Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document L:2007:204:FULL

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, L 204, 04 ta' Awwissu 2007


    Display all documents published in this Official Journal
     

    ISSN 1725-5104

    Il-Ġurnal Uffiċjali

    ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 204

    European flag  

    Edizzjoni bil-Malti

    Leġiżlazzjoni

    Volum 50
    4 ta' Awwissu 2007


    Werrej

     

    I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

    Paġna

     

     

    REGOLAMENTI

     

     

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 931/2007 tat-3 ta’ Awwissu 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

    1

     

    *

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 932/2007 tat-3 ta’ Awwissu 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2375/2002 dwar is-subkwota II għall-qamħ komuni impurtat mill-Kanada

    3

     

    *

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 933/2007 tat-3 ta’ Awwissu 2007 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2005 tat-18 ta’ Lulju 2005 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi ristrettivi diretti lejn persuni li jaġixxu bi ksur ta’ l-embargo ta’ l-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo

    5

     

     

    III   Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

     

     

    ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU VI TAT-TRATTAT TA' L-UE

     

     

    2007/550/ĠAI

     

    *

    Baġit tal-Europol għall-2008

    7

     

    *

    Deċiżjoni tal-kunsill 2007/551/PESK/ĠAI tat-23 ta’ Lulju 2007 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, ta’ Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti ta’ l-Amerika dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta’ data mir-reġistru ta’ l-ismijiet tal-passiġġieri (PNR) minn trasportaturi bl-ajru lid-Dipartiment tas-Sigurtà Interna (DHS) ta’ l-Istati Uniti

    16

    Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti ta' l-Amerika dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta' data mir-reġistru ta’ l-ismijiet tal-passiġġieri (PNR), minn trasportaturi bl-ajru lid-Dipartiment tas-Sigurtà Interna ta’ l-Istati Uniti (DHS) (2007 ftehim PNR)

    18

    MT

    L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

    It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


    I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

    REGOLAMENTI

    4.8.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 204/1


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 931/2007

    tat-3 ta’ Awwissu 2007

    li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3223/94 ta' l-21 ta' Diċembru 1994 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-arranġamenti dwar l-importazzjoni tal-frott u l-ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(1) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 3223/94 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu.

    (2)

    Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 3223/94 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fir-4 ta’ Awwissu 2007.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 3 ta’ Awwissu 2007.

    Għall-Kummissjoni

    Jean-Luc DEMARTY

    Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


    (1)  ĠU L 337, 24.12.1994, p. 66. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 756/2007 (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 41).


    ANNESS

    tar-Regolament tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Awwissu 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

    (EUR/100 kg)

    Kodiċi NM

    Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

    Valur fiss ta' l-importazzjoni

    0702 00 00

    MK

    26,0

    TR

    22,6

    XK

    19,8

    XS

    15,7

    ZZ

    21,0

    0707 00 05

    TR

    98,8

    ZZ

    98,8

    0709 90 70

    TR

    90,3

    ZZ

    90,3

    0805 50 10

    AR

    58,2

    UY

    54,0

    ZA

    65,0

    ZZ

    59,1

    0806 10 10

    EG

    157,1

    MA

    121,8

    ΜΚ

    44,5

    TR

    136,2

    ZZ

    114,9

    0808 10 80

    AR

    67,1

    BR

    97,3

    CL

    76,7

    CN

    65,8

    NZ

    93,1

    US

    101,4

    UY

    67,3

    ZA

    85,3

    ZZ

    81,8

    0808 20 50

    AR

    63,5

    CL

    69,9

    NZ

    154,7

    TR

    146,4

    ZA

    90,4

    ZZ

    105,0

    0809 20 95

    CA

    324,1

    TR

    290,5

    US

    386,4

    ZZ

    333,7

    0809 30 10 , 0809 30 90

    TR

    149,7

    ZZ

    149,7

    0809 40 05

    IL

    110,1

    ZZ

    110,1


    (1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


    4.8.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 204/3


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 932/2007

    tat-3 ta’ Awwissu 2007

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2375/2002 dwar is-subkwota II għall-qamħ komuni impurtat mill-Kanada

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 12(1) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Il-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Kanada dwar il-konklużjoni tan-negozjati ta’ l-Artikolu XXIV:6 tal-GATT (2), approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/444/KE (3), jipprevedi żieda ta’ 853 tunnellata fil-kwota tariffarja għall-qamħ komuni għall-Kanada. Għalhekk, is-subkwota II għall-qamħ komuni impurtat mill-Kanada, kif prevista fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2375/2002 tas-27 ta’ Diċembru 2002 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji Komunitarji għal qamħ komuni ta’ kwalità differenti minn dik superjuri oriġinanti minn pajjiżi terzi (4), u li tidderoga mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 għandha tiżdied b’853 tunnellata.

    (2)

    Il-ħruġ ta' liċenzji għal kwantitajiet rikjesti iktar tard mis-13:00 (ħin ta' Brussell) nhar is-16 ta’ April 2007 u li jaqgħu fi ħdan is-subkwota II kif imsemmija fir-Regolament (KE) Nru 2375/2002 ġie sospiż mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 421/2007 tat-18 ta’ April 2007 li jistabbilixxi l-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jiġi applikat għal-liċenzji ta' l-importazzjoni ppreżentati mid-9 ta’ April 2007 sas-16 ta’ April 2007 skond is-subkwota II fil-kuntest tal-kwota tariffarja tal-Komunità miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 2375/2002 għall-qamħ komuni ta' kwalità differenti minn dik superjuri (5). B'żieda ta' 853 tunnellata fil-kwota tariffarja għall-qamħ komuni għall-Kanada, dik is-sospensjoni għandha titneħħa meta dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ.

    (3)

    Ir-Regolament (KE) Nru 2375/2002 u r-Regolament (KE) Nru 421/2007 għandhom għalhekk jiġu emendati.

    (4)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għaċ-Ċereali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) Nru 2375/2002 qiegħed jiġi emendat kif ġej:

    (1)

    Fl-Artikolu 2, il-paragrafu 1 huwa ssostitwit b'dan li ġej:

    “1.   Permezz tal-preżenti qiegħda tiġi stabbilita kwota tariffarja ta’ 2 989 240 tunnellata ta’ qamħ komuni li jaqa’ taħt il-kodiċi NM 1001 90 99 ta’ kwalità differenti minn dik superjuri.”

    (2)

    Fl-Artikolu 3(1), it-tieni inċiż jinbidel b’dan li ġej:

    “—

    subkwota II (numru tas-serje 09.4124): 38 853 tunnellata għall-Kanada,”.

    Artikolu 2

    L-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 421/2007 jitħassar.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 3 ta’ Awwissu 2007.

    Għall-Kummissjoni

    Mariann FISCHER BOEL

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 735/2007 (ĠU L 169, 29.6.2007, p. 6).

    (2)  ĠU L 169, 29.6.2007, p. 55.

    (3)  ĠU L 169, 29.6.2007, p. .53.

    (4)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 88. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2022/2006 (ĠU L 384, 29.12.2006, p. 70).

    (5)  ĠU L 102, 19.4.2007, p. 11.


    4.8.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 204/5


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 933/2007

    tat-3 ta’ Awwissu 2007

    li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2005 tat-18 ta’ Lulju 2005 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi ristrettivi diretti lejn persuni li jaġixxu bi ksur ta’ l-embargo ta’ l-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2005 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi ristrettivi diretti lejn persuni li jaġixxu bi ksur ta’ l-embargo ta’ l-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (1), u partikolarment l-Artikolu 9(1) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 jelenka l-persuni naturali u legali, l-entitajiet u l-korpi li fuqhom huwa impost l-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skond dak ir-Regolament.

    (2)

    Fis-17 ta’ Lulju 2007, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jemenda l-lista tal-persuni naturali u legali, l-entitajiet u l-korpi li għalihom għandu japplika l-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi. L-Anness I għandu b'hekk jiġi emendat f'dan is-sens,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 hu emendat kif stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada ta’ meta ssir il-pubblikazzjoni tiegħu fil-Gurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 3 ta’ Awwissu 2007.

    Għall-Kummissjoni

    Eneko LANDÁBURU

    Direttur Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni


    (1)  ĠU L 193, 23.7.2005, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 400/2007 (ĠU L 98, 13.4.2007, p. 98).


    ANNESS

    L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 huwa emendat kif ġej:

    Id-daħla “Straton Musoni (alias I.O. Musoni). Data tat-twelid: (a) 6.4.1961, (b) 4.6.1961. Post tat-twelid: Mugambazi, Kigali, Rwanda. Informazzjoni oħra: Ibbażat fil-Ġermanja” għandha tkun mibdula b'dan li ġej:

    “Straton Musoni (alias I.O. Musoni). Data tat-twelid: (a) 6.4.1961, (b) 4.6.1961. Post tat-twelid: Mugambazi, Kigali, Rwanda. Informazzjoni oħra: (a) passaport ta’ Rwanda jiskadi fl-10 ta’ Settembru 2004; (b) Residenti f’Neuffen, il-Ġermanja.”


