni ta’ l-Irlanda li tawtorizza l-applikazzjoni ta’ 250 kg nitroġenu fuq kull ettaru fis-sena mid-demel tal-bhejjem f’farms b’talanqas 80 % ta’ art bil-mergħat. Huma potenzjalment koperti mid-deroga massimu ta’ 10 000 azjenda agrikola tal-bhejjem ta’ l-ifrat fl-Irlanda li jirrappreżentaw 8 % ta’ l-azjendi totali, 8 % ta’ Raba’ Maħdum u 20 % ta’ Unitajiet tal-Bhejjem. |
(4) |
Il-leġislazzjoni Irlandiża li timplimenta d-Direttiva 91/676/KEE, ir-Regolament tal-Komunitajiet Ewropej ta’ l-2006 (Metodi ta’ Biedja Għaqlija għall-Ħarsien ta’ l-Ilmijiet) (Strument statutorju nru 378 ta’ l-2006), tapplika bl-istess mod għad-deroga mitluba. |
(5) |
Il-leġislazzjoni Irlandiża li timplimenta d-Direttiva 91/676/KEE tinkludi l-applikazzjoni ta’ rati ta’ fertilizzazzjoni massimi kemm għan-nitroġenu kif ukoll għall-fosfat. Dawn ir-rati ta’ fertilizzazzjoni massimi huma differenzjati fuq il-bażi tal-kontenut ta’ nitroġenu u ta’ fosfat u għalhekk, iqisu l-kontribut ta’ nitroġenu u fosfat mill-ħamrija. |
(6) |
It-Tielet Rapport dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar in-Nitrati fl-Irlanda u r-rapporti reċenti ta’ l-Aġenzija għall-Ħarsien ta’ l-Ambjent imressqa lill-Kummissjoni, li jkopru l-perjodu 2001-2003, juru li l-konċentrazzjoni medja ta’ nitrati rreġistrata fl-ilma tal-pjan hija ta’ l-ordni ta’ 2.5 mg/L N u ġew irreġistrati konċentrazzjonijiet ta’ nitrati ‘l fuq minn 50 mg/L f’massimu ta’ 2 % tal-punti ta’ teħid ta’ kampjuni. Id-dejta dwar il-kwalità ta’ l-ilma fix-xmajjar għall-perjodu 2000-2003, turi li l-valur medju għan-nitrati fl-istazzjonijiet ta’ monitoraġġ “Eurowaternet” hu 6.9 mg/L. |
(7) |
70 % tal-punti ta’ monitoraġġ ta’ l-ilma tal-pjan urew tendenza ‘l isfel jew stabbli fil-konċentrazzjoni ta’ nitrati; ix-xmajjar irreġistraw kwalità ogħla fl-2001-2003 meta mqabbla mal-perjodu ta’ rappurtar ta’ qabel (1995-1997) u reġġgħu lura t-tnaqqis tal-kwalità ta’ l-ilma, li ilha tiġi rreġistrata mill-aħħar snin tat-Tmeninijiet. Ġie osservat ukoll tnaqqis ta’ lagi ipertrofiċi. |
(8) |
L-Irlanda, f’konformità ma’ l-Artikolu 3, paragrafu 5, tad-Direttiva 91/676/KEE, tapplika programm ta’ azzjoni fit-territorju kollu tagħha skond ir-Regolament tal-Komunitajiet Ewropej ta’ l-2006 (Metodi ta’ Biedja Għaqlija għall-Ħarsien ta’ l-Ilmijiet) (Strument statutorju nru 378 ta’ l-2006). |
(9) |
L-għadd ta’ bhejjem u l-użu ta’ fertilizzanti kimiċi naqsu fl-aħħar għaxar snin. Matul il-perjodu 1997-2004 naqas l-għadd ta’ bhejjem ta’ l-ifrat, qżieqeż u nagħaġ b’7 %, 3 % u 17 %, rispettivament. Il-piż medju ta’ nitroġenu mid-demel tal-bhejjem fl-2004 kien ta’ 103 kg/ha, bi tnaqqis notevoli meta mqabbel mal-140 kg/ha ta’ l-1998. Il-piż medju ta’ fosfru (P) kien ta’ 16 kg/ha. L-użu ta’ fertilizzant kimiku bin-nitroġenu naqas b’21 % matul il-perjodu bejn l-1999 u l-2005 u l-użu ta’ fertilizzant bil-fosfat naqas b’37 % matul il-perjodu bejn l-1995 u l-2005. |
(10) |
Fl-Irlanda, disgħin fil-mija tar-raba’ huwa ddestinat għar-ragħa li fih jippredominaw tipi ta’ mergħat adatti sew għall-produzzjoni tal-mergħat. Fuq livell ġenerali, fil-farms bil-mergħat, 47 % ta’ l-art hija maħduma estensivament u għalhekk, għandha densità ta’ bhejjem relattivament baxxa u ammont baxx minn fertilizzanti, 36 % tinħadem skond il-programmi agroambjentali (Skema għall-Ħarsien ta’ l-Ambjent Rurali, skema REP) u 7 % biss ta’ l-art tinħadem intensivament; 10 % tintuża għat-tħaddim tar-raba’. L-użu medju ta’ fertilizzant kimiku fuq mergħat huwa 82 kg/ha nitroġenu u 7.6 kg/ha fosfru. |
(11) |
Il-klima Irlandiża, ikkaratterizzata minn kwantità annwali ta’ xita mqassma ndaqs matul is-sena u skala ta’ temperatura annwali dejqa, tippromwovi staġun twil ta’ tkabbir ta’ mergħat li jibda minn 330 jum fis-sena fil-parti tal-Lbiċ sa madwar 250 jum fis-sena fil-parti tal-Grigal. |
(12) |
Id-dokumenti tekniċi u xjentifiċi li tressqu fin-notifika Irlandiża juru li l-proposta għal ammont ta’ 250 kg għal kull ettaru fis-sena ta’ nitroġenu minn demel tal-bhejjem li jirgħu f’farms b’talanqas 80 % ta’ mergħat hija ġustifikata fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi bħalma huma staġuni twal tat-tkabbir u għelejjel b’rata ta’ assorbiment tan-nitroġenu għolja. |
(13) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis li l-ammont ta’ demel mitlub mill-Irlanda mhuwiex se jippreġudika l-kisba ta’ l-għanijiet tad-Direttiva 91/676/KEE, jekk jiġu sodisfatti ċerti kundizzjonijiet stretti. |
(14) |
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi applikata b’konnessjoni mal-programm ta’ azzjoni ta’ l-Irlanda, ir-Regolament tal-Komunitajiet Ewropej ta’ l-2006 (Metodi ta’ Biedja Għaqlija għall-Ħarsien ta’ l-Ilmijiet) (Strument statutorju nru 378 ta’ l-2006). |
(15) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat dwar in-Nitrati stabbilit skond l-Artikolu 9 tad-Direttiva 91/676/KEE, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Tingħata d-deroga mitluba mill-Irlanda permezz ta’ ittra tat-18 ta’ Ottubru 2006, bil-għan li jiġi permess ammont ogħla ta’ demel tal-bhejjem minn dak previst fl-ewwel sentenza tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 ta’ l-Anness III tad-Direttiva 91/676/KEE u fil-punt (a) tiegħu, suġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ din id-deċiżjoni, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:
(a) |
“Farms bil-mergħat” tfisser azjendi fejn 80 % jew aktar taż-żona tar-raba’ disponibbli għall-għoti tad-demel hija mergħa; |
(b) |
“Bhejjem li jirgħu” tfisser bhejjem ta’ l-ifrat (għajr għall-għoġiela tal-vitella), nagħaġ, ċriev, mogħoż u żwiemel; |
(ċ) |
“Mergħa” tfisser art permanentement jew temporanjament bil-ħaxix (temporanjament timplika perjodu ta’ erba’ snin jew anqas). |
Artikolu 3
Ambitu ta’ applikazzjoni
Din id-Deċiżjoni tapplika każ b’każ u f’kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 4, 5 u 6 għall-farms bil-mergħat.
