EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document L:2007:180:FULL

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, L 180, 10 ta' Lulju 2007


Display all documents published in this Official Journal
 

ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 180

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 50
10 ta' Lulju 2007


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 803/2007 tad-9 ta’ Lulju 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 804/2007 tad-9 ta’ Lulju 2007 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-merluzz fil-Baħar Baltiku (subdiviżjonijiet 25-32, ilmijiet tal-KE) minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Polonja

3

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kummissjoni

 

 

2007/475/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta' Ġunju 2007 dwar il-kompatibbiltà mal-liġi tal-Komunità, tal-miżuri meħuda mill-Italja skond l-Artikolu 3a(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti mil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar it-twettiq ta’ attivitajiet ta’ xandir bit-televiżjoni

5

 

 

2007/476/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Ġunju 2007 dwar il-kompatibbiltà mal-liġi tal-Komunità tal-miżuri meħuda mill-Ġermanja skond l-Artikolu 3a(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti mil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar it-twettiq ta’ attivitajiet ta’ xandir bit-televiżjoni

8

 

 

2007/477/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Ġunju 2007 dwar il-kompatibbiltà mal-liġi tal-Komunità, tal-miżuri meħuda mill-Awstrija skond l-Artikolu 3a(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti mil-liġi, b’ regolament jew b'azzjoni amministrattiva fl-Istati Membri dwar it-twettiq ta’ attivitajiet ta’ xandir bit-televiżjoni

11

 

 

2007/478/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Ġunju 2007 dwar il-kompatibbiltà mal-liġi tal-Komunità, tal-miżuri meħuda mill-Irlanda skond l-Artikolu 3a(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti mil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fl-Istati Membri dwar it-twettiq ta’ attivitajiet ta’ xandir bit-televiżjoni

17

 

 

2007/479/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Ġunju 2007 dwar il-kompatibbiltà mal-liġi tal-Komunità tal-miżuri meħuda mill-Belġju skond l-Artikolu 3a(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar it-twettiq ta’ attivitajiet ta’ xandir bit-televiżjoni.

24

 

 

2007/480/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Ġunju 2007 dwar il-kompatibbiltà mal-liġi tal-Komunità, tal-miżuri meħuda minn Franza skond l-Artikolu 3a(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti mil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fl-Istati Membri dwar it-twettiq ta’ attivitajiet ta’ xandir bit-televiżjoni

33

 

 

2007/481/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Ġunju 2007 dwar il-kompatibbiltà mal-liġi tal-Komunità tal-miżuri meħuda mill-Finlandja skond l-Artikolu 3a(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti mil-liġi, minn regolamenti jew azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar it-twettiq ta’ attivitajiet ta’ xandir bit-televiżjoni

38

 

 

2007/482/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Lulju 2007 dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 72/166/KEE dwar verifki fuq assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili fir-rigward ta’ l-użu ta’ vetturi bil-mutur (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 3291)  ( 1 )

42

 

 

2007/483/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Lulju 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2006/415/KE dwar ċerti miżuri fir-rigward ta' l-influwenza ta' l-għasafar b'patoċeniċità għolja tas-subtip H5N1 fit-tjur fil-Ġermanja (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 3413)  ( 1 )

43

 

 

 

*

Avviż lil qarrej(Ara paġna 3 tal-qoxra)

s3

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

10.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 180/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 803/2007

tad-9 ta’ Lulju 2007

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3223/94 ta' l-21 ta' Diċembru 1994 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-arranġamenti dwar l-importazzjoni tal-frott u l-ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 3223/94 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu.

(2)

Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 3223/94 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-10 ta’ Lulju 2007.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 9 ta’ Lulju 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 337, 24.12.1994, p. 66. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 756/2007 (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 41).


ANNESS

tar-Regolament tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Lulju 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

MA

36,7

MK

48,1

TR

90,9

XS

23,6

ZZ

49,8

0707 00 05

JO

151,2

TR

113,1

ZZ

132,2

0709 90 70

IL

42,1

TR

93,7

ZZ

67,9

0805 50 10

AR

65,9

UY

62,2

ZA

58,7

ZZ

62,3

0808 10 80

AR

87,8

BR

83,3

CL

98,1

CN

98,6

NZ

102,3

US

116,7

UY

98,6

ZA

90,0

ZZ

96,9

0808 20 50

AR

76,9

CL

86,0

CN

59,8

NZ

99,0

ZA

104,2

ZZ

85,2

0809 10 00

TR

200,2

ZZ

200,2

0809 20 95

TR

273,6

US

430,7

ZZ

352,2

0809 30 10 , 0809 30 90

US

120,3

ZZ

120,3

0809 40 05

IL

150,7

ZZ

150,7


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


10.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 180/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 804/2007

tad-9 ta’ Lulju 2007

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-merluzz fil-Baħar Baltiku (subdiviżjonijiet 25-32, ilmijiet tal-KE) minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Polonja

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta’ l-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni dwar is-Sajd (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta’ Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1941/2006 tal-11 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati tas-sajd għal ċerti stokkijiet tas-sajd u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fil-Baħar Baltiku għall-2007, jistabbilixxi kwantità ta’ 10 794 tunnellata ta’ merluzz li jista’ jiġi mistad fl-2007 fil-Baħar Baltiku (3) (subdiviżjonijiet 25-32, ilmijiet tal-KE) minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Polonja.

(2)

L-informazzjoni miksuba mill-Kummissjoni permezz ta’ spezzjonijiet imwettqa mill-ispetturi tagħha u relatata mal-qabdiet ta’ dak l-istokk mhijiex konsistenti ma’ dik li l-Polonja bagħtet lill-Kummissjoni.

(3)

Mill-informazzjoni li għandha l-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet ta’ dak l-istokk minn bastimenti Pollakki fl-2007 huma tliet darbiet akbar mill-kwantitajiet iddikjarati mill-Polonja. Għaldaqstant, l-opportunitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi allokati lill-Polonja għall-2007 jitqiesu li ġew eżawriti.

(4)

Skond l-Artikolu 21(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93, il-Polonja għandha l-obblighu li, mid-data li fiha l-kwota rilevanti tal-qbid titqies li ġiet eżawrita, għal dak l-istokk proviżorjament tipprojbixxi s-sajd, iż-żamma abbord, it-trasbord u l-ħatt l-art ta’ ħut maqbud wara dik id-data.

(5)

Fin-nuqqas ta’ azzjoni adegwata meħuda mill-Polonja, jeħtieġ li l-Kummissjoni, b’inizjattiva tagħha, tistabbilixxi l-waqt li fih il-qbid tal-merluzz fil-Baltiku (subdiviżjonijiet 25-32, ilmijiet tal-KE) mill-bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Polonja jitqies li eżawrixxa l-kwota tal-Polonja, kif ukoll li immedjatament tipprojbixxi s-sajd għal dak l-istokk minn dik id-data. Jeħtieġ ukoll li tipprojbixxi, wara dik id-data, ż-żamma abbord, it-trasbord u l-ħatt l-art ta’ dak l-istokk mistad minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Polonja,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-qbid tal-merluzz fil-Baħar Baltiku (subdiviżjonijiet 25-32, ilmijiet tal-KE) minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Polonja jitqies li eżawrixxa l-parti tal-kwota allokata lill-Polonja għall-2007, mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

Is-sajd għall-merluzz fil-Baħar Baltiku minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Polonja għandu jkun ipprojbit mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament sal-31 ta’ Diċembru 2007. Għandu jkun ipprojbit ukoll li dan l-istokk jinżamm fuq il-bastimenti, jiġi ttrasbordat jew jinħatt l-art matul dak il-perjodu.

Artikolu 3

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 9 ta’ Lulju 2007.

Għall-Kummissjoni

Joe BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.

(2)  ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1967/2006 (ĠU L 409, 30.12.2006, p. 11; kif ikkoreġut bil-ĠU L 36, 8.2.2007, p. 6).

(3)  ĠU L 367, 22.12.2006, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 609/2007 (ĠU L 141, 2.6.2007, p. 33).


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kummissjoni

10.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 180/5


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-25 ta' Ġunju 2007

dwar il-kompatibbiltà mal-liġi tal-Komunità, tal-miżuri meħuda mill-Italja skond l-Artikolu 3a(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti mil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar it-twettiq ta’ attivitajiet ta’ xandir bit-televiżjoni

(2007/475/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fl-Istati Membri dwar it-twettiq ta’ attivitajiet ta’ xandir bit-televiżjoni, (1) u b'mod partikulari l-Artikolu 3a(2) tagħha,

Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Kumitat imwaqqaf skond l-Artikolu 23a tad-Direttiva 89/552/KEE,

Billi:

(1)

B'ittra fl-10 ta’ Mejju 1999, l-Italja nnotifikat lill-Kummissjoni dwar miżuri meħuda skond l-Artikolu 3a tad-Direttiva 89/552/KEE.

(2)

Il-Kummissjoni ivverifikat, fi żmien tliet xhur minn din in-notifika, jekk miżuri bħal dawn humiex kompatibbli mal-liġi tal-Komunità, b'mod partikulari dwar il-proporzjon tal-miżuri u t-trasparenza tal-proċedura ta’ konsultazzjoni nazzjonali.

(3)

Fl-eżami tagħha, il-Kummissjoni qieset id-dejta disponibbli fil-media Taljana.

(4)

Il-lista, ta’ avvenimenti ta’ importanza ewlenija għas-soċjetà inklużi fil-miżuri Taljani, tfasslet b'mod ċar u trasparenti.

(5)

Il-Kummissjoni kienet sodisfatta li l-attivitajiet elenkati fil-miżuri Taljani laħqu minn ta’ l-anqas tnejn mill-kriterji li ġejjin, kunsidrati bħala indikaturi ta’ min joqgħod fuqhom ta’ l-importanza ta’ l-avvenimenti għas-soċjetà: (i) reżonanza ġenerali u speċjali fi ħdan l-Istat Membru, u mhux sempliċement sinifikat għal dawk li normalment isegwu l-isport jew attività kkonċernata; (ii) importanza kulturali distinta u ġeneralment rikonoxxuta għall-popolazzjoni fl-Istat Membru, b'mod partikulari bħala katalista għall-identità kulturali; (iii) l-involviment tat-tim nazzjonali fl-avveniment ikkonċernat fil-kuntest ta’ kompetizzjoni jew turnew ta’ importanza internazzjonali; u (iv) il-fatt li dak l-avveniment kien tradizzjonalment imxandar bla ħlas fuq it-televiżjoni u kienu jarawh udjenzi televiżivi kbar.

(6)

Numru sinifikanti ta’ avvenimenti elenkati fil-miżuri Taljani, fosthom l-Olimpjadi tas-sajf u tax-xitwa, it-Tazza tad-Dinja u l-Kampjonati Ewropej tal-futbol f'logħob li jinvolvi t-tim nazzjonali Taljan, kif ukoll il-finali ta’ dawn it-turnej, jaqgħu taħt din il-kategorija ta’ avvenimenti tradizzjonalment ikkunsidrati ta’ importanza ewlenija għas-soċjetà, kif jissemmew b'mod espliċitu fi premessa 18 tad-Direttiva 97/36/KE. Dawn l-avvenimenti għandhom reżonanza ġenerali u speċjali fl-Italja għax huma partikolarment popolari mal-pubbliku ġenerali, mhux biss ma’ dawk li normalment isegwu avvenimenti sportivi. Barra minn hekk, dawn għandhom importanza kulturali distinta u ġeneralment rikonoxxuta għall-popolazzjoni Taljana, meta titqies il-kontribuzzjoni importanti għall-ftehim bejn il-popli u l-importanza ta’ l-isport għas-soċjetà Taljana b'mod sħiħ u għall-kburija nazzjonali, peress li jipprovdu l-okkażjoni biex sportivi Taljani ewlenin ikollhom suċċess f'dawn il-kompetizzjonijiet internazzjonali mill-aktar importanti.

