EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document L:2007:192:FULL

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, L 192, 24 ta' Lulju 2007


Display all documents published in this Official Journal
 

ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 192

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 50
24 ta' Lulju 2007


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 865/2007 ta’ l-10 ta’ Lulju 2007 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni dwar is-Sajd

1

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 866/2007 tat-23 ta' Lulju 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 234/2004 dwar ċerti miżuri restrittivi fir-rigward tal-Liberja

4

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 867/2007 tat-23 ta’ Lulju 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

9

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 868/2007 tat-23 ta’ Lulju 2007 li jintroduċi denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' l-oriġini protetti u ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti Miel de Galicia jew Mel de Galicia (IĠP)

11

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 869/2007 tat-23 ta’ Lulju 2007 dwar ir-rilaxx tal-garanziji marbuta mad-drittijiet ta’ l-importazzjoni fi ħdan ċerti kwoti tariffarji għall-importazzjoni fis-settur taċ-ċanga minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija ma’ l-Unjoni Ewropea

19

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 870/2007 ta’ l-20 ta’ Lulju 2007 li jistabbilixxi projbizzjoni fuq is-sajd għall-merluzz fis-subdiviżjonijiet 25–32 (ilmijiet tal-KE) minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Ġermanja

20

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 871/2007 tat-23 ta’ Lulju 2007 li jistabbilixxi sa fejn jistgħu jintlaqgħu l-applikazzjonijiet għal liċenzji ta' l-importazzjoni introdotti f'Lulju 2007 għal ċerti prodotti tal-ħalib fil-qafas ta' ċerti kwoti tariffarji miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 2535/2001

22

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kunsill

 

 

2007/518/KE, Euratom

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ l-10 ta’ Lulju 2007 li taħtar membru Spanjol fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

25

 

 

2007/519/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Lulju 2007 li temenda l-Parti 2 tan-netwerk ta’ konsultazzjoni ta’ Schengen (speċifikazzjonijiet tekniċi)

26

 

 

III   Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

 

 

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TA' L-UE

 

*

Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2007/520/PESK tat-23 ta’ Lulju 2007 li temenda u testendi l-Azzjoni Konġunta 2006/304/PESK dwar it-twaqqif ta’ Grupp ta’ Ppjanar ta’ l-UE (EUPT Kosovo) fir-rigward ta’ operazzjoni eventwalment possibbli ta’ l-UE ta’ l-immaniġġar ta’ kriżi fil-qasam ta’ l-istat ta’ dritt u f’oqsma oħra possibbli fil-Kosovo

28

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/521/PESK tat-23 ta’ Lulju 2007 li timplimenta l-Pożizzjoni Komuni 2004/293/PESK li ġġedded il-miżuri b'appoġġ għall-implimentazzjoni effettiva tal-mandat tat-Tribunal Kriminali Internazzjonali ta' dik li qabel kienet il-Jugoslavja (ICTY)

30

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

24.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 192/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 865/2007

ta’ l-10 ta’ Lulju 2007

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni dwar is-Sajd

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta’ l-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni dwar is-Sajd (2) jistipula d-dispożizzjonijiet marbuta mal-ġestjoni tal-kapaċità tas-sajd.

(2)

Id-dispożizzjonijiet attwali li japplikaw għall-ġestjoni tal-kapaċità tal-flotta għandhom jiġu adattati fid-dawl ta’ l-esperjenza.

(3)

L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jippermettu żieda limitata fit-tunnellaġġ għal bastimenti ġodda jew diġà eżistenti sabiex itejbu s-sikurezza, l-iġjene, il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-kwalità tal-prodott abbord, sakemm dan ma jżidx il-kapaċità li l-bastimenti jaqbdu l-ħut u sakemm jagħti l-prijorità lis-sajd kostali fuq skala żgħira fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 26 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/2006 tas-27 ta’ Lulju 2006 dwar il-Fond Ewropew għas-Sajd (3). Dik iż-żieda għandha tkun marbuta ma’ l-isforzi tagħhom li jaġġustaw il-kapaċità tas-sajd bl-għajnuna pubblika bejn l-1 ta’ Jannar 2003 jew l-1 ta’ Mejju 2004 u l-31 ta’ Diċembru 2006 u mill-1 ta’ Jannar 2007 ‘l quddiem.

(4)

It-tnaqqis tas-saħħa tal-magna meħtieġ għall-bdil tal-magni bl-għajnuna pubblika skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 25(3)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006 għandu jitqies bħala ħruġ tal-kapaċità mill-flotta permezz ta’ l-għajnuna pubblika fir-rigward ta’ l-applikazzjoni tas-sistema tad-dħul u l-ħruġ u l-aġġustament tal-livelli ta’ referenza.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 2371/2002 għandu għaldaqstant jiġi emendat kif jixraq,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 2371/2002 huwa emendat hekk:

(1)

L-Artikolu 11 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 11

Aġġustament tal-kapaċità għas-sajd

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu miżuri li jaġġustaw il-kapaċità għas-sajd tal-flotot tagħhom biex jiksbu bilanċ stabbli u dewwiemi bejn dik il-kapaċità għas-sajd u l-opportunitajiet tas-sajd tagħhom.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-livelli ta’ referenza espressi f’TG u kW tal-kapaċità għas-sajd kif stabbiliti skond dan l-Artikolu u l-Artikolu 12 ma jinqabżux.

3.   L-ebda ħruġ mill-flotta appoġġat minn għajnuna pubblika m’għandu jkun permess sakemm il-liċenzja għas-sajd ma tiġix irtirata qabel ma jsir dan, kif imfisser fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1281/2005 (*) u, meta jkun hemm ipprovdut għalihom, l-awtorizzazzjonijiet għas-sajd kif imfissrin fir-regolamenti rilevanti. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 6, il-kapaċità li tikkorrispondi għal-liċenzja, u fejn meħtieġ għall-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għas-sajd ikkonċernat, ma tistax tiġi ssostitwita.

4.   Meta tingħata għajnuna pubblika għall-irtirar mill-kapaċità għas-sajd li tmur lil hinn mit-tnaqqis ta’ kapaċità meħtieġ għall-konformità mal-livelli ta’ referenza kif stabbiliti skond dan l-Artikolu u l-Artikolu 12, l-ammont tal-kapaċità irtirata għandu jitnaqqas awtomatikament mil-livelli ta’ referenza. Il-livelli ta’ referenza li jirriżultaw għandhom ikunu l-livelli ta’ referenza ġodda.

5.   Fuq bastimenti tas-sajd ta’ 5 snin jew aktar, il-modernizzazzjoni ‘l fuq mill-gverta prinċipali sabiex jittejbu is-sikurezza abbord, il-kundizzjonijiet tax-xogħol, l-iġjene, u l-kwalità tal-prodott jistgħu jżidu t-tunnellaġġ tal-bastiment, sakemm din il-modernizzazzjoni ma żżidx il-kapaċità tal-bastiment biex jaqbad il-ħut. Il-livelli ta’ referenza, kif stabbiliti skond dan l-Artikolu u l-Artikolu 12, għandhom jiġu adattati kif jixraq. Il-kapaċità korrispondenti m’hemmx għalfejn titqies għall-istabbiliment tal-bilanċ ta’ dħul u ħruġ minn Stati Membri skond l-Artikolu 13.

6.   Mill-1 ta’ Jannar 2007, sabiex jittejbu s-sikurezza abbord, il-kundizzjonijiet tax-xogħol, l-iġjene u l-kwalità tal-prodott, l-Istati Membri se jkunu jistgħu jallokaw mill-ġdid lil bastimenti ġodda jew li diġà jeżistu l-kapaċità li ġejja f’termini ta’ tunnellaġġ, sakemm din il-modernizzazzjoni ma żżidx il-kapaċità tal-bastiment biex jaqbad il-ħut:

4 % tat-tunnellaġġ medju annwali rtirat bl-għajnuna pubblika bejn l-1 ta’ Jannar 2003 u l-31 ta’ Diċembru 2006 għall-Istati Membri li kienu parti mill-Komunità fl-1 ta’ Jannar 2003, u 4 % tat-tunnellaġġ medju annwali rtirat bl-għajnuna pubblika bejn l-1 ta’ Mejju 2004 u l-31 ta’ Diċembru 2006 għall-Istati Membri li ssieħbu mal-Komunità fl-1 ta’ Mejju 2004, u,

4 % tat-tunnellaġġ irtirat mill-flotta bl-għajnuna pubblika mill-1 ta’ Jannar 2007.

Il-livelli ta’ referenza, kif stabbiliti skond dan l-Artikolu u l-Artikolu 12 għandhom jiġu adattati kif jixraq. Il-kapaċità korrispondenti m’hemmx għalfejn titqies għall-istabbiliment tal-bilanċ ta’ dħul u ħruġ minn Stati Membri skond l-Artikolu 13.

L-Istati Membri għandhom jagħtu prijorità lis-sajd kostali fuq skala żgħira, fl-ambitu tat-tifsira ta’ l-Artikolu 26 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/2006 (**), huma u jallokaw il-kapaċità tas-sajd skond dan il-paragrafu.

7.   Regoli ta’ implimentazzjoni dwar l-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu jistgħu jiġu adottati skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 30(2).

(*)  ĠU L 203, 4.8.2005, p. 3."

(**)  ĠU L 223, 15.8.2006, p. 1.”"

(2)

L-Artikolu 13 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 13

Skema ta’ dħul/ħruġ u tnaqqis ta’ kapaċità totali

1.   L-Istati Membri għandhom jimmaniġġjaw dħul fil-flotta u ħruġ mill-flotta b’mod illi mill-1 ta’ Jannar 2003:

(a)

id-dħul ta’ kapaċità ġdida fil-flotta mingħajr għajnuna pubblika ikun ikkumpensat bl-irtirar minn qabel mingħajr għajnuna pubblika ta’ mill-inqas l-istess ammont ta’ kapaċità,

(b)

id-dħul ta’ kapaċità ġdida fil-flotta b’għajnuna pubblika mogħtija wara l-1 ta’ Jannar 2003 ikun ikkumpensat bl-irtirar minn qabel mingħajr għajnuna pubblika ta’:

(i)

mill-inqas l-istess ammont ta’ kapaċità, għad-dħul ta’ bastimenti ġodda ta’ 100 TG jew inqas, jew

(ii)

mill-inqas 1.35 darbiet l-ammont ta’ dik il-kapaċità, għad-dħul ta’ bastimenti ġodda ta’ aktar minn 100 TG.

(c)

il-bdil ta’ magna bl-għajnuna pubblika skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 25(3)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006 jiġi kkumpensat bi tnaqqis tal-kapaċità f’termini ta’ saħħa ugwali għal 20 % tas-saħħa tal-magna mibdula. It-tnaqqis ta’ 20 % f’saħħa għandu jitnaqqas mil-livelli ta’ referenza skond l-Artikolu 11(4).

2.   Regoli ta’ implimentazzjoni dwar l-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu jistgħu jiġu adottati skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 30(2).”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 10 ta’ Lulju 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

F. TEIXEIRA DOS SANTOS


(1)  Opinjoni tas-26 ta' April 2007 (għadha mhux pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali)

(2)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.

(3)  ĠU L 223, 15.8.2006, p. 1.


24.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 192/4


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 866/2007

tat-23 ta' Lulju 2007

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 234/2004 dwar ċerti miżuri restrittivi fir-rigward tal-Liberja

IL-KUNSILL ta’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 60 u 301 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2007/93/PESK tat-12 ta’ Frar 2007 li timmodifika u ġġedded il-Pożizzjoni Komuni 2004/137/PESK dwar il-miżuri ristrettivi imposti fuq il-Liberja (1),

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Il-Pożizzjoni Komuni 2004/137/PESK ta’ l-10 ta’ Frar 2004 dwar miżuri ristrettivi kontra l-Liberja (2) pprovdiet għall-implimentazzjoni tal-miżuri stabbiliti fir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) 1521 (2003) fir-rigward tal-Liberja, inklużi embargo fuq l-armi u projbizzjoni fuq il-forniment ta’ assistenza teknika u finanzjarja marbuta ma’ attivitajiet militari.

(2)

Skond ir-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tan-Nazzjonijiet Uniti 1647 (2005), 1683 (2006), 1689 (2006) u 1731 (2006), il-Pożizzjonijiet Komuni 2006/31/PESK (3), 2006/518/PESK (4) u 2007/93/PESK ikkonfermaw il-miżuri restrittivi tal-Pożizzjoni Komuni 2004/137/PESK għal perjodu ta’ żmien ulterjuri u pprovdew għal ċerti modifiki.

(3)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 234/2004 ta’ l-10 ta’ Frar 2004 dwar ċerti miżuri restrittivi fir-rigward tal-Liberja (5) jipprojbixxi l-forniment lil-Liberja ta’ assistenza teknika u finanzjarja relatata ma’ attivitajiet militari u l-importazzjoni ta’ djamanti mhux maħduma mill-Liberja.