Artikolu 4
Awtorizzazzjoni u impenn annwali
1. Il-bdiewa li jridu jibbenefikaw minn deroga għandhom iressqu applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti kull sena.
2. Flimkien ma’ l-applikazzjoni annwali msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jintrabtu bil-miktub li se jissodisfaw il-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 5 u 6.
3. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiggarantixxu li l-applikazzjonijiet kollha għal deroga jitressqu għal kontroll amministrattiv. Meta l-kontroll imwettaq mill-awtoritajiet nazzjonali għall-applikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 juri li l-kundizzjonijiet previsti mill-Artikoli 5 u 6 mhumiex sodisfatti, l-applikant għandu jkun infurmat minnufih. F’dan il-każ, l-applikazzjoni għandha titqies miċħuda.
Artikolu 5
Applikazzjoni tad-demel u fertilizzanti oħra
1. L-ammont ta’ demel mill-bhejjem li ġej minn bhejjem li jirgħu li jingħata fis-sena f’art ta’ farms bil-mergħat, inkluż dak mill-bhejjem stess, ma għandux jaqbeż l-ammont ta’ demel li jkun fih 250 kg nitroġenu għal kull ettaru, suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 7.
2. L-ammonti totali tan-nitroġenu ma għandhomx jaqbżu d-domanda mbassra għan-nutrienti ta’ l-għalla u jqisu l-provvista mill-ħamrija. L-applikazzjoni totali tan-nitroġenu għandha tkun differenzjat a fuq il-bażi tad-densità ta’ bhejjem u l-produttività tal-mergħat.
3. Kull farm għandu jżomm pjan ta’ fertilizzazzjoni b’deskrizzjoni tat-tinwib tar-raba’ u l-għoti ppjanat ta’ demel u fertilizzanti kimiċi tan-nitroġenu u tal-fosfat. Għandu jkun disponibbli fil-farm sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Marzu.
Il-pjan ta’ fertilizzazzjoni għandu jinkludi dan li ġej:
(a) |
l-għadd ta’ bhejjem ħajjin, deskrizzjoni tas-sistema ta’ kif jinżammu u jinħażnu, inkluż il-volum disponibbli għall-ħżin tad-demel; |
(b) |
kalkolu tan-nitroġenu (li minnu jitnaqqas kwalunkwe telf fiż-żamma u l-ħażna) u l-fosfru mid-demel li jiġi prodott fil-farm; |
(ċ) |
it-tinwib u r-raba’ li jintuża għal kull għalla, flimkien ma’ tpinġija ta’ mappa fejn huma indikati l-għelieqi u fejn jinsabu; |
(d) |
ir-rekwiżiti prevedibbli li jkollhom l-għelejjel f’termini ta’ nitroġenu u ta’ fosfru; |
(e) |
l-ammont u t-tip ta’ demel li jingħata barra l-artijiet tal-farm u fil-farm; |
(f) |
ir-riżultati ta’ l-analiżi tal-ħamrija relatati ma’ l-istatus N u P tal-ħamrija, jekk hu l-każ; |
(g) |
l-applikazzjoni tan-nitroġenu u tal-fosfru mid-demel fuq kull għalqa (taqsimiet tal-farm li huma omoġenji f’dak li jirrigwarda ż-żrigħ u t-tip ta’ ħamrija); |
(h) |
l-applikazzjoni tan-nitroġenu u tal-fosfru b’fertilizzanti kimiċi kif ukoll fertilizzanti oħrajn fuq kull għalqa. |
Il-pjanijiet għandhom jiġu riveduti sa mhux aktar tard minn sebat ijiem wara kwalunkwe bidla fil-prattiċi agrikoli sabiex tiġi żgurata l-koerenza bejn il-pjanijiet u l-prattiċi agrikoli attwali.
4. Kull farm għandha tħejji kontijiet tal-fertilizzazzjoni, fosthom informazzjoni relatata mal-ġestjoni ta’ l-ilma bil-ħamrija. Dawn għandhom jitressqu lill-awtorità kompetenti għal kull sena kalendarja.
5. Kull farm bil-mergħat li tibbenefika minn deroga individwali għandha taċċetta li l-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 4, il-pjan ta’ fertilizzazzjoni u l-kontijiet tal-fertilizzazzjoni jkunu jistgħu jiġu suġġetti għal kontroll.
6. Għandha titwettaq analiżi tan-nitroġenu u tal-fosfru fil-ħamrija għal kull farm li tibbenefika minn deroga individwali għallinqas kull erba’ snin għal kull żona omoġenja tal-farm, fir-rigward tat-tinwib u l-karatteristiċi tal-ħamrija. Għandha tinħtieġ analiżi waħda għal kull ħames ettari ta’ art.