    III Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

    ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU VI TAT-TRATTAT TA' L-UE

    4.8.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 204/7


    Baġit tal-Europol għall-2008 (1)

    (2007/550/ĠAI)

    Europol

    Titolu

    Kapitolu

    Artikolu

    Deskrizzjoni

    Riżultati 2006

    (EUR)

    Baġit 2007

    (EUR)

    Baġit 2008

    (EUR)

    Kummentarju

    1

    DĦUL

     

     

     

     

    10

    Kontribuzzjonijiet

     

     

     

     

    100

    Kontribuzzjonijiet ta’ l-Istati Membri

    49 217 487

    55 296 331

    51 374 870

    Mill-ammont allokat għall-2008, is-somma ta’ 9 586 000 EUR se jissejħu għall-użu biss ladarba il-Bord tat-Tmexxija jiddeċiedi unanimament sabiex jagħmel dan ( minkejja l-Artikolu 38(1) tar-Regolament Finanzjajru).

    101

    Bilanċ mis-sena finanzjarja t-2

    8 247 515

    9 472 669

    9 193 630

     

     

    Total Kapitolu 10

    57 465 002

    64 769 000

    60 568 500

     

    11

    Dħul ieħor

     

     

     

     

    110

    Interessi

    1 152 640

    1 000 000

    1 150 000

     

    111

    Qligħ minn tassazzjoni tal-personal tal-Europol

    1 904 979

    2 025 000

    2 102 500

     

    112

    Mixxellanju

    207 157

    100 000

    100 000

     

     

    Total Kapitolu 11

    3 264 776

    3 125 000

    3 352 500

     

    12

    Iffinanzjar minn partijiet terzi

     

     

     

     

    121

    Iffinanzjar ta’ Proġetti mill-Kummissjoni Ewropea u partijiet oħra involuti

    p.m.

    p.m.

    Minkejja l-Artikolu 35 tal-Konvenzjoni tal-Europol u l-Artikolu 16 tar-Regolament Finanzjarju, il-Bord ta’ Tmexxija jista’, b’azzjoni unanima u abbażi ta’ proposta mid-Direttur, jimmodifika l-ammont ta’ approprjazzjonijiet appatt li d-dħul totali jkopri l-infiq (ara Artikolu 321). Dan l-Artikolu jista’ wkoll jinkludi kontribuzzjonijiet minn parteċipanti. Kontribuzzjoni proprja mill-Europol għal kwalunkwe proġett tiġi finanzjata minn Artikoli oħra.

    122

    Iffinanzjar Ieħor minn partijiet terzi

    p.m.

    p.m.

    Minkejja l-Artikolu 35 tal-Konvenzjoni tal-Europol u l-Artikolu 16 tar-Regolament Finanzjarju, il-Bord ta’ Tmexxija jista’, b’azzjoni unanima u abbażi ta’ proposta mid-Direttur, jimmodifika l-ammont ta’ approprjazzjonijiet appatt li d-dħul totali jkopri l-infiq (ara Artikolu 322). Dan l-Artikolu jista’ wkoll jinkludi kontribuzzjonijiet minn parteċipanti. Kontribuzzjoni proprja mill-Europol għal kwalunkwe proġett tiġi finanzjata minn Artikoli oħra.

     

    Total Kapitolu 12

    p.m.

    p.m.

     

     

    TOTAL TITOLU 1

    60 729 778

    67 894 000

    63 921 000

     

    2

    PERSONAL

     

     

     

     

    20

    Spejjeż relatati mas-salarju

     

     

     

    Ara Anness A. Taħt dan il-Kapitolu jaqa' wkoll il-personal temporanju rreklutat minn aġenziji jew kumpaniji ta’ konsulenza fil-każ illi dan il-personal jimla post battal u apprendisti.

    200

    Personal tal-Europol

    33 253 444

    39 406 000

    42 106 000

     

    201

    Personal lokali

    524 759

    550 000

    655 000

     

    202

    Aġġustamenti fis-salarju

    640 000

    380 000

     

     

    Total Kapitolu 20

    33 778 203

    40 596 000

    43 141 000

     

    21

    Spejjeż oħra relatati mal-personal

     

     

     

     

    210

    Reklutaġġ

    343 726

    314 000

    490 000

     

    211

    It-Taħriġ ta’ personal tal-Europol

    322 603

    525 000

    460 000

     

     

    Total Kapitolu 21

    666 329

    839 000

    950 000

     

     

    TOTAL TITOLU 2

    34 444 531

    41 435 000

    44 091 000

    Minn dan l-ammont, l-ammont ta’ 5 586 miljun EUR se jissejħu għall-użu biss ladarba l-Bord tat-Tmexxija jiddeċiedi dan. Inklużi f’dan l-ammont hemm is-somma ta’ 380 000 EUR prevista għall-aġġustamenti fis-salarji u l-ammont ta’ 286 000 EUR għall-implimentazzjoni ta’ l-Abbozz tad-deċiżjoni tal-Kunsill. Ara Artikolu 100 u Anness C.

    3

    INFIQ IEĦOR

     

     

     

     

    30

    Spejjeż relatati ma’ l-attivitajiet

     

     

     

     

    300

    Laqgħat

    633 947

    870 000

    710 000

     

    301

    Traduzzjonijiet

    467 823

    749 000

    500 000

     

    302

    Stampar

    124 723

    260 000

    160 000

     

    303

    Ivvjaġġar

    1 018 425

    1 170 000

    1 085 000

     

    304

    Studji, konsultazzjonijiet (minbarra ICT)

    82 173

    110 000

    550 000

     

    305

    Taħriġ Espert

    26 655

    85 000

    65 000

    Dan l-Artikolu preċedentement kien imsejjaħ “Taħriġ”. Id-Deskrizzjoni ġiet mibdula sabiex jiġi evitat taħwid bejn dan l-Artikolu u Artikolu 211.

    306

    Tagħmir Tekniku

    3 710

    10 000

    5 000

     

    307

    Sussidji Operazzjonali

    58 668

    150 000

    150 000

     

     

    Total Kapitolu 30

    2 416 124

    3 404 000

    3 225 000

     

    31

    Sostenn Ġenerali

     

     

     

     

    310

    Spejjeż għall-bini

    831 202

    1 100 000

    860 000

     

    311

    Vetturi

    129 803

    225 000

    250 000

     

    314

    Dokumentazzjoni u sorsi miftuħin

    239 277

    400 000

    280 000

     

    315

    Sussidji

    467 327

    550 000

    480 000

     

    316

    Akkwisti oħra

    130 355

    210 000

    100 000

     

    317

    Spejjeż oħra ta’ tħaddim

    404 232

    450 000

    450 000

     

    318

    Bini Ġdid

    220 000

    L-ammont ta’ 520 000 EUR huma l-ispejjeż previsti għall-operat tal-bini l-ġdid u ġew inklużi fil-kapitolu 30 (510 000 EUR) u l-Kapitolu 21, taħriġ (10 000 EUR).

     

    Total Kapitolu 31

    2 202 196

    3 155 000

    2 420 000

     

    32

    Infiq iffinanzjat minn partijiet terzi

     

     

     

     

    321

    Infiq għall-proġetti ffinanzjati mill-Kummissjoni Ewropea u partijiet oħra involuti

    p.m.

    p.m.

    Minkejja l-Artikolu 35 tal-Konvenzjoni tal-Europol u l-Artikolu 16 tar-Regolament Finanzjarju, il-Bord ta’ Tmexxija jista’, b’azzjoni unanima u abbażi ta’ proposta mid-Direttur, jimmodifika l-ammont ta’ approprjazzjonijiet appatt li d-dħul totali jkopri l-infiq (ara Artikolu 121). Kontribuzzjoni proprja mill-Europol għal kwalunkwe proġett tiġi finanzjata minn Artikoli oħra. Dan l-Artikolu huwa intiż għall-infiq relatat ma’ proġetti ffininanzjati minn programmi ta’ l-UE.

    322

    Infiq iffinanzjat minn partijiet terzi oħra

    p.m.

    p.m.

    Minkejja l-Artikolu 35 tal-Konvenzjoni tal-Europol u l-Artikolu 16 tar-Regolament Finanzjarju, il-Bord ta’ Tmexxija jista’, b’azzjoni unanima u abbażi ta’ proposta mid-Direttur, jimmodifika l-ammont ta’ approprjazzjonijiet appatt li d-dħul totali jkopri l-infiq (ara Artikolu 122). Kontribuzzjoni proprja mill-Europol għal kwalunkwe proġett tiġi finanzjata minn Artikoli oħra.

     

    Total Kapitolu 32

    p.m.

    p.m.

     

     

    TOTAL TITOLU 3

    4 618 320

    6 559 000

    5 645 000

    Minn dan l-ammont, is-somma ta’ 1 miljun EUR se tissejjaħ għall-użu biss ladarba l-Bord tat-Tmexxija jiddeċiedi dan. Ara Artikolu 100 u Anness C. Dan l-ammont jinkludi 250 000 EUR għall-Programm tas-Sede l-ġdida, speċifikament il-konsulenza relatata mal-parti Tempest.

    4

    KORPI U ENTITAJIET

     

     

     

     

    40

    Spejjeż relatati mas-salarju

     

     

     

    Ara Anness A. Taħt dan il-Kapitolu jaqa' wkoll il-personal temporanju rreklutat minn aġenziji jew kumpaniji ta’ konsulenza fil-każ illi dan il-personal jimla post battal u apprendisti.

    400

    Personal tal-Europol

    799 488

    900 000

    960 000

     

    401

    Personal lokali

    p.m.

    p.m.

     

    402

    Aġġustamenti fis-salarju

    15 000

    10 000

     

     

    Total Kapitolu 40

    799 488

    915 000

    970 000

     

    41

    Spejjeż oħra għall-operat

     

     

     

     

    410

    Bord ta’ Tmexxija

    1 550 562

    2 145 000

    1 835 000

     

    411

    Konġunt

    397 259

    970 000

    600 000

     

    412

    Spejjeż ta’ l-Appelli

    p.m.

    p.m.