(4)

Fid-dawl ta’ l-iżviluppi fil-Liberja, fl-20 ta’ Diċembru 2006, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-Riżoluzzjoni 1731 (2006) li ġeddet il-miżuri restrittivi imposti mir-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1521 (2003) u ddeċidiet li l-miżuri dwar l-armi m'għandhomx japplikaw għal fornimenti ta’ tagħmir militari mhux letali, ħlief armi u munizzjon mhux letali, kif notifikati bil-quddiem lill-Kumitat stabbilit mill-paragrafu 21 tar-Riżoluzzjoni 1521 (2003), intiżi biss għall-użu minn membri tal-pulizija u tal-forzi tas-sigurtà tal-Gvern tal-Liberja li ġew mistħarrġa u mħarrġa sa mill-bidunett tal-Missjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Liberja f'Ottubru 2003.

(5)

ll-Pożizzjoni Komuni 2007/93/PESK tipprovdi għal eżenzjoni addizzjonali li tkopri tali fornimenti u ssejjaħ għal azzjoni Komunitarja.

(6)

Jeħtieġ li jiġi emendat ir-Regolament (KE) Nru 234/2004 fir-rigward ta’ l-identifikazzjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti.

(7)

Huwa xieraq li l-emenda jkollha effett retroattivament mid-data ta’ wara l-adozzjoni tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1731(2006).

(8)

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru. 234/2004 għandu jiġi emendat skond il-każ,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 234/2004 huwa b'dan emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 3 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 3

1.   B'deroga mill-Artikolu 2, l-awtoritajiet kompetenti, kif indikat fil-websites elenkati fl-Anness I, ta’ l-Istat Membru fejn il-fornitur tas-servizz ikun stabbilit, jistgħu jawtorizzaw il-forniment ta':

(a)

assistenza teknika, finanzjament u assistenza finanzjarja marbuta ma’

(i)

armi u materjal relatat, fejn tali assistenza jew servizzi jkunu intiżi biss għall-appoġġ u l-użu mill-Missjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Liberja, jew

(ii)

armi u munizzjon li jibqgħu fil-kustodja tas-Servizz Speċjali ta’ Sigurtà għal użu operattiv liberu u li ġew forniti bl-approvazzjoni tal-Kumitat stabbilit permezz tal-Paragrafu 21 tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1521 (2003) lill-membri ta’ dak is-Servizz għal finijiet ta’ taħriġ qabel it-13 ta’ Ġunju 2006;

(b)

finanzjament u assistenza finanzjarja marbuta ma':

(i)

armi u materjal relatat intiżi biss għall-appoġġ u l-użu fi programm internazzjonali ta’ taħriġ u riforma għall-forzi armati u l-pulizija Liberjana, sakemm il-Kumitat stabbilit mill-paragrafu 21 tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 1521 (2003) jkun approva l-esportazzjoni, il-bejgħ jew it-trasferiment ta’ l-armamenti jew materjal relatat konċernat,

(ii)

tagħmir militari mhux letali u intiż biss għal użu umanitarju jew ta’ protezzjoni, sakemm il-Kumitat stabbilit mill-paragrafu 21 tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 1521 (2003) jkun approva l-esportazzjoni, il-bejgħ, il-forniment jew it-trasferiment tat-tagħmir konċernat,

(iii)

armi u munizzjon intiżi għall-użu minn membri tal-pulizija u tal-forzi tas-sigurtà tal-Gvern tal-Liberja li ġew mistħarrġa u mħarrġa sa mill-bidu tal-Missjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Liberja f'Ottubru 2003, sakemm il-Kumitat stabbilit mill-paragrafu 21 tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 1521 (2003) jkun approva l-esportazzjoni, il-bejgħ, il-forniment jew it-trasferiment ta’ l-armi jew il-munizzjon konċernati, jew

(iv)

tagħmir militari mhux letali, ħlief armi u munizzjon mhux letali, intiżi biss għall-użu minn membri tal-pulizija u tal-forzi tas-sigurtà tal-Gvern tal-Liberja li ġew mistħarrġa u mħarrġa sa mill-bidu tal-Missjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Liberja fl-2003, sakemm il-Kumitat stabbilit mill-paragrafu 21 tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 1521 (2003) jkun ġie notifikat bl-esportazzjoni, il-bejgħ, il-forniment jew it-trasferiment tat-tagħmir konċernat.

2.   L-ebda awtorizzazzjoni ma għandha tingħata għal attivitajiet li diġa' seħħew.”;

(2)

l-Artikolu 4 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 4

1.   Fejn attivitajiet ta’ dan it-tip ġew approvati minn qabel mill-Kumitat stabbilit permezz tal-paragrafu 21 tar-Rizoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 1521 (2003), u b'deroga mill-Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament, l-awtorità kompetenti, kif indikata f'website elenkata fl-Anness I, ta’ l-Istat Membru fejn il-fornitur tas-servizzi ikun stabbilit, tista' tawtorizza l-forniment ta’ assistenza teknika relatata ma':

(a)

armi u materjal relatat intiż biss għall-appoġġ ta', u l-użu fi, programm internazzjonali ta’ taħriġ u riforma għall-forzi armati u l-pulizija Liberjani;

(b)

apparat militari mhux letali intiż biss ghal użu umanitarju jew ta’ protezzjoni; jew

(ċ)

armamenti u munizzjon intiżi għal użu minn membri tal-pulizija u tal-forzi tas-sigurtà tal-Gvern tal-Liberja li ġew mistħarrġa u mħarrġa sa mill-bidunett tal-Missjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Liberja f'Ottubru 2003.

L-approvazzjoni tal-Kumitat stabbilit mill-paragrafu 21 tar-Riżoluzzjoni tal-Kumitat tas-Sigurtà tan-NU 1521 (2003) għandha tintalab permezz ta’ l-awtorità kompetenti, kif indikata f'website fl-Anness I, ta’ l-Istat Membru fejn ikun stabbilit il-fornitur tas-servizz.

Il-Gvern ta’ l-Istat Membru kkonċernat u l-Gvern tal-Liberja għandhom jagħmlu talba konġunta lill-Kumitat stabbilit permezz tal-Paragrafu 21 tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 1521 (2003) għall-approvazzjoni ta’ assistenza teknika marbuta ma’ l-armi u l-munizzjon imsemmija fil-punt (ċ).

2.   L-ebda awtorizzazzjonijiet ma għandhom jingħataw għal attivitajiet li diġa' seħħew.”;

(3)

għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 8a

1.   L-Istati Membri għandhom jaħtru l-awtoritajiet kompetenti msemmija f'dan ir-Regolament u jidentifikawhom fil-websites, jew permezz tal-websites, elenkati fl-Anness I.

2.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-awtoritajiet kompetenti tagħhom mingħajr dewmien wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u għandhom jinnotifikawha b'kull emenda sussegwenti.”;

(4)

l-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 234/2004 għandu jiġi sostitwit mit-test li jidher fl-Anness ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament ghandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Ufficjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika b'effett mill-21 ta’ Diċembru 2006.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, 23 ta’ Lulju 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

L. AMADO


(1)  ĠU L 41, 13.2.2007, p. 17.

(2)  ĠU L 40, 12.2.2004, p. 35. Il-Pożizzjoni Komuni kif emendata l-aħħar mill-Pożizzjoni Komuni 2007/400/PESK (ĠU L 150, 12.6.2007, p. 15).

(3)  Il-Pożizzjoni Komuni 2006/31/PESK tat-23 ta’ Jannar 2006 li ġġedded il-miżuri restrittivi imposti kontra l-Liberja (ĠU L 19, 24.1.2006, p. 38).

(4)  Il-Pożizzjoni Komuni 2006/518/PESK ta’ l-24 ta’ Lulju 2006 li timmodifika u ġġedded ċerti miżuri restrittivi imposti kontra l-Liberja (ĠU L 201, 25.7.2006, p. 36).

(5)  ĠU L 40, 12.2.2004, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 719/2007 (ĠU L 164, 25.6.2007, p. 1).


ANNESS

“ANNESS I

Websites li jipprovdu informazzjoni dwar l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikoli 3 u 4, u l-indirizz għall-finijiet ta' notifika lill-Kummissjoni Ewropea

 

BELĠJU

http://www.diplomatie.be/eusanctions

 

BULGARIJA

http://www.mfa.government.bg

 

REPUBBLIKA ĊEKA

http://www.mfcr.cz/mezinarodnisankce

 

DANIMARKA

http://www.um.dk/da/menu/Udenrigspolitik/FredSikkerhedOgInternationalRetsorden/Sanktioner/

 

ĠERMANJA

http://www.bmwi.de/BMWi/Navigation/Aussenwirtschaft/Aussenwirtschaftsrecht/embargos.html

 

ESTONJA

http://www.vm.ee/est/kat_622/

 

GREĊJA

http://www.ypex.gov.gr/www.mfa.gr/en-US/Policy/Multilateral+Diplomacy/International+Sanctions/

 

SPANJA

www.mae.es/es/MenuPpal/Asuntos/Sanciones+Internacionales

 

FRANZA

http://www.diplomatie.gouv.fr/autorites-sanctions/

 

IRLANDA

http://www.dfa.ie/un_eu_restrictive_measures_ireland/competent_authorities

 

ITALJA

http://www.esteri.it/UE/deroghe.html

 

ĊIPRU

http://www.mfa.gov.cy/sanctions

 

LATVJA

http://www.mfa.gov.lv/en/security/4539

 

LITWANJA

http://www.urm.lt

 

IL-LUSSEMBURGU

http://www.mae.lu/sanctions

 

UNGERIJA

http://www.kulugyminiszterium.hu/kum/hu/bal/nemzetkozi_szankciok.htm

 

MALTA

http://www.doi.gov.mt/EN/bodies/boards/sanctions_monitoring.asp

 

OLANDA

http://www.minbuza.nl/sancties

 

AWSTRIJA

http://www.bmeia.gv.at/view.php3?f_id=12750&LNG=en&version=

 

POLONJA

http://www.msz.gov.pl

 

PORTUGALL

http://www.min-nestrangeiros.pt

 

RUMANIJA

http://www.mae.ro/index.php?unde=doc&id=32311&idlnk=1&cat=3

 

SLOVENJA

http://www.mzz.gov.si/si/zunanja_politika/mednarodna_varnost/omejevalni_ukrepi/

 

SLOVAKKJA

http://www.foreign.gov.sk

 

FINLANDJA

http://formin.finland.fi/kvyhteistyo/pakotteet

 

SVEZJA

http://www.ud.se/sanktioner

 

IR-RENJU UNIT

http://www.fco.gov.uk/competentauthorities

Indirizz għall-finijiet ta' notifika lill-Kummissjoni Ewropea:

European Commission

DG External Relations

Directorate A. Crisis Platform and Policy Coordination in CFSP

Unit A2. Crisis Management and Conflict Prevention

CHAR 12/106

B-1049 Bruxelles/Brussel (Belgium)

E-mail: relex-sanctions@ec.europa.eu

Tel. (32 2) 295 55 85, 296 61 33

Fax: (32 2) 299 08 73”.


24.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 192/9


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 867/2007

tat-23 ta’ Lulju 2007

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3223/94 ta' l-21 ta' Diċembru 1994 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-arranġamenti dwar l-importazzjoni tal-frott u l-ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 3223/94 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu.

(2)

Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 3223/94 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-24 ta’ Lulju 2007.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 23 ta’ Lulju 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 337, 24.12.1994, p. 66. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 756/2007 (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 41).