7. Ma jistax jingħata d-demel fil-ħarifa qabel il-koltivazzjoni tal-mergħa.
Artikolu 6
Ġestjoni ta’ l-artijiet
80 % jew aktar ta’ l-art disponibbli għall-għoti tad-demel fuq farms għandha tkun kkoltivata bħala mergħa. Il-bdiewa li jibbenefikaw minn deroga individwali għandhom iwettqu l-miżuri li ġejjin:
(a) |
mergħa temporanja għandha tinħarat fir-rebbiegħa; |
(b) |
il-mergħa li tinħarat fit-tipi kollha ta’ ħamrija għandha tiġi segwita minnufih b’għalla b’domanda ta’ nitroġenu għolja; |
(ċ) |
it-tinwib ma għandux jinkludi pjanti leguminużi jew pjanti oħra li jassimilaw in-nitroġenu atmosferiku. Madankollu, dan mhux se japplika għas-silla f’mergħa b’inqas minn 50 % ta’ silla u għaċ-ċereali u l-piżelli li jinżergħu flimkien fil-mergħa. |
Artikolu 7
Miżuri oħra
L-Irlanda għandha tiggarantixxi li l-użu tad-deroga għandha tkun bla ħsara għall-miżuri meħtieġa biex tikkonforma ma’ leġiżlazzjoni ambjentali Komunitarja oħra.
Artikolu 8
Monitoraġġ
1. L-awtorità kompetenti għandha tħejji u taġġorna kull sena l-mapep li juru l-perċentwal ta’ farms bil-mergħat, il-perċentwal ta’ bhejjem u l-perċentwal ta’ raba’ kopert minn deroga individwali f’kull Kontea. Kull sena, dawk il-mapep għandhom jitressqu lill-Kummissjoni u, għall-ewwel darba, sa l-1 ta’ Marzu 2008.
2. Il-monitoraġġ tal-farms, li huma koperti sew mill-programm ta’ azzjoni sew mid-deroga, għandhom isiru f’ilqugħ agrikoli għall-monitoraġġ kif stabbilit mill-programm ta’ azzjoni Irlandiż. L-ilqugħ ta’ monitoraġġ ta’ referenza għandhom jirrappreżentaw it-tipi differenti ta’ ħamrija, il-livelli ta’ intensità u l-prattiċi ta’ fertilizzazzjoni.
3. Stħarriġ u analiżi kontinwi tan-nutrienti għandhom jipprovdu d-dejta dwar l-użu lokali tar-raba’, it-tinwib u l-prattiċi agrikoli fuq farms li jibbenefikaw minn derogi individwali. Dik id-dejta tista’ tintuża għal kalkoli bbażati fuq mudelli tal-kobor tal-lissija tan-nitrati u tat-telf tal-fosfru minn għelieqi fejn jiġi applikat sa 250 kg nitroġenu għall kull ettaru fis-sena f’demel minn bhejjem li jirgħu.
4. Il-monitoraġġ ta’ l-ilma tal-pjan tal-wiċċ, l-ilma tal-ħamrija, l-ilma tad-dranaġġ u nixxiegħat f’farms li huma fil-punti ta’ lqugħ agrikoli ta’ monitoraġġ għandhom jipprovdu d-dejta dwar il-konċentrazzjoni ta’ nitrati u fosfru fl-ilma li jħalli ż-żona ta’ l-għeruq u jidħol fl-ilma tal-pjan u fl-ilma tal-wied.
5. Monitoraġġ ta’ l-ilma aktar bir-reqqa għandu jitwettaq għall-ilqugħ agrikoli li jinsabu qrib lagi l-aktar vulnerabbli u ħażniet ta’ ilma ta’ taħt l-art (akwiferi) partikolarment vulnerabbli.
6. Għandu jitwettaq studju sabiex, sa tmiem il-perjodu tad-deroga, tinġabar l-informazzjoni xjentifika dettaljata dwar is-sistemi ta’ mergħat għal użu intensiv fl-Irlanda. Dan l-istudju għandu jiffoka fuq il-lissija tan-nitrati f’sistemi ta’ produzzjoni intensivi ta’ ħalib u derivati minnu f’tipi ta’ ħamrija vulnerabbli (ramel u ħamrija mrammla) f’żoni rappreżentattivi.
Artikolu 9
Kontrolli
1. L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom iwettqu kontrolli amministrattivi tal-farms kollha li jibbenefikaw minn deroga individwali għall-valutazzjoni tal-konformità mal-kwantità massima ta’ 250 kg nitroġenu mid-demel tal-bhejjem, għal kull ettaru fis-sena, mar-rati tal-fertilizazzjoni tan-nitroġenu u tal-fosfru, u mal-kundizzjonijiet ta’ l-użu ta’ l-art.
2. Għandu jkun stabbilit programm ta’ spezzjonijiet ta’ l-għelieqi bbażat fuq l-analiżi tar-riskju, riżultati tal-kontrolli tas-snin ta’ qabel u riżultati ta’ kontrolli każwali ġenerali tal-leġislazzjoni li timplimenta d-Direttiva 91/676/KEE. L-ispezzjonijiet ta’ l-għelieqi għandhom ikopru talanqas 3 % tal-farms li jibbenefikaw minn deroga individwali fir-rigward tal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 5 u 6.
Artikolu 10
Rappurtaġġ
1. L-awtorità kompetenti għandha tressaq ir-riżultati tal-monitoraġġ lill-Kummissjoni kull sena, b’rapport konċiż dwar l-evoluzzjoni tal-kwalità ta’ l-ilma u l-prattika ta’ valutazzjoni. Ir-rapport għandu jagħti informazzjoni dwar kif titwettaq l-evalwazzjoni ta’ l-implimentazzjoni tal-kundizzjonijiet tad-deroga permezz ta’ kontrolli fuq livell ta’ farms u għandu jinkludi informazzjoni dwar farms mhux konformi fuq il-bażi ta’ riżultati ta’ spezzjonijiet amministrattivi u fuq il-post. L-ewwel rapport għandu jitressaq sa Ġunju 2008 u wara, kull sena sax-xahar ta’ Ġunju.