    Ġie maħluq finanzjament għall-Ispejjeż ta’ l-Appelli mill-baġit 2004 u 2005. L-Ammont tal-finanzjament (li huwa attwalment ta’ 170 000 EUR) jiġi rivedut kull sena.

    413

    Kontrollur Finanzjarju

    6 587

    8 000

    10 000

     

    414

    Kumitat Konġunt tal-Verifika

    40 360

    52 000

    45 000

     

    415

    Task Force tal-Kapijiet tal-Pulizija

    26 068

    100 000

    100 000

     

     

    Total Kapitolu 41

    2 020 835

    3 275 000

    2 590 000

     

     

    TOTAL TITOLU 4

    2 820 323

    4 190 000

    3 560 000

    Minn dan l-ammont, is-somma ta’ 1 miljun EUR se tissejjaħ għall-użu biss ladarba l-Bord tat-Tmexxija jiddeċiedi dan. Inklużi f’dan l-ammont hemm is-somma ta’ 10 000 EUR prevista għall-aġġustamenti fis-salarji. Ara Artikolu 100 u Anness C.

    6

    TIK (Teknoloġija ta’ l-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni) (inkluż it-TECS)

     

     

     

     

    62

    TIK

     

     

     

     

    620

    Teknoloġija ta’ l-Informatika

    2 468 140

    2 900 000

    4 900 000

     

    621

    Teknoloġija tal-Komunikazzjoni

    4 694 832

    7 735 000

    3 030 000

     

    622

    Konsulenza

    1 832 272

    1 970 000

    1 615 000

     

    623

    Analiżi, Koordinazzjoni, Indiċi u Sistemi ta’ Sigurtà

    1 711 849

    3 005 000

    985 000

     

    624

    Sistema ta’ Informazzjoni

    1 356

    100 000

    95 000

     

     

    Total Kapitolu 62

    10 708 450

    15 710 000

    10 625 000

     

     

    TOTAL TITOLU 6

    10 708 450

    15 710 000

    10 625 000

    Minn dan l-ammont, is-somma ta’ 1 miljun EUR se tissejjaħ għall-użu biss ladarba l-Bord tat-Tmexxija jiddeċiedi dan. Ara Artikolu 100 u Anness C. Dan l-ammont jinkludi 600 000 EUR previst għal konsulenza dwar il-proġett OASIS fl-2008.

     

    DĦUL TOTALI, PARTI A

    60 729 778

    67 894 000

    63 921 000

     

     

    INFIQ TOTALI, PARTI A

    52 591 623

    67 894 000

    63 921 000

     

     

    BILANĊ

    8 138 155

     


    Stat li Jospita

    Titolu

    Kapitolu

    Artikolu

    Deskrizzjoni

    Abbozz tar-Riżultati 2006

    Baġit 2007

    Abbozz tal-Baġit 2008

    Kummentarju

    7

    DĦUL, STAT LI JOSPITA

     

     

     

     

    70

    Kontribuzzjonijiet

     

     

     

     

    700

    Kontribuzzjoni ta’ l-Istat Jospita, sigurtà

    2 139 109

    2 242 742

    2 412 872

    Minkejja l-Artikolu 35 tal-Konvenzjoni tal-Europol u l-Artikolu 16 tar-Regolament Finanzjarju, il-Bord ta’ Tmexxija jista’, b’azzjoni unanima u abbażi ta’ proposta mid-Direttur, jimmodifika l-ammont ta’ approprjazzjonijiet appatt li d-dħul totali jkopri l-infiq (ara Artikolu 80). Il-proposta mid-Direttur għandha tkun taqbel ma’ ftehim bejn il-Europol u l-Ministeru tal-Ġustizzja Olandiż.

    701

    Kontribuzzjoni ta’ l-Istat li Jospita, bini

    p.m.

    p.m.

    p.m.

    Minkejja l-Artikolu 35 tal-Konvenzjoni tal-Europol u l-Artikolu 16 tar-Regolament Finanzjarju, il-Bord ta’ Tmexxija jista’, b’azzjoni unanima u abbażi ta’ proposta mid-Direttur, jimmodifika l-ammont ta’ approprjazzjonijiet appatt li d-dħul totali jkopri l-infiq (ara Artikolu 810). Il-proposta mid-Direttur għandha tkun bi qbil mal-ftehim bejn il-Europol u l-Ministeru tal-Ġustizzja Olandiż.

    702

    Bilanċ mis-sena finanzjarja t-2

    247 891

    217 258

    111 128

     

     

    Total Kapitolu 70

    2 387 000

    2 460 000

    2 524 000

     

    71

    Dħul ieħor

     

     

     

     

    711

    Mixxellanju

    p.m.

    p.m.

     

     

    Total Kapitolu 71

    p.m.

    p.m.

     

     

    TOTAL TITOLU 7

    2 387 000

    2 460 000

    2 524 000

     

    8

    INFIQ, STAT LI JOSPITA

     

     

     

     

    80

    Sigurtà

     

     

     

     

    800

    Spejjeż ta’ Sigurtà

    2 289 928

    2 460 000

    2 524 000

    Minkejja l-Artikolu 35 tal-Konvenzjoni tal-Europol u l-Artikolu 16 tar-Regolament Finanzjarju, il-Bord ta’ Tmexxija jista’, b’azzjoni unanima u abbażi ta’ proposta mid-Direttur, jimmodifika l-ammont ta’ approprjazzjonijiet appatt li d-dħul totali jkopri l-infiq (ara Artikolu 700). Il-proposta mid-Direttur għandha tkun taqbel ma’ ftehim bejn il-Europol u l-Ministeru tal-Ġustizzja Olandiż.

     

    Total Kapitolu 80

    2 289 928

    2 460 000

    2 524 000

     

    81

    Spejjeż għall-bini

     

     

     

     

    810

    Spejjez għall-Bini, Stat li Jospita

    p.m.

    p.m.

    Minkejja l-Artikolu 35 tal-Konvenzjoni tal-Europol u l-Artikolu 16 tar-Regolament Finanzjarju, il-Bord ta’ Tmexxija jista’, b’azzjoni unanima u abbażi ta’ proposta mid-Direttur, jimmodifika l-ammont ta’ approprjazzjonijiet appatt li d-dħul totali jkopri l-infiq (ara Artikolu 701). Il-proposta mid-Direttur għandha tkun taqbel ma’ ftehim bejn il-Europol u l-Ministeru tal-Ġustizzja Olandiż.

     

    Total Kapitolu 81

    p.m.

    p.m.

     

     

    TOTAL TITOLU 8

    2 289 928

    2 460 000

    2 524 000

     

     

    DĦUL TOTALI, PARTI Ċ

    2 387 000

    2 460 000

    2 524 000

     

     

    INFIQ TOTALI, PARTI Ċ

    2 289 928

    2 460 000

    2 524 000

     

     

    BILANĊ, PARTI Ċ

    97 072

     

    Nota: Minħabba l-approssimazzjoni, it-totali ta’ l-2006 jistgħu jvarjaw mit-total ta’ l-ammonti individwali.


    (1)  Adottat mill-Kunsill fit-28 ta’ Ġunju 2007.


    ANNESS A

    Pjan ta’ Twaqqif 2008

    Titolu 2,   Il-Personal ta’ l-Europol

    Skala

    Baġit 2007

    Postijiet Ġodda/Allokazzjonijiet mill-Ġdid 2008

    Baġit 2008

    1

    1

    1

    2

    3

    3

    3

    3

    3

    4

    18

    +2

    20

    5

    63

    –2

    61

    6

    74

    9

    83

    7

    105

    3

    108

    8

    81

    12

    93

    9

    44

    1

    45

    10

    11 (*)

    1

    2

    3

    12 (*)

    5

    5

    13 (*)

    Total

    398

    27  (**)

    425


    Titolu 4,   Korpi u Entitajiet

    Skala

    Baġit 2007

    Postijiet Ġodda/Allokazzjonijiet mill-Ġdid 2008

    Baġit 2008

    1

    2

    3

    4

    2

    2

    5

    2

    2

    6

    7

    2

    2

    8

    2

    2

    9

    10

    11 (***)

    12 (***)

    13 (***)

    Total

    8

    8


    Total ta’ l-Abbozz tal-Baġit 2008

    Skala

    Baġit 2007

    Postijiet Ġodda/Allokazzjonijiet mill-Ġdid 2008

    Baġit 2008

    Total

    406

    27

    433


    (*)  Il-postijiet f’dawn l-iskali ser ikunu ta’ personal lokali hekk kif meħtieġ mir-Regolamenti tal-Personal.

    (**)  Li jinkludi l-Ewwel Uffiċjal (post wieħed), It-Tieni Uffiċjal (post wieħed) u Assistent Amministrattiv imbassra għall-implimentazzjoni ta’ l-Abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kunsill (KUM 2006 (2006 817 finali). Il-fondi meħtieġa għal dan il-post se jissejħu għall-użu biss fil-każ li jkun hemm deċiżjoni unanima mill-Bord tat-Tmexxija sabiex isir dan. Ara anness C u Artikolu 100. Ġew previsti wkoll 14 –il post ieħor għad-dipartiment tal-Ġestjoni u t-Teknoloġija ta’ l-Informazzjoni bil-fondi neċessarji għalihom jinstabu fi ħdan Titolu 6.