ANNESS

tar-Regolament tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Lulju 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

TR

106,7

ZZ

106,7

0707 00 05

TR

145,1

ZZ

145,1

0709 90 70

TR

91,6

ZZ

91,6

0805 50 10

AR

51,2

UY

55,4

ZA

66,0

ZZ

57,5

0808 10 80

AR

86,9

BR

88,3

CA

101,7

CL

77,6

CN

82,6

NZ

99,6

US

104,9

UY

36,3

ZA

99,8

ZZ

86,4

0808 20 50

AR

73,8

CL

81,6

NZ

119,1

TR

138,6

ZA

97,0

ZZ

102,0

0809 10 00

TR

179,6

ZZ

179,6

0809 20 95

CA

324,1

TR

291,2

US

359,3

ZZ

324,9

0809 30 10 , 0809 30 90

TR

166,2

ZZ

166,2

0809 40 05

IL

141,8

ZZ

141,8


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


24.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 192/11


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 868/2007

tat-23 ta’ Lulju 2007

li jintroduċi denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' l-oriġini protetti u ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti Miel de Galicia jew Mel de Galicia (IĠP)

Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 ta' l-20 ta' Marzu 2006 dwar il-protezzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjoni ta' l-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-prodotti ta' l-ikel (1), b'mod partikolari l-Artikolu 7(5), it-tielet u r-raba' inċiżi,

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 6(2), u bi qbil ma' l-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, it-talba ta' Spanja għar-reġistrar tad-denominazzjoni “Miel de Galicia” jew “Mel de Galicia” ġiet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Il-Ġermanja u l-Italja ddikjaraw ruħhom kontra r-reġistrazzjoni skond l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006. Il-Ġermanja u l-Italja, fl-oġġezzjonijiet li ressqu, iddikjaraw li l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 ma kinux sodisfatti, u b'mod partikolari, ir-rabta bejn il-prodott u ż-żona ġeografika ma ġietx ippruvata b'mod ġuridikament sodisfaċenti, u għalhekk ma tippermettix li tiġi sodisfatta d-definizzjoni ta' indikazzjoni ġeografika. Barra minn hekk, skond il-Ġermanja, ċerti elementi li jinsabu fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott x'aktarx jiksru d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/110/KE ta' l-20 ta' Diċembru 2001 li tirrigwarda l-għasel (3) b'mod partikolari f'dak li jirrigwarda l-possibbiltà li jiżdied il-frott imqadded ma' l-għasel, li, skond il-Ġermanja, huwa kontra d-definizzjoni tat-terminu “għasel” kif mogħtija f'dik id-direttiva.

(3)

Il-Kummissjoni, b'ittra tas-16 ta' Novembru 2005, stiednet lill-Istati Membri kkonċernati jilħqu qbil bejniethom skond il-proċeduri interni tagħhom.

(4)

Peress li l-ebda qbil ma ntlaħaq bejn Spanja, il-Ġermanja u l-Italja fiż-żmien stipulat, il-Kummissjoni jkollha tadotta deċiżjoni skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 15(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006.

(5)

Wara l-konsultazzjonijiet bejn Spanja, il-Ġermanja u l-Italja, żdiedu xi dettalji ma' l-ispeċifikazzjoni tal-prodott tad-denominazzjonijiet ikkonċernati. F'dak li jirrigwarda d-deskrizzjoni tal-prodott, l-għasel li fih il-frott imqadded tneħħa mill-ispeċifikazzjoni tal-prodott. Barra minn hekk, ir-rabta bejn il-prodott u ż-żona ġeografika delimitata ġiet enfasizzata, billi jinxteħet dawl fuq ir-reputazzjoni li jgawdi minnha l-prodott, u jindika l-karatteristiċi naturali taż-żona ġeografika li jagħtu karattru speċifiku lill-prodott u jagħżluh minn tipi oħra ta' għasel ippreparati f'żoni ġeografiċi oħra.

(6)

Fl-opinjoni tal-Kummissjoni, il-verżjoni l-ġdida ta' l-ispeċifikazzjoni tal-prodott tissodisfa bis-sħiħ ir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 510/2006.

(7)

Fid-dawl ta' dawn l-elementi, id-denominazzjoni trid għalhekk tiddaħħal fir-“Reġistru ta' denominazzjonijiet ta' l-oriġini protetta u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti”.

(8)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma [konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-indikazzjonijiet ġeografiċi u għad-denominazzjonijiet ġeografiċi protetti],

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni li tinsab fl-Anness I ta' dan ir-Regolament hija b'dan irreġistrata.

Artikolu 2

It-tabella konsolidata li fiha l-punti prinċipali ta' l-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott tidher fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 23 ta’ Lulju 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

(2)  ĠU C 30, 5.2.2005, p. 16, u ĠU C 139, 14.6.2006, p. 21.

(3)  ĠU L 10, 12.1.2002, p.47.


ANNESS I

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I tat-Trattat

Klassi 1.4

Prodotti oħra ta' oriġini mill-annimali: għasel

SPANJA

Miel de Galicia jew Mel de Galicia (IĠP)


ANNESS II

SINTEŻI

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi u denominazzjonijiet ta’ l-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-oġġetti ta’ l-ikel

“MIEL DE GALICIA” jew “MEL DE GALICIA”

Nru tal-KE: ES/PGI/005/0278/19.02.2003

DOP ( ) IĠP ( X )

Din is-sinteżi tagħti l-elementi ewlenin ta’ l-ispeċifikazzjoni tal-prodott għal finijiet ta’ informazzjoni biss.

1.

    Dipartiment risponsabbli fl-Istat Membru:

Isem

:

Subdirección General de Denominaciones de Calidad, Dirección General de Alimentación, Secretaria General de Alimentación del Ministerio de Agricultura, Pesca y Alimentación, España

L-indirizz

:

Paseo Infanta Isabel, 1 - E28071 -Madrid

Telefown

:

(34) 913 475394

Feks

:

(34) 913 475410

Posta elettronika

:

sgcaproagro@mapya.es

2.

    Gruppi ta’ Applikanti:

Isem

:

Mieles Anta, SL

L-indirizz

:

C/Ermita, 34 Polígono de A Grela-Bens. A Coruña

Telefown

:

Feks

:

Posta elettronika

:

Isem

:

Sociedad Cooperativa “A Quiroga”

L-indirizz

:

Avenida Doctor Sixto Mauriz, no 43, Fene. A Coruña

Telefown

:

Feks

:

Posta elettronika

:

Magħmula minn

:

Produtturi / proċessuri (X) oħrajn ( )

3.

    Tip ta’ prodott:

Klassi 1.4

Prodotti oħra ta' oriġini mill-annimali: għasel

4.

    L-ispeċifikazzjoni tal-prodott (sinteżi tal-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

4.1    Isem il-prodott: “Miel de Galicia” jew “Mel de Galicia”

4.2    Deskrizzjoni: Il-prodott li jibbenefika mill-indikazzjoni ġeografika protetta (IĠP) “Miel de Galicia” jew “Mel de Galicia” huwa definit bħala l-għasel li jgħaqqad il-karatteristiċi kollha imniżżlin fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott, u li matul il-produzzjoni, l-ipproċessar u l-ippakkjar jissodisfa r-rekwiżiti kollha stipulati f'din l-ispeċifikazzjoni, fil-manwal tal-kontroll tal-kwalità u fil-leġiżlazzjoni fis-seħħ. Dan l-għasel huwa prodott f'kaxxi b'qafas mobbli u jinkiseb permezz tat-tferrigħ jew iċ-ċentrifugazzjoni. Jista' jkun fil-forma likwida, kristallizzata jew kremuża. Jista' jkun ukoll fil-forma ta’ xehda.

L-għasel huwa klassifikat skond l-oriġini bijoloġika, fil-kategoriji li ġejjin:

għasel ta’ aktar minn tip wieħed ta’ fjuri

għasel mill-fjuri ta’ l-ewkaliptu,

għasel mill-fjuri tal-qastan,

għasel mill-fjuri tat-tut,

għasel mill-fjuri tal-heather.

Minbarra l-karatteristiċi indikati fl-istandard tal-kwalità għall-għasel, l-għasel protett mill-IĠP jrid ikollu l-karatteristiċi li ġejjin:

karatteristiċi fiżiko-kimiċi:

umdità massima: 18.5 %,

attività dijastika minima: 9 fuq l-iskala Schade. L-għasel b'kontenut baxx ta’ enżimi jrid jilħaq minimu ta’ 4 fuq din l-iskala, bil-kundizzjoni li l-kontenut idrossimetilfurfurali (hydroxymethylfurfural content) ma jaqbiżx l-10 mg/kg;

kontenut idrossimetilfurfurali massimu: 28 mg/kg.

karatteristiċi ta’ l-għabra tad-dakra:

Ġeneralment, il-medda ta’ l-għabra tad-dakra kollha kemm hi trid tikkorrispondi ma’ dik ta’ l-għasel tal-Galicia.

Fi kwalunkwe każ, il-kombinazzjoni ta’ l-għabra mill-Helianthus annuus – Olea europaea – Cistus ladanifer m'għandhiex taqbeż il-5% mit-totalità tal-medda ta’ l-għabra tad-dakra.

Barra minn hekk, skond l-oriġini tal-fjuri tat-tipi differenti ta’ għasel imsemmija, il-meded ta’ l-għabra tad-dakra jridu jissodisfaw l-eżiġenzi li ġejjin:

għasel ta’ aktar minn tip wieħed ta’ fjuri: il-biċċa l-kbira ta’ l-għabra trid tiġi mill-ispeċijiet Castanea sativa, Eucalyptus sp., Ericaceae, Rubus sp., Rosaceae, Cytisus sp-Ulex sp., Trifolium sp., Lotus sp., Campanula, Centaurea, Quercus sp., Echium sp., Taraxacum sp. u Brassica sp.

għasel minn tip wieħed ta’ fjura:

“għasel ta’ l-ewkaliptu”: il-perċentwal minimu ta’ għabra tad-dakra ta’ l-ewkaliptu (Eucaliptus sp.) irid ikun ta’ 70%,

“għasel tal-qastan”: il-perċentwal minimu ta’ għabra tad-dakra tal-qastan (Castanea sp.) irid ikun ta’ 70%,

“għasel tat-tut”: il-perċentwal minimu ta’ għabra tad-dakra tat-tut (Rubus sp.) irid ikun ta’ 45 %,

“għasel tal-heather”: il-perċentwal minimu ta’ għabra tad-dakra tal-heather (Erica sp.) irid ikun ta’ 45 %,

karatteristiċi organolettiċi:

B'regola ġenerali, l-għasel irid ikollu l-kwalitajiet organolettiċi speċifiċi għall-oriġini tal-fjuri korrispondenti f'dak li jirrigwarda l-kulur, ir-riħa u t-togħma. Skond l-oriġini, il-karatteristiċi organolettiċi l-aktar distinti huma dawn:

għasel ta’ aktar minn tip wieħed ta’ fjuri: il-kulur tagħhom ivarja minn kulur l-ambra għal ambra skura. Għandhom riħa ta’ fjuri jew veġetali ta’ intensità u persistenza varjabbli. Jistgħu wkoll ikunu xi ftit aċidiċi u b'palat aħrax.

għasel mill-fjuri ta’ l-ewkaliptu: kulur l-ambra, riħa ta’ fjuri bi ħjiel ta’ xama'. L-intensità tar-riħa hija medja u l-persistenza hija baxxa. It-togħma hija ħelwa u kemxejn aċidika.

għasel mill-fjuri tal-qastan: kulur l-ambra skura, xi drabi jagħti fl-aħmar. Idealment b'riħa ta’ intensità medja għal baxxa u persistenza baxxa. Dan l-għasel huwa xi ftit aċidiku u morr, xi kultant daqsxejn pikkanti. Ġeneralment huma ftit ħorox fuq il-palat.

għasel mill-fjuri tat-tut, kulur l-ambra għal ambra skura. Dan huwa għasel aromatiku b'riħa ta’ fjuri persistenti. Togħma qawwija ta’ frott, partikolarment ħelwa, b'intensità u persistenza medja sa għolja.

għasel mill-fjuri tal-heather. kulur l-ambra skura jew li tagħti fl-aħmar, togħma kemxejn morra u persistenti, riħa ta’ fjuri persistenti. L-intensità tar-riħa hija ġeneralment medja sa baxxa u l-persistenza hija baxxa.

4.3    Iż-żona ġeografika Iż-żona tal-produzzjoni, ta’ l-ipproċessar u ta’ l-ippakkjar ta’ l-għasel bl-indikazzjoni ġeografika protetta “Miel de Galicia” tfisser it-territorju kollu tal-Komunità Awtonoma tal-Galicia.

4.4    Il-prova ta’ l-oriġini L-IĠP “Miel de Galicia” tista' tipproteġi biss l-għasel li ġej minn stabbilimenti mniżżla fir-reġistri tal-korp regolatorju, prodott skond in-normi stabbiliti fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott u fil-manwal tal-kontroll tal-kwalità, u li jinkorpora l-kundizzjonijiet li għandhom jikkaratterizzawh.

Il-korp regolatorju għandu jżomm dawn ir-reġistri:

reġistru ta’ l-istabbilimenti, li fih iniżżel l-istabbilimenti li jinsabu fil-Komunità Awtonoma tal-Galicia u li jixtiequ jipproduċu għasel kopert bl-indikazzjoni ġeografika protetta “Miel de Galicia”,

reġistru ta’ l-impjanti ta’ l-estrazzjoni, tal-ħżin u/jew ta’ l-ippakkjar, li fih iniżżel l-istabbilimenti li jinsabu fil-Komunità Awtonoma tal-Galicia u li l-attivitajiet tagħhom jinkludu l-ipproċessar ta’ l-għasel li jista' jiġi protett bl-indikazzjoni ġeografika.