2. Ir-riżultati miksuba b’dan il-mod se jitqiesu mill-Kummissjoni fir-rigward ta’ talba ġdida eventwali għal deroga.
Artikolu 11
Applikazzjoni
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika fil-kuntest tal-programm ta’ azzjoni Irlandiż hekk kif implimentat fir-Regolament tal-Komunitajiet Ewropej ta’ l-2006 (Metodi ta’ Biedja Għaqlija għall-Ħarsien ta’ l-Ilmijiet) (Strument statutorju nru 378 ta’ l-2006). Tiskadi fis-17 ta’ Lulju 2010.
Artikolu 12
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Irlanda.
Magħmula fi Brussell, 22 ta’ Ottubru 2007.
Għall-Kummissjoni
Stavros DIMAS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 375, 31.12.1991, p. 1. Id-Diretiva kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).
30.10.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 284/31 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tad-29 ta’ Ottubru 2007
li temenda d-Deċiżjoni 2007/116/KE rigward l-introduzzjoni ta’ numri riżervati addizzjonali li jibdew bil-“116”
(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5139)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2007/698/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 2002/21/KE tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għal networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (id-Direttiva Kwadru) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/116/KE tal-15 ta’ Frar 2007 dwar ir-riżervazzjoni tas-serje nazzjonali tan-numri li jibdew bil-116, għal numri armonizzati biex jintużaw għal servizzi armonizzati ta’ valur soċjali (2) tirriżerva s-serje nazzjonali tan-numri li jibdew bil-116, għal numri armonizzati biex jintużaw għal servizzi armonizzati ta’ valur soċjali. L-Anness għal dik id-Deċiżjoni fih lista ta’ numri speċifiċi f’din is-serje numerika u s-servizzi li għalihom huwa riżervat kull numru. Din il-lista tista’ tiġi adattata skond il-proċedura ta’ l-Artikolu 22(3) tad-Direttiva 2002/21/KE. |
(2) |
Id-deskrizzjoni tas-servizz assoċjat man-numru 116000 għandha tiġi aġġornata. Barra minn hekk, żewġ servizzi, il-linji ta’ l-għajnuna għat-tfal u l-linji ta’ l-għajnuna għall-appoġġ emozzjonali ġew identifikati bħala servizzi ta’ valur soċjali u jistgħu jibbenifikaw min-numri armonizzati. Għal dawn ir-raġunijiet, id-Deċiżjoni 2007/116/KE għandha tiġi aġġornata u għandhom jiġu introdotti numri riżervati addizzjonali. |
(3) |
Id-Deċiżjoni 2007/116/KE għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ. |
(4) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat għall-Komunikazzjonijiet, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness għad-Deċiżjoni 2007/116/KE għandu jiġi sostitwit bl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li minn 29 ta’ Frar 2008 l-Awtorità Regolatorja Nazzjonali tkun tista’ tassenja dawk in-numri li ġew miżjuda mal-lista permezz ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 29 ta’ Ottubru 2007.
Għall-Kummissjoni
Viviane REDING
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 108, 24.4.2002, p. 33. Id-Direttiva emendat bir-Regolament tal-Parlament u tal-Kunsill (KE) Nru 717/2007 (ĠU L 171, 29.6.2007, p. 32).
(2) ĠU L 49, 17.2.2007, p. 30.
ANNESS
Lista ta’ numri riżervati għal servizzi armonizzati ta’ valur soċjali
Numru |
Is-servizz li għalih in-numru huwa riżervat |
Kundizzjonijiet speċifiċi marbuta mad-dritt ta’ użu ta’ dan in-numru |
||||
116000 |
|
Is-servizz huwa kontinwament disponibbli (jiġifieri 24 siegħa kuljum, 7 ijiem fil-ġimgħa, mal-pajjiż kollu). |
||||
116111 |
|
Fejn is-servizz ma jkunx kontinwament disponibbli (jiġifieri 24 siegħa kuljum, 7 ijiem fil-ġimgħa, mal-pajjiż kollu), il-fornitur tas-servizz għandu jiżgura li l-informazzjoni dwar id-disponibbiltà tingħata pubbliċità b’mezzi li huma faċilment aċċessibbli, u li matul il-perjodu meta s-servizz ma jkunx disponibbli, min iċempel ikun infurmat dwar meta s-servizz ser jerġa’ jsir disponibbli. |
||||
116123 |
|
Fejn is-servizz ma jkunx kontinwament disponibbli (jiġifieri 24 siegħa kuljum, 7 ijiem fil-ġimgħa, mal-pajjiż kollu), il-fornitur tas-servizz għandu jiżgura li l-informazzjoni dwar id-disponibbiltà tingħata pubbliċità b’mezzi li huma faċilment aċċessibbli, u li matul il-perjodu meta s-servizz ma jkunx disponibbli, min iċempel ikun infurmat dwar meta s-servizz ser jerġa’ jsir disponibbli. |
30.10.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 284/33 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tad-29 ta’ Ottubru 2007
li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/33/KEE biex tiġi estiża d-deroga marbuta mal-kundizzjonijiet ta’ importazzjoni għal materjali ta’ propagazzjoni u tħawwil ta’ ħxejjex minn pajjiżi terzi
(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5218)
(2007/699/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/33/KEE tat-28 ta’ April 1992 dwar il-kummerċjalizzazzjoni ta’ materjal ta’ propagazzjoni u ta’ tħawwil tal-ħxejjex minbarra ż-żrieragħ (1), u b’mod partikolari t-tieni sub-paragrafu ta’ l-Artikolu 16(2) tagħha,
Billi:
(1) |
Skond l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 92/33/KEE, il-Kummissjoni hija meħtieġa li tiddeċiedi jekk il-materjal tal-propagazzjoni tal-ħxejjex ta’ l-ikel u għat-taħwil, għajr għaż-żerriegħa, prodott f’pajjiż terz u joffri l-istess garanziji rigward l-obbligi fuq il-fornitur, l-identità, il-karatteristiċi, is-saħħa tal-pjanti, il-mezz ta’ tkabbir, l-ippakkeġġjar, l-arranġamenti għall-ispezzjoni, l-għoti tal-marka u s-siġill humiex ekwivalenti f’kull rispett għall-materjal tal-propagazzjoni tal-ħxejjex ta’ l-ikel u għat-taħwil għajr għaż-żerriegħa prodotti fil-Komunità u jekk iħarsux il-ħtiġijiet u l-kundizzjonijiet ta’ din id-Direttiva. |
(2) |
Madankollu, l-informazzjoni disponibbli attwalment dwar il-kundizzjonijiet li japplikaw f’pajjiżi terzi għadha mhijiex biżżejjed biex tħalli lill-Kummissjoni tadotta xi deċiżjoni bħal din dwar xi pajjiż terz f’dan l-istadju. |
(3) |
Biex ix-xejriet tal-kummerċ ma jiġux imħarbta, l-Istati Membri li jimportaw il-materjal tal-propagazzjoni tal-ħxejjex ta’ l-ikel u għat-taħwil, għajr għaż-żerriegħa, minn pajjiżi terzi għandhom jitħallew ikomplu japplikaw għal dawn il-prodotti kundizzjonijiet ekwivalenti għal dawk li japplikaw għall-prodotti simili mill-Komunità skond l-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 92/33/KEE. Il-perjodu ta’ applikazzjoni tad-deroga stipulat fid-Direttiva 92/33/KEE għal importazzjonijiet bħal dawn għandu għalhekk jiġi estiż għal wara l-31 ta’ Diċembru 2007. |
(4) |
Id-Direttiva 92/33/KEE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan. |
(5) |
Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni ta’ l-Kumitat Permanenti taż-Żrieragħ u l-Materjal tal-Propagazzjoni għall-Agrikoltura, l-Ortikoltura u l-Forestrija, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fl-ewwel sub-paragrafu ta’ l-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 92/33/KEE, id-data “31 ta’ Diċembru 2007” hija mibdula b’ “31 ta’ Diċembru 2012”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 29 ta’ Ottubru 2007.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 157, 10.6.1992, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/124/KE (ĠU L 339, 6.12.2006, p. 12).