(7)

L-avvenimenti elenkati, l-oħra, tal-futbol għandhom reżonanza ġenerali u speċjali fl-Italja u għandhom importanza kulturali distinta u ġeneralment rikonoxxuta għall-popolazzjoni Taljana, meta titqies l-importanza tal-futbol għas-soċjetà Taljana kollha kemm hi u għall-kburija nazzjonali, peress li jipprovdu l-okkażjoni lil timijiet Taljani li jkunu ta’ suċċess, f'logħbiet ta’ futbol ta’ livell għoli li jiġbdu lejhom attenzjoni internazzjonali.

(8)

Il-Giro d'Italia għandu reżonanza ġenerali u speċjali fl-Italja u huwa meqjus bħala attività kulturali distinta ta’ importanza bħala katalista għall-identità kulturali nazzjonali, mhux biss minħabba l-importanza tiegħu bħala sport ta’ livell għoli iżda wkoll bħala okkażjoni fejn l-Italja tiġi reklamata bħala pajjiż.

(9)

Ir-reżonanza ġenerali u speċjali fl-Italja u l-importanza kulturali u distinta ġeneralment rikonoxxuta tal-Grand Prix tal-Formula Wieħed tal-Karozzi għall-poplu Taljan toħroġ mill-fatt li karozzi Taljani kellhom ħafna suċċessi fit-tlielaq tal-Formula Wieħed.

(10)

Il-festival tal-kant ta’ San Remo għandu reżonanza ġenerali u speċjali fl-Italja u għandu importanza kulturali u distinta ġeneralment rikonoxxuta għall-identità kulturali Taljana bħala avveniment “ta' kultura popolari” li jifforma parti mill-kultura tradizzjonali Taljana.

(11)

Il-miżuri Taljani jidhru li huma proporzjonati sabiex jiġġustifikaw id-deroga mill-libertà fundamentali tat-Trattat tal-KE li servizzi jiġu pprovduti abbażi ta’ raġuni predominanti ta’ interess pubbliku, li għandha tiżgura aċċess wiesgħa għall-pubbliku għal xandiriet ta’ avvenimenti ta’ importanza ewlenija għas-soċjetà.

(12)

Il-miżuri Taljani huma kompatibbli mar-regoli tal-kompetizzjoni tal-KE għall-fatt li d-definizzjoni ta’ xandâra kwalifikati li jxandru avvenimenti elenkati hija bbażata fuq kriterji oġġettivi li jippermettu kompetizzjoni attwali u potenzjali għall-kisba tad-drittijiet tax-xandir ta’ dawn l-avvenimenti. Barra minn hekk, in-numru ta’ avvenimenti elenkati mhux sproporzjonat tant li jgħawweġ il-kompetizzjoni għas-swieq l-aktar popolari tat-televiżjoni bla ħlas u bi ħlas.

(13)

Wara komunikazzjoni min-naħa tal-Kummissjoni lill-Istati Membri l-oħra dwar il-miżuri meħuda mill-Italja u l-konsultazzjoni tal-Kumitat imwaqqaf skond l-Artikolu 23a tad-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE, id-Direttur Ġenerali għall-Edukazzjoni u l–Kultura informa lill-Italja permezz ta’ ittra fil-5 ta’ Lulju 1999, li l-Kummissjoni Ewropea ma hi bi ħsiebha toġġezzjona għall-ebda waħda mill-miżuri notifikati.

(14)

Fis-7 ta’ Settembru 1999, emenda għall-miżuri Taljani ġiet notifikata lill-Kummssjoni. Din l-emenda ma introduċietx tibdil għall-avvenimenti elenkati.

(15)

Il-miżuri Taljani ġew ippubblikati fis-Serje “Ċ” tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej (2) skond l-Artikolu 3a(2) tad-Direttiva 89/552/KEE. Ir-rettifika ta’ dik il-pubblikazzjoni ġiet sussegwentement ippubblikata fis-Serje “Ċ” tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej (3)

(16)

Mis-sentenza tal-Qorti ta’ Prim Istanza Każ T-33/01 Infront WM v Kummissjoni jirriżulta, li d-dikjarazzjoni li l-miżuri meħuda skond l-Artikolu 3a(1) tad-Direttiva 89/552/KEE huma kompatibbli mal-liġi tal-Komunità, tikkostitwixxi deċiżjoni fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 249 tat-Trattat tal-KE, li għalhekk trid bilfors tiġi addottata mill-Kummissjoni. Għalhekk, hemm bżonn li permezz ta’ din id-Deċiżjoni jiġi dikjarat li l-miżuri notifikati mill-Italja huma kompatibbli mal-liġijiet tal-Komunità. Il-miżuri, kif imniżżla fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali skond l-Artikolu 3a(2) tad-Direttiva 89/552/KEE,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-miżuri notifikati mill-Italja lill-Kummissjoni fl-10 ta’ Mejju 1999 skond l-Artikolu 3a(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE kif ippubblikati fis-Serje “Ċ” tal- Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej 277 tat-30 ta’ Settembru 1999 (rettifika fil- Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej Ċ 208 ta’ l-26 ta’ Lulju 2001), huma kompatibbli mal-liġijiet tal-Komunità.

Artikolu 2

Il-miżuri, kif imniżżla fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali skond l-Artikolu 3a(2) tad-Direttiva 89/552/KEE.

Magħmul fi Brussell, 25 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kummissjoni

Viviane REDING

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 298, 17.10.1989, p. 23. Direttiva kif emendata bid-Direttiva 97/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 202, tal-30.7.1997, p. 60).

(2)  ĠU Ċ 277, 30.09.1999, p. 3

(3)  ĠU Ċ 208, 26.7.2001, p. 27.


ANNESS

Pubblikazzjoni skond l-Artikolu 3a(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar it-twettiq ta’ attivitajiet ta’ xandir bit-televiżjoni.

Il-miżuri meħuda mill-Italja li għandhom jiġu ppubblikati skond l-Artikolu 3a(2) tad-Direttiva 89/552/KEE jinsabu fis-siltiet li ġejjin mid-Deċiżjoni Nru. 8/1999 ta' l-Awtorità tal-Komunikazzjonijiet tad-9 ta' Marzu 1999, kif emendata bid-Deċiżjoni tagħha Nru. 172/199 tat-28 ta' Lulju 1999.

“Artikolu 1

1.   Din id-Deċiżjoni tikkonċerna x-xandir bit-televiżjoni ta' avvenimenti kkunsidrati ta' importanza ewlenija għas-soċjetà.

2.   ‘Avveniment ta' importanza ewlenija għas-soċjetà’ jfisser avveniment ta' sports jew mhux li jissodisfa minn ta' l-anqas tnejn minn dawn l-erba' kriterji:

(a)

l-avveniment u r-riżultati tiegħu huma ta' interess speċjali u mifrux ma' l-Italja kollha, jinteressa nies minbarra dawk li soltu jaraw dan it-tip ta' avveniment fuq it-televiżjoni;

(b)

l-avveniment huwa magħruf ferm mill-pubbliku ġenerali, għandu sinifikat kulturali partikulari u jsaħħaħ l-identità kulturali Taljana;

(c)

l-avveniment jinvolvi tim nazzjonali f'dixxiplina sportiva speċifika f'turnew internazzjonali;

(d)

l-avveniment kien tradizzjonalment imxandar bla ħlas fuq it-televiżjoni u kienu jarawh udjenzi kbar fl-Italja.

Artikolu 2

1.   L-Awtorità elenkat il-lista ta' l-avvenimenti li ġejjin ikkunsidrati ta' importanza ewlenija għas-soċjetà li ma għandhomx jiġu trasmessi mix-xandâra tat-televiżjoni taħt il-ġurisdizzjoni Taljana fuq bażi esklussiva u taħt forma enkriptjata, sabiex jippermetti li proporzjon sostanzjali (aktar minn 90%) tal-pubbliku Taljan jarahom fuq it-televiżjoni bla ħlas u mingħajr il-bżonn li jħallas għal xi apparat tekniku ieħor.

(a)

l-Olimpjadi tas-sajf u tax-xitwa;

(b)

il-finali tat-Tazza tad-Dinja tal-futbol u l-logħbiet kollha li fihom ikun hemm it-tim nazzjonali Taljan;

(c)

il-finali tal-Kampjonati Ewropej tal-futbol u l-logħbiet kollha li fihom ikun hemm it-tim nazzjonali Taljan;

(d)

il-logħbiet tal-futbol kollha li fihom ikun hemm it-tim nazzjonali Taljan f'pajjiżu u barra mill-pajjiż f'kompetizzjonijiet uffiċjali;

(e)

il-finali u s-semi finali taċ-Champions League u tat-tazza UEFA fejn ikun hemm tim Taljan involut;

(f)

il-kompetizzjonji taċ-ċikliżmu, Giro d'Italia;

(g)

il-Grand Prix Taljana tal-Formula Wieħed;

(h)

il-festival tal-kant ta' San Remo.

2.   L-avvenimenti msemmija f'paragrafu 1(b) u (ċ) hawn fuq għandhom jintwerew b'mod sħiħ u dirett. Għal avvenimenti oħrajn, ix-xandâra tat-televiżjoni huma ħielsa li jiddeċiedu dwar arranġamenti oħra għal trasmissjonijiet mhux enkriptjati.”


10.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 180/8


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-25 ta’ Ġunju 2007

dwar il-kompatibbiltà mal-liġi tal-Komunità tal-miżuri meħuda mill-Ġermanja skond l-Artikolu 3a(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti mil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar it-twettiq ta’ attivitajiet ta’ xandir bit-televiżjoni

(2007/476/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE tat-3 ta’ Ottubru 1989 dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar it-twettiq ta’ attivitajiet ta’ xandir bit-televiżjoni (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 3a(2) tagħha,

Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Kumitat imwaqqaf skond l-Artikolu 23a tad-Direttiva 89/552/KEE,

Billi:

(1)

B’ittra tat-28 ta’ April 1999, il-Ġermanja nnotifikat lill-Kummissjoni dwar miżuri li għandhom jittieħdu skond l-Artikolu 3a(1) tad-Direttiva 89/552/KEE.

(2)

Il-Kummissjoni ivverifikat, fi żmien tliet xhur min din in-notifika, li miżuri tali huma kompatibbli mal-liġi tal-Komunità, b’mod partikulari dwar il-proporzjonalità tal-miżuri u t-trasparenza tal-proċedura ta’ konsultazzjoni nazzjonali.

(3)

Fl-eżami tagħha, il-Kummissjoni qieset id-dejta disponibbli fil-media Ġermaniża.

(4)

Il-lista ta’ avvenimenti ewlenin ta’ importanza għas-soċjetà inklużi fil-miżuri Ġermaniżi, tfasslet b’mod ċar u trasparenti u tnediet konsultazzjoni wiesgħa fil-Ġermanja.

(5)

Il-Kummissjoni kienet sodisfatta li l-attivitajiet elenkati fil-miżuri Ġermaniżii laħqu minn ta’ l-anqas tnejn mill-kriterji li ġejjin, kunsidrati bħala indikaturi ta’ min joqgħod fuqhom ta’ l-importanza ta’ l-avvenimenti, għas-soċjetà: (i) reżonanza ġenerali u speċjali fi ħdan l-Istat Membru, u mhux sempliċement sinifikat għal dawk li normalment isegwu l-isport jew attività konċernata; (ii) importanza kulturali distinta u ġeneralment rikonoxxuta għall-popolazzjoni fl-Istat Membru, b’mod partikulari bħala katalista għall-identità kulturali; (iii) l-involviment tat-tim nazzjonali fl-avveniment ikkonċernat fil-kuntest ta’ kompetizzjoni jew turnew ta’ importanza internazzjonali; u (iv) il-fatt li dak l-avveniment kien tradizzjonalment imxandar fuq it-televiżjoni bla ħlas u kienu jarawh udjenzi kbar.