Il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi kollha li għandhom assi mniżżla fir-reġistri, kif ukoll l-istabbilimenti, l-impjanti u l-prodotti, huma soġġetti għal spezzjonijiet u kontrolli magħmula mill-korp regolatorju bil-għan li jiġi vverifikat jekk il-prodotti li għandhom l-indikazzjoni ġeografika protetta “Miel de Galicia” jissodisfawx l-esiġenzi ta’ l-ispeċifikazzjoni tal-prodott u d-dispożizzjonijiet speċifiċi applikabbli.

Kull sena tas-suq, il-kwantitajiet ta’ għasel ċertifikati mill-indikazzjoni ġeografika protetta li jkunu tqiegħdu fis-suq minn kull azjenda elenkata fir-reġistru ta’ impjanti ta’ estrazzjoni, ħażna u/jew ippakkjar huma kkontrollati mill-korp regolatorju sabiex jiġi vverifikat jekk jikkorrispondux mal-kwantitajiet ta’ għasel prodott mill-produtturi elenkati fir-reġistru, jew inkella mal-kwantitajiet ta’ għasel mixtrija mingħandhom jew mingħand azjendi oħra elenkati fir-reġistru.

Il-kontrolli huma fil-fatt spezzjonijiet ta’ l-istabbilimenti u l-impjanti, eżaminazzjonijiet tad-dokumenti kif ukoll analiżijiet tal-materja prima u tal-prodott aħħari.

Kif diġà indikat, kemm l-attivitajiet ta’ produzzjoni kif ukoll dawk ta’ wara l-produzzjoni (estrazzjoni, ħżin u ppakkjar) għandhom isiru fiż-żona ġeografika ddefinita.

Il-fatt li l-ippakkjar isir ukoll f'din iż-żona, jiġifieri ż-żona tradizzjonali, jindirizza l-ħtieġa li jiġu ppreżervati l-karatteristiċi partikolari u l-kwalità ta’ l-għasel tal-Galicia, b'mod li l-kontroll li jagħmel il-korp kompetenti fuq il-kundizzjonijiet tat-trasport, tal-ħżin u ta’ l-ippakkjar jippermettu ż-żamma tal-kwalità tal-prodott.

Barra minn hekk, l-ippakkjar jista' jsir biss fir-reċipjenti li l-karatteristiċi tagħhom huma ddefiniti fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott u fl-impjanti rriżervati esklussivament għall-ippakkjar ta’ għasel li ġej minn stabbilimenti mniżżla fir-reġistri ta’ l-indikazzjoni ġeografika protetta u li fihom isir it-tikkettjar fuq quddiem u wara taħt is-superviżjoni tal-korp regolatorju. Dawn il-miżuri kollha jiżguraw li l-kwalità u t-traċċabilità tal-prodott huma ggarantiti.

Il-proċedura ta’ ċertifikazzjoni tirrigwarda l-lottijiet omoġeni u tinvolvi eżamijiet analitiċi u organolettiċi kif ukoll spezzjonijiet rilevanti kif stabbiliti mill-korp regolatorju. Fid-dawl tar-rapporti tekniċi mogħtija, il-korp regolatorju u ta’ ċertifikazzjoni għandu jiddeċiedi jaċċettax, jirrifjutax jew iżommx temporanjament il-lott ta’ għasel ikkontrollat.

Jekk jiġi nnutat kwalunkwe tibdil li jagħmel ħsara lill-kwalità ta’ l-għasel, inkella jekk id-dispożizzjonijiet tar-Regolament dwar l-indikazzjoni ġeografika protetta u atti leġiżlattivi rilevanti oħra mhumiex rispettati f'dak li jirrigwarda l-produzzjoni, l-ipproċessar u l-ippakkjar, l-għasel ma jiġix iċċertifikat mill-korp regolatorju, u għaldaqstant jitlef id-dritt li juża l-indikazzjoni ġeografika protetta.

4.5    Metodu tal-produzzjoni Il-prattiki ta’ ġestjoni tal-kaxxa tan-naħal huma maħsuba biex tinkiseb l-aqwa kwalità ta’ għasel protett mill-indikazzjoni ġeografika. Matul il-perjodu tal-ħsad, b'mod strett, il-kaxxi tan-naħal qatt ma jiġu sottomessi għal trattamenti kimiċi u n-naħal ma jingħatax x'jiekol.

Jintużaw metodi tradizzjonali biex in-naħal jitkeċċa mix-xehed, u tingħata preferenza għall-bee escape jew rewwieħa (blower), mingħajr użu żejjed tal-minfaħ tad-duħħan u mingħajr qatt ma jiġu introdotti prodotti kimiċi ripellenti.

L-għasel jitneħħa permezz taċ-ċentrifugazzjoni jew bit-tferrigħ, iżda qatt bl-użu tal-pressjoni.

Ix-xogħol ta’ estrazzjoni ta’ l-għasel dejjem isir bl-akbar reqqa u fl-aqwa kundizzjonijiet ta’ iġjene, isir f'post magħluq, nadif u maħsub għal dan il-għan. It-tnixxif permezz ta’ tagħmir għat-tneħħija ta’ l-umdità jew bl-arjazzjoni jibda minn ġimgħa qabel sakemm tinkiseb umdità relattiva ta’ taħt is-60%.

It-tekniki li jintużaw għall-ftuħ tax-xehda bl-ebda mod ma għandhom jaffettwaw il-fatturi ta’ kwalità ta’ l-għasel. L-imfietaħ tan-naħal għandhom ikunu nodfa ferm, xotti u qatt m'għandhom ikunu sħan aktar minn 40°C.

Ladarba l-għasel ikun inħareġ u mgħoddi minn filtru doppju, jgħaddi minn proċess ta’ tferrigħ imbagħad wara għal proċess ta’ xkumar qabel ma jinħażen u jiġi ppakkjat.

Il-ġbir u t-trasport ta’ l-għasel għandhom isiru f'kundizzjonijiet iġjeniċi, bl-użu ta’ reċipjenti alimentari approvati fil-manwal tal-kwalità u mil-leġiżlazzjoni fis-seħħ, li jiggarantixxu l-kwalità tal-prodott.

L-għasel għandu jiġi ppakkjat fl-impjanti mniżżla fir-reġistru korrispondenti tal-korp regolatorju. Il-kontenut tar-reċipjenti maħsuba għall-konsum dirett ta’ l-għasel ġeneralment ivarja bejn il-500 u l-1 000 gramma.

Ir-reċipjent irid ikun issiġillat ermetikament, biex jiġi evitat it-telf ta’ l-irwejjaħ naturali, kif ukoll iż-żieda ta’ rwejjaħ u umdità mill-ambjent, li jistgħu jbiddlu l-prodott.

4.6    Rabtiet

Rabta storika

It-trobbija tan-naħal laħqet il-qofol tagħha fil-Galicia qabel l-introduzzjoni taz-zokkor, u l-għasel kien jitqies bħala ikel importanti ferm minħabba l-karatteristiċi ta’ ħlewwa u mediċinali partikolari tiegħu. Skond iċ-ċensiment “Catastro de Ensenada” ta’ l-1752-1753 fil-Galicia kien hemm total ta’ 366 339 miġbħa jew kaxxa tan-naħal, magħrufa wkoll bħala “trobos” jew “cortizos”, li għadna nsibuhom f'diversi postijiet. Dan il-fatt jindika biċ-ċar l-importanza tat-trobbija tan-naħal fil-Galicia sa minn żmien il-qedem, u dan tixhdu t-toponimija tal- Galicia.

Il-kliem “cortín”, “albar”, “abellariza”, “albiza” jew “albariza” kollha jfissru bini rurali mingħajr saqaf, f'forma ovali, fit-tond u ġieli b'erba' ħitan, magħmula b'ħitan għoljin maħsuba għall-protezzjoni ta’ l-imġiebaħ u l-prevenzjoni ta’ l-attakki mill-annimali (partikolarment l-orsijiet). Dawn il-binjiet, li jirriflettu żmien ieħor iżda għadhom jeżistu sal-lum, għadhom jintużaw f'diversi żoni muntanjużi, prinċipalment fis-Sierras tal-Lvant ta’ Ancares u Caurel kif ukoll is-Sierra del Suido.

L-ewwel xogħol ippubblikat fil-Galicia dwar it-trobbija tan-naħal x'aktarx huwa l-manwal dwar it-trobbija tan-naħal miktub minn D. Ramón Pimentel Méndez (1893) speċjalment għall-kultivaturi tan-naħal Galiciani.

Fl-1880, l-arċipriet ta’ Argozón (Chantada, Lugo), Don Benigno Ledo, rama l-ewwel miġbħa mobbli u, xi ftit ta’ snin wara, bena l-ewwel miġbħa maħsuba għat-trobbija bit-tqassim u għat-trobbija ta’ l-irġejjen, li semmieha l-miġbħa tal-frieħ. Il-ktieb ta’ Roma Fábrega dwar it-trobbija tan-naħal jgħid li l-ewwel Spanjol li qatt kellu l-imġiebaħ mobbli kien il-“qassis tan-naħal” Don Benigno Ledo mill-Galicia, u dan jixhed l-importanza tiegħu mhux biss fil-Galicia iżda wkoll fi Spanja.

L-għasel tal-Galicia huwa deskritt fl-inventarju Spanjol tal-prodotti tradizzjonali, ippubblikata mill-ministru Spanjol ta’ l-Agrikoltura, Sajd u Ikel fl-1996 (paġni 174 u 175). Il-prodott jikkostitwixxi wieħed mill-akbar attrazzjonijiet kummerċjali matul il-festi tal-ħarifa.

Fl-1998 il-Ministeru ta’ l-Agrikoltura u Sajd għamel studju dwar il-kummerċ ta’ l-għasel fi Spanja. Dan l-istudju kixef li fil-Majjistral tal-pajjiż (il-Galicia) il-konsum ta’ l-għasel huwa ogħla minn dak fil-komunitajiet Spanjoli l-oħra, u l-prezz ta’ l-għasel huwa ogħla wkoll. Il-konsumatur tal-Galicia ilu japprezza l-għasel prodott fil-Komunità Awtonoma tagħna minn żmien il-qedem, u dan jagħtih valur kummerċjali ogħla, fenomenu li ma tarahx fil-komunitajiet tal-viċin.

Rabta naturali

Il-Galicia, li tinsab fil-ponta tal-Majjistral tal-peniżola Iberika, hija waħda mill-entitajiet territorjali l-aktar antiki fi Spanja, li żammet isimha mingħajr l-ebda tibdil minn żmien ir-Rumani (ir-Rumani kienu jsejħu din ir-Reġjun “Gallaecia”) u li żammet prattikament l-istess fruntieri għal aktar minn tmien sekli. Il-limiti amministrattivi ta’ dan ir-reġjun jikkoinċidu mal-fruntieri ġeografiċi li, mit-Tramuntanta san-Nofsinhar u mil-Lvant għall-Punent, żammewha iżolata mir-reġjuni qraba. Dan jispjega wkoll il-fatt li żammet ukoll ilsien proprju.

Din id-differenzjazzjoni ġeografika jiddeterminaw il-klima tal-Galicia. Il-preżenza ta’ estwarji u ta’ widien fluvjali li jwasslu fil-ġewwieni tat-territorju l-influwenza tal-baħar, hija r-riżultat ta’ orjentazzjoni Majjistral-Grigal (fenomenu li ma jinsab imkien ieħor fuq il-kosti Spanjoli) u tas-Sierras li jillimitaw iċ-ċirkolazzjoni tal-fronti differenti tat-temp. B'hekk il-klima ta’ dan ir-reġjun għandu karatteristiċi speċifiċi f'dak li jirrigwarda t-temperatura u l-preċipitazzjoni.

Barra minn hekk, il-parti l-kbira tat-territorju tal-Galicia huwa, mil-lat ġeomorfoloġika, tal-litoloġija u tal-pedoloġija, differenti mir-reġjuni Mediterranji tal-produzzjoni tan-naħal tradizzjonali. Il-ħamrija aċidika tippredomina, u b'hekk tiddetermina l-veġetazzjoni lokali u għaldaqstant il-produzzjoni tan-nektar u l-karatteristiċi ta’ l-għasel.

Għalhekk hija reġjun naturali li hija perfettament distinta mill-bqija tal-peniżola Iberika. Din id-distinzjoni tirriżulta minn aspetti ġeomorfoloġiċi, klimatiċi, bijoloġiċi u pedoloġiċi li jikkundizzjonaw l-eżistenza ta’ flora li hija adattata għall-kundizzjonijiet naturali li jirriżultaw minn dawn il-fatturi kollha.