ORJENTAZZJONIJIET
Bank Ċentrali Ewropew
30.10.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 284/34 |
LINJA TA’ GWIDA TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
ta’ l-20 ta’ Settembru 2007
li temenda l-Annessi I u II tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2000/7 dwar l-istrumenti u l-proċeduri tal-politika monetarja ta’ l-Eurosistema
(BĊE/2007/10)
(2007/700/KE)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, partikolarment l-ewwel subinċiz ta’ l-Artikolu 105(2),
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, partikolarment l-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 3.1, l-Artikoli 12.1, 14.3 u l-Artikolu 18.2 u l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 20,
Wara li kkunsidra l-Linja ta’ Gwida BĊE/2000/7 tal-31 ta’ Awwissu 2000 dwar l-istrumenti u l-proċeduri tal-politika monetarja ta’ l-Eurosistema (1),
Billi:
(1) |
L-Anness I tal-Linja ta’ Ġwida BĊE/2000/7 jeħtieġ li jiġi emendat minħabba tibdil riċenti fid-definizzjoni u l-implimentazjoni tal-politika monetarja waħda ta’ l-Eurosistema. Dan it-tibdil għandu x’jaqsam fost l-oħrajn ma’ l-assi eliġibbli u t-tneħħija tat-tranżazzjonijiet assoluti mil-lista ta’ l-operazzjonijiet ta’ rfinar. |
(2) |
Bis-saħħa tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/503/KE ta’ l-10 ta’ Lulju 2007 skond l-Artikolu 122(2) tat-Trattat fuq l-adozzjoni minn Ċipru tal-munita waħda fl-1 ta’ Jannar 2008 (2), Ċipru jissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-adozzjoni ta’ l-Ewro u d-deroga tiegħu skond l-Artikolu 4 ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni ser titħassar b’seħħ mill-1 ta’ Jannar 2008 (3). Bis-saħħa tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/504/KE ta’ l-10 ta’ Lulju 2007 skond l-Artikolu 122(2) tat-Trattat dwar l-adozzjoni minn Malta tal-munita waħda fl-1 ta’ Jannar 2008, Malta tissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-adozzjoni ta’ l-ewro u d-deroga tagħha skond l-Artikolu 4 ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni ser titħassar b’seħħ mill-1 ta’ Jannar 2008. Minħabba dan jenħtieġ li tiġi emendata t-tabella tal-websites ta’ l-Eurosistema fl-Anness I tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2000/7. |
(3) |
Il-Linja tal-Gwida BĊE/2007/2 tas-26 ta’ April 2007 dwar is-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (“TARGET2”) (4), tistabbilixxi s-sistema TARGET2 biex tieħu post is-sistema TARGET attwali kif stabbilit fl-Artikolu 14(2) tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2007/2. Il-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) ser jaqilbu għat-TARGET2 skond l-iskeda speċifikata fl-Artikolu 13 tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2007/2. Minħabba dan, jeħtieġ li jiġu emendati r-riferenzi għat-TARGET fl-Annessi I u II tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2007/2. |
ADOTTA DIN IL-LINJA TA’ GWIDA:
Artikolu 1
Emendi lill-Annessi I u II
1. L-Anness I tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2000/7 huwa emendat skond l-Anness I ta’ din il-Linja ta’ Gwida.
2. L-Anness II tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2000/7 huwa emendat skond l-Anness II ta’ din il-Linja ta’ Gwida.
Artikolu 2
Emendi għat-tabella tal-websites ta’ l-Eurosistema
It-tabella tal-websites ta’ l-Eurosistema li hemm fl-Anness 5 ta’ l-Anness I tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2000/7 qed tinbidel bit-tabella fl-Anness III ta’ din il-Linja ta’ Gwida.
Artikolu 3
Verifika
Il-BĊNi għandhom jibagħtu lill-BĊE d-dettalji tat-testi u l-mezzi li permezz tagħhom huma biħsiebhom ikunu konformi ma’ din il-Linja ta’ Gwida, sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru 2007.
Artikolu 4
Dħul fis-seħħ
Din il-Linja ta’ Gwida għandha tidħol fis-seħħ jumejn wara li tiġi adottata. L-Artikolu 1 għandu japplika mid-19 ta’ Novembru 2007. L-Artikolu 2 għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2008.
Artikolu 5
Indirizzati
Din il-Linja ta’ Gwida hija indirizzata lill-BĊNi ta’ l-Istati Membri parteċipanti.