    (***)  Il-postijiet f’dawn l-iskali ser ikunu ta’ personal lokali hekk kif meħtieġ mir-Regolamenti tal-Personal.


    ANNESS B

    Kontribuzzjonijiet ta’ l-Istati Membri

    Abbozz tal-Baġit 2008

     

    GNI 2006

    (Miljun EUR)

    Ishma tal-GNI 2006

    25 SM

    (%)

    Bilanċ 2006

    (EUR)

    Ishma tal-GNI 2006

    27 SM

    (%)

    Kontribuzzjonijiet qabel l-aġġustamenti fl-2006

    (EUR)

    Kontribuzzjonijiet wara l-aġġustamenti fl-2006

    (EUR)

     

    a

    b

    c

    d

    e

    f = e – c

    Awstrija

    247 989

    2,24

    205 655

    2,22

    1 344 840

    1 139 185

    Belġju

    312 897

    2,82

    259 484

    2,80

    1 696 838

    1 437 354

    Ċipru

    13 582

    0,12

    11 263

    0,12

    73 653

    62 390

    Repubblika Ċeka

    99 486

    0,90

    82 503

    0,89

    539 513

    457 010

    Danimarka

    209 902

    1,89

    174 071

    1,88

    1 138 298

    964 227

    Estonja

    9 856

    0,09

    8 173

    0,09

    53 446

    45 273

    Finlandja

    161 356

    1,46

    133 812

    1,44

    875 033

    741 221

    Franza

    1 761 262

    15,89

    1 460 605

    15,75

    9 551 312

    8 090 708

    Ġermanja

    2 281 027

    20,58

    1 891 643

    20,39

    12 369 994

    10 478 351

    Greċja

    189 394

    1,71

    157 063

    1,69

    1 027 082

    870 019

    Ungerija

    90 650

    0,82

    75 175

    0,81

    491 593

    416 418

    Irlanda

    141 674

    1,28

    117 489

    1,27

    768 296

    650 806

    Italja

    1 445 450

    13,04

    1 198 703

    12,92

    7 838 665

    6 639 962

    Latvja

    12 994

    0,12

    10 776

    0,12

    70 466

    59 690

    Litwanja

    21 014

    0,19

    17 426

    0,19

    113 956

    96 530

    Lussemburgu

    25 644

    0,23

    21 266

    0,23

    139 067

    117 801

    Malta

    4 584

    0,04

    3 802

    0,04

    24 860

    21 058

    Olanda

    486 511

    4,39

    403 460

    4,35

    2 638 343

    2 234 883

    Polonja

    239 828

    2,16

    198 888

    2,14

    1 300 583

    1 101 695

    Portugall

    142 905

    1,29

    118 510

    1,28

    774 973

    656 463

    Repubblika Slovakka

    39 400

    0,36

    32 674

    0,35

    213 666

    180 992

    Slovenja

    29 294

    0,26

    24 294

    0,26

    158 863

    134 570

    Spanja

    900 331

    8,12

    746 639

    8,05

    4 882 489

    4 135 850

    Svezja

    307 861

    2,78

    255 307

    2,75

    1 669 528

    1 414 220

    Renju Unit

    1 911 200

    17,24

    1 584 947

    17,09

    10 364 425

    8 779 478

    Subtotali 1

    11 086 088

    100,00

    9 193 630

    99,11

    60 119 781

    50 926 151

    Bulgarija

    23 366

    0,00

    0,21

    126 716

    126 716

    Rumanija

    75 973

    0,00

    0,68

    412 002

    412 002

    Subtotali 2

    99 340

    0,00

    0,89

    538 719

    538 719

    Total Ġenerali

    11 185 428

    100,00

    9 193 630

    100,00

    60 658 500

    51 374 870

     

    Bilanċ 2006

    9 193 630

    Dħul Iehor 2008

    3 352 500

    Dħul Totali

    63 921 000

    Noti: Il-figuri għall-kontribuzzjonijiet ta’ l-2008 huma biss indikattivi u, bi qbil ma’ l-Artikolu 40(2) tar-Regolament Finanzjarju, ser jiġu korretti għad-differenza bejn il-kontribuzzjoni mħallsa għall-2006 u l-kontribuzzjoni meħtieġa sabiex jiġi ffinanzjat l-infiq attwali li sar fl-2006. Dawn il-korrezzjonijiet ser isiru meta l-kontribuzzjonijiet għall-2008 jinġabru qabel l-1 ta’ Diċembru 2007.

    Il-Figuri tal-GNI użati għall-Bulgarija huma dawk provduti mid-Dipartiment tal-Baġit tal-KE hekk kif ġew ippubblikati mid-DĠ ECFIN matul il-Laqgħa tar-Rebbiegħa 2005 ta’ l-ECOFIN. Is-sors ta’ dawn il-figuri huwa differenti minn dak tal-25 Stat Membru l-ieħor minħabba l-fatt li fiż-żmien meta tfassal l-abbozz preliminarju tal-baġit tal-KE ma kien hemm l-ebda figuri aġġornati fir-rigward tal-GNI tal-Bulgarija u r-Rumanija. Kull devjazzjoni bejn il-figuri GNI użati fil-kalkoli hawn fuq u l-figuri reali tal-GNI fl-2006 se titranġa meta jinbeda l-Baġit għall-2010.


    ANNESS Ċ

    Dettalji dwar ammonti soġġetti għal approvazzjoni unanima tal-Bord ta’ Tmexxija sabiex jinġabru

     

    Ammont

    (EUR)

    Titolu 2

    5 586 000  (1)

    Titolu 3

    1 000 000  (2)

    Titolu 4

    1 000 000  (3)

    Titolu 6

    2 000 000  (4)

    Total

    9 586 000


    (1)  380 000 EUR minn dan l-ammont huwa mbassar għal aġġustamenti fis-salarji u 286 000 EUR jirreferi għal 3 postijiet għall-implimentazzjoni ta’ l-Abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kunsill

    (2)  Inkluż f’dan l-ammont hemm is-somma ta’ 250 000 EUR għall-konsulenza għal tempest għall-programm tas-Sede l-ġdida

    (3)  10 000 EUR minn dan l-ammont huwa prevvist għal aġġustamenti fis-salarji

    (4)  Inkluż f’dan l-ammont hemm is-somma ta’ 600 000 prevista għal konsulenza dwar il-proġett OASIS fl-2008.


    4.8.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 204/16


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2007/551/PESK/ĠAI

    tat-23 ta’ Lulju 2007

    dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, ta’ Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti ta’ l-Amerika dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta’ data mir-reġistru ta’ l-ismijiet tal-passiġġieri (PNR) minn trasportaturi bl-ajru lid-Dipartiment tas-Sigurtà Interna (DHS) ta’ l-Istati Uniti

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 24 u 38 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti ta’ l-Amerika dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta’ data mir-Reġistru ta’ l-Ismijiet tal-Passiġġieri (“PNR”) minn trasportaturi bl-ajru lid-Dipartiment tas-Sigurtà Interna (DHS) ta’ l-Istati Uniti konkluż fid-19 ta’ Ottubru 2006 (1) jiskadi mhux aktar tard mill-31 ta’ Lulju 2007 sakemm ma jiġix imġedded bi ftehim reċiproku bil-miktub.

    (2)

    Fit-22 ta’ Frar 2007 l-Kunsill iddeċieda li jawtorizza lill-Presidenza, assistita mill-Kummissjoni, biex tiftaħ negozjati għal ftehim fit-tul dwar l-istess suġġett.

    (3)

    Id-DHS offra assigurazzjonijiet fl-ittra li takkompanja l-Ftehim il-ġdid, għall-protezzjoni tad-data tal-PNR trasferita mill-Unjoni Ewropea rigward titjiriet tal-passiġġieri lejn u mill-Istati Uniti.

    (4)

    Id-DHS u l-Unjoni Ewropea, permezz ta’ persuna maħtura speċifikament għal dan il-għan, ser jirrevedu perjodikament l-implimentazzjoni ta’ l-assigurazzjonijiet li jinsabu fl-ittra ta’ akkumpanjament, sabiex il-Partijiet ikunu jistgħu, fid-dawl ta’ tali reviżjoni, jieħdu kwalunkwe azzjoni meqjusa neċessarja.

    (5)

    Il-Ftehim għandu jiġi ffirmat, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data aktar tard.

    (6)

    L-Artikolu 9 tal-Ftehim jipprovdi li l-Ftehim ser ikun applikat proviżorjament sa mid-data ta’ l-iffirmar. L-Istati Membri għandhom għalhekk jagħtu effett lid-dispożizzjonijiet tiegħu sa minn dik id-data f’konformità mal-liġi nazzjonali eżistenti. Dikjarazzjoni għal din il-fini ser issir fil-ħin tal-firma tal-Ftehim.

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    L-iffirmar tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti ta’ l-Amerika dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta’ data mir-Reġistru ta’ l-Ismijiet tal-Passiġġieri (“PNR”) minn trasportaturi bl-ajru lid-Dipartiment tas-Sigurtà Interna (DHS) ta’ l-Istati Uniti, huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni Ewropea, soġġett għall-konklużjoni ta’ l-imsemmi Ftehim.

    It-test tal-Ftehim, l-ittra li takkumpanjah mid-DHS u l-ittra ta’ tweġiba mill-UE huma mehmuża ma’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill hu b’dan awtorizzat biex jaħtar il-persuna/i awtorizzati biex jiffirmaw il-Ftehim f’isem l-Unjoni Ewropea, soġġett għall-konklużjoni tiegħu.