It-territorju tal-Galicia huwa omoġenu ferm f'dak li jirrigwarda l-pjanti li minnhom jiġi n-nektar għall-produzzjoni ta’ l-għasel. L-akbar differenzi li jikkaratterizzaw il-produzzjoni ta’ l-għasel fil-Galicia ġejjin mill-abbundanza tal-pjanti ewlenin li jipprovdu l-għabra tad-dakra. Huma ħamsa t-tassoni ewlenin li jikkontribwixxu għall-produzzjoni tal-maġġoranza ta’ l-għasel tal-Galicia: Castanea sativa, Rubus, t. Cytisus, Erica u Eucalyptus. Barra minn hekk, iż-żona littorali hija karatterizzata mill-preżenza ta’ ħafna siġar ta’ l-ewkaliptu. Fiż-żoni ġewwiena, il-produzzjoni ta’ l-għasel hija kkundizzjonata mill-abbundanza ta’ tliet tipi ta’ elementi veġetali: Castanea sativa, Erica u Rubus.

Li huwa ċert huwa li s-sitwazzjoni ġeografika tal-Galicia u l-karatteristiċi tagħha jirriżultaw f'għasel partikolari, li minħabba f'hekk huwa differenti mill-għasel prodott f'territorji oħra.

Wieħed mill-metodi analitiċi l-aktar utli għall-istabbiliment tal-partikolarità ġeografika ta’ l-għasel jikkonsisti fl-analiżi ta’ l-għabra tad-dakra. Fid-dawl ta’ analiżi bħal din, il-karatteristiċi speċifiċi ta’ l-għasel tal- Galicia, meta mqabbel ma’ għasel minn postijiet oħra, huma:

il-preżenza ta’ kombinazzjonijiet ta’ għabra tad-dakra tipiċi u esklussivi li tiddistingwi l-għasel saħansitra minn dak prodott fir-reġjuni fil-qrib. Dawn il-kombinazzjonijiet jidhru fl-Anness 1;

in-nuqqas jew il-preżenza baxxa (inqas minn 1 %) ta’ għabra tad-dakra mill-familja tal-Labiaceae kif ukoll mil-Lavandula, Rosmarinus, Thymus, Mentha, eċċ.;

in-nuqqas jew il-preżenza baxxa (inqas minn 0,1 %) ta’ għabra tad-dakra ta’ Helianthus annuus, Citrus jew Olea europaea;

in-nuqqas jew il-preżenza baxxa (inqas minn 1 %) ta’ għabra tad-dakra ta’ Cistus ladanifer;

in-nuqqas ta’ Hedysarum coronarium, Hypecoum procumbens u Diplotaxis erucoides.

B'hekk, l-għasel ta’ Galicia għandu diversi karatteristiċi speċifiċi li jistgħu jiġu attribwiti lill-ambjent naturali. Aktar tagħrif dwar dawn il-karatteristiċi speċifiċi jista' jinsab fil-paragrafi rilevanti ta’ l-ispeċifikazzjoni tal-prodott u l-Annessi tiegħu.

4.7.    Il-Korp ta’ Spezzjoni

Isem

:

Consejo regulador de la Indicación Geográfica Protegida “Miel de Galicia”

L-indirizz

:

Pazo de Quián s/n, Sergude. 15881-Boqueixón. A Coruña.

Telefown

:

981. 511913

Feks

:

981. 511913

Posta elettronika

:

info@mieldegalicia.org

Il-korp regolatorju jissodisfa l-kundizzjonijiet iddefiniti fl-istandard EN 45011, skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006.

4.8    Tikkettjar L-għasel imqiegħed fis-suq bl-indikazzjoni ġeografika protetta “Miel de Galicia” jrid ikollu fuqu, wara ċ-ċertifikazzjoni, it-tikketta korrispondenti għat-trejdmark ta’ kull kumpanija ta’ ppakkjar, li tintuża biss għall-għasel protett, kif ukoll tikketta fuq wara b'kodiċi alfanumeriku f'sekwenza, approvata u maħruġa mill-korp regolatorju u li turi l-logo uffiċjali ta’ l-indikazzjoni ġeografika. Il-kliem marbut mad-denominazzjoni ġeografika protetta “Miel de Galicia” jew “Mel de Galicia” jrid bilfors jidher fuq it-tikketta ta’ quddiem u t-tikketta ta’ wara.


24.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 192/19


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 869/2007

tat-23 ta’ Lulju 2007

dwar ir-rilaxx tal-garanziji marbuta mad-drittijiet ta’ l-importazzjoni fi ħdan ċerti kwoti tariffarji għall-importazzjoni fis-settur taċ-ċanga minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija ma’ l-Unjoni Ewropea

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar l-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija,

Wara li kkunsidrat l-Att ta’ Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija, u partikolarment l-Artikolu 41 tiegħu,

Billi:

(1)

Sal-31 ta’ Diċembru 2006, l-importazzjonijiet fil-Komunità ta’ ċerti annimali bovini ħajjin fi ħdan il-kwoti tariffarji għall-importazzjoni fetħu mal-Bulgarija jew mar-Rumanija fuq bażi multiannwali mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1217/2005 tat-28 ta’ Lulju 2005 li jistipula regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tal-kwota tariffarja għal ċerti annimali bovini ħajjin li joriġinaw mill-Bulgarija, prevista fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/286/KE (1) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1241/2005 tad-29 ta’ Lulju 2005 li jistipula regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tal-kwota tariffarja għal ċerti annimali bovini ħajjin li joriġinaw mir-Rumanija, previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/18/KE (2), ġew soġġetti għall-allokazzjoni ta’ drittijiet ta’ importazzjoni mmexxija permezz tal-liċenzji ta’ importazzjoni. Mill-1 ta’ Jannar 2007, dawk il-liċenzji ta’ importazzjoni ma setgħux ikomplu jintużaw għal tali kummerċ.

(2)

Ċerti drittijiet ta’ importazzjoni li ngħataw f'Lulju 2006 u li normalment huma validi sat-30 ta’ Ġunju 2007, ma ntużawx jew intużaw biss parzjalment. In-nuqqas li jitwettqu l-obbligi li saru marbuta ma’ dawk id-drittijiet ta’ importazzjoni għandu jirriżulta fil-konfiska tal-garanzija ppreżentata. Ladarba tali obbligi ma jistgħux jitwettqu wara l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, jeħtieġ li jiġi adottat, b'effett mid-data ta’ adeżjoni ta’ dawk iż-żewġ pajjiżi, miżura li tipprovdi għar-rilaxx tal-garanziji marbuta mad-drittijiet ta’ importazzjoni fi ħdan dawk il-kwoti tariffarji għall-importazzjoni.

(3)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni taċ-Ċanga u l-Vitella,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Fuq it-talba tal-partijiet interessati, il-garanziji marbuta mad-drittijiet ta’ importazzjoni ppreżentati fl-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 1217/2005 u ta’ l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 1241/2005 għandhom jiġu rilaxxati, fil-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-applikant applika għal u kiseb id-drittijiet ta’ l-importazzjoni fl-ambitu tal-kwota:

(i)

imsemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1217/2005, jew

(ii)

imsemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1241/2005,

(b)

il-liċenzji jew iċ-ċertifikati ntużaw parzjalment biss jew ma ntużawx sa l-1 ta’ Jannar 2007.

2.   Il-garanziji msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu rilaxxati proporzjonalment lid-drittijiet ta’ l-importazzjoni li ma ntużawx sa l-1 ta’ Jannar 2007.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fit-totalità kollha tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 23 ta’ Lulju 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 199, 29.7.2005, p. 33. Ir-Regolament imħassar mir-Regolament (KE) Nru 1965/2006 (ĠU L 408, 30.12.2006, p. 26).

(2)  ĠU L 200, 30.7.2005, p. 38. Ir-Regolament imħassar mir-Regolament (KE) Nru 1965/2006.


24.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 192/20


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 870/2007

ta’ l-20 ta’ Lulju 2007

li jistabbilixxi projbizzjoni fuq is-sajd għall-merluzz fis-subdiviżjonijiet 25–32 (ilmijiet tal-KE) minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Ġermanja

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2371/2002 ta' l-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni tas-Sajd (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta' kontroll li tapplika għall-Politika Komuni tas-Sajd [politika tas-sajd komuni] (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1941/2007 tal-11 ta' Diċembru 2006 li jiffissa għall-2007 l-opportunitajiet ta' sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku (3) (traduzzjoni mhux uffiċjali), jistabbilixxi l-kwoti għall-2007.

(2)

Skond l-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni, il-qabdiet ta' l-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament mill-bastimenti li jtajru l-bandiera ta' l-Istat Membru msemmi hemmhekk, jew li huma rreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għall-2007.

(3)

Jeħtieġ għalhekk li s-sajd għal dak l-istokk kif ukoll iż-żamma tiegħu fuq il-bastimenti, it-trasbord u l-ħatt tiegħu l-art, jiġu pprojbiti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata għall-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2007 titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ l-Istat Membru msemmi hemmhekk jew li huma rreġistrati fih għandu jiġi pprojbit mid-data stipulata f’dak l-Anness. Għandu jkun ipprojbit li t-tali stokk maqbud minn dawk il-bastimenti wara dik id-data jinżamm fuq il-bastimenti, jiġi ttrasbordat jew jinħatt l-art.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Lulju 2007.

Għall-Kummissjoni

Fokion FOTIADIS

Direttur Ġenerali għas-Sajd u l-Affarijiet Marittimi


(1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.

(2)  OJ L 261, 20.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1967/2006 (ĠU L 409, tat-30.12.2006, kif ikkoreġut permezz tal-ĠU L 36, tat-8.2.2007, p. 6).

(3)  ĠU L 367, 22.12.2006, p. 1


ANNESS

Nru

20

Stat membru

Il-Ġermanja

Stokk

COD/3DX32.

Speċi

Merluzz (Gadus morhua)

Żona

Baħar Baltiku – Subdiviżjonijiet 25-32 (ilmijiet tal-KE)

Data

4.7.2007


24.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 192/22


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 871/2007

tat-23 ta’ Lulju 2007

li jistabbilixxi sa fejn jistgħu jintlaqgħu l-applikazzjonijiet għal liċenzji ta' l-importazzjoni introdotti f'Lulju 2007 għal ċerti prodotti tal-ħalib fil-qafas ta' ċerti kwoti tariffarji miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 2535/2001

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/1999 tal-31 ta' Awissu 2006 li jistabbilixxi r-regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji ta' importazzjoni għall-prodotti agrikoli ġestita b'sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni, (2) u b'mod partikulari l-artikolu 7(2) tiegħu.

Billi:

L-applikazzjonijiet li saru mill-1 sa l-10 ta' Lulju 2007 għal ċerti kwoti msemmija fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001 ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001 ta' l-14 ta' Diċembru 2001 li jipprovdi regoli dettaljati biex ikun applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 rigward l-arranġamenti ta' l-importazzjoni tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib u biex jinfetħu kwoti tat-tariffa (3), huma għal kwantitajiet akbar minn dawk disponibbli. Għalhekk huwa xieraq li jiġu stabbiliti l-koeffiċjenti ta' allokazzjoni għall-kwantitajiet mitluba,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-kwantitajiet li għalihom intalbu l-liċenzji ta' l-importazzjoni għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kwota msemmija fil-partijiet I.A, I.C, I.D, I.E, I.F, I.H u I.I ta' l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001, introdotti bejn l-1 u l-10 ta' Lulju 2007 huma modifikati skond il-koeffiċjent ta' allokazzjoni mniżżel fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-24 ta’ Lulju 2007.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-23 ta’ Lulju 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 48. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2).

(2)  ĠU L 238 ta' l-1.9.2006, p. 13. Regolament emendat bir-regolament (KE) Nru 289/2007 (ĠU L 78, 17.3.2007, p. 17).

(3)  ĠU L 341, 22.12.2001, p. 29. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1984/2006 (ĠU L 387, 29.12.2006, p. 1).


ANNESS I.A

Numru tal-kwota

Koeffiċjent ta' allokazzjoni

09.4590

09.4599

99,101802  %

09.4591

100  %

09.4592

09.4593

09.4594

100  %

09.4595

2,820349  %

09.4596

100  %


ANNESS I.C

Prodotti li joriġinaw mill-pajjiżi AKP

Numru tal-kwota

Koeffiċjent ta' allokazzjoni

09.4026

09.4027


ANNESS I.D

Prodotti li joriġinaw mit-Turkija

Numru tal-kwota

Koeffiċjent ta' allokazzjoni

09.4101


ANNESS I.E

Prodotti li joriġinaw mill-Afrika t'Isfel

Numru tal-kwota

Koeffiċjent ta' allokazzjoni

09.4151


ANNESS I.F

Prodotti li joriġinaw mill-Iżvizzera

Numru tal-kwota

Koeffiċjent ta' allokazzjoni

09.4155


ANNESS I.H

Prodotti li joriġinaw mill-Ġordan

Numru tal-kwota

Koeffiċjent ta' allokazzjoni

09.4179

100  %


ANNESS I.I

Prodotti li joriġinaw mill-Iżlanda

Numru tal-kwota

Koeffiċjent ta' allokazzjoni

09.4205

33,333333  %

09.4206

100  %


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kunsill

24.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 192/25


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

ta’ l-10 ta’ Lulju 2007

li taħtar membru Spanjol fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

(2007/518/KE, Euratom)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 259 tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 167 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/524/KE, Euratom li taħtar il-membri Ċeki, Ġermaniżi, Estonjani, Spanjoli, Franċiżi, Taljani, Latvjani, Litwani, Lussemburgiżi, Ungeriżi, Maltin, Awstrijaċi, Sloveni u Slovakki fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali (1),

Wara li kkunsidra n-nomina mressqa mill-Gvern Spanjol,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni,

Billi post ta’ membru Spanjol fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew sar vakanti wara r-riżenja tas-Sur Pedro BARATO TRIGUERO,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Is-Sur Pedro Raúl NARRO SÁNCHEZ huwa maħtur membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew minflok is-Sur Pedro BARATO TRIGUERO għall-perijodu li jifdal tal-mandat tiegħu, jiġifieri sa l-20 ta’ Settembru 2010.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett mill-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, 10 ta’ Lulju 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

F. TEIXEIRA DOS SANTOS


(1)  ĠU L 207, 28.7.2006, p. 30.