(6)

Numru sinifikanti ta’ l-avvenimenti elenkati fil-miżuri Ġermaniżi, fosthom l-Olimpjadi tas-sajf u tax-xitwa, il-finali tat-Tazza tad-Dinja u l-Kampjonati Ewropej tal-futbol li jinvolvu t-tim Ġermaniż, kif ukoll il-logħba tal-ftuħ is-semifinali u l-finali ta’ dawn it-tornej, jaqgħu taħt din il-kategorija ta’ avvenimenti tradizzjonalment ikkunsidrati ta’ importanza kbira għas-soċjetà, kif jissemmew b’mod espliċitu fi premessa 18 tad-Direttiva 97/36/KE. Dawn l-avvenimenti għandhom reżonanza ġenerali u speċjali fil-Ġermanja għax huma partikolarment popolari mal-pubbliku in ġenerali, mhux biss ma dawk li normalment isegwu avvenimenti sportivi.

(7)

L-attenzjoni partikulari li tingħata, anke fl-istampa mhux speċjalizzata, għall-avvenimenti l-oħra mhux elenkati, fosthom is-semifinali u l-finali tat-Tazza tal-FA Ġermaniża, il-logħbiet tat-tim nazzjonali tal-futbol Ġermaniż kemm f’darhom kif ukoll barra minn darhom, u l-finali ta’ kwalunkwe kompetizzjoni Ewropea tal-clubs tal-futbol (Champions League, Tazza UEFA) li tinvolvi tim Ġermaniż, hija xhieda tar-reżonanza speċjali u ġenerali fil-Ġermanja.

(8)

L-avvenimenti elenkati, għandhom importanza kulturali distinta ġeneralment rikonoxxuta għall-popolazzjoni Ġermaniża meta titqies il-kontribuzzjoni importanti tagħhom lejn il-ftehim bejn il-popli, kif ukoll dwar l-importanza ta’ l-isport għas-soċjetà Ġermaniża kollha u għall-unur nazzjonali, għaliex jipprovdu okkażjoni għall-awqa atleti Ġermaniżi li jirnexxu f’dawn l-aktar kompetizzjonijiet internazzjonali importanti.

(9)

Il-miżuri Ġermaniżi jidhru li huma proporzjonati sabiex jiġġustifikaw deroga mill-libertà fundamentali tat-Trattat tal-KE biex servizzi jiġu pprovduti abbażi ta’ raġuni predominanti ta’ interess għall-pubbliku, li għandha tiżgura aċċess wiesgħa għall-pubbliku għal xandiriet ta’ avvenimenti ta’ importanza kbira għas-soċjetà.

(10)

Il-miżuri Ġermaniżi huma kompatibbli mar-regoli tal-kompetizzjoni tal-KE għall-fatt li d-definizzjoni ta’ xandâra kwalifikati li jxandru avvenimenti elenkati hija bbażata fuq kriterji oġġettivi li jippermettu kompetizzjoni attwali u potenzjali, għall-kisba tad-drittijiet tax-xandir ta’ dawn l-avvenimneti. Barra minn hekk, in-numru ta’ avvenimenti elenkati mhux sproporzjonat tant li jgħawweġ il-kompetizzjoni tas-swieq tat-televiżjoni kemm dawk bla ħlas kif ukoll dawk bil-ħlas.

(11)

Wara komunikazzjoni min-naħa tal-Kummissjoni lill-Istati Membri l-oħra dwar il-miżuri meħuda mill-Ġermanja u l-konsultazzjoni tal-Kumitat imwaqqaf skond l-Artikolu 23a tad-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE, id-Direttur Ġenerali għall-Edukazzjoni u l–Kultura informa lill-Ġermanja permezz ta’ ittra fit-2 ta’ Lulju 1999, li l-Kummissjoni Ewropea ma kienet fi ħsiebha toġġezzjona għall-ebda waħda mill-miżuri notifikati.

(12)

Il-miżuri Ġermaniżi daħlu fis-seħħ fl-1 ta’ April 2000. Dawn il-miżuri finali kienu differenti mill-miżuri nnotifikati fl-1999 fis-sens li avveniment wieħed ma baqax fil-lista, dan kien “It-Tazza tat-Tazzi”, dan seħħ minħabba li dan it-turnew ma baqax iseħħ wara li sar għall-aħħar darba fl-1998/1999.

(13)

Dawk il-miżuri ġew pubblikati fis-serje Ċ tal-Ġurnal Uffiċjali tal Komunitajiet Ewropej  (2) skond l-Artikolu 3a(2) tad-Direttiva 89/552/KEE.

(14)

Mill-ġudizzju tal-Qorti ta’ Prim’Istanza Każ T-33/01 Infront WM v Kummissjoni jirriżulta, li d-dikjarazzjoni li l-miżuri meħuda skond l-Artikolu 3a(1) tad-Direttiva 89/552/KEE huma kompatibbli mal-liġi tal-Komunità, u jikkostitwixxu deċiżjoni fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 249 tat-Trattat tal-KE, li għalhekk jeħtieġ jiġu addottati mill-Kummissjoni. Skond dan, hemm bżonn li permezz ta’ din id-Deċiżjoni jiġi dikjarat li l-miżuri nnotifikati mill-Ġermanja huma kompatibbli mal-liġijiet tal-Komunità. Il-miżuri, kif finalment meħuda mill-Ġermanja u mfassla fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jiġu ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali skond l-Artikolu 3a(2) tad-Direttiva 89/552/KEE.

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-miżuri notifikati mill-Ġermanja lill-Kummissjoni fit-28 ta’ April 1999 skond l-Artikolu 3a(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE, kif ippubblikati fil- Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej C277 tad-29 ta’ Settembru 2000, huma kompatibbli mal-liġijiet tal-Komunità.

Artikolu 2

Il-miżuri, kif finalment meħuda mill-Ġermanja u stabbiliti fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni, għandhom jiġu ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali skond l-Artikolu 3a(2) tad-Direttiva 89/552/KEE.

Magħmul fi Brussell, 25 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kummissjoni

Viviane REDING

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 298, 17.10.1989, p. 23. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva 97/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 202, 30.7.1997, p. 60).

(2)  ĠU C 277, 29.9.2000, p. 4.


ANNESS

Pubblikazzjoni skond l-Artikolu 3a(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar it-twettiq ta’ attivitajiet ta’ xandir bit-televiżjoni

Il-miżuri meħuda mill-Ġermanja u li għandhom jiġu ppubblikati skond l-Artikolu 3a(2) tad-Direttiva 89/552/KEE jinstabu fl-estratti li ġejjin minn l-Artikolu 5a tat-Trattat Interstatali dwar ix-Xandir, kif emendat bir-Raba’ Trattat Emendali Interstatali dwar ix-Xandir.

“Artikolu 5a

Ix-xandir ta’ avvenimenti importanti

1.   Fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, avvenimenti ta’ importanza ewlenija għas-soċjetà (avvenimenti importanti) jistgħu jixxandru f’forma enkriptjata fuq Televiżjoni bil-ħlas, biss, meta x-xandâr jew parti terza jippermetti, skond kundizzjonijiet xierqa, li l-avveniment jixxandar fuq stazzjon tat-televiżjoni li ġeneralment huwa bla ħlas u aċċessibli fl-istess waqt, jew, fejn avvenimenti individwali li jseħħu fl-istess ħin jagħmel dan impossibbli, b’mod ftit diferit. Jekk il-partijiet jonqsu li jilħqu ftehim dwar kundizzjonijiet xierqa, għandhom jaqblu li jaċċettaw l-arbitraġġ skond Sezzjoni 1025 et seq. tal-Proċedura tal-Kodiċi Ċivili fi żmien qabel iseħħ l-avveniment. Jekk jonqsu li jaqblu dwar proċedura ta’ arbitraġġ għal raġunijiet li jridu jkunu ġustifikati mix-xandâr televiżiv jew il-parti terza, ix-xandira taħt paragrafu 1 għandha tidher bħala mhux possibbli taħt il-kundizzjonijiet xierqa. Stazzjonijiet li jistgħu jinqabdu minn aktar minn żewġ terzi tad-djar kollha għandhom jitqiesu bħala ġeneralment aċċessibbli.

2.   Għall-għanijiet ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, avvenimenti ewlenin huma:

1.

Il-Logħob Olimpiku tas-sajf u tax-xitwa;

2.

Il-logħob kollu tal Kampjonati Ewropej u tat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol li jinvolvi t-tim Ġermaniż, kif ukoll il-logħba tal-ftuħ, is-semifinali u l-finali, irrispettivament jekk it-tim Ġermaniż ikunx involut;

3.

Is-semifinali u l-finali tat-Tazza tal-FA Germaniża;

4.

Il-logħbiet tat-tim nazzjonali tal-futbol Ġermaniż, kemm f’daru kif ukoll barra minn daru;

5.

Il-finali ta’ kwalunkwe kompetizzjoni Ewropea tal-clubs tal-futbol (Champions League, Tazza UEFA) li tinvolvi tim Ġermaniż.

Fejn avvenimenti importanti jikkonsistu f’aktar minn avvenimnet individwali wieħed, kull avveniment għandu jitqies bħala avveniment ewlieni. L-inklużjoni jew l-esklużjoni ta’ avvenimenti skond dawn id-dispożizzjonijiet hija possibbli biss abbażi ta’ ftehim bejn il-Länder kollha.”


10.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 180/11


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-25 ta’ Ġunju 2007

dwar il-kompatibbiltà mal-liġi tal-Komunità, tal-miżuri meħuda mill-Awstrija skond l-Artikolu 3a(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti mil-liġi, b’ regolament jew b'azzjoni amministrattiva fl-Istati Membri dwar it-twettiq ta’ attivitajiet ta’ xandir bit-televiżjoni

(2007/477/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar it-twettiq ta’ attivitajiet ta’ xandir bit-televiżjoni (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 3a(2) tagħha.

Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Kumitat imwaqqaf skond l-Artikolu 23a tad-Direttiva 89/552/KEE,

Billi:

(1)

B'ittra fit-12 ta’ Marzu 2001, l-Awstrija nnotifikat lill-Kummissjoni dwar miżuri li għandhom jittieħdu skond l-Artikolu 3a(1) tad-Direttiva 89/552/KEE.

(2)

Il-Kummissjoni ivverifikat, fi żmien tliet xhur min din in-notifika, li miżuri bħal dawn huma kompatibbli mal-liġi tal-Komunità, b'mod partikulari dwar il-proporzjonalità tal-miżuri u t-trasparenza tal-proċedura nazzjonali ta’ konsultazzjoni.

(3)

Fl-eżami tagħha, il-Kummissjoni ħadet in konsiderazzoni id-dejta disponibbli fil-media Awstrijaka.

(4)

Il-lista ta’ avvenimenti ta’ importanza ewlenija għas-soċjetà inklużi fil-miżuri Awstrijaċi inkitbet b'mod ċar u trasparenti u tnediet konsultazzjoni wiesgħa fl-Awstrija.

(5)

Il-Kummissjoni kienet sodisfatta li l-attivitajiet elenkati fil-miżuri Awstrijaċi laħqu minn ta’ l-anqas tnejn mill-kriterji li ġejjin, ikkunsidrati bħala indikaturi ta’ min joqgħod fuqhom ta’ l-importanza ta’ l-avvenimenti, għas-soċjetà. (i) reżonanza ġenerali u speċjali fi ħdan l-Istat Membru, u mhux sempliċement sinifikat għal dawk li soltu jsegwu l-isport jew attività kkonċernata; (ii) importanza kulturali distinta u ġeneralment rikonoxxuta għall-popolazzjoni fl-Istat Membru, b'mod partikulari bħala katalista għall-identità kulturali; (iii) l-involviment tat-tim nazzjonali fl-avveniment ikkonċernat fil-kuntest ta’ kompetizzjoni jew turnew ta’ importanza internazzjonali; u (iv) il-fatt li dak l-avveniment kien tradizzjonalmnent imxandar b'xejn fuq it-televiżjoni u kienu jarawh udjenzi televiżivi kbar.