    Artikolu 3

    Skond l-Artikolu 9 tal-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim għandhom ikunu applikati fuq bażi proviżorja f’konformità mal-liġi nazzjonali eżistenti sa mid-data ta’ l-iffirmar tiegħu, sakemm jidħol fis-seħħ. Id-Dikjarazzjoni anness dwar l-applikazzjoni proviżorja għandha ssir fil-ħin tal-firma.

    Magħmul fi Brussell, 23 ta’ Lulju 2007.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    L. AMADO


    (1)  ĠU L 298, 27.10.2006, p. 29.


    F'isem l-Unjoni Ewropea dwar il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti ta' l-Amerika dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta' data mir-reġistru ta' l-ismijiet tal-passiġġieri (PNR) minn trasportaturi bl-ajru lid-Dipartiment tas-Sigurtà Interna (DHS) ta' l-Istati Uniti (Ftehim PNR 2007)

    “Dan il-Ftehim, filwaqt li ma jidderogax minn, jew ma jemendax, il-liġijiet ta' l-UE jew ta' l-Istati Membri tagħha, sejjer, sa meta jidħol fis-seħħ, jiġi implimentat provviżorjament mill-Istati Membri in bona fede, fi ħdan il-qafas tal-liġijiet nazzjonali eżistenti tagħhom.”


    Nota lill-qarrej: “Il-verżjonijiet lingwistiċi tal-Ftehim, minbarra l-verżjoni lingwistika Ingliża, għadhom ma ġewx approvati mill-Partijiet. Ladarba dawn il-verżjonijiet lingwistiċi oħrajn ikunu ġew approvati, huma jkunu ugwalment awtentiċi”.

    Traduzzjoni

    FTEHIM

    bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti ta' l-Amerika dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta' data mir-reġistru ta’ l-ismijiet tal-passiġġieri (PNR), minn trasportaturi bl-ajru lid-Dipartiment tas-Sigurtà Interna ta’ l-Istati Uniti (DHS) (2007 ftehim PNR)

    L-UNJONI EWROPEA

    U

    L-ISTATI UNITI TA' L-AMERIKA:

    WAQT LI JIXTIEQU jipprevjenu u jikkombattu t-terroriżmu u l-kriminalità transnazzjonali b'mod effikaċi bħala mezz biex jipproteġu s-soċjetajiet demokratiċi u l-valuri komuni rispettivi tagħhom;

    WAQT LI JIRRIKONOXXU li l-kondiviżjoni ta' l-informazzjoni hija komponent essenzjali fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transnazzjonali u li f'dan il-kuntest l-użu tad-data tal-PNR hija għodda importanti,

    WAQT LI JIRRIKONOXXU li, sabiex jissalvagwardjaw is-sigurtà pubblika u għal għanijiet ta' infurzar tal-liġi, għandhom jiġu stabbiliti regoli rigward it-trasferiment ta' data tal-PNR minn trasportaturi bl-ajru lid-DHS;

    WAQT LI JIRRIKONOXXU l-importanza tal-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-terroriżmu u reati relatati, u reati serji oħra li n-natura tagħhom hi transnazzjonali, inkluża l-kriminalità organizzata, filwaqt li jiġu rispettati d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali, b'mod partikolari l-privatezza;

    WAQT LI JIRRIKONOXXU li l-liġi u l-politika ta' l-Istati Uniti u Ewropea dwar il-privatezza għandhom bażi komuni u li kwalunkwe differenza fl-implimentazzjoni ta' dawn il-prinċipji m'għandhiex tkun ta' ostakolu għall-kooperazzjoni bejn l-Istati Uniti u l-Unjoni Ewropea (UE);

    WAQT LI JIKKUNSIDRAW il-konvenzjonijiet internazzjonali, l-istatuti ta' l-Istati Uniti u r-regolamenti li jeħtieġu li kull trasportatur bl-ajru li jopera titjiriet tal-passiġġieri fl-ivvjaġġar internazzjonali bl-ajru minn jew lejn l-Istati Uniti jagħmel id-data tal-PNR disponibbli lid-DHS safejn dawn jinġabru u jinżammu fis-sistemi kompjuterizzati ta’ prenotazzjoni/kontroll tat-tluq tat-trasportatur bl-ajru (minn hawn 'il quddiem “sistemi ta' prenotazzjoni”), u ħtiġiet komparabbli implimentati fl-UE;

    WAQT LI JIKKUNSIDRAW l-Artikolu 6 paragrafu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea dwar ir-rispett għad-drittijiet fundamentali, u partikolarment għad-dritt relatat mal-protezzjoni tad-data personali;

    WAQT LI JINNUTAW il-ftehim preċedenti rigward PNR bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti ta' l-Amerika tat-28 ta' Mejju 2004 u bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti ta' l-Amerika tad-19 ta' Ottubru 2006;

    WAQT LI JIKKUNSIDRAW id-dispożizzjonijiet rilevanti ta' l-Att dwar is-Sigurtà tat-Transport fl-Avjazzjoni ta' l-2001(Aviation Transportation Security Act of 2001), l-Att tas-Sigurtà Interna ta' l-2002 (Homeland Security Act of 2002), l-Att dwar ir-Riforma ta' l-Intelligence u l-Prevenzjoni tat-Terroriżmu ta' l-2004 (Intelligence Reform and Terrorism Prevention Act of 2004) u l-Ordni Eżekuttiva 13388 rigward il-kooperazzjoni bejn l-aġenziji tal-gvern ta' l-Istati Uniti fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, kif ukoll l-Att dwar il-Privatezza ta' l-1974 (Privacy Act of 1974), l-Att dwar il-Libertà ta' l-Informazzjoni (Freedom of Information Act) u l-Att dwar E-Government ta' l-2002 (E-Government Act of 2002);

    WAQT LI JINNUTAW li l-Unjoni Ewropea għandha tiżgura li trasportaturi bl-ajru b’sistemi ta’ prenotazzjoni li jinsabu fl-Unjoni Ewropea jagħmlu data tal-PNR disponibbli lid-DHS u jikkonformaw mal-ħtiġiet tekniċi għal tali trasferimenti kif dettaljat mid-DHS;

    WAQT LI JAFFERMAW li dan il-Ftehim ma jikkostitwix preċedent għal kull diskussjoni jew negozjati futuri bejn l-Istati Uniti u l-Komunità Ewropea, jew bejn xi waħda mill-Partijiet u kwalunkwe Stat dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta' PNR jew ta’ kull għamla oħra ta’ data;

    WAQT LI JFITTXU li jsaħħu u jħeġġu l-kooperazzjoni bejn il-partijiet fl-ispirtu ta' sħubija transatlantika;

    QABLU KIF ĠEJ:

    (1)

    Abbażi ta' l-assigurazzjonijiet fl-ittra mid-DHS li jispjegaw is-salvagwardja tiegħu tal-PNR (l-ittra mid-DHS), l-Unjoni Ewropea ser tiżgura li trasportaturi bl-ajru li joperaw titjiriet tal-passiġġieri fl-ivjaġġar bl-ajru internazzjonali minn jew lejn l-Istati Uniti ta' l-Amerika jagħmlu disponibbli d-data tal-PNR li tinsab fis-sistemi ta' prenotazzjoni tagħhom kif meħtieġ mid-DHS.

    (2)

    Id-DHS ser minnufih jagħmel transizzjoni lejn sistema lineari għat-trasmissjoni ta' data minn tali trasportaturi bl-ajru mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2008 għal kull tali trasportatur bl-ajru li jkun implimenta tali sistema li tikkonforma mal-ħtiġiet tekniċi tad-DHS. Għal dawk it-trasportaturi bl-ajru li ma jimplimentawx tali sistema, is-sistemi attwali għandhom jibqgħu fis-seħħ sakemm it-trasportaturi jkunu implimentaw sistema li tikkonforma mal-ħtiġiet tekniċi tad-DHS. Għaldaqstant, id-DHS ser ikollu aċċess elettroniku għall-PNR mis-sistemi ta' prenotazzjoni tat-trasportaturi bl-ajru li jinsabu fit-territorju ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea sakemm ikun hemm sistema sodisfaċenti li tippermetti t-trasmissjoni ta' tali data mit-trasportaturi bl-ajru.

    (3)

    Id-DHS għandu jipproċessa d-data tal-PNR li jirċievi u jittratta lis-suġġetti tad-data kkonċernati b'dak l-ipproċessar skond il-liġijiet applikabbli u r-rekwiżiti kostituzzjonali ta’ l-Istati Uniti u mingħajr diskriminazzjoni illeċita, b’mod partikolari abbażi ta’ ċittadinanza u tal-pajjiż ta’ residenza. L-ittra tad-DHS tippreżenta dawn is-salvagwardji kif ukoll oħrajn.

    (4)

    Id-DHS u l-UE, ser jirrevedu perjodikament l-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim, l-ittra mid-DHS, u l-linji poltiċi u l-prattiki ta' l-Istati Uniti u l-UE dwar il-PNR bil-ħsieb li jiżguraw reċiprokament it-tħaddim effettiv u l-protezzjoni tal-privatezza tas-sistemi tagħhom.