24.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 192/26


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-16 ta’ Lulju 2007

li temenda l-Parti 2 tan-netwerk ta’ konsultazzjoni ta’ Schengen (speċifikazzjonijiet tekniċi)

(2007/519/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 789/2001 ta’ l-24 ta’ April 2001 li jirriserva lill-Kunsill il-poteri ta’ implimentazzjoni rigward ċerti dispożizzjonijiet dettaljati u proċeduri prattiċi sabiex jiġu eżaminati l-applikazzjonijiet għall-viżi (1),

Wara li kkunsidra l-inizjattiva tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja,

Billi:

(1)

L-arranġamenti preżenti għall-proċedura ta’ konsultazzjoni ma jipprovdux ambitu biex tingħata attenzjoni dovuta għall-pożizzjoni legali speċjali ta’ membri tal-familji taċ-ċittadini ta’ l-UE.

(2)

Skond l-Artikolu 30 tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) dwar id-drittijiet taċ-ċittadini ta’ l-Unjoni u l-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju ta’ l-Istati Membri, l-Istati Membri huma in prinċipju meħtieġa li jagħtu raġunijiet meta jirrifjutaw applikazzjonijiet għal viża minn nies jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dik id-Direttiva.

(3)

Jekk ser tingħata attenzjoni dovuta għal dik il-pożizzjoni privileġġata, fejn jingħataw raġunijiet adegwati fil-każ ta’ rifjut, l-awtoritajiet konsultati jeħtieġu wkoll li jkunu konxji mill-pożizzjoni privileġġata.

(4)

Huwa f’idejn l-awtorità ta’ konsulenza biex tistabbilixxi l-eżistenza ta’ tali pożizzjoni privileġġata u tavżaha dwarha lill-awtorità kkonsultata. Għal dan il-fini, għandu jiddaħħal qasam ġdid fakultattiv ta’ data fil-formoli għal talba (formola A, formola Ċ u formola F).

(5)

Skond l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka mhix tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, u mhix marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha. Minħabba li din id-Deċiżjoni tibni fuq l-acquis ta’ Schengen taħt id-dispożizzjonijiet tat-Titolu IV tat-Tielet Parti tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka għandha, skond l-Artikolu 5 tal-Protokoll imsemmi, tiddeċiedi fi żmien sitt xhur wara li l-Kunsill ikun adotta din id-Deċiżjoni, jekk hijiex ser timplimentaha fil-liġi nazzjonali tagħha.

(6)

Fir-rigward ta’ l-Iżlanda u n-Norveġja, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet ta’ l-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ l-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawk iż-żewġ Stati ma’ l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l-acquis ta’ Schengen (3), li jaqgħu fi ħdan il-qasam imsemmi fl-Artikolu 1(A), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (4) 1999/437/KE dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni ta’ dak il-Ftehim.

(7)

Fir-rigward ta’ l-Iżvizzera, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-disposizzjonijiet ta’ l-acquis ta’ Schengen, fis-sens tal-Ftehim iffirmat bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera ma’ l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l-acquis ta’ Schengen, li jaqgħu taħt il-qasam imsemmi fl-Artikolu 1(A) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE flimkien ma’ l-Artikolu 4(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/849/KE (5) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/0860/KE (6) dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea u f’isem il-Komunità Ewropea rispettivament u dwar l-applikazzjoni proviżorja ta’ ċerti dispożizzjonijiet ta’ dak il-Ftehim.

(8)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet ta’ l-acquis ta’ Schengen li fih ir-Renju Unit ma jiħux sehem, skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta’ Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta’ l-Irlanda ta’ Fuq biex jieħdu sehem f’xi wħud mid-dispożizzjonijiet ta’ l-acquis ta’ Schengen (7). Għalhekk ir-Renju Unit mhux qed jieħu sehem fl-adozzjoni tagħha u mhux marbut biha jew soġġett għall-applikazzjoni tagħha.

(9)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet ta’ l-acquis ta’ Schengen li fih l-Irlanda ma tiħux sehem, skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 dwar it-talba ta’ l-Irlanda biex tieħu sehem f’xi wħud mid-dispożizzjonijiet ta’ l-acquis ta’ Schengen (8). Għalhekk l-Irlanda mhix qed tieħu sehem fl-adozzjoni tagħha u mhix marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

(10)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi att li jibni fuq l-acquis ta’ Schengen jew li huwa relatat miegħu b’xi mod ieħor, fis-sens ta’ l-Artikolu 3(2) ta’ l-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-2003,

(11)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi att li jibni fuq l-acquis ta’ Schengen jew li huwa relatat miegħu b’xi mod ieħor, fis-sens ta’ l-Artikolu 4(2) ta’ l-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-2005,

ADOTTA DIN ID-DECIZJONI:

Artikolu 1

Il-Parti 2 tan-netwerk ta’ konsultazzjoni ta’ Schengen (speċifikazzjonijiet tekniċi) hija hawnhekk emendata kif ġej:

(1)

Fit-tabelli rispettivament fit-taqsimiet 2.1.4, 2.1.6 u 2.1.7 wara n-Nru 32 għandu jiżdied in-numru li ġej:

No

Heading

M/O (*)

Format

Examples/Comments

“033

Privileged member of a Union citizen’s family

O (*3)

code (1)

1 (see 2.2.6)

(2)

Fl-ispjegazzjonijiet li jsegwu t-tabella fis-sezzjoni 2.1.4, dan li ġej għandu jiżdied:

“Heading No 033: Privileged member of a Union citizen’s family format: code (1)

It can be indicated here whether the visa applicant is a privileged member of a Union citizen’s family, under Directive 2004/38/EC (to be ascertained by the consulting authority).

For the code to be used, see section 2.2.6.”.

(3)

Wara t-taqsima 2.2.5 għandha tiddaħħal it-taqsima li ġejja:

“2.2.6.

Privileged member of a Union citizen’s family (Heading 33)

0.

not a privileged member of a Union citizen’s family

1.

privileged member of a Union citizen’s family.

See footnote to field 033 (technical specifications 2.1.4)”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2008.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri, bi qbil mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 16 ta’ Lulju 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

J. SILVA


(1)  ĠU L 116, 26.4.2001, p. 2. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bid-Deċiżjoni 2004/927/KE (ĠU L 396, 31.12.2004, p. 45).

(2)  ĠU L 158, 30.4.2004, p. 77. Verżjoni kkoreġuta fil-ĠU L 229, 29.6.2004, p. 35.

(3)  ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.

(4)  ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31.

(5)  ĠU L 368, 15.12.2004, p. 26.

(6)  ĠU L 370, 17.12.2004, p. 78.

(7)  ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43.

(8)  ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20.

(*)  M: Mandatory heading; O: Optional heading.

(*3):

Each Member State specifies a central clearing point which is permanently accessible by e-mail. The central clearing point communicates the reasons for the refusal by secure means of communication – depending on the content – to the central clearing point of the requesting Member State where the visa application is pending.”;


III Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TA' L-UE

24.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 192/28


AZZJONI KONĠUNTA TAL-KUNSILL 2007/520/PESK

tat-23 ta’ Lulju 2007

li temenda u testendi l-Azzjoni Konġunta 2006/304/PESK dwar it-twaqqif ta’ Grupp ta’ Ppjanar ta’ l-UE (EUPT Kosovo) fir-rigward ta’ operazzjoni eventwalment possibbli ta’ l-UE ta’ l-immaniġġar ta’ kriżi fil-qasam ta’ l-istat ta’ dritt u f’oqsma oħra possibbli fil-Kosovo

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-10 ta’ April 2006 l-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2006/304/PESK (1) li tiskadi fl-1 ta’ Settembru 2007.

(2)

Fid-29 ta’ Ġunju 2007, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà rrakkomanda li l-Grupp għall-Ippjanar (EUPT Kosovo) għandu jiġi estiż għal perijodu ulterjuri sat-30 ta’ Novembru 2007.

(3)

Il-EUPT Kosovo għandu jkun jista’ kif ikun meħtieġ jirrekluta u jħarreġ persunal li jkun jifforma nukleju għall-operazzjoni futura possibli ta’ l-immaniġġar ta’ kriżi tal-Politika ta’ Sigurtà u Difiża Ewropea (ESDP) qabel l-adozzjoni mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU (UNSC) ta’ Riżoluzzjoni ġdida li tissostitwixxi l-UNSCR 1244.

(4)

L-Azzjoni Konġunta 2006/304/PESK għandha tiġi emendata u estiża kif meħtieġ,

ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:

Artikolu 1

L-Azzjoni Konġunta 2006/304/PESK hi emendata kif ġej.

(1)

Fl-Artikolu 2(5), it-tieni subparagrafu għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Ir-reklutaġġ u t-taħriġ ta’ persunal, kif meħtieġ qabel l-adozzjoni mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU (UNSC) ta’ Riżoluzzjoni ġdida li tissostitwixxi l-UNSCR 1244, li jkunu jikkostitwixxu n-nukleju għall-operazzjoni futura possibli ta’ l-immaniġġar ta’ kriżi ta’ l-ESDP, bil-għan li jintbagħtu fuq il-post malajr.”;

(2)

L-Artikolu 14 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 14

Reviżjoni

Sat-30 ta’ Settembru 2007 l-Kunsill għandu jevalwa jekk l-EUPT Kosovo għandhiex tkompli wara t-30 ta’ Novembru 2007, b’kont meħud tal-ħtieġa ta’ tranżizzjoni bla xkiel għal operazzjoni possibbli ta’ l-UE għall-immaniġġar ta’ kriżi fil-Kosovo.”;

(3)

L-Artikolu 15(2) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“2.   Għandu jiskadi fit-30 ta’ Novembru 2007.”.

Artikolu 2

L-ammont finanzjarju ta’ referenza msemmi fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 9(1) ta’ l-Azzjoni Konġunta 2006/304/PESK kif miżjud fl-Artikolu 2 ta’ l-Azzjoni Konġunta 2007/334/PESK għandu jkopri n-nefqa relatata għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2007 sat-30 ta’ Novembru 2007.

Artikolu 3

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fid-data ta’ l-adozzjoni tagħha.

Artikolu 4

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 23 ta’ Lulju 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

L. AMADO


(1)  ĠU L 112, 26.4.2006, p.19. Azzjoni Konġunta kif emendata bl-Azzjoni Konġunta 2006/918/PESK (ĠU L 125, 15.5.2007, p. 29).


24.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 192/30


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2007/521/PESK

tat-23 ta’ Lulju 2007

li timplimenta l-Pożizzjoni Komuni 2004/293/PESK li ġġedded il-miżuri b'appoġġ għall-implimentazzjoni effettiva tal-mandat tat-Tribunal Kriminali Internazzjonali ta' dik li qabel kienet il-Jugoslavja (ICTY)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Waqt li jikkunsidra l-Pożizzjoni Komuni 2004/293/PESK tal-Kunsill (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 2 tagħha, flimkien ma' l-Artikolu 23(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Bil-Pożizzjoni Komuni 2004/293/PESK il-Kunsill adotta miżuri għall-prevenzjoni tad-dħul fi, jew it-transitu mit-territorji ta' Stati Membri ta' individwi li huma impenjati f'attivitajiet li jgħinu persuni in ġenerali biex ikomplu jevadu l-ġustizzja għal reati kriminali li huma ġew akkużati li wettqu mit-Tribunal Kriminali Internazzjonali ta' dik li qabel kienet il-Jugoslavja (ICTY) jew li qed jaġixxu b'xi mod ieħor li jista' jtellef lill-ICTY milli timplimenta l-mandat tagħha b'mod effettiv.