(6)

Għadd sinifikanti ta’ avvenimenti elenkati fil-miżuri Awstrijaċi, fosthom l-Olimpjadi tas-sajf u tax-xitwa, it-Tazza tad-Dinja u l-Kampjonati Ewropej tal-futbol fejn jilgħab it-tim nazzjonali Awstrijak, kif ukoll il-logħbiet tal-ftuħ, is-semifinali u l-finali ta’ dawn it-turnej (irġiel), jaqgħu taħt il-kategorija ta’ avvenimenti tradizzjonalment ikkunsidrati ta’ importanza ewlenija għas-soċjetà, kif riferut għalihom b'mod espliċitu fi premessa 18 tad-Direttiva 97/36/KE. Dawn l-avvenimenti għandhom reżonanza ġenerali u speċjali fl-Awstrija għax huma partikolarment popolari mal-pubbliku ġenerali, mhux biss ma’ dawk li s-soltu jsegwu avvenimenti sportivi.

(7)

Il-finali tat-Tazza Awstrijaka tal-Futbol għandha reżonanza ġenerali u speċjali fl-Awstrija, għax il-futbol huwa l-aktar sport popolari f'dak l-Istat Membru.

(8)

Il-Kampjonati FIS Alpine World Ski u l-FIS Nordic World Ski għandhom reżonanza ġenerali u speċjali fl-Awstrija, għax l-iskijar huwa sport popolari ferm li jifforma parti mill-edukazzjoni ġenerali sportiva f'dak l-Istat Membru. Barra dan, l-importanza kulturali distinta ta’ dawn l-avvenimenti bħala katalista għall-identità kulturali Awstrijaka tiġi minħabba l-fatt li parteċipanti Awstrijaċi f'dawk il-kompetizzjonijiet kellhom ħafna suċċessi u l-importanza tat-turiżmu ta’ l-iskijar fl-Awstrija.

(9)

Il-Kunċert ta’ l-ewwel tas-sena mill-Orkestra Filarmonika ta’ Vienna għandu importanza kulturali distinta u unika għall-identità kulturali Awstrijaka fid-dawl tal-kwalità għolja ferm ta’ dan l-avveniment u l-fatt li għandu udjenza dinjija wiesgħa ferm.

(10)

Il-Ballu ta’ l-Opra ta’ Vienna għandu reżonanza ġenerali u speċjali fl-Awstrija għax huwa “avveniment kulturali popolari” u huwa simbolu għall-istaġun taż-żfin b'importanza speċifika għat-tradizzjoni kulturali Awstrijaka. Il-kontribuzzjoni siewja ta’ dan l-avveniment għar-reputazzjoni tal-Vienna State Opera House madwar id-dinja, peress li ħafna drabi jinvolvi kantanti ta’ l-opra li huma famużi mad-dinja kollha, jikkonferma l-importanza kulturali distinta tiegħu għall-Awstrija.

(11)

L-avvenimenti msemmija kienu tradizzjonalmnent imxandra b'xejn fuq it-televiżjoni u kienu jarawhom udjenzi televiżivi kbar.

(12)

Il-miżuri Awstrijaċi jidhru li huma proporzjonati sabiex jiġġustifikaw id-deroga mill-libertà fundamentali tat-Trattat tal-KE sabiex jipprovdu servizzi abbażi ta’ raġuni ogħla ta’ interess għall-pubbliku, li għandha tiżgura aċċess wiesa’ għall-pubbliku għal xandiriet ta’ avvenimenti ta’ importanza kbira għas-soċjetà.

(13)

Il-miżuri Awstrijaċi huma kompatibbli mar-regoli tal-kompetizzjoni tal-KE għall-fatt li d-definizzjoni ta’ xandâra kwalifikati li jxandru avvenimenti elenkati hija bbażata fuq kriterji oġġettivi li jippermettu kompetizzjoni attwali u potenzjali għall-kisba tad-drittijiet tax-xandir ta’ dawn l-avvenimenti. Barra minn hekk, in-numru ta’ avvenimenti elenkati mhux sproporzjonat tant li jgħawweġ il-kompetizzjoni għas-swieq tat-televiżjoni b'xejn u dawk bi ħlas.

(14)

Wara komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Istati Membri l-oħra dwar il-miżuri meħuda mill-Awstrija u konsultazzjoni tal-Kumitat imwaqqaf skond l-Artikolu 23a tad-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE, id-Direttur Ġenerali għall-Edukazzjoni u l-Kultura informa lill-Awstrija permezz ta’ ittra fil-31 ta’ Mejju 2001, li l-Kummissjoni Ewropea ma hi bi ħsiebha toġġezzjona għall-ebda waħda mill-miżuri notifikati.

(15)

Il-miżuri Awstrijaċi daħlu fis-seħħ 1 ta’ Ottubru 2001.

(16)

Dawk il-miżuri ġew ippubblikati fis-Serje “Ċ” tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej  (2) skond l-Artikolu 3a(2) tad-Direttiva 89/552/KEE.

(17)

Mis-sentenza tal-Qorti ta’ Prim Istanza Każ T-33/01 Infront WM v Kummissjoni jirriżulta, li d-dikjarazzjoni li l-miżuri meħuda skond l-Artikolu 3a(1) tad-Direttiva 89/552/KEE huma kompatibbli mal-liġi tal-Komunità, u jikkostitwixxu deċiżjoni fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 249 tat-Trattat tal-KE, li għalhekk trid tiġi adottata bilfors mill-Kummissjoni. Skond dan, hemm bżonn li permezz ta’ din id-Deċiżjoni jiġi ddikjarat li l-miżuri notifikati mill-Awstrija huma kompatibbli mal-liġijiet tal-Komunità. Il-miżuri, kif finalment meħuda mill-Awstrija u mniżżla fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jiġu ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali skond l-Artikolu 3a(2) tad-Direttiva 89/552/KEE,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

I-miżuri notifikati mill-Awstrija lill-Kummissjoni fit-12 ta’ Marzu 2001 skond l-Artikolu 3a(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE kif ippubblikati fil- Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej Ċ 16 tad-19 ta’ Jannar 2002, huma kompatibbli mal-liġijiet tal-Komunità.

Artikolu 2

Il-miżuri kif finalment meħuda mill-Awstrija u mniżżla fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali skond l-Artikolu 3a(2) tad-Direttiva 89/552/KEE.

Magħmula fi Brussell, 25 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kummissjoni

Viviane REDING

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 298, 17.10.1989, p.23. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva 97/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 202, 30.7.1997, p. 60).

(2)  ĠU Ċ 16, 19.1.2002, p. 8.


ANNESS

Pubblikazzjoni skond l-Artikolu 3a(2) tad-Direttiva Tal-Kunsill 89/552/KEE dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fl-Istati Membri dwar it-twettiq ta’ attivitajiet ta’ xandir bit-televiżjoni

Il-miżuri meħuda mill-Awstrija li għandhom jiġu ppubblikati skond l-Artikolu 3a(2) tad-Direttiva 89/552/KEE jinstabu fl-estratti li ġejjin mill-Bundesgesetzblatt (Gazzetta tal-Liġi Federali – I Nru 85/2001 u II Nru 305/2001):

“85.   Att Federali dwar l-eżerċizzju ta' drittijiet esklussivi għal-xandir bit-televiżjoni (Att dwar Drittijiet Esklussivi tat-Televiżjoni (Fernseh-Exclusivrechtegesetz – FERG))

In-Nationalrat iddiegrieta dan li ġej:

Artikolu I

§ 1.

(1)

Dan l-Att għandu, bl-eċċezzjoni ta' § 5, japplika biss għal xandâra tat-televiżjoni koperti bl-Att tax-Xandir Awstrijak (Österreichischer Rundfunkgesetz – ORF-Gesetz), pubblikat fil-Gazzetta tal-Liġi Federali (BGBl.) No 379/1984, jew l-Att dwar it-Televiżjoni Privata (Privatfernsehgesetz), BGBl. I No 84/2001.

(2)

§ 3 għandu japplika għad-drittijiet tax-xandir bit-televiżjoni miksuba qabel daħal fis-seħħ dan l-Att, sakemm il-ftehimiet milħuqa ma ġewx estiżi wara li dan l-Att daħal fis-seħħ.

§ 2.   ‘Avveniment ta' interess soċjali sostanzjali’ għandu għall-finijiet ta' dan l-Att ifisser biss l-avvenimenti msemmija f'Ordinanza maħruġa skond § 4 hawnhekk.

§ 3.

(1)

Fejn xandâr tat-televiżjoni jkun kiseb id-drittijiet esklussivi għax-xandir ta' avveniment imsemmi fl-Ordinanza maħruġa taħt § 4 hawnhekk, għandu jħalli l-avveniment jidher fuq stazzjon tat-televiżjoni li jinqabad, bla ħlas fl-Awstrija, minn ta' l-anqas 70 % ta' dawk li jħallsu l-liċenzja u telespettaturi li huma eżenti milli jħallsu l-liċenzja, fejn l-arranġamenti mfassla fl-Ordinanza (sħaħ jew parzjali b'mod dirett jew diferit) għandhom jiġu mħarsa. Għall-għanijiet ta' dan is-subparagrafu, it-trażmissjoni għandha tissejjaħ ‘diferita’ fejn jgħaddu anqas minn 24 siegħa minn x'ħin jibda l-avveniment sa x'ħin tibda x-xandira.

(2)

Għall-finijiet ta' dan l-Att, ‘stazzjonijiet tat-televiżjoni b'aċċess bla ħlas’ għandha tfisser stazzjonijiet li t-telespettaturi jistgħu jaqbdu mingħajr ħlas addizzjonali jew ħlas regolari għall-użu ta' apparat tekniku għad-dekodifikazzjoni. ‘Ħlas addizzjonali’ fi ħdan it-tifsira ta' dan is-subtitlu ma' għandhomx jinkludu l-ispejjeż tal-liċenzja (§ 2 ta' l-Att dwar il-Miżati tal-Liċenzji (Rundfunkgebührengesetz – RGG)), il-ħlas għall-programm (§ 20 RFG), ħlas għal provvista ta' netwerk tal-cable u l-miżata nominali li titħallas lill-operatur tal-cable.

(3)

L-obbligazzjoni msemmija fis-subparagrafu (1) għandhom jitqiesu milħuqa jekk ikun hemm prova li x-xândar tat-televiżjoni jkun għamel dak kollu mistenni skond kundizzjonijiet normali tas-suq f'attentat sabiex l-avveniment imsemmi f'subparagrafu (1) ikun jista' jintwera fuq stazzjonijiet tat-televiżjoni bla ħlas. Xandâr tat-televiżjoni jista', sabiex jilħaq ftehim amikevoli dwar x'jikkostitwixxi kundizzjonijiet bħal dawn, jirreferi l-kwistjoni lis-Senat Federali tal-Komunikazzjoni (Bundeskommunikationssenat). Dan ta' l-aħħar għandu jinvolvi l-partijiet kollha fi sforzi sabiex jintlaħaq ftehim u għandu jħejji rapport bil-miktub tan-negozjati u dak li joħroġ minnhom.

(4)

Fejn ma jintlaħaqx ftehim, is-Senat Federali dwar il-Komunikazzjoni għandu, fuq talba ta' wieħed mix-xandâra televiżivi involuti, jiddeċiedi jekk ix-xandâr ikkonċernat wettaqx l-obbligazzjonijiet tiegħu skond subparagrafi (1) u (3). Jekk ix-xandâr ma jkunx laħaq dawn l-obbligazzjonijiet b'mod xieraq, is-Senat Federali dwar il-Komunikazzjoni għandu, jieħu post ix-xandâr sabiex jiddetermina xi jfissru ‘kundizzjonijiet normali tas-suq’ kif imsemmija f'subparagrafu (3). B'mod partikulari, is-Senat Federali dwar il-Komunikazzjoni għandu jiddetermina prezz tas-suq għall-għoti ta' drittijiet ta' xandir.