    (5)

    B'dan il-Ftehim, id-DHS jistenna li ma jkunx qed jiġi mitlub iwettaq miżuri ta' protezzjoni tad-data fis-sistema tal-PNR tiegħu li jkunu aktar stretti minn dawk applikati mill-awtoritajiet Ewropej għas-sistemi domestiċi tal-PNR tagħhom. Id-DHS ma jitlobx lill-awtoritajiet Ewropej biex jadottaw miżuri ta' protezzjoni tad-data fis-sistemi tal-PNR tagħhom li jkunu aktar stretti minn dawk applikati mill-Istati Uniti għas-sistema domestika tal-PNR tagħhom. Jekk ma jiġix sodisfatt dak li qed jistenna, id-DHS jirriżerva d-dritt li jissospendi d-dispożizzjonijiet rilevanti ta' l-ittra tad-DHS filwaqt li jwettaq konsultazzjonijiet ma' l-UE bil-ħsieb li tintlaħaq soluzzjoni minnufih u sodisfaċenti. Fil-każ li tiġi implimentata fl-Unjoni Ewropea jew f'wieħed jew aktar mill-Istati Membri tagħha sistema tal-PNR, li tirrikjedi li trasportaturi bl-ajru jagħmlu disponibbli lill-awtoritajiet data tal-PNR għal persuni li l-itinerarju tal-vjaġġ tagħhom jinkludi titjira lejn jew mill-Unjoni Ewropea, id-DHS għandu, strettament fuq bażi ta’ reċiproċità, jippromwovi attivament il-kooperazzjoni tat-trasportaturi bl-ajru fil-ġurisdizzjoni tiegħu.

    (6)

    Għall-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim, id-DHS hu meqjus li jiżgura livell xieraq ta' protezzjoni għad-data tal-PNR trasferita mill-Unjoni Ewropea. Fl-istess ħin, l-UE mhix ser tindaħal fir-relazzjonijiet bejn l-Istati Uniti u pajjiżi terzi għall-iskambju ta' informazzjoni dwar passiġġieri minħabba raġunijiet ta' protezzjoni tad-data.

    (7)

    L-Istati Uniti u l-UE ser jaħdmu mal-partijiet interessati fl-industrija ta' l-avjazzjoni biex jippromwovu viżibbiltà akbar għal avviżi li jiddeskrivu s-sistemi tal-PNR (inklużi prattiki ta' rimedju u ġbir) lill-pubbliku li jivvjaġġa u ser iħeġġu lit-trasportaturi bl-ajru biex jagħmlu referenza għal u jinkorporaw dawn l-avviżi fil-kuntratt uffiċjali tat-trasport.

    (8)

    Ir-rimedju esklużiv fil-każ li l-UE tiddetermina li l-Istati Uniti jkunu kisru dan il-Ftehim huwa t-terminazzjoni ta' dan il-Ftehim u r-revoka tad-determinazzjoni ta' adegwatezza msemmija fil-paragrafu (6). Ir-rimedju esklużiv fil-każ li l-Istati Uniti jiddeterminaw li l-UE tkun kisret dan il-ftehim huwa t-terminazzjoni ta' dan il-Ftehim u r-revoka ta' l-ittra mid-DHS.

    (9)

    Dan il-Ftehim ser jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar wara d-data meta l-Partijiet ikunu skambjaw notifiki li jindikaw li huma kkonkludew il-proċeduri interni tagħhom għal dan il-għan. Dan il-Ftehim ser jiġi applikat b’mod proviżorju mid-data tal-firma. Kull Parti tista’ ttemm jew tissospendi dan il-Ftehim f' kull żmien b’notifika preżentata permezz tal-kanali diplomatiċi. It-terminazzjoni ser tieħu effett tletin (30) ġurnata mid-data tan-notifika ta’ terminazzjoni lill-Parti l-oħra sakemm xi waħda mill-Partijiet ma tqisx li perijodu ta' notifika iqsar ikun essenzjali għas-sigurtà nazzjonali jew għall-interessi ta' sigurtà interni tagħha. Dan il-Ftehim u kwalunkwe obbligu taħtu ser jiskadu u jieqfu minn kull effett seba' snin wara d-data ta' l-iffirmar sakemm il-partijiet ma jiddeċidux reċiprokament li jibdluh.

    Dan il-Ftehim mhux maħsub biex jidderoga minn jew jemenda l-liġijiet ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika jew ta' l-Unjoni Ewropea jew ta' l-Istati Membri tagħha. Dan il-Ftehim ma joħloq jew jikkonferixxi l-ebda dritt jew benefiċċju lil xi persuna jew entità, privata jew pubblika, oħra.

    Dan il-Ftehim għandu jiġi mfassal f'żewġ kopji fil-lingwa Ingliża. Huwa għandu wkoll jiġi mfassal bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bl-Ispanjol, bl-Iżvediż, bit-Taljan u bl-Ungeriż, u l-Partijiet għandhom japprovaw dawn il-verżjonijiet lingwistiċi. Ladarba approvati, il-verżjonijiet b'dawn il-lingwi għandhom ikunu ugwalment awtentiċi.

    Magħmul fi Brussell, 23 ta’ Lulju 2007 u f'Washington, 26 ta’ Lulju 2007.

    Għall-Unjoni Ewropea

    Għall-istati Uniti ta’ l-Amerika


    TRADUZZJONI

    Is-sur Luis Amado

    President tal-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea

    175 Rue de la Loi

    1048 Brussell

    Il-Belġju

    Bi tweġiba ta' l-Unjoni Ewropea u biex ittenni l-importanza li l-gvern ta' l-Istati Uniti jagħti lill-protezzjoni tal-privatezza individwali, din l-ittra hija maħsuba biex tispjega kif id-Dipartiment tas-Sigurtà Interna ta’ l-Istati Uniti (DHS) jittratta l-ġbir, l-użu u l-ħażna ta' Reġistri ta’ l-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR). L-ebda waħda mil-linji politiċi ppreżentati hawnhekk ma toħloq jew tikkonferixxi xi dritt jew benefiċċju lil xi persuna jew parti, privata jew pubblika, u lanqas xi rimedju ieħor minbarra dawk speċifikati fil-Ftehim bejn l-UE u l-Istati Uniti dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta' PNR minn trasportaturi bl-ajru lid-DHS iffirmat f’Lulju 2007 (il-“Ftehim”). Minflok, din l-ittra tipprovdi l-assikurazzjonijiet u tirrefletti l-linji politiċi li d-DHS japplika għad-data tal-PNR miksuba minn titjiriet bejn l-Istati Uniti u l-Unjoni Ewropea (PNR ta' l-UE) taħt il-liġi ta' l-Istati Uniti.

    I.   Għan għaliex jintuża l-PNR:

    Id-DHS juża l-PNR ta' l-UE strettament għall-għan li jipprevjeni u jiġġieled: (1) it-terroriżmu u reati relatati; (2) reati serji oħra, inkluż il-kriminalità organizzata, li n-natura tagħhom hija transnazzjonali; u (3) il-ħarba minn mandati jew kustodja għar-reati deskritti hawn fuq. Il-PNR jista' jintuża fejn meħtieġ għall-protezzjoni ta' l-interessi vitali tas-suġġett tad-data jew ta' persuni oħra, jew fi kwalunkwe proċediment ġudizzjarju kriminali, jew kif meħtieġ mod ieħor mil-liġi. Id-DHS ser jinforma lill-UE rigward l-introduzzjoni ta' kwalunkwe leġislazzjoni ta' l-Istati Uniti li materjalment taffettwa d-dikjarazzjonijiet magħmula f'din l-ittra.

    II.   Kondiviżjoni ta' PNR:

    Id-DHS jikkondividi d-data tal-PNR ta' l-UE għall-għanijiet imsemmija fl-artikolu I biss.

    Id-DHS jittratta d-data tal-PNR ta' l-UE bħala sensittiva u konfidenzjali skond il-liġijiet ta' l-Istati Uniti u, fid-diskrezzjoni tiegħu, jipprovdi d-data tal-PNR lil dawk biss mill-awtoritajiet governattivi domestiċi b'funzjonijiet ta' l-infurzar tal-liġi, tas-sigurtà pubblika, jew tal-ġlieda kontra t-terroriżmu, f'appoġġ għall-ġlieda kontra t-terroriżmu, każijiet relatati mal-kriminalità transnazzjonali u relatati mas-sigurtà pubblika (inklużi theddid, ħrib, individwi u rotot ta' tħassib) li jkunu qed jeżaminaw jew jinvestigaw, b'konformità mal-liġi, u skond ftehim bil-miktub u l-liġi ta' l-Istati Uniti dwar l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet governattivi ta' l-Istati Uniti. L-aċċess għandu jiġi limitat strettament u bir-reqqa għall-każijiet deskritti hawn fuq b'mod proporzjonali man-natura tal-każ.

    Id-data tal-PNR ta' l-UE tiġi skambjata biss ma' awtoritajiet governattivi oħra f'pajjiżi terzi wara konsiderazzjoni ta' l-użu/i maħsub tar-riċevitur u l-kapaċità li jipproteġi l-informazzjoni. Minbarra ċirkostanzi ta' emerġenza, kwalunkwe tali skambju ta' data jseħħ skond ftehim espliċitu bejn il-partijiet li jinkorporaw protezzjonijiet għall-privatezza tad-data li jistgħu jitqabblu ma' dawk applikati għall-PNR ta' l-UE mid-DHS, kif deskritt fit-tieni paragrafu ta' dan l-artikolu.