Magħmula fi Frankfurt am Main, 20 ta’ Settembru 2007.
Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE
Il-President tal-BĊE
Jean-Claude TRICHET
(1) ĠU L 310, 11.12.2000, p. 1. Il-Linja ta’ Gwida kif emendata l-aħħar bil-Linja ta’ Gwida BĊE/2006/12 (ĠU L 352, 13.12.2006, p. 1).
(2) ĠU L 186, 18.7.2007, p. 29.
(3) ĠU L 186, 18.7.2007, p. 32.
ANNESS I
L-Anness I tar-Regolament BĊE/2000/7 huwa emendat kif gej:
A. Emendi dwar id-definizzjoni mibdula u l-implimentazzjoni tal-politika monetarja ta’ l-Eurosistema
(1) |
Fil-Kapitolu 1, Taqsima 1.1, tiddaħħal din is-sentenza wara l-ħames sentenza: “Il-Banek Ċentrali Nazzjonali (BĊNi) jistgħu, jekk meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-politika monetarja, jaqsmu mal-membri ta’ l-Eurosistema individwali, informazzjoni, bħad-data ta’ l-operazzjonijiet, dwar il-kontropartijiet parteċipanti fl-operazzjonijiet ta’ l-Eurosistema (*). (*) Din l-informazzjoni hija suġġetta għall-ħtieġa tas-segretezza professjonali skond l-Artikolu 38 ta’ l-Istatut tas-SEBĊ.”" |
(2) |
Fil-Kapitolu 1, it-Taqsima 1.3.1, it-tielet paragrafu fuq ‘operazzjonijiet ta’ irfinar” hija emendata b'li ġej:
|
(3) |
Fil-Kapitolu 1, it-Tabella 1, taħt l-intestatura “Operazzjonijiet ta’ irfinar”, it-tieni subfil, jitħassar il-kliem: “Xiri ass”, “Bejgħ assolut”, “Mhux regolari” u “Proċeduri bilaterali”. |
(4) |
Fil-Kapitolu 1, it-Taqsima 1.4, tiġi emendata b'li ġej:
|
(5) |
Fil-Kapitolu 1, Taqsima 1.5, ir-raba' sentenza tinbidel b'li ġej: “Fl-1 ta’ Jannar 2007, dan il-qafas waħdieni nbidel b'sistema b'żewġ saffi li kienet fis-seħħ sa mill-bidu tat-tielet stadju ta’ l-unjoni ekonomika u monetarja.” |
(6) |
Fil-Kapitolu 3, il-paragrafu introduttorju jiġi emendat b'li ġej:
|
(7) |
Fil-Kapitolu 3, Taqsima 3.1.4, tiddaħħal din is-sentenza wara t-tieni sentenza: “Operazzjonijiet ta’ irfinar’ jistgħu jsiru fl-aħħar jum ta’ perjodu ta’ żamma ta’ riżerva biex jagħmel tajjeb għall-iżbilanċi tal-likwidità li setgħu jakkumulaw mill-allokazzjoni ta’ l-aħħar operazzjoni ta’ finanzjament ewlieni.” |
(8) |
Fil-Kapitolu 3, it-Taqsima 3.2, tiġi emendata b'li ġej:
|
(9) |
Fil-Kapitolu 4, it-Taqsima 4.1, tiġi emendata b'li ġej:
|
(10) |
Fil-Kapitolu 5, Taqsima 5.2, taħt l-intestatura “Operazzjonijiet magħmula permezz ta’ boroż u aġenti tas-suq”, titħassar it-tielet sentenza. |
(11) |
Fil-Kapitolu 5, Taqsima 5.3.2, it-tieni sentenza tat-tieni paragrafu tinbidel b'li ġej: “Iżda, l-Eurosistema tista' tapplika kultant għal raġunijiet operattivi dati ta’ setttlement oħrajn għal dawn l-operazzjonijiet, partikolament għal tranżazzjonijiet assoluti u swaps ta’ valuta barranija (ara t-Tabella 3).” |
(12) |
Fil-Kapitolu 6, Taqsima 6.1, it-tielet sentenza tat-tieni paragrafu tinbidel b'li ġej: “Dan il-qafas wieħed, imsejjaħ “Lista waħda” wkoll, daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2007 u ħa post is-sistema b'żewġ saffi li kien ilu fis-seħħ mill-bidu tat-tielet stadju ta’ l-unjoni ekonomika u monetarja.” |
(13) |
Fil-Kapitolu 6, it-Taqsima 6.1, tiġi emendata b'li ġej:
|
(14) |
Fil-Kapitolu 6, Taqsima 6.2.1, taħt l-intestatura “Post ta’ ħruġ”, in-nota ta’ qiegħ il-paġna 6 tinbidel b'li ġej: “Mill-1 ta’ Jannar 2007, biex ikunu eliġibbli titoli ta’ dejn internazzjonali f'forma bearer globali maħruġin permezz ta’ ICSDs għandhom jinħarġu f’forma ta’ Noti Globali Ġodda (New Global Notes (NGNs)) u ddepożitati ma’ Common Safekeeper (CSK) li huwa ICSD jew, jekk japplika, CSD li jissodisfa l-istandards minimi stabbiliti mill-BĊE. Titoli ta’ dejn internazzjonali f’forma globali li kienu nħarġu f'forma ta’ Noti Globali Klassiċi (CGNs) qabel l-1 ta’ Jannar 2007 u titoli funġibbli maħruġin taħt l-istess kodiċi ISIN fid-data jew warajha jibqgħu eliġibbli sal-maturità” |
(15) |
Fil-Kapitolu 6, Taqsima 6.2.1, taħt l-intestatura “Swieq aċċettabbli”, in-nota ta’ qiegħ il-paġna 12 li ġejja tiddaħħal fl-aħħar tal-paragrafu: “Assi tas-suq, li huma aċċettati bħala assi tat-tieni saff, u li nħarġu qabel il-31 ta’ Mejju 2007 u jiġu nnegozjati fi swieq mhux irregolati li bħalissa jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ l-Eurosistema għas-sigurtà u l-aċċessibbiltà, imma mhux għat-trasparenza, jibqgħu eliġibbli sal-31 ta’ Diċembru 2009, iżda għandhom jissodisfaw kriterji oħrajn ta’ eliġibbiltà, u jsiru ineliġibbli wara dik id-data. Dan ma japplikax għall-assi tas-suq mhux koperti maħruġin minn istituzzjonijiet ta’ kreditu li kienu aċċettati bħala assi ta’ żewġ saffi u saru ineliġibbli fil-31 ta’ Mejju 2007.” |