(5)

Xandâr tat-televiżjoni li ma jkunx laħaq l-obbligazzjonijiet skond subparagrafu (1) jista' jiġi mfittex għad-danni b'azzjoni ċivili. It-talba għad-danni tinkludi wkoll kumpens għat-telf ta' qligħ.

(6)

Azzjoni għad-danni hija permessa biss kemm-il darba tkun ħarġet deċiżjoni skond subparagrafu (4). Mingħajr preġudizzju għal subparagrafu (7), il-qorti u l-partijiet għall-proċeduri msemmija f'subparagrafu (4) għandhom ikunu marbuta b'sentenza li mhix appellabbli.

(7)

Fejn, fil-proċeduri msemmija f'subtitlu (6), il-Qorti tikkunsidra li d-deċiżjoni hija kontra l-liġi, hija għandha twaqqaf il-proċedimenti u tressaq ilment uffiċjali ma' l-Ogħla Qorti Amministrattiva (Verwaltungsgerichtshof – VwGH) skond l-Artikolu 131 subparagrafu (2) tal-Kostituzzjoni Federali (B-VG) fejn titlob sentenza ta' dikjarazzjoni li tikkonferma l-ksur tal-liġi tad-deċiżjoni. Meta toħroġ deċiżjoni mill-VwGH, il-qorti għandha tkompli l-proċedimenti tagħha u tagħti deċiżjoni dwar it-tilwima sabiex tikkonforma ma' l-opinjoni ġuridika tal-VwGH.

§ 4.

(1)

Il-Gvern Federali għandu jiddetermina permezz ta' Ordinanza, x'avvenimenti msemmija fi § 2 huma ta' interess soċjali sostanzjali fl-Awstrija. L-Ordinanza għandha tinkludi biss, avvenimenti li jilħqu minn ta' l-anqas tnejn minn dawn il-kriterji:

1.

l-avveniment diġà jingħata attenzjoni wiesgħa fl-Awstrija, partikolarment permezz ta' rapporti fil-media;

2.

l-avveniment huwa espressjoni ta' l-identità soċjali jew artisitika tal-kultura Awstrijaka;

3.

l-avveniment huwa – partikolarment, minħabba l-involviment ta' sportivi nisa u rġiel Awstrijaċi ta' l-ogħla livell – avveniment sportiv ta sinifikat speċjali nazzjonali jew li jiġbed udjenzi kbar fl-Awstrija minħabba l-importanza internazzjonali tiegħu.

4.

l-avveniment kien trażmess qabel fuq it-televiżjoni bla ħlas.

(2)

L-Ordinanza għandha tistipula jekk l-avveniment imxandar fuq it-televiżjoni bla ħlas għandux jiġi trażmess dirett jew b'mod diferit, u jekk l-avveniment jintweriex kollu jew partijiet minnu. Avveniment għandu jiġi trażmess dirett u b'mod sħiħ sakemm ma jkunx hemm raġunijiet oġġettivi (eż. zoni ta' ħin differenti, ċerti avvenimenti/partijiet ta' l-istess avveniment qed jiġu organizzati fl-istess ħin) għaliex huwa neċessarju u xieraq li ma jiġix trażmess hekk.

(3)

Qabel toħroġ jew tiġi emendata l-Ordinanza, għandhom jiġu kkonsultati firxa ta' xandâra tat-televiżjoni, ta' sidien ta' drittijiet, entitajiet mis-settur tan-negozju, konsumaturi, impjegati u nies mill-oqsma tal-kultura u ta' l-isport. L-abbozz ta' l-Ordinanza għandu jiġi ppubblikat fis-suppliment (Amtsblatt) tal-gazzetta uffiċjali Wiener Zeitung, u d-dispożizzjonijiet għandhom ikunu b'tali mod li kull persuna tista' tikkummenta dwarhom f'perjodu ta' tmien ġimgħat. L-abbozz imbagħad għandu jiġi sottomess lil-Kummissjoni Ewropea. L-Ordinanza għandha tinħareġ biss jekk, f'perjodu ta' tliet xhur minn meta tiġi sottomessa lil-Kummissjoni Ewropea, din ta' l-aħħar ma tkun qajmet l-ebda oġġezzjoni biex tinħareġ.

[…]

§ 6.   Ir-responsabbiltà għas-superviżjoni ta' dan l-Att dwar punti tal-liġi għandhom jaqgħu taħt is-Senat Federali dwar il-Komunikazzjoni safejn id-dispożizzjonijiet ikunu relatati ma' xandâra tat-televiżjoni (§ 11 of the KommAustria Act (KOG), BGBl. I No 32/2001).

§ 7.

(1)

Kull persuna li tikser obbligazzjonijiet taħt:

1.

§ 3 subparagrafu (1); jew

[…]

għandha titqies li kkommettiet offiża amministrattiva u suġġetta għal multa ta' EUR 36 000 sa EUR 58 000 mis-Senat Federali dwar il-Komunikazzjoni.

(2)

Fil-proċedura li tidher f'subparagrafu (1), is-Senat Federali dwar il-Komunikazzjoni għandu jwettaq smigħ orali pubbliku.

(3)

Is-Senat Federali dwar il-Komunikazzjoni għandu japplika L-Att tal-Proċeduri Ġenrali Amministrattivi ta' l-1991 (Allgemeine Verwaltungsverfahrensgesetz 1991) (BGBl. No 51) u, f'każi msemmija f'subparagrafu (1), l-Att tal-Penali Amministrattivi ta' l-1991 (Verwaltungsstrafgesetz 1991) (BGBl. No 52).

(4)

Fil-każ ta' ksur ripetut u serju ta' dan l-Att minn xandâr tat-televiżjoni (§ 2 subparagrafu (1) ta' l-Att dwar it-Televiżjoni Privat, BGBl. I No 84/2001) is-Senat Federali dwar il-Komunikazzjoni għandu jibda proċedura għat-teħid tal-liċenzji jew ta' projbizzjoni għal xandir bil-cable kif imsemmi f'§ 63 ta' l-Att dwar it-Televiżjoni Privat.

[…]

§ 9.

(1)

L-infurzar ta' dan l-Att għandu jitħalla f'idejn il-Gvern Federali skond § 4 subtitli (1), (2) and (3), sentenza finali, f'idejn il-Ministru tal-Ġustizzja skond § 3 subtitli (5)-(7), u f'idejn il-Kanċillier Federali skond il-proviżjonijiet l-oħra kollha.

(2)

Ir-rekwiżiti ta' l-ewwel u t-tieni sentenzi ta' § 4 subparagrafu (3) jistgħu jitwarrbu meta Ordinanza toħroġ għall-ewwel darba wara li dan l-Att Federali jidħol fis-seħħ, jekk, bħala parti mill-preparazzjoni tal-proċedura ta' notifika skond l-Artikolu 3(a)(1) u (2) tad-Direttiva 89/552/KEE kif emendata bid-Diretiva 97/36/KE, il-partijiet ikonċernati jkunu diġà ġew ikonsultati u l-kontenut ta' l-Ordinanza li se toħroġ jkun magħruf b'mod xieraq bħala parti minn din il-konsultazzjoni.

§ 10.   Id-dispożizzjonijiet ta' §§ 1-4, §§ 6-9 u § 11 ta' dan l-Att jittrasponu l-Artikolu 3(a)(1) tad-Direttiva 89/552/KEE dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti mil-liġi, b' regolament jew b'azzjoni amministrattiva fl-Istati Membri dwar it-twettiq ta' attivitajiet ta' xandir bit-televiżjoni (ĠU L 298, 17.10.1989, p. 23), kif emendati bid-Direttiva 97/36/KE (ĠU L 202, 30.7.1997, p. 60).

[…]

§ 11.   Dan l-Att għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Awwissu 2001.

KLESTIL

SCHÜSSEL”

“305.   Ordinanza dwar avvenimenti ta' interess soċjali, sostanzjali

L-Ordni li ġejja hija magħmula skond § 4 subparagrafu (1) ta' l-Att Federali dwar l-eżerċizzju ta' drittijiet esklussivi għal xandir bit-televiżjoni (Att dwar Drittijiet Esklussivi tat-Televiżjoni (Fernseh-Exclusivrechtegesetz – FERG)) BGBl. I No 85/2001:

§ 1.

Avvenimenti ta' interess soċjali sostanzjali huma:

(1)

L-Olimpjadi tas-Sajf u tax-Xitwa;

(2)

Logħbiet tal-futbol tat-Tazza tad-dinja tal-FIFA (irġiel) jekk ikun involut it-tim nazzjonali Awstrijak, kif ukoll il-logħba tal-ftuħ, is-semifinali u l-finali tat-tazza tad-Dinja tal-Futbol (irġiel);

(3)

Logħbiet tal-Futbol tal-Kampjonat tan-Nazzjonijiet Ewropej (irġiel) jekk ikun involut it-tim Awstrijak, kif ukoll il-logħba tal-ftuħ, is-semifinali u l-finali tal-Kampjonat tan-Nazzjonijiet Ewropej (irġiel);

(4)

Il-finali tat-Tazza tal-Futbol Awstrijak;

(5)

Il-Kampjonati tal-FIS World Alpine skiing;

(6)

Il-Kampjonati tal-World Nordic skiing;

(7)

Il-Kunċert ta' l-ewwel tas-sena mill-Orkestra Filarmonika ta' Vjenna;

(8)

Il-Ballu ta' l-Opra ta' Vjenna.

§ 2.

(1)

Xandâra tat-televiżjoni li jkunu kisbu drittijiet esklussivi għax-xandir ta' avvenimenti msemmija f' § 1 għandhom jiżguraw li dawn l-avvenimenti jistgħu jidhru diretti u b'mod sħiħ fuq it-televiżjoni bla ħlas.

(2)

Verżjoni rekordjata jew waħda parzjali ta' l-avvenimenti f'§ 1 subtitli (1), (5), (6) u (8) jistgħu jiġu trażmessi jekk:

1.

partijiet ta' wieħed mill-avvenimenti li jaqa' taħt § 1 jew aktar minn wieħed minn dawn l-avvenimenti li jaqa' taħt § 1 iseħħu fl-istess waqt; jew

2.

. l-avveniment ma kienx trażmess qabel, fuq it-televiżjoni bla ħlas b'mod sħiħ minħabba t-tul tiegħu.

§ 3.

Din l-Ordinanza għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Ottubru 2001.

SCHÜSSEL – RIESS-PASSER – FERRERO-WALDNER – GEHRER – GRASSER – STRASSER – BÖHMDORFER – MOLTERER – HAUPT – FORSTINGER – BARTENSTEIN.”


10.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 180/17


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-25 ta’ Ġunju 2007

dwar il-kompatibbiltà mal-liġi tal-Komunità, tal-miżuri meħuda mill-Irlanda skond l-Artikolu 3a(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti mil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fl-Istati Membri dwar it-twettiq ta’ attivitajiet ta’ xandir bit-televiżjoni

(2007/478/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar it-twettiq ta’ attivitajiet ta’ xandir bit-televiżjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3a(2) tagħha,

Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Kumitat imwaqqaf skond l-Artikolu 23a tad-Direttiva 89/552/KEE,

Billi:

(1)

B'ittra tas-7 ta’ Novembru 2002, l-Irlanda nnotifikat lill-Kummissjoni dwar miżuri li għandhom jittieħdu skond l-Artikolu 3a(1) tad-Direttiva 89/552/KEE.