    III.   Tipi ta' Informazzjoni Miġbura:

    Il-biċċa l-kbira ta' l-elementi li jinsabu fid-data tal-PNR jistgħu jinkisbu mid-DHS hekk kif jeżamina l-biljett ta' l-ajru ta' l-individwu u dokumenti oħra ta' l-ivvjaġġjar skond l-awtorità għall-kontroll normali tal-fruntieri, iżda l-kapaċità li jirċievi din id-data b'mod elettroniku ttejjeb sinifikattivament il-kapaċità tad-DHS li jiffoka fuq aspetti ta' riskju għoli, u b'hekk tiffaċilita u tissalvagwardja l-ivvjaġġjar bona fide.

    Tipi ta' EU PNR Miġbura:

    (1)

    Kodiċi lokalizzatur tar-rekord tal-PNR,

    (2)

    Data ta' prenotazzjoni/ ħruġ tal-biljett

    (3)

    Data/i tal-vjaġġ previst

    (4)

    Isem/Ismijiet

    (5)

    Informazzjoni disponibbli dwar vjaġġaturi frekwenti u benefiċċji (jiġifieri biljetti b'xejn, titjib fil-klassi ta' l-ivvjaġġjar, eċċ)

    (6)

    Ismijiet oħra fil-PNR, inkluż in-numru ta' vjaġġjvaturi fil-PNR

    (7)

    Kull informazzjoni ta' kuntatt disponibbli (inkluż informazzjoni ta' l-oriġinatur)

    (8)

    Kull informazzjoni disponibbli dwar il-ħlas/fattura (mhux inkluż dettalji oħra dwar it-transazzjoni marbuta ma' karta ta’ kreditu jew kont u mhux marbuta mat-transazzjoni ta' l-ivvjaġġjar)

    (9)

    Itinerarju tal-vjaġġ għal PNR speċifiku

    (10)

    Aġenzija ta' l-ivvjaġġjar/aġent ta' l-ivvjaġġjar

    (11)

    Informazzjoni dwar kondiviżjoni tal-kodiċi

    (12)

    Informazzjoni maqsuma/diviża

    (13)

    Status ta' l-ivvjaġġjar tal-passiġġier (inklużi konfermi u status tar-reġistrazzjoni)

    (14)

    Informazzjoni dwar il-biljett, inklużi n-numru tal-biljett, biljetti mingħajr ritorn u Stima Awtomatika tal-Prezz tal-Biljett

    (15)

    Kull informazzjoni dwar il-Bagalji

    (16)

    Informazzjoni dwar is-siġġu, inkluż in-numru tas-siġġu

    (17)

    Rimarki ġenerali inkluża informazzjoni dwar talba għal servizz speċjali (SSR), informazzjoni dwar servizz ieħor (OSI) u informazzjoni dwar servizz speċjali (SSI)

    (18)

    Kwalunkwe informazzjoni APIS miġbura

    (19)

    It-tibdil storiku kollu lill-PNR elenkat fin-numri 1 sa 18

    Safejn data sensittiva tal-PNR ta' l-UE (jiġifieri, data personali li tiżvela l-oriġini tar-razza jew etnika, l-opinjoni politika, it-twemmin reliġjuż jew filosofiku, sħubija fi trade union, u data dwar is-saħħa u l-ħajja sesswali ta' l-individwu), kif speċifikat mill-kodiċi u t-termini tal-PNR li d-DHS identifika f'konsultazzjoni mal-Kummissjoni Ewropea, hija inkluża fit-tipi ta' data tal-PNR ta' l-UE ta' hawn fuq, id-DHS juża sistema awtomatizzata li tiffiltra dawk il-kodiċi u t-termini sensittivi tal-PNR u ma jużax din l-informazzjoni. Sakemm id-data ma tkunx aċċessata għal każ eċċezzjonali, kif deskritt fil-paragrafu li jmiss, id-DHS iħassar fil-pront id-data sensittiva tal-PNR ta' l-UE.

    Jekk meħtieġ f'każ eċċezzjonali fejn il-ħajja tas-suġġett tad-data jew ta' oħrajn tista' tkun ipperikolata jew iddanneġġjata serjament, uffiċjali tad-DHS jistgħu jeħtieġu u jużaw informazzjoni fil-PNR ta' l-UE barra dik elenkata hawn fuq, inkluża data sensittiva. F'dak il-każ, id-DHS ser iżomm rekord ta' l-aċċess għal kwalunkwe data sensittiva fil-PNR ta' l-UE u ser iħassar id-data fi żmien 30 jum ladarba jkun inkiseb l-għan li għalih ġiet aċċessata d-data u ż-żamma tagħha mhix meħtieġa bil-liġi. Normalment id-DHS ser jagħti notifika fi żmien 48 siegħa lill-Kummissjoni Ewropea (DG JLS) li tali data, inkluża data sensittiva, ġiet aċċessata.

    IV.   Aċċess u Rimedju:

    Id-DHS ħa deċiżjoni politika li jestendi l-protezzjonijiet amministrattivi ta' l-Att dwar il-Privatezza lid-data tal-PNR maħżuna fl-ATS irrispettivament miċ-ċittadinanza jew il-pajjiż ta' residenza tas-suġġett tad-data, inkluża data relatata ma' ċittadini Ewropej. B'mod konsistenti mal-liġi ta' l-Istati Uniti, id-DHS iżomm ukoll sistema aċċessibbli minn individwi, irrispettivament miċ-ċittadinanza jew il-pajjiż ta' residenza tagħhom, sabiex tipprovdi rimedju għal persuni li jfittxu informazzjoni dwar il-PNR jew il-korrezzjoni tal-PNR. Dawn il-linji politiċi huma aċċessibbli fuq is-sit web tad-DHS, www.dhs.gov

    Barra minn hekk, il-PNR mogħtija minn jew f'isem individwu għandha tkun żvelata lill-individwu skond l-Att dwar il-Privatezza ta' l-Istati Uniti u l-Att dwar il-Libertà ta' l-Informazzjoni ta' l-Istati Uniti (FOIA). Il-FOIA tippermetti lil kwalunkwe persuna (irrispettivament miċ-ċittadinanza jew il-pajjiż ta' residenza) aċċess għar-rekords ta' aġenzija federali ta' l-Istati Uniti, ħlief safejn tali rekords (jew parti minnhom) huma protetti mill-iżvelar permezz ta' eżenzjoni applikabbli taħt l-FOIA. Id-DHS ma jiżvelax data tal-PNR lill-pubbliku, ħlief lis-suġġetti tad-data jew l-aġenti tagħhom skond il-liġi ta' l-Istati Uniti. Talbiet għal aċċess għal informazzjoni identifikabbli personalment li tinsab fil-PNR li ngħatat minn dak li għamel it-talba tista' tiġi ppreżentata lil FOIA/PA Unit, Office of Field Operations, U.S. Customs and Border Protection, Room 5.5-C, 1300 Pennsylvania Avenue, NW, Washington, DC 20229 (telefon: (202) 344-1850 u fax: (202) 344-2791).

    F'ċerti ċirkostanzi eċċezzjonali, id-DHS jista' jeżerċita l-awtorità tiegħu taħt l-FOIA biex jiċħad jew jipposponi żvelar ta' parti mir-rekord tal-PNR jew kollu kemm hu għal rikjedent ta' l-ewwel parti, skond it-Titolu 5 tal-Kodiċi ta' l-Istati Uniti, Taqsima 552(b). Taħt l-FOIA kwalunkwe rikjedent għandu l-awtorità li jikkontesta b'mod amministrattiv u ġudizzjarju deċiżjoni tad-DHS li ma jiżvelax informazzjoni.

    V.   Infurzar:

    Miżuri ta' infurzar amministrattivi, ċivili, u kriminali huma disponibbli taħt il-liġi ta' l-Istati Uniti għall-ksur tar-regoli ta' privatezza ta' l-Istati Uniti u ta' żvelar mhux awtorizzat ta' rekords ta' l-Istati Uniti. Dispożizzjonijiet rilevanti jinkludu iżda m'humiex limitati għat-Titolu 18 tal-Kodiċi ta' l-Istati Uniti (United States Code), Taqsimiet 641 u 1030 u Titolu 19, Kodiċi tar-Regolamenti Federali (Code of Federal Regulations), Taqsima 103.34.

    VI.   Notifika:

    Id-DHS ta informazzjoni lill-pubbliku li jivvjaġġja dwar l-ipproċessar minnu ta' data tal-PNR permezz ta' pubblikazzjonijiet fil-Federal Register (Reġistru Federali) u fuq is-sit web tiegħu. Id-DHS ser jagħti wkoll lil-linji ta' l-ajru forma ta' notifika li tikkonċerna l-ġbir tal-PNR u l-prattiċi ta' rimedju li għandhom ikunu disponibbli għall-wiri fil-pubbliku. Id-DHS u l-UE ser jaħdmu mal-partijiet interessati fl-industrija ta' l-avjazzjoni biex jippromwovu viżibbiltà akbar ta' din in-notifika.

    VII.   Żamma ta' data:

    Id-DHS iżomm id-data tal-PNR ta' l-UE f'database analitika attiva għal seba' snin, u wara dan iż-żmien id-data titressaq għal status inattiv u mhux operattiv. Data fi stat inattiv ser tinżamm għal tmien snin u tista' tkun aċċessata biss bl-approvazzjoni ta' uffiċjal anzjan tad-DHS maħtur mis-Segretarju tas-Sigurtà Interna (Secretary of Homeland Security) u biss b'rispons għal każ, theddida jew riskju identifikabbli. Aħna nistennew li d-data tal-PNR ta' l-UE għandha titħassar fl-aħħar ta' dan il-perijodu; mistoqsijiet dwar jekk u meta għandha tinqered id-data tal-PNR miġbura skond din l-ittra ser ikunu indirizzati mid-DHS u l-UE bħala parti minn diskussjonijiet futuri. Data li hija relatata ma' każ jew investigazzjoni speċifiċi tista' tinżamm f'database attiva sakemm il-każ jew l-investigazzjoni jiġu arkivjati. Hija l-intenzjoni tad-DHS li tirrevedi l-effett ta' dawn ir-regoli ta' żamma fuq operazzjonijiet u investigazzjonijiet abbażi ta' l-esperjenza tiegħu matul is-seba' snin li ġejjin. Id-DHS ser jiddiskuti r-riżultati ta' din ir-reviżjoni ma' l-UE.