(2)

Wara t-trasferiment ta' Vlastimir DJORDJEVIC għall-kustodja ta' l-ICTY, ċerti individwi msemmija fl-Artikolu 1 tal-Pożizzjoni Komuni u konnessi mas-Sur Djordjevic għandhom jitneħħew mil-lista.

(3)

Barra minn hekk, isem addizzjonali ieħor għandu jiġi inkluż fil-lista bi qbil ma' l-Artikolu 1 tal-Pożizzjoni Komuni u aktar informazzjoni identifikatorja għandha tiżdied.

(4)

Il-lista li tinsab fl-Anness għall-Pożizzjoni Komuni 2004/293/PESK għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-lista ta' persuni mniżżla fl-Anness għall-Pożizzjoni Komuni 2004/293/PESK għandha tiġi sostitwita bil-lista mniżżla fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett fid-data ta' l-adozzjoni tagħha.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 23 ta’ Lulju 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

L. AMADO


(1)  ĠU L 94, 31.3.2004, p. 65. Pożizzjoni Komuni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/423/PESK (ĠU L 157, 19.6.2007, p. 23).


ANNESS

1.

BILBIJA, Milorad

Iben Svetko BILBIJA

Data tat-Twelid/Post tat-Twelid: 13.08.1956, Sanski Most, Bosnja u Ħerzegovina

Nru tal-Passaport: 3715730

Nru tal-Karta ta’ l-Identità: 03GCD9986

Nru Personali ta’ l-Identità: 1308956163305

Psewdonimi:

Indirizz: Brace Pantica 7, Banja Luka, Bosnja u Ħerzegovina

2.

BJELICA, Milovan

Data tat-Twelid/Post tat-Twelid: 19.10.1958, Rogatica, Bosnja u Ħerzegovina

Nru tal-Passaport: 0000148 maħruġ 26.7.1998 fi Srpsko Sarajevo (annullat)

Nru tal-Karta ta’ l-Identità: 03ETA0150

Nru Personali ta’ l-Identità: 1910958130007

Psewdonimi: Cicko

Indirizz: CENTREK Kumpanija f' Pale, Bosnja u Ħerzegovina

3.

ECIM (EĆIM), Ljuban

Data tat-Twelid/Post tat-Twelid: 6.1.1964, Sviljanac, Bosnja u Ħerzegovina

Nru tal-Passaport: 0144290 maħruġ fil-21.11.1998 f'Banja Luka (annullat)

Nru tal-Karta ta’ l-Identità: 03GCE3530

Nru Personali ta’ l-Identità: 0601964100083

Psewdonimi:

Indirizz: Ulica Stevana Mokranjca 26, Banja Luka, Bosnja u Ħerzegovina

4.

HADZIC (HADŽIĆ), Goranka

Bint: Branko u Milena HADZIC (HADŽIĆ)

Data tat-Twelid/Post tat-Twelid: 18 ta’ Ġunju 1962 fil-Muniċipalità ta’ Vinkovci, Kroazja.

Nru tal-Passaport:

Nru tal-Karta ta’ l-Identità: 1806962308218 (JMBG), Nru tal-karta ta’ l-identità 569934/03

Psewdonimi:

Indirizz: Triq Aranj Janosa, Nru 9, Novi Sad, Serbja.

Relazzjoni mal-PIFWC: Oħt Goran HADZIC (HADŽIĆ)

5.

HADZIC (HADŽIĆ), Ivana

Bint: Goran u Zivka HADZIC (HADŽIĆ)

Data tat-Twelid/Post tat-Twelid: twieldet fil-25 ta’ Frar 1983 f'Vukovar, Kroazja.

Nru tal-Passaport:

Nru tal-Karta ta’ l-Identità:

Psewdonimi:

Indirizz: Triq Aranj Janosa, Nru 9, Novi Sad, Serbja.

Relazzjoni mal-PIFWC: Bint Goran HADZIC (HADŽIĆ)

6.

HADZIC (HADŽIĆ), Srecko (Srećko)

Iben: Goran u Zivka HADZIC (HADŽIĆ)

Data tat-Twelid/Post tat-Twelid: 8 ta’ Ottubru 1987 f'Vukovar, Kroazja.

Nru tal-Passaport:

Nru tal-Karta ta’ l-Identità:

Psewdonimi:

Indirizz: Triq Aranj Janosa, Nru 9, Novi Sad, Serbja.

Relazzjoni mal-PIFWC: Iben Goran HADZIC (HADŽIĆ)

7.

HADZIC (HADŽIĆ), Zivka (Živka)

Bint: Branislav NUDIC (NUDIĆ)

Data tat-Twelid/Post tat-Twelid: 9 ta’ Ġunju, 1957 f'Vinkovci, Kroazja.

Nru tal-Passaport:

Nru tal-Karta ta’ l-Identità:

Psewdonimi:

Indirizz: Triq Aranj Janosa, Nru 9, Novi Sad, Serbja.

Relazzjoni mal-PIFWC: Mart Goran HADZIC (HADŽIĆ)

8.

JOVICIC (JOVIČIĆ), Predrag

Iben Desmir JOVICIC (JOVIČIĆ)

Data tat-Twelid/Post tat-Twelid: 1.3.1963, Pale, Bosnja u Ħerzegovina

Nru tal-Passaport: 4363551

Nru tal-Karta ta’ l-Identità: 03DYA0852

Nru Personali ta’ l-Identità: 0103963173133

Psewdonimi:

Indirizz: Milana Simovica 23, Pale, Bosnja u Ħerzegovina

9.

KARADZIC (KARADŽIĆ), Aleksandar

Data tat-Twelid/Post tat-Twelid: 14.5.1973, Sarajevo Centar, Bosnja u Ħerzegovina

Nru tal-Passaport: 0036395 (skada 12.10.1998)

Nru tal-Karta ta’ l-Identità:

Nru Personali ta’ l-Identità:

Psewdonimi: Sasa

Indirizz:

10.

KARADZIC (KARADŽIĆ), Ljiljana (kunjom ta’ xebba: ZELEN)

Bint Vojo u Anka

Data tat-Twelid/Post tat-Twelid: 27.11.1945, Sarajevo Centar, Bosnja u Ħerzegovina

Nru tal-Passaport:

Nru tal-Karta ta’ l-Identità:

Nru Personali ta’ l-Identità:

Psewdonimi:

Indirizz:

11.

KARADZIC (KARADŽIĆ), Luka

Iben: Vuko u Jovanka KARADZIC (KARADŽIĆ)

Data tat-Twelid/Post tat-Twelid: 31 ta’ Lulju 1951 fil-Muniċipalità ta’ Savnik, Montenegro.

Nru tal-Passaport:

Nru tal-Karta ta’ l-Identità:

Psewdonimi:

Indirizz: Triq Dubrovacka, Nru 14, Belgrad, Serbja, u Triq Janka Vukotica, Nru 24,Rastoci, Muniċipalità ta’ Niksic, Montenegro

Relazzjoni mal-PIFWC: Ħu Radovan KARADZIC (KARADŽIĆ)

12.

KARADZIC-JOVICEVIC (KARADŽIĆ-JOVIČEVIĆ), Sonja

Bint: Radovan KARADZIC (KARADŽIĆ) u Ljiljana ZELEN-KARADZIC(ZELEN-KARADŽIĆ)

Data tat-Twelid/Post tat-Twelid: 22 ta’ Mejju 1967 f'Sarajevo, Bosnja u Ħerzegovina.

Nru tal-Passaport:

Nru tal-Karta ta’ l-Identità: 2205967175003 (JMBG); Numru tal-karta ta’ l-identità 04DYB0041

Psewdonimi: Seki

Indirizz: Dobroslava Jevdjevica Nru 9, Pale, Bosnja u Ħerzegovina.

Relazzjoni mal-PIFWC: Bint Radovan KARADZIC (KARADŽIĆ)

13.

KESEROVIC (KESEROVIĆ), Dragomir

Iben Slavko

Data tat-Twelid/Post tat-Twelid: 8.6.1957, Piskavica/Banja Luka, Bosnja u Ħerzegovina

Nru tal-Passaport: 4191306

Nru tal-Karta ta’ l-Identità: 04GCH5156

Nru Personali ta’ l-Identità: 0806957100028

Psewdonimi:

Indirizz:

14.

KIJAC, Dragan

Data tat-Twelid/Post tat-Twelid: 6.10.1955, Sarajevo, Bosnja u Ħerzegovina

Nru tal-Passaport:

Nru tal-Karta ta’ l-Identità:

Nru Personali ta’ l-Identità:

Psewdonimi:

Indirizz:

15.

KOJIC (KOJIĆ), Radomir

Iben Milanko u Zlatana

Data tat-Twelid/Post tat-Twelid: 23.11.1950, Bijela Voda, Sokolac, Bosnja u Ħerzegovina

Nru tal-Passaport: 4742002 maħruġ fl-2002 f'Sarajevo (jiskadi fl-2007)

Nru tal-Karta ta’ l-Identità: 03DYA1935. Maħruġa fis-7.7.2003 f'Sarajevo.

Nru Personali ta’ l-Identità: 2311950173133

Psewdonimi: Mineur jew Ratko

Indirizz: 115 Trifka Grabeza, Pale, jew Hotel KRISTAL, Jahorina, Bosnja u Ħerzegovina

16.

KOVAC (KOVAČ), Tomislav

Iben Vaso

Data tat-Twelid/Post tat-Twelid: 4.12.1959, Sarajevo, Bosnja u Ħerzegovina

Nru tal-Passaport:

Nru tal-Karta ta’ l-Identità:

Nru Personali ta’ l-Identità: 0412959171315

Psewdonimi: Tomo

Indirizz: Bijela, Montenegro; u Pale, Bosnja u Ħerzegovina

17.

KUJUNDZIC (KUJUNDŽIĆ), Predrag

Iben Vasilija

Data tat-Twelid/Post tat-Twelid: 30.1.1961, Suho Pole, Doboj, Bosnja u Ħerzegovina

Nru tal-Passaport:

Nru tal-Karta ta’ l-Identità: 03GFB1318

Nru Personali ta’ l-Identità: 3001961120044

Psewdonimi: Predo

Indirizz: Doboj, Bosnja u Ħerzegovina

18.

LUKOVIC (LUKOVIĆ), Milorad Ulemek

Data tat-Twelid/Post tat-Twelid: 15.5.1968, Belgrad, Serbja

Nru tal-Passaport:

Nru tal-Karta ta’ l-Identità:

Nru Personali ta’ l-Identità:

Psewdonimi: Legija (Karta ta’ l-Identità ffalsifikata bħala IVANIC, Zeljko (IVANIĆ, Željko))

Indirizz: inkarċerat (il-Ħabs Distrettwali ta’ Belgrad, Bacvanska 14, Belgrad)

19.

MALIS (MALIŠ), Milomir

Iben Dejan MALIS (MALIŠ)

Data tat-Twelid/Post tat-Twelid: 3.8.1966, Bjelice

Nru tal-Passaport:

Nru tal-Karta ta’ l-Identità:

Nru Personali ta’ l-Identità: 0308966131572

Psewdonimi:

Indirizz: Vojvode Putnika, Foca, Bosnja u Ħerzegovina

20.

MANDIC (MANDIĆ), Momcilo (Momčilo)

Data tat-Twelid/Post tat-Twelid: 1.5.1954, Kalinovik, Bosnja u Ħerzegovina

Nru tal-Passaport: 0121391 maħruġ fit-12.5.1999 fi Srpsko Sarajevo, Bosnja u Ħerzegovina (annullat)

Nru tal-Karta ta’ l-Identità:

Nru Personali ta’ l-Identità: 0105954171511

Psewdonimi: Momo

Indirizz: inkarċerat

21.

MARIC (MARIĆ), Milorad

Iben Vinko Maric (Marić)

Data tat-Twelid/Post tat-Twelid: 9.9.1957, Visoko, Bosnja u Ħerzegovina

Nru tal-Passaport: 4587936

Nru tal-Karta ta’ l-Identità: 04GKB5268

Nru Personali ta’ l-Identità: 0909957171778

Psewdonimi:

Indirizz: Vuka Karadzica 148, Zvornik, Bosnja u Ħerzegovina

22.

MICEVIC (MIĆEVIĆ), Jelenko

Iben Luka u Desanka, kunjom ta’ xebba: SIMIC (SIMIĆ)

Data tat-Twelid/Post tat-Twelid: 8.8.1947, Borci ħdejn Konjic, Bosnja u Ħerzegovina

Nru tal-Passaport: 4166874

Nru tal-Karta ta’ l-Identità: 03BIA3452

Nru Personali ta’ l-Identità: 0808947710266

Psewdonimi: Filaret

Indirizz: Monasteru ta’ Milesevo, Serbja

23.