(2)

Il-Kummissjoni vverifikat, fi żmien tliet xhur min din in-notifika, li dawn il-miżuri huma kompatibbli mal-liġi tal-Komunità, b'mod partikulari dwar il-proporzjonalità tal-miżuri u t-trasparenza tal-proċedura ta’ konsultazzjoni nazzjonali.

(3)

Fl-eżami tagħha, il-Kummissjoni qieset id-dejta disponibbli fil-media Irlandiża.

(4)

Il-lista ta’ avvenimenti ta’ importanza ewlenija għas-soċjetà inklużi fil-miżuri Irlandiżi, tħejjiet b'mod ċar u trasparenti u tnediet konsultazzjoni wiesgħa fl-Irlanda.

(5)

Il-Kummissjoni kienet sodisfatta li l-attivitajiet elenkati fil-miżuri Irlandiżi laħqu minn ta’ l-anqas tnejn mill-kriterji li ġejjin, meqjusa bħala indikaturi ta’ min joqgħod fuqhom ta’ l-importanza ta’ l-avvenimenti, għas-soċjetà: (i) reżonanza ġenerali u speċjali fi ħdan l-Istat Membru, u mhux sempliċement sinifikat għal dawk li normalment isegwu l-isport jew attività konċernata; (ii) importanza kulturali distinta u ġeneralment rikonoxxuta għall-popolazzjoni fl-Istat Membru, b'mod partikulari bħala katalista għall-identità kulturali; (iii) l-involviment tat-tim nazzjonali fl-avveniment ikkonċernat fil-kuntest ta’ kompetizzjoni jew turnew ta’ importanza internazzjonali; u (iv) il-fatt li dak l-avveniment kien tradizzjonalment imxandar fuq it-televiżjoni bla ħlas u kienu jarawh udjenzi televiżivi kbar.

(6)

Numru ta’ avvenimenti elenkati fil-miżuri Irlandiżi, fosthom l-Olimpjadi tas-sajf u tax-xitwa, il-finali tat-Tazza tad-Dinja u l-Kampjonati Ewropej tal-futbol li jinvolvu t-tim nazzjonali Irlandiż, kif ukoll il-logħba tal-ftuħ, is-semifinali u l-finali ta’ dawn it-turnej, jaqgħu taħt din il-kategorija ta’ avvenimenti tradizzjonalment ikkunsidrati ta’ importanza kbira għas-soċjetà, kif jissemmew b'mod espliċitu fi premessa 18 tad-Direttiva 97/36/KE. Dawn l-avvenimenti għandhom reżonanza ġenerali u speċjali fl-Irlanda, għaliex huma partikolarment popolari mal-pubbliku in ġenerali u mhux sempliċement ma’ dawk li normalment isegwu l-avvenimenti sportivi. Barra minn hekk, il-logħbiet ta’ l-Irlanda fit–Tazza tad-Dinja u fil-Kampjonati Ewropej, għandhom importanza kulturali distinta u ġeneralment rikonoxxuta għall-popolazzjoni Irlandiża, b'mod partikulari bħala katalista għall-identita kulturali Irlandiża. Dawk il-logħbiet iservu bħala punt ċentrali għas-soċjetà ġenerali, u jgħinu fil-ħolqien ta’ sens ta’ identità nazzjonali u unur għall-fatt li tkun Irlandiż.

(7)

Il-logħob ta’ kwalifikazzjoni ta’ l-Irlanda f'darhom u barra minn darhom, tal-Kampjonat Ewropew tal-Futbol u tal-logħob tat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol tal-FIFA għandhom qbil ġenerali u speċjali fl-Irlanda, li jmur lil hinn minn dawk li normalment isegwu l-isport.

(8)

Il-Gaelic futbol u l-hurling huma sport distinti Irlandiżi. Għalhekk, il-finali ta’ l-'All-Ireland Senior Inter-County Football and Hurling Finals' għandhom importanza kulturali distinta u ġeneralment rikonoxxuta għall-popolazzjoni Irlandiża, b'mod partikulari bħala katalista għall-identità kulturali.

(9)

Fl-Irlanda, ir-ragbi jintlagħab fuq bażi organizzata madwar il-pajjiż kollu. Għalhekk, il-logħbiet ta’ l-Irlanda fil-Kampjonat tas-Sitt Nazzjonijiet u l-finali tat-turnew tat-Tazza tad-Dinja tar-ragbi għandhom qbil ġenerali u speċjali għall-poplu Irlandiż. Il-logħbiet ta’ l-Irlanda fil-finali tat-turnew tat-Tazza tad-Dinja tar-ragbi jinvolvu lit-tim nazzjonali Irlandiż f'turnew ewlieni, għalhekk għandhom impatt fuq l-identità nazzjonali Irlandiża.

(10)

Ir-reżonanza ġenerali u speċjali tat-tiġrijiet taż-żwiemel u ta’ l-isport ekwestru elenkati, fl-Irlanda, tirriżulta mill-impatt kbir li l-industrija Irlandiża taż-żwiemel għandha fuq il-komunitajiet rurali madwar il-pajjiż. Il-Grand National Irlandiż u d-Derby Irlandiż huma l-aktar tiġrijiet taż-żwiemel importanti fl-Irlanda. Minħabba l-importanza tat-tiġrijiet taż-żwiemel għat-turiżmu u r-reputazzjoni internazzjonali ta’ l-Irlanda, dawk l-avvenimenti għandhom importanza kulturali distinta u ġeneralment rikonoxxuta għall-popolazzjoni Irlandiża, bħala katalista għall-identità kulturali nazzjonali. It-Tazza tan-Nazzjonijiet waqt il-Wirja taż-Żwiemel ta’ Dublin ukoll għandha importanza distinta kulturali peress li tippromwovi id-dixxiplina tax-show jumping Irlandiż u tiġbed lejha l-aqwa timijiet tad-dinja tax-show jumping.

(11)

L-avvenimenti elenkati kienu tradizzjonalment imxandra fuq it-televiżjoni bla ħlas u kienu jarawhom udjenzi televiżivi kbar fl-Irlanda.

(12)

Il-miżuri Irlandiżi jidhru li huma proporzjonati sabiex jiġġustifikaw deroga mill-libertà fundamentali tat-Trattat tal-KE li servizzi jiġu provduti abbażi ta’ raġuni ta’ interess predominanti għall-pubbliku, li għandha tiżgura aċċess wiesgħa għall-pubbliku għal xandiriet ta’ avvenimenti ta’ importanza kbira għas-soċjetà.

(13)

Il-miżuri Irlandiżi huma kompatibbli mar-regoli tal-kompetizzjoni tal-KE għall-fatt li d-definizzjoni ta’ xandâra kwalifikati li jxandru avvenimenti elenkati hija bbażata fuq kriterji oġġettivi li jippermettu kompetizzjoni attwali u potenzjali għall-kisba tad-drittijiet tax-xandir ta’ dawn l-avvenimenti. Barra minn hekk, in-numru ta’ avvenimenti elenkati mhux sproporzjonat tant li jgħawweġ il-kompetizzjoni għas-swieq tat-televiżjoni bla ħlas u bi ħlas.

(14)

Wara komunikazzjoni min-naħa tal-Kummissjoni lill-Istati Membri l-oħra dwar il-miżuri meħuda mill-Irlanda u konsultazzjoni tal-Kumitat imwaqqaf skond l-Artikolu 23a tad-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE, id-Direttur Ġenerali għall-Edukazzjoni u l–Kultura informa lill-Irlanda permezz ta’ ittra fl-10 ta’ Frar 2003, li l-Kummissjoni Ewropea ma hix bi ħsiebha toġġezzjona għall-miżuri notifikati.

(15)

Il-miżuri Irlandiżi kienu addottati fit-13 ta’ Marzu 2003.

(16)

Dawk il-miżuri ġew pubblikati fis-serje Ċ tal-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea  (2) skond l-Artikolu 3a(2) tad-Direttiva 89/552/KEE kif emendata bid-Direttiva 97/36/KE.

(17)

Mis-sentenza tal-Qorti ta’ Prim Istanza fil-Każ T-33/01 Infront WM v Kummissjoni jirriżulta, li d-dikjarazzjoni li l-miżuri meħuda skond l-Artikolu 3a(1) tad-Direttiva 89/552/KEE huma kompatibbli mal-liġi tal-Komunità, u jikkostitwixxu deċiżjoni fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 249 tat-Trattat tal-KE, li għalhekk jeħtieġ li jiġu addottati mill-Kummissjoni. Skond dan, jeħtieġ li permezz ta’ din id-Deċiżjoni jiġi dikjarat li l-miżuri notifikati mill-Irlanda jkunu kompatibbli mal-liġijiet tal-Komunità. Il-miżuri, kif finalment meħuda mill-Irlanda u mfassla fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jiġu ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali skond l-Artikolu 3a(2) tad-Direttiva 89/552/KEE,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-miżuri notifikati mill-Irlanda lill-Kummissjoni fis-7 ta’ Novembru 2002 skond l-Artikolu 3a(1) tad-Direttiva 89/552/KEE kif ippubblikati fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea Ċ100 tas-26 ta’ April 2003, huma kompatibbli mal-liġijiet tal-Komunità.

Artikolu 2

Il-miżuri, kif finalment meħuda mill-Irlanda u stabbiliti fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jiġu ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali skond l-Artikolu 3a(2) tad-Direttiva 89/552/KEE.

Magħmula fi Brussell, 25 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kummissjoni

Viviane REDING

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 298, 17.10.1989, p. 23. Id-Direttiva emendata mid-Direttiva 97/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 202, 30.7.1997 p. 60).

(2)  ĠU Ċ 100, 26.4.2003, p. 12.


ANNESS

Pubblikazzjoni skond l-Artikolu 3a(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar it-twettiq ta’ attivitajiet ta’ xandir televiżiv

Il-miżuri meħuda mill-Irlanda li għandhom jiġu ppubblikati skond l-Artikolu 3a(2) tad-Direttiva 89/552/KEE huma kif ġej:

“NUMRU 28 TA' L-1999

Att dwar ix-xandir (trażmissjonijiet ta' avvenimenti televiżivi ewlenin) 1999

IT-tqassim tas-sezzjonijiet

Sezzjoni

1.

Interpretazzjoni

2.

L-għażla ta' avvenimenti ewlenin

3.

Konsultazzjoni

4.

Id-dmirijiet tax-xandâra lejn avvenimenti magħżula

5.

Id-dmirijiet tax-xandâra lejn avvenimenti ta' l-Istati Membri

6.

Ir-rimedji ċivili

7.

Rati raġonevoli tas-suq

8.