(16) |
Fil-Kapitolu 6, Taqsima 6.2.1, taħt l-intestatura “Post ta’ stabbiliment ta’ min jagħmel il-ħruġ/garanti”, tidħol in-nota ta’ qiegħ il-paġna 14 li tirriżulta fl-aħħar ta’ l-ewwel sentenza: “Assi tas-suq maħruġin qabel l-1 ta’ Jannar 2007 minn entità mhux stabbilita fiż-ŻEE jew f'wieħed mill-pajjiżi mhux taż-ŻEE tal-G10, imma ggarantiti minn entità stabbilita fiż-ŻEE, jibqgħu eliġibbli sal-31 ta’ Diċembru 2011, iżda għandhom jissodisfaw kriterji ta’ eliġibbiltà oħrajn u r-rekwiżiti applikabbli għall-garanziji kif jidher fit-Taqsima 6.3.2, u jsiru ineliġibbli wara dik id-data.” |
(17) |
Fil-Kapitolu 6, Taqsima 6.3.2, fl-ewwel paragrafu fuq “valutazzjoni tal-kreditu ECAI”, dik li kienet in-nota ta’ qiegħ il-paġna 26 issa hija nnumerata mill-ġdid bħala nota ta’ qiegħ il-paġna 28 fl-aħħar ta’ l-ewwel sentenza tinbidel b'li ġej: “L-istandards ta’ kreditu għoli għal bonds tal-bank koperti maħruġin fl-1 ta’ Jannar 2008 jiġu vvalutati fuq il-bażi tas-sett ta’ kriterji fuq imsemmijin. Bonds tal-bank koperti maħruġin qabel l-1 ta’ Jannar 2008 jitqiesu li jissodisfaw standards ta’ kreditu għoli jekk jikkonformaw mill-qrib mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 22(4) tad-Direttiva UCITS.” |
(18) |
Fil-Kapitolu 6, Taqsima 6.6.1, fit-tieni paragrafu, titħassar in-nota ta’ qiegħ il-paġna 50 li hemm bħalissa. |
(19) |
L-Annessi ta’ l-Anness I jingħataw l-isem ġdid “Appendiċijiet”. |
(20) |
Fl-Appendiċi 2 li tirriżulta ta’ l-Anness I, fid-definizzjoni ta’ “operazzjoni tas-suq miftuħ” ir-raba' sentenza tinbidel b'li ġej: “Barra minn dan, il-ħruġ ta’ ċertifikati ta’ dejn u tranżazzjonijiet assoluti huma disponibbli għal operazzjonijiet strutturali, filwaqt li swaps ta’ valuta barranija u l-ġbir ta’ depożiti b'termini fissi huma disponibbli biex jitwettqu l-operazzjonijiet ta’ irfinar.” |
B. Emendi dwar l-istabbilment tat-TARGET2
(21) |
Fil-lista ta’ l-“Abbrevjazzjonijiet”, il-linja li tirriferi għal “TARGET” tinbidel b'li ġej:
|
(22) |
Fil-Kapitolu 4, Taqsima 4.1, it-test taħt l-intestatura “Kundizzjonijiet ta’ aċċess” huwa emendat b'li ġej:
|
(23) |
Fil-Kapitolu 4, Taqsima 4.1 taħt l-intestatura “Maturità u termini ta’ imgħax”, it-tieni sentenza ta’ l-ewwel paragrafu tinbidel b'li ġej: “Għal kontropartijiet li jipparteċipaw direttament fit-TARGET2, il-kreditu jitħallas lura fil-jum ta’ wara meta (i) it-TARGET2; u (ii) l-SSSs huma operattivi, fil-ħin li dawk is-sistemi jiftħu.” |
(24) |
Fil-Kapitolu 4, Taqsima 4.2, it-test taħt l-intestatura “Kundizzjonijiet ta’ aċċess” huwa emendat b'li ġej:
|
(25) |
Fil-Kapitolu 4, Taqsima 4.2 taħt l-intestatura “Maturità u termini ta’ imgħax”, it-tieni sentenza ta’ l-ewwel paragrafu tinbidel b'li ġej: “Għal kontropartijiet li jipparteċipaw direttament fit-TARGET2, id-depożiti miżmumin fil-faċilità jimmaturaw l-għada meta t-TARGET2 jkun operattiv, fil-ħin meta din is-sistema tiftaħ.” |
(26) |
Fil-Kapitolu 5, Taqsima 5.3.1, it-tieni sentenza ta’ l-ewwel paragrafu tinbidel b'li ġej: “Tranżazzjonijiet tal-flus dwar l-użu tal-faċilitajiet permanenti ta’ l-Eurosistema jew għall-parteċipazzjoni f'operazzjonijiet tas-suq miftuħ jiġu mħallsa fil-kontijiet tal-kontropartijiet mal-banek ċentrali nazzjonali jew fil-kontijiet tal-banek ta’ ħlas li jipparteċipaw fit-TARGET2.” |
(27) |
Fil-Kapitolu 5, Taqsima 5.3.2, l-ewwel sentenza ta’ l-ewwel paragrafu tinbidel b'li ġej: “Operazzjonijiet tas-suq miftuħ ibbażati fuq offerti standard, jiġifieri operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin, operazzjonijiet ta’ rifinanzjament fit-tul u operazzjonijiet strutturali, normalment jitħallsu fl-ewwel jum wara l-jum tan-negozju meta (i) it-TARGET2; u (ii) l-SSSs kollha rilevanti jkunu miftuħin.” |
(28) |