    Il-perijodi ta' żamma msemmija hawn fuq japplikaw ukoll għal data tal-PNR ta' l-UE miġbura abbażi tal-Ftehim bejn l-UE u l-Istati Uniti, tat-28 ta’ Mejju 2004 u tad-19 ta’ Ottubru 2006.

    VIII.   Trasmissjoni:

    Wara n-negozjati riċenti tagħna, intom tifhmu li d-DHS huwa lest li jimxi mgħaġġel kemm jista' jkun lejn sistema “lineari” tat-trasmissjoni ta' PNR minn linji ta' l-ajru li joperaw titjiriet bejn l-UE u l-Istati Uniti għad-DHS. Tlettax-il linja ta' l-ajru diġà adottaw dan l-approċċ. Ir-responsabbiltà li tinbeda transizzjoni lejn sistema “lineari” taqa' fuq it-trasportaturi bl-ajru, li jridu jpoġġu għad-dispożizzjoni r-riżorsi biex ibiddlu s-sistemi tagħhom u jaħdmu mad-DHS biex jikkonformaw mal-ħtiġiet tekniċi tad-DHS. Id-DHS minnufih ser jagħmel transizzjoni lejn tali sistema għat-trasmissjoni ta' data minn tali trasportaturi bl-ajru mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2008 għal kull tali trasportatur bl-ajru li jkun implimenta sistema li tikkonforma mal-ħtiġiet tekniċi kollha tad-DHS. Għal dawk it-trasportaturi bl-ajru li ma jimplimentawx tali sistema, is-sistema attwali għandha tibqa' fis-seħħ sakemm it-trasportaturi jkunu implimentaw sistema li hija kompatibbli mal-ħtiġiet tekniċi tad-DHS għat-trasmissjoni ta' data tal-PNR. It-transizzjoni għal sistema “lineari”, madankollu, ma tagħti l-ebda diskrezzjoni lil-linji ta' l-ajru biex jiddeċiedu meta, kif u liema data jallineaw. Dik id-deċiżjoni hija konferita lid-DHS mil-liġi ta' l-Istati Uniti.

    Taħt ċirkostanzi normali d-DHS ser jirċievi trasmissjoni inizjali ta' data tal-PNR 72 siegħa qabel tluq skedat u wara jirċievi aġġornamenti kif meħtieġ biex tkun żgurata l-preċiżjoni tad-data. Li jkun żgurat li d-deċiżjonijiet jittieħdu abbażi ta' data fil-ħin u kompluta hija fost is-salvagwardji l-aktar essenzjali għall-protezzjoni tad-data personali u d-DHS jaħdem ma' trasportaturi individwali biex jibni dan il-kunċett fis-sistemi lineari tagħhom. Id-DHS jista' jeħtieġ il-PNR qabel 72 siegħa qabel it-tluq skedat tat-titjira, meta jkun hemm indikazzjoni li aċċess aktar kmieni jkun meħtieġ biex jgħin fir-rispons għal theddida speċifika għal titjira, sett ta' titjiriet, rotta, jew ċirkostanzi oħrajn assoċjati ma' l-għanijiet definiti fl-artikolu I. Fl-eżerċizzju ta' din id-diskrezzjoni, id-DHS ser jaġixxi b'ġudizzju u b'mod proporzjonat.

    IX.   Reċiproċità:

    Matul in-negozjati riċenti tagħna aħna ftiehma li d-DHS jistenna li ma jkunx qed jiġi mitlub iwettaq miżuri ta' protezzjoni tad-data fis-sistema tal-PNR tiegħu li jkunu aktar stretti minn dawk applikati mill-awtoritajiet Ewropej għas-sistemi domestiċi tal-PNR tagħhom. Id-DHS ma jitlobx lill-awtoritajiet Ewropej biex jadottaw miżuri ta' protezzjoni tad-data fis-sistemi tal-PNR tagħhom li jkunu aktar stretti minn dawk applikati mill-Istati Uniti għas-sistema domestika tal-PNR tagħhom. Jekk ma tiġix sodisfatta l-aspettattiva tiegħu, id-DHS jirriżerva d-dritt li jissospendi d-dispożizzjonijiet rilevanti ta' l-ittra tad-DHS filwaqt li jwettaq konsultazzjonijiet ma' l-UE bil-ħsieb li tintlaħaq soluzzjoni minnufih u sodisfaċenti. Fil-każ li fl-Unjoni Ewropea jew f'wieħed jew aktar mill-Istati Membri tagħha tiġi implimentata sistema ta' informazzjoni dwar il-passiġġieri tal-linji ta' l-ajru, li tirrikjedi li trasportaturi bl-ajru jagħmlu disponibbli lill-awtoritajiet data tal-PNR għal persuni li l-itinerarju tal-vjaġġ tagħhom jinkludi titjira bejn l-Istati Uniti u l-Unjoni Ewropea, id-DHS bi ħsiebu, strettament fuq bażi ta' reċiproċità, jippromwovi attivament il-koperazzjoni tat-trasportaturi bl-ajru fil-ġurisdizzjoni tiegħu.

    Sabiex irawwem il-koperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja, id-DHS ser jinkoraġġixxi t-trasferiment ta' informazzjoni analitika li ġejja mid-data tal-PNR mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Uniti għall-awtoritajiet tal-pulizija u dawk ġudizzjarji ta' l-Istati Membri konċernati u, fejn adatt, lill-Europol u l-Eurojust. Id-DHS jistenna li l-UE u l-Istati Membri tagħha ser jinkoraġġixxu bl-istess mod lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom biex jipprovdu informazzjoni analitika li ġejja mid-data tal-PNR lid-DHS u lil awtoritajiet konċernati oħrajn ta' l-Istati Uniti.

    X.   Reviżjoni:

    Id-DHS u l-UE ser jirrevedu perjodikament l-implimentazzjoni tal-ftehim, din l-ittra, il-linji politiċi u l-prattiki ta' l-Istati Uniti u l-UE dwar il-PNR u kwalunkwe każ li fih kienet aċċessata data sensittiva, bil-għan li jsir kontribut lill-operat effettiv u l-protezzjoni tal-privatezza tal-prattiċi tagħna għall-ipproċessar tal-PNR. Fir-reviżjoni, l-UE ser tkun irrappreżentata mill-Kummissarju għall-Ġustizzja, il-Libertà u s-Sigurtà, u d-DHS ser ikun irrappreżentat mis-Segretarju tas-Sigurtà Interna, jew minn uffiċjal aċċettat b'mod reċiproku li kull parti tista' tiftiehem li taħtar. L-UE u d-DHS ser jiddeterminaw b'mod reċiproku l-modalitajiet dettaljati tar-reviżjonijiet.

    L-Istati Uniti ser ifittxu b'mod reċiproku informazzjoni dwar sistemi tal-PNR ta' l-Istati Membri bħala parti minn din ir-reviżjoni perjodika, u rappreżentanti ta' l-Istati Membri li jżommu sistemi ta' PNR ser ikunu mistiedna biex jipparteċipaw fid-diskussjonijiet.

    Aħna fiduċjużi li din l-ispjega kienet ta' għajnuna għalikom biex tifhmu kif aħna nittrattaw id-data tal-PNR ta' l-UE.

     

    TRADUZZJONI

    Segretarju Michael Chertoff

    Dipartiment tas-Sigurtà Interna ta' l-Istati Uniti

    Washington DC 20528

    Grazzi ħafna għall-ittra tagħkom lill-Presidenza tal-Kunsill u lill-Kummissjoni li tispjega kif id-DHS jittratta d-data tal-PNR.

    L-assigurazzjonijiet spjegati fl-ittra tagħkom mogħtija lill-Unjoni Ewropea jippermettu lill-Unjoni Ewropea tqis, għall-għanijiet tal-ftehim internazzjonali ffirmat bejn l-Istati Uniti u l-Unjoni Ewropea dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta' PNR f’Lulju 2007 li d-DHS jiżgura livell adegwat ta' protezzjoni tad-data.

    Abbażi ta' dan it-tagħrif, l-UE ser tieħu l-passi neċessarji kollha biex tiskoraġġixxi lil organizzazzjonijiet internazzjonali jew pajjiżi terzi milli jinterferixxu fi kwalunkwe trasferiment ta' PNR ta' l-UE lill-Istati Uniti. L-UE u l-Istati Membri tagħha ser iħeġġu wkoll lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom biex jipprovdu informazzjoni analitika li ġejja minn data tal-PNR lid-DHS u lil awtoritajiet konċernati oħrajn ta' l-Istati Uniti.

    Nistennew bil-ħerqa li naħdmu magħkom u ma' l-industija ta' l-avjazzjoni biex niżguraw li l-passiġġieri jkunu infurmati dwar kif il-gvernijiet jistgħu jużaw l-informazzjoni tagħhom.

     


    Top