Titolu qasir

Atti Msemmija

Att tal-Komunitajiet Ewropej, Nru 27 ta' l-1972

Att tal-Komunitajiet Ewropej (Emenda), Nru 25, ta' l-1993

Att dwar ix-xandir (trażmissjonijiet ta' avvenimenti televiżivi ewlenin) 1999

Att li jipprovdi għal trażmissjoni bit-televiżjoni ta' avvenimenti ta' importanza ewlenija għas-soċjeta, biex jagħti effett lill-Artikolu 3a tad-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE tat-3 ta’ Ottubru 1989, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 97/36/KE tat-30 ta’ Ġunju 1997, u biex jipprovdi għal kwistjonijiet relatati oħrajn. [13 ta’ Novembru 1999] għandu jiġi ddigritat mill-oireachtas kif ġej:

(1)

F'dan l-Att

 

‘xandâr’ għandha t-tifsira assenjata fid-Direttiva tal-Kunsill;

 

‘Direttiva tal-Kunsill’ tfisser id-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE tat-3 ta’ Ottubru 1989 (1) kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 97/36/KE tat-30 ta’ Ġunju 1997 (2);

 

‘Ftehim taż-ŻEE’ għandha t-tifsira assenjata fl-Att tal-Komunitajiet Ewropej (Emenda) ta' l-1993;

 

‘avveniment’ tfisser avveniment ta' interess għall-pubbliku ġenerali fl-Unjoni Ewropea, Stat Membru jew fl-Istat jew f'parti sinifikanti ta' l-Istat li huwa organizzat minn organizzatur ta' l-avvenimenti li huwa legalment intitolat li jbigħ id-drittijiet tax-xandir ta' l-avveniment;

 

‘servizz ta' televiżjoni bla ħlas’ tfisser servizz ta' xandir televiżiv fejn min jipprovdih ma jirċievi l-ebda ħlas;

 

‘Stat Membru’ tfisser Stat membru tal-Komunitajiet Ewropej (fi ħdan it-tifsira ta' l-Att tal-Komunitajiet Ewropej ta' l-1972) u jinkludi Stat li huwa Stat kontraenti għall-ftehim taż-ZEE;

 

‘il-Ministru’ tfisser il-Ministru ta' l-Arti, Patrimonju, Gaeltacht u l-Gżejjer;

 

‘trażmissjoni kważi universali’ tfisser

(a)

servizz ta' televiżjoni bla ħlas, li jinqabad minn ta' l-anqas minn 95 % tal-popolazzjoni ta' l-Istat, jew

(b)

jekk f'xi waqt anqas minn tliet xandâra jkunu kapaċi jipprovdu t-trażmissjoni skond il-paragrafu (a), servizz ta' televiżjoni bla ħlas, li jinqabad minn ta' l-anqas minn 90 % tal-popolazzjoni ta' l-Istat;

 

‘xandâr li jikkwalifika’ tfisser xandâr li huwa meqjus taħt subsezzjoni (2) li hu xandâr li jikkwalifika;

 

‘xandir televiżiv’ għandha t-tifsira assenjata fid-Direttiva tal-Kunsill.

(2)

Ix-xandâra li ġejjin huma meqjusa bħala xandâra li jikkwalifikaw:

(a)

sal-31 ta’ Diċembru 2001, xandâr li jipprovdi servizz ta' trażmissjoni ta' televiżjoni bla ħlas ta' avveniment miftiehem, li jista' jinqabad minn ta' l-anqas minn 85 % tal-popolazzjoni ta' l-Istat;

(b)

fl-ewwel ġurnata ta’ Jannar 2002 u wara, xandâr li jipprovdi trażmissjoni kważi universali ta' avveniment miftiehem.

(3)

Għall-finijiet ta' subsezzjoni (2), żewġ xandâra jew aktar li jidħlu f'kuntratt jew arranġament biex jipprovdu flimkien trażmissjoni kważi universali ta' avveniment miftiehem għandhom jitqiesu bħala xandâr wieħed fejn għandu x'jaqsam dak l-avveniment.

(4)

Xandâr jista' jitlob lill-Ministru li jħoll kwistjoni dwar sa fejn jasal servizz televiżiv bla ħlas provdut minn xandâr fl-Istat għall-finijiet ta' subsezzjoni (2) u għad-definizzjoni ta' ‘trażmissjoni kważi universali’ f'subsezzjoni (1).

(5)

Il-Ministru jista' jikkonsulta ma' kwalunkwe espert tekniku jew persuni oħrajn jew korpi li hu jew hi jikkonsidra xierqa qabel isolvi l-kwistjoni taħt subsezzjoni (4).

(6)

F'dan l-Att

(a)

riferenza għal kull digriet għandha, sakemm il-kuntest ma jirrikjedix mod ieħor, tkun interpretata skond dak it-twettiq bħala emendata jew estiża minn jew taħt kull twettiq sussegwenti fosthom dan l-Att;

(b)

riferenza għal sezzjoni hija riferenza għal sezzjoni ta' dan l-Att sakemm ma jkunx muri li jkun hemm ħsieb għall-riferenza ta' xi digrietar ieħor; u

(c)

riferenza għal subsezzjoni, paragrafu jew subparagrafu hija riferenza għal subsezzjoni, paragrafu jew subparagrafu tad-dispożizzjoni fejn issir ir-riferenza sakemm ma jkunx muri li jkun hemm ħsieb għal riferenza għal xi dispożizzjoni oħra.

(1)

Il-Ministru jista' b'ordni

(a)

jinnomina avvenimenti bħala avvenimenti ta' importanza ewlenija għas-soċjetà li għalihom id-dritt ta' xandâr li jikkwalifika, li jipprovdi trażmissjoni fuq servizz televiżiv bla ħlas, għandu jkun provdut fl-interess pubbliku, u

(b)

jiddetermina jekk avveniment nominat taħt il-paragrafu (a) għandux ikun disponibbli, bħala trażmissjoni fuq servizz televiżiv bla ħlas.

(i)

b'mod dirett, diferit jew kemm dirett kif ukoll diferit, u

(ii)

b'mod sħiħ, f''siltiet jew kemm b'mod sħiħ u f'siltiet.

(2)

Il-Ministru għandu jikkonsidra ċ-ċirkostanzi kollha u b'mod partikolari tal-kriterji li ġejjin sabiex issir nomina taħt subsezzjoni (1)(a):

(a)

safejn l-avveniment għandu reżonanza ġenerali u speċjali għall-poplu Irlandiż;

(b)

safejn l-avveniment għandu importanza kulturali distinta u ġeneralment rikonoxxuta għall-poplu Irlandiż.

(3)

Sabiex jiddetermina safejn il-kriterji ta' subsezzjoni (2) intlaħqux il-Ministru jista' jikkonsidra l-fatturi li ġejjin:

(a)

jekk l-avveniment jinvolvix il-parteċipazzjoni ta' tim nazzjonali jew mhux nazzjonali jew ta' persuni Irlandiżi;

(b)

prattika mill-passat jew esperjenza fejn għandu x'jaqsam l-avveniment jew oħrajn bħalu.

(4)

Il-Ministru għandu jikkonsidra dawn li ġejjin sabiex issir nomina taħt subsezzjoni (1)(b):

(a)

in-natura ta’ l-avveniment;

(b)

il-ħin fi ħdan l-Istat ta' x'ħin iseħħ l-avveniment;

(c)

konsiderazzjonijiet prattiċi tax-xandir.

(5)

Il-Ministru jista' b'ordni jirrevoka jew jemenda ordni taħt din is-sezzjoni.

(6)

Il-Ministru għandu jikkonsulta l-Ministru tat-Turiżmu, Sport u Rikreazzjoni qabel jagħmel, jirrevoka jew jemenda ordni taħt din is-sezzjoni.

(7)

Meta jkun hemm proposta ta' ħolqien, revoka jew emenda taħt din is-sezzjoni, abbozz ta' l-ordni għandu jitqiegħed quddiem kull Kamra tal-Oireachtas u l-ordni ma għandhiex isseħħ qabel riżoluzzjoni li tapprova l-abbozz tkun għaddiet minn kull Kamra.

(1)

Qabel jagħmel ordni taħt sezzjoni 2, Il-Ministru għandu

(a)

jagħmel sforz raġonevoli li jikkonsulta l-organizzaturi ta' l-avveniment u max-xandâra li huma taħt il-ġuriżdizzjoni ta' l-Istat għall-finijiet tad-Direttiva tal-Kunsill,

(b)

jippubblika avviż ta' l-avveniment li l-Ministru fi ħsiebu jinnomina taħt dik is-sezzjoni f'minn ta' l-inqas gazzetta li tiċċirkola fl-Istat, u

(c)

jistieden kummenti minn membri tal-pubbliku dwar nomina prevista.

(2)

L-inkapaċità li jiġi stabbilit min hu l-organizzatur ta' l-avveniment jew in-nuqqas ta' l-organizzatur jew xandâr taħt il-ġuriżdizzjoni ta' l-Istat li jirrispondi għall-isforzi tal-Ministru li jikkonsulta ma għandhomx it-twettiq ta' ordni taħt sezzjoni 2.

(1)

Meta xandâr taħt il-ġuriżdizzjoni ta' l-Istat li mhuwiex xandâr li jikkwalifika jikseb drittijiet esklussivi li jxandar avveniment nominat, dak ix-xandâr ma għandux ixandar l-avveniment sakemm l-avveniment ma jkunx disponibbli għal xandâr li jikkwalifika, skond l-ordni taħt sezzjoni 2, fuq talba u wara l-ħlas ta' rati raġonevoli tas-suq mix-xandâr li jikkwalifika.

(2)

Meta xandâr li jikkwalifika jikseb id-dritt li jxandar avveniment nominat (taħt din is-sezzjoni jew direttament), ix-xandâr li jikkwalifika għandu jxandar l-avveniment fuq servizz televiżiv bla ħlas li jipprovdi trażmissjoni kważi universali skond l-ordni taħt sezzjoni 2.

(3)

F'din is-sezzjoni, ‘avveniment nominat’ tfisser avveniment nominat f'ordni taħt is-sezzjoni 2.

5.   Meta Stat Membru ieħor jinnomina avveniment bħala ta' importanza ewlenija għas-soċjetà f'dak l-Istat Membru u l-Kummissjoni Ewropea tkun ikkomunikat il-miżuri meħuda minn dak l-Istat Membru skond l-Artikolu 3a(2) tad-Direttiva tal-Kunsill, l-ebda xandâr taħt il-ġuriżdizzjoni ta' l-Istat li jikseb id-drittijiet esklussivi għall-avveniment nominat ma għandu jeżerċita id-drittijiet esklussivi b'tali mod li parti sostanzjali tal-pubbliku f'dak l-Istat Membru tkun imċaħħda mill-possibilità li ssegwi dawk l-avvenimenti skond il-miżuri meħuda.

(1)

Fejn hu allegat minn xandâr (ix-‘xandâr offiż’) li xi attività jew imġiba pprojbita minn sezzjoni 4 sa 5 qed tiġi, ġiet jew se titwettaq minn xi xandâr jew aktar (ix-xandâr l-ieħor), ix-xandâr offiż għandu jkun intitolat li jersaq quddiem il-Qorti Suprema għar-rimedji li ġejjin kontra x-xandâr l-ieħor:

(a)

ordni li tirrestrinġi x-xandâr l-ieħor milli jwettaq jew jittanta li jwettaq l-attività jew imġiba pprojbita minn sezzjoni 4 sa 5;

(b)

dikjarazzjoni li l-kuntratt li taħtu x-xandâr l-ieħor kiseb id-drittijiet esklussivi għall-avveniment innominat huwa null;

(c)

danni mix-xandâr l-ieħor;

(d)

direzzjoni li d-dritt ta' provvista tat-trażmissjoni televiżiva ta' l-avveniment għandha tingħata lix-xandâr offiż skond rati raġonevoli tas-suq.

(2)

Applikazzjoni lill-Qorti Suprema għal ordni imsemmija f'subsezzjoni (1) għandha tkun b'mozzjoni u bil-qorti, meta jitqies is-suġġett, tista' tagħmel ordni bħal din ad interim jew interlokutorja skond kif tqis li xieraq.

(1)

Għall-finijiet ta' subsezzjoni 4(1), jekk ix-xandâra ma jaqblux dwar x'inhuma r-rati raġonevoli tas-suq fejn jidħlu trażmissjonijiet televiżivi ta' avveniment, kull wieħed mix-xandâra jista' jersaq quddiem il-Qorti Suprema fil-qosor għal ordni li tiddetermina r-rati raġonevoli tas-suq għal avveniment.

(2)

Ordni taħt subsezzjoni (1) jista' jkollha dispożizzjonijiet konsekwenzjali jew supplimentari skond kif tara xieraq il-Qorti Suprema.

8.   Dan l-Att jista' jiġi kkwotat bħala l-Att dwar ix-Xandir (Trażmissjonijiet ta' Avvenimenti Televiżivi Ewlenin) 1999.

Strumenti Statutorji

S.I. Nru 99 ta' l-2003

Ordni dwar Att dwar ix-Xandir (Trażmissjonijiet ta' Avvenimenti Televiżivi Ewlenin) 1999 (Nominazzjoni ta' Avvenimenti Ewlenin).