Fil-Kapitolu 5, Sezzjoni 5.3.5 tinbidel b'li gej: “5.3.3 Proċeduri ta’ l-aħħar tal-jum Il-proċeduri ta’ l-aħħar tal-jum huma speċifikati fid-dokumentazzjoni li għandhom x'jaqsmu mat-TARGET2. Bħala regola ġenerali, it-TARGET2 jagħlaq fis-6 p.m. ħin ta’ l-BĊE (CET). L-ebda ordnijiet oħra ta’ ħlas ma jiġu aċċettati għall-ipproċessar fit-TARGET2 wara l-ħin ta’ l-għeluq, għalkemm l-ordnijiet ta’ ħlas aċċettati qabel il-ħin ta’ l-għeluq jiġu pproċessati. It-talbiet tal-kontropartijiet għall-aċċess għall-faċilità ta’ self marġinali jew għall-faċilità ta’ depożitu għandhom jintbagħtu lill-bank ċentrali nazzjonali rispettiv mhux aktar tard minn 15-il minuta wara l-ħin ta’ l-għeluq tat-TARGET2. L-iskadenza biex jintalab l-aċċess għall-faċilitajiet permanenti ta’ l-Eurosistema hija posposta bi 15-il minuta oħra fl-aħħar jum tax-xogħol ta’ l-Eurosistema ta’ perjodu ta’ żamma ta’ riżerva (*************). Kull bilanċ negattiv fil-kontijiet ta’ ħlas fit-TARGET2 ta’ kontropartijiet eliġibbli li jibqgħu wara l-finalizzazzjoni tal-proċeduri ta’ kontroll ta’ l-aħħar jum tax-xogħol jiġi awtomatikament ikkunsidrat bħala talba għar-rikors għal self marġinali (ara t-Taqsima 4.1). (*************) Sakemm BĊN ikun qaleb għat-TARGET2, l-iskadenza biex jintalab l-aċċess għall-faċilitajiet permanenti ta’ l-Eurosistema ma’ dak il-BĊN ikun ta’ 30 minuta wara l-ħin ta’ l-għeluq tas-sistema (6 p.m. CET), u pospost għal 30 minuta oħra fl-aħħar jum tax-xogħol ta’ l-Eurosistema ta’ perjodu taż-żamma tar-riżerva.”" |
(29) |
Fil-Kapitolu 6, Taqsima 6.6.1, l-aħħar sentenza tat-taqsima tinbidel b'li ġej: “F'ċirkustanzi eċċezzjonali jew meta jkun meħtieġ għall-iskopijiet tal-politika monetarja, il-BĊE jista' jiddeċiedi li jestendi l-ħin ta’ l-għeluq tas-CCBM sal-ħin ta’ l-għeluq tat-TARGET2.” |
(30) |
In-noti ta’ qiegħ il-paġna mhux imsemmijin hawn fuq qed jiġu nnumerati mill-ġdid kif imiss. |
(31) |
L-Appendiċi 2 (“Glossarju”) li jirriżulta ta’ l-Anness I tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2000/7 huwa emendat kif gej:
|
ANNESS II
L-Anness II tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2000/7 (“Karatteristiċi Komuni Minimi Addizzjonali”) huwa emendat b’li ġej:
(1) |
Il-Paragrafu 15 jinbidel b’li gej: “L-arranġamenti kuntrattwali jew regolatorji rilevanti applikati mill-BĊN għandhom jiddefinixxu ‘jum tax-xogħol’ bħala, fir-rigward ta’ obbligu biex isir ħlas, kull jum li fih it-TARGET2 (*) huwa operattivi biex isir dan il-ħlas u, fir-rigward ta’ obbligu biex jintbagħtu assi, kull jum meta s-sistemi tas-settlement tat-titoli li permezz tagħhom isir il-ħlas ikunu miftuħin għan-negozju fil-post fejn għandhom jiġu rċevuti t-titoli rilevanti. (*) Meta jkun applikabbli, ir-riferenzi għat-‘TARGET2’ għandhom jinftehmu bħala referenzi għat-‘TARGET’, sakemm l-BĊN ikun qaleb għat-TARGET 2.”" |
(2) |
Il-paragrafu 20(b)(ii) jinbidel b’li gej: “Fuq il-bażi ta’ somom hekk stabbiliti, il-BĊN għandu jikkalkula x’inhu dovut minn kull parti lill-oħra fid-data tax-xiri mill-ġdid. Is-somom dovuti minn parti għandhom jiġu paċuti mas-somom dovuti lill-oħra u l-bilanċ nett biss huwa pagabbli mill-parti li għandha l-klejm vvalutata f’valur anqas. Dan il-bilanċ nett huwa dovut u pagabbli l-għada meta t-TARGET2 huwa operattivi biex jagħmel il-ħlas. Għall-finijiet ta’ dan il-kalkolu, kull somma mhux iddenominata f’euro għandha tiġi kkonvertita f’euro fid-data xierqa bir-rata kkalkulata skond il-paragrafu 16.” |
(3) |
Il-paragrafu 31(b) jinbidel b’li gej: “Fuq il-bażi ta’ somom hekk stabbiliti, il-BĊN għandu jikkalkula x’inhu dovut minn kull parti lill-oħra fid-data tat-trasferiment mill-ġdid. Is-somom dovuti minn parti għandhom jiġu kkonvertiti f’euro meta meħtieġ skond il-paragrafu 16 u paċuti ma’ somom dovuti lill-oħra. Il-bilanċ nett biss huwa pagabbli mill-parti li jkollha klejm ivvalutata f’ammont anqas. Dan il-bilanċ nett huwa dovut u pagabbli l-għada meta t-TARGET2 huwa operattivi biex jagħmel il-ħlas.” |
ANNESS III
It-tabella tal-websites ta’ l-Eurosistema fl-Appendiċi 5 l-ġdid ta’ l-Anness I tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2000/7 qed tiġi sostitwita b’li ġej:
“Bank ċentrali |
Website |
European Central Bank |
www.ecb.int |
Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique |
www.nbb.be or www.bnb.be |
Deutsche Bundesbank |
www.bundesbank.de |
Central Bank and Financial Services Authority of Ireland |
www.centralbank.ie |
Bank of Greece |
www.bankofgreece.gr |
Banco de España |
www.bde.es |
Banque de France |
www.banque-france.fr |
Banca d’Italia |
www.bancaditalia.it |
Central Bank of Cyprus |
www.centralbank.gov.cy |
Banque centrale du Luxembourg |
www.bcl.lu |
Bank Ċentrali ta’ Malta |
www.centralbankmalta.com |
De Nederlandsche Bank |
www.dnb.nl |
Oesterreichische Nationalbank |
www.oenb.at |
Banco de Portugal |
www.bportugal.pt |
Banka Slovenije |
www.bsi.si |
Suomen Pankki |
www.bof.fi” |