MLADIC (MLADIĆ), Biljana (kunjom ta’ xebba STOJCEVSKA (STOJČEVSKA))

Bint: Strahilo STOJCEVSKI (STOJČEVSKI) u Svetlinka STOJCEVSKA (STOJČEVSKA)

Data tat-Twelid/Post tat-Twelid: 30 ta’ Mejju 1972 fi Skopje, Dik li qabel kienet Ir-Repubblika Jugoslava Tal-Maċedonja

Nru tal-Passaport:

Nru tal-Karta ta’ l-Identità: 3005972455086 (JMBG)

Psewdonimi:

Indirizz: irreġistrata f'Blagoja Parovica 117a, Belgrad, iżda toqgħod f'Vidikovacki venac 83, Belgrad, Serbja

Relazzjoni mal-PIFWC: Ħtint Ratko MLADIC (MLADIĆ).

24.

MLADIC (MLADIĆ), Bosiljka; kunjom ta’ xebba JEGDIC (JEGDIĆ);

Bint Petar JEGDIC

Data tat-twelid/Post tat-twelid: 20 ta’ Lulju 1947; Okrugljaca, Muniċipalità ta’ Virovitica, Kroazja

Nru tal-Karta ta’ l-Identità: 2007947455100 (JMBG)

Karta ta’ l-Identità Personali: T77619 maħruġa fil-31 ta’ Mejju 1992 mis-SUP Belgrad

Indirizz: Blagoja Parovica 117a, Belgrad, Serbja

Relazzjoni mal-PIFWC: Mart Ratko MLADIC (MLADIĆ);

25.

MLADIC (MLADIĆ), Darko

Iben: Ratko u Bosiljka MLADIC (MLADIĆ)

Data tat-Twelid/Post tat-Twelid: 19 ta’ Awissu 1969 / Skopje, Dik li qabel kienet Ir-Repubblika Jugoslava Tal-Maċedonja

Nru tal-Passaport: Passaport tas-SCG # 003220335, maħruġ fis-26 ta’ Frar 2002

Nru tal-Karta ta’ l-Identità: 1908969450106 (JMBG); Karta ta’ l-identità personali B112059, maħruġa fit-8 ta’ April 1994 mis-SUP Belgrad

Psewdonimi:

Indirizz: Vidikovacki venac 83, Belgrad, Serbja

Relazzjoni mal-PIFWC: Iben Ratko MLADIC (MLADIĆ)

26.

NINKOVIC (NINKOVIĆ), Milan

Iben Simo

Data tat-Twelid/Post tat-Twelid: 15.06.1943, Doboj, Bosnja u Ħerzegovina

Nru tal-Passaport: 3944452

Nru tal-Karta ta’ l-Identità: 04GFE3783

Nru Personali ta’ l-Identità: 1506943120018

Psewdonimi:

Indirizz:

27.

OSTOJIC (OSTOJIĆ), Velibor

Iben Jozo

Data tat-Twelid/Post tat-Twelid: 8.8.1945, Celebici, Foca, Bosnja u Ħerzegovina

Nru tal-Passaport:

Nru tal-Karta ta’ l-Identità:

Nru Personali ta’ l-Identità:

Psewdonimi:

Indirizz:

28.

OSTOJIC (OSTOJIĆ), Zoran

Iben Mico OSTOJIC (OSTOJIĆ)

Data tat-Twelid/Post tat-Twelid: 29.3.1961, Sarajevo, Bosnja u Ħerzegovina

Nru tal-Passaport:

Nru tal-Karta ta’ l-Identità: 04BSF6085

Nru Personali ta’ l-Identità: 2903961172656

Psewdonimi:

Indirizz: Malta 25, Sarajevo, Bosnja u Ħerzegovina

29.

PAVLOVIC (PAVLOVIĆ), Petko

Iben Milovan PAVLOVIC (PAVLOVIĆ)

Data tat-Twelid/Post tat-Twelid: 6.6.1957, Ratkovici, Bosnja u Ħerzegovina

Nru tal-Passaport: 4588517

Nru tal-Karta ta’ l-Identità: 03GKA9274

Nru Personali ta’ l-Identità: 0606957183137

Psewdonimi:

Indirizz: Vuka Karadjica 148, Zvornik, Bosnja u Ħerzegovina

30.

POPOVIC (POPOVIĆ), Cedomir (Čedomir)

Iben Radomir POPOVIC (POPOVIĆ)

Data tat-Twelid/Post tat-Twelid: 24.3.1950, Petrovici

Nru tal-Passaport:

Nru tal-Karta ta’ l-Identità: 04FAA3580

Nru Personali ta’ l-Identità: 2403950151018

Psewdonimi:

Indirizz: Crnogorska 36, Bileca, Bosnja u Ħerzegovina

31.

PUHALO, Branislav

Iben Djuro

Data tat-Twelid/Post tat-Twelid: 30.08.1963, Foca, Bosnja u Ħerzegovina

Nru tal-Passaport:

Nru tal-Karta ta’ l-Identità:

Nru Personali ta’ l-Identità: 3008963171929

Psewdonimi:

Indirizz:

32.

RADOVIC (RADOVIĆ), Nade

Iben Milorad RADOVIC (RADOVIĆ)

Data tat-Twelid/Post tat-Twelid: 26.1.1951, Foca, Bosnja u Ħerzegovina

Nru tal-Passaport: antik 0123256 (annullat)

Nru tal-Karta ta’ l-Identità: 03GJA2918

Nru Personali ta’ l-Identità: 2601951131548

Psewdonimi:

Indirizz: Stepe Stepanovica 12, Foca/Srbinje, Bosnja u Ħerzegovina

33.

RATIC (RATIĆ), Branko

Data tat-Twelid/Post tat-Twelid: 26.11.1957, Mihaljevci Slavonska Pozega, Bosnja u Ħerzegovina

Nru tal-Passaport: 0442022 maħruġ fis-17.9.1999 f'Banja Luka.

Nru tal-Karta ta’ l-Identità: 03GCA8959

Nru Personali ta’ l-Identità: 2611957173132

Psewdonimi:

Indirizz: Ulica Krfska 42, Banja Luka, Bosnja u Ħerzegovina

34.

ROGULJIC (ROGULJIĆ), Slavko

Data tat-Twelid/Post tat-Twelid: 15.5.1952, Srpska Crnja Hetin, Serbja

Nru tal-Passaport: Passaport validu 3747158 maħruġ fit-12.4.2002 f'Banja Luka. Data ta’ skadenza:12.4.2007. Passaport mhux validu 0020222 maħruġ fil-25.8.1988 f'Banja Luka. Data ta’ skadenza: 25.8.2003.

Nru tal-Karta ta’ l-Identità: 04EFA1053

Nru Personali ta’ l-Identità: 1505952103022

Psewdonimi:

Indirizz: 21 Vojvode Misica, Laktasi, Bosnja u Ħerzegovina

35.

SAROVIC (ŠAROVIĆ), Mirko

Data tat-Twelid/Post tat-Twelid: 16.9.1956, Rusanovici-Rogatica, Bosnja u Ħerzegovina

Nru tal-Passaport: 4363471 maħruġ f'Istocno Sarajevo, jiskadi fit-8 ta’ Ottubru 2008

Nru tal-Karta ta’ l-Identità: 04PEA4585

Nru Personali ta’ l-Identità: 1609956172657

Psewdonimi:

Indirizz: Bjelopoljska 42, 71216 Srpsko Sarajevo, Bosnja u Ħerzegovina

36.

SKOCAJIC (SKOČAJIĆ), Mrksa (Mrkša)

Iben Dejan SKOCAJIC (SKOČAJIĆ)

Data tat-Twelid/Post tat-Twelid: 5.8.1953, Blagaj, Bosnja u Ħerzegovina

Nru tal-Passaport: 3681597

Nru tal-Karta ta’ l-Identità: 04GDB9950

Nru Personali ta’ l-Identità: 0508953150038

Psewdonimi:

Indirizz: Brigata ta’ Trebinjskih, Trebinje, Bosnja u Ħerzegovina

37.

VRACAR (VRAČAR), Milenko

Data tat-Twelid/Post tat-Twelid: 15.5.1956, Nisavici, Prijedor, Bosnja u Ħerzegovina

Nru tal-Passaport: Passaport validu 3865548 maħruġ fid-29.8.2002 f'Banja Luka. Data ta’ skadenza: 29.8.2007. Passaporti mhux validi 0280280 maħruġ fl-4.12.1999 f'Banja Luka (data ta’ skadenza 4.12.2004) u 0062130 maħruġ fis-16.9.1998 f'Banja Luka, Bosnja u Ħerzegovina

Nru tal-Karta ta’ l-Identità: 03GCE6934

Nru Personali ta’ l-Identità: 1505956160012

Psewdonimi:

Indirizz: 14 Save Ljuboje, Banja Luka, Bosnja u Ħerzegovina

38.

ZOGOVIC (ZOGOVIĆ), Milan

Iben Jovan

Data tat-Twelid/Post tat-Twelid: 7.10.1939, Dobrusa

Nru tal-Passaport:

Nru tal-Karta ta’ l-Identità:

Nru Personali ta’ l-Identità:

Psewdonimi:

Indirizz:

39.

ZUPLJANIN (ŽUPLJANIN), Divna (kunjom ta’ xebba STOISAVLJEVIC (STOISAVLJEVIĆ))

Bint: Dobrisav u Zorka STOISAVLJEVIC (STOISAVLJEVIĆ)

Data tat-Twelid/Post tat-Twelid: 15 ta’ Novembru 1956 / Maslovare, il-Muniċipalità ta’ Kotor Varos, Bosnja u Ħerzegovina

Nru tal-Passaport: Passaport tal-Bosnja u Ħerzegovina 0256552 maħruġ fis-26 ta’ April 1999.

Nru tal-Karta ta’ l-Identità: Numru ta’ l-identità 04GCM2618 maħruġ fil-5 ta’ Novembru 2004 u n-numru tal-liċenzja tas-sewqan 05GCF8710 maħruġa fit-3 ta’ Jannar 2005.

Psewdonimi:

Indirizz: Stevana Markovica 3, Banja Luka, Bosnja u Ħerzegovina

Relazzjoni mal-PIFWC: Mart Stojan ZUPLJANIN (ŽUPLJANIN)

40.

ZUPLJANIN (ŽUPLJANIN), Mladen

Iben: Stojan u Divna ZUPLJANIN (ŽUPLJANIN)

Data tat-Twelid/Post tat-Twelid: 21 ta’ Lulju 1980 / Banja Luka, Bosnja u Ħerzegovina

Nru tal-Passaport: Passaport tal-Bosjna u Ħerzegovina 4009608 ddatat is-7 ta’ Frar 2003.

Nru tal-Karta ta’ l-Identità: Numru tal-Karta ta’ l-Identità 04GCG6605, numru tal-liċenzja tas-sewqan 04GCC6937 ddatata t-8 ta’ Marzu 2004.

Psewdonimi:

Indirizz: Stevana Markovica 3, Banja Luka, Bosnja u Ħerzegovina

Relazzjoni mal-PIFWC: Iben Stojan ZUPLJANIN (ŽUPLJANIN)

41.

ZUPLJANIN (ŽUPLJANIN), Pavle

Iben: Stojan u Divna ZUPLJANIN (ŽUPLJANIN)

Data tat-Twelid/Post tat-Twelid: 18 ta’ Lulju 1984 / Banja Luka, Bosnja u Ħerzegovina

Nru tal-Passaport: Passaport tal-Bosjna u Ħerzegovina 5049445 ddatat is-26 ta’ April 2006.

Nru tal-Karta ta’ l-Identità: 03GCB5148 ddatata l-10 ta’ Ġunju 2003, numru tal-liċenzja tas-sewqan 04GCF5074 ddata tat-30 ta’ Novembru 2004

Psewdonimi:

Indirizz: Stevana Markovica 3, Banja Luka, Bosnja u Ħerzegovina

Relazzjoni mal-PIFWC: Iben Stojan ZUPLJANIN (ŽUPLJANIN)

42.

ZUPLJANIN (ŽUPLJANIN), Slobodan

Iben: Stanko u Cvijeta ZUPLJANIN (ŽUPLJANIN)

Data tat-Twelid/Post tat-Twelid: 17 ta’ Novembru 1957 f'Banja Luka, Bosnja u Ħerzegovina

Nru tal-Passaport: Passaport tal-Bosnja u Ħerzegovina 0023955 maħruġ fl-24 ta’ Awissu 1998.

Nru tal-Karta ta’ l-Identità: Numru tal-Karta ta’ l-Identità 04GCL4072, numru tal-liċenzja tas-sewqan 04GCE8351, iddatata t-18 ta’ Settembru 2004.

Psewdonimi: Bebac.

Indirizz: Vojvode Momica 9a, Banja Luka, Bosnja u Ħerzegovina

Relazzjoni mal-PIFWC: Kuġin ta’ Stojan ZUPLJANIN (ŽUPLJANIN)


Top