2003

Jiena, Dermot Ahern, Ministru għall-Komunikazzjonijiet, Riżorsi tal-Baħar u Riżorsi Naturali, filwaqt li neżerċita l-poteri mogħtija lili permezz tas-subsezzjoni (1) tas-sezzjoni 2 ta' l-Att dwar ix-Xandir ta' l-1999 (Trażmissjonijiet ta' Avvenimenti Televiżivi Ewlenin) (Nru 28 ta' l-1999) u l-Ordni dwar ix-Xandir ta' l-2002 (Trasferiment ta' Amministrazjoni Dipartimentali u Funzjonijiet Ministerjali) (S.I. Nru 302 ta' l-2002) (kif adattata mill-Ordni 2002 dwar ir-Riżorsi tal-Baħar u r-Riżorsi Naturali (S.I. Nru 307 ta' l- 2002) (Tibdil ta' l-Isem tad-Dipartiment u tat-titlu tal-Ministru)) wara konsultazzjoni mal-Ministru għall-Arti, Sport u Turiżmu kif provdut bis-subsezzjoni (6) (kif adattata mill-Ordni 2002) (Tibdil ta' l-Isem tad-Dipartiment u tat-titlu tal-Ministru)(S.I. Nru 307 ta' l- 2002)) ta' dik is-sezzjoni, hawnhekk nagħmel l-ordni li ġejja li fir-rigward tagħha, skond is-subsezzjoni (7) ta' dik is-sezzjoni, tressaq abbozz quddiem kull Kamra ta' l-Oireachtas u riżoluzzjoni li tapprova l-abbozz għaddiet minn kull Kamra bħal din.

1.

Din l-Ordni tista' tiġi kkwotata bħala l-Ordni dwar ix-Xandir (Trażmissjonijiet ta' Avvenimenti Televiżivi Ewlenin) 2003.

2.

L-avvenimenti speċifikati fl-Iskeda ta' din l-Ordni huma nominati bħala avvenimenti ta' importanza ewlenija għas-soċjetà li għalihom id-dritt, ta' xandâr li jikkwalifika, li jipprovdi trażmissjoni fuq servizz televiżiv bla ħlas għandu jkun provdut fl-interess pubbliku.

3.

Kull logħba ta' l-Irlanda fil-Kampjonat tas-sitt Nazzjonijiet tar-Ragbi hija nominata bħala avveniment ta' importanza ewlenija għas-soċjetà li għaliha d-dritt, ta' xandâr li jikkwalifika, li jipprovdi trażmissjoni fuq servizz televiżiv bla ħlas għandu jkun provdut fl-interess pubbliku.

SKEDA

Regolament 2:

Il-Logħob Olimpiku tas-Sajf

Il-finali ta' l-'All-Ireland Senior Inter-County Football and Hurling Finals'

Il-logħob ta' kwalifika ta' l-Irlanda f'darhom u barra minn darhom fit-turnej tal-Kampjonat Ewropew tal-Futbol u tal-logħob tat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol tal-FIFA

Il-logħob ta' l-Irlanda tal-finali tat-turnej tal-Kampjonat Ewropew tal-Futbol u tal-logħob tat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol tal-FIFA

Il-logħbiet tal-ftuħ, tas-semifinali u l-finali tal-finali tat-turnej tal-Kampjonat Ewropew tal-Futbol u tal-logħob tat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol tal-FIFA

Il-logħob ta' l-Irlanda fit-turnew tat-Tazza tad-Dinja tar-Rugby

Il-Grand National Irlandiż u d-Derby Irlandiż

It-Tazza tan-Nazzjonijiet waqt il-Wirja taż-Żwiemel ta' Dublin

MOGĦTIJA taħt is-Siġill Uffiċjali tiegħi,

13 ta' Marzu, 2003.

DERMOT AHERN

Ministru għall-Komunikazzjonijiet, Riżorsi tal-Baħar u Riżorsi Naturali.”.


10.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 180/24


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-25 ta’ Ġunju 2007

dwar il-kompatibbiltà mal-liġi tal-Komunità tal-miżuri meħuda mill-Belġju skond l-Artikolu 3a(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar it-twettiq ta’ attivitajiet ta’ xandir bit-televiżjoni.

(2007/479/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti mil-liġi, minn regolamenti jew azzjoni amministrattiva fl-Istati Membri dwar it-twettiq ta’ attivitajiet ta’ xandir televiżiv (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3a(2) tagħha.

Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Kumitat imwaqqaf skond l-Artikolu 23a tad-Direttiva 89/552/KEE,

Billi:

(1)

B'ittra fl-10 ta’ Diċembru 2003, il-Belġju nnotifika lill-Kummissjoni dwar miżuri li għandhom jittieħdu skond l-Artikolu 3a(1) tad-Direttiva 89/552/KEE.

(2)

Il-Kummissjoni vverifikat, fi żmien tliet xhur minn din in-notifika, li dawn il-miżuri huma kompatibbli mal-liġi tal-Komunità, b'mod partikulari dwar il-proporzjonalità tal-miżuri u t-trasparenza tal-proċedura ta’ konsultazzjoni nazzjonali.

(3)

Fl-eżami tagħha, il-Kummissjoni qieset id-dejta disponibbli fil-media Belġjana.

(4)

Il-lista ta’ avvenimenti ewlenin ta’ importanza għas-soċjetà inklużi fil-miżuri Belġjani, tfasslet b'mod ċar u trasparenti u kienet tnediet konsultazzjoni wiesgħa fil-Belġju.

(5)

Il-Kummissjoni kienet sodisfatta li l-attivitajiet elenkati fil-miżuri Belġjani laħqu minn ta’ l-anqas tnejn mill-kriterji li ġejjin, meqjusa bħala indikaturi ta’ min joqgħod fuqhom ta’ l-importanza ta’ l-avvenimenti, għas-soċjetà (i) qbil ġenerali u speċjali fi ħdan l-Istati Membri, u mhux sempliċement sinifikat għal dawk li normalment isegwu l-isport jew attività konċernata; (ii) importanza kulturali distinta u ġeneralment rikonoxxuta għall-popolazzjoni fl-Istat Membru, b'mod partikulari bħala katalista għall-identità kulturali; (iii) l-involviment tat-tim nazzjonali fl-avveniment ikkonċernat fil-kuntest ta’ kompetizzjoni jew turnew ta’ importanza internazzjonali; u (iv) il-fatt li dak l-avveniment kien tradizzjonalmnent imxandar bla ħlas fuq it-televiżjoni u kienu jarawh udjenzi kbar.

(6)

Numru sinifikanti ta’ l-avvenimenti elenkati fil-miżuri Belġjani, fosthom l-Olimpjadi tas-sajf u tax-xitwa, kif ukoll il-finali tat-Tazza tad-Dinja u l-Kampjonati Ewropej tal-futbol (irġiel), jaqgħu taħt il-kategorija ta’ avvenimenti tradizzjonalment ikkunsidrati ta’ importanza kbira għas-soċjetà, kif riferut għalihom b'mod espliċitu fi premessa 18 tad-Direttiva 97/36/KE. Dawn l-avvenimenti għandhom qbil ġenerali u speċjali fil-Belġju, għax huma partikolarment popolari mal-pubbliku ġenerali, mhux biss ma’ dawk li normalment isegwu avvenimenti sportivi.

(7)

Peress li l-Finali tat-tazza Belġjana tal-Futbol (irġiel) hija maħsuba li tressaq kontra xulxin l-aqwa żewġ timijiet tal-futbol Belġjan u tispiċċa bil-premju ta’ trofew (it-Tazza), hija popolari ma’ ferm aktar nies minn dawk li normalment isegwu avvenimenti sportivi fil-Belġju, u għalhekk għandha reżonanza ġenerali u speċjali fil-Belġju.

(8)

L-avvenimenti tal-futbol elenkati li jinvolvu t-timijiet nazzjonali għandhom qbil ġenerali u speċjali fil-Belġju peress li jagħtu lit-timijiet Belġjani l-opportunità li jippromwovu l-futbol Belġjan fuq livell internazzjonali.

(9)

Il-finali u s-semifinali taċ-Champions League u tat-Tazza UEFA għandhom qbil ġenerali u speċjali fil-Belġju meta wieħed iqis il-popolarità tal-futbol fil-Belġju u l-prestiġju ta’ dawk il-logħbiet, li huma segwiti mill-pubbliku ġenerali, u mhux biss minn dawk li soltu jsegwu avvenimenti sportivi.

(10)

Iċ-ċikliżmu tat-triq huwa sport popolari fil-Belġju. Parti mit-Tour de France (irġiel), l-aktar avveniment ċiklistiku importanti fid-dinja, isir fil-Belġju. Il-Kampjonat Belġjan taċ-Ċikliżmu tat-Triq (irġiel) għandu reżonanza ġenerali u speċjali fil-Belġju peress li jagħlaq l-istaġun ċiklistiku professjonali, segwit mill-pubbliku ġenerali u mill-media Belġjana. L-avvenimenti ċiklistiċi oħrajn, elenkati, għandhom qbil ġenerali u speċjali fil-Belġju meta wieħed iqis is-suċċess li jiksbu s-soltu l-parteċipanti Belġjani fuq livell internazzjonali. L-avvenimenti ċiklistiċi internazzjonali, elenkati, li jsiru l-Belġju jipprovdu wkoll opportunità għall-promozzjoni tal-Belġju bħala pajjiż.

(11)

L-Ivo Van Damme Memorial, parti mill-Golden League, għandu reżonanza ġenerali u speċjali fil-Belġju peress li huwa avveniment internazzjonali ta’ livell għoli ta’ l-atletika internazzjonali li jsir fil-Belġju biex jikkommemora atleta kbir Belġjan u jgħaqqad l-isport mal-mużika, għalhekk huwa ferm popolari mal-pubbliku ġenerali.

(12)

Il-partijiet elenkati tal-Kampjonati dinjija ta’ l-Atletika li jinvolvu parteċipanti Belġjani għandhom reżonanza ġenerali u speċjali fil-Belġju għaliex huma opportunità sabiex l-atleti Belġjani jikkompetu fuq livell internazzjonali.

(13)

Il-Grand Prix Belġjan tal-Formula 1 għandu reżonanza ġenerali u speċjali peress li jippromwovi ċirkwit Belġjan sabiħ ferm, li huwa oġġett ta’ kburija nazzjonali partikulari.

(14)

Il-logħbiet tat-tennis li jinvolvu tennisti jew timijiet nazzjonali Belġjani elenkati għandhom qbil ġenerali u speċjali fil-Belġju meta wieħed iqis is-suċċess li jiksbu t-tennisti Belġjani fuq livell internazzjonali.

(15)

Il-finali tal-Kompetizzjoni Mużikali Reġina Eliżabetta għandha importanza kulturali distinta bħala katalista għall-identita kulturali Belġjana, minħabba l-kontribuzzjoni importanti tar-Reġina Eliżabetta u r-raġel tagħha r-Re Albertu għall-istorja Belġjana u għall-kwalità għolja ferm u s-sinifikat ta’ madwar id-dinja li għandu dak l-avveniment kulturali.

(16)

L-avvvenimenti elenkati, fosthom dawk li għandhom jitqiesu fit-totalità tagħhom, u mhux bħala serje ta’ avvenimenti individwali, tradizzjonalment kienu jixxandru fuq it-televiżjoni bla ħlas u kienu jiġbdu udjenzi televiżivi kbar. Fejn, eċċezzjonalment, ma teżisti l-ebda dejta dwar l-udjenza (Il-Finali tat-Turnew tal-Kampjonat Ewropew tal-Futbol), l-inklużjoni ta’ dan l-avveniment hija ġustifikata aktar peress li huwa ġeneralment rikonoxxut u għandu importanza distinta kulturali għall-popolazzjoni Belġjana, meta wieħed iqis il-kontribuzzjoni importanti għall-għarfien bejn il-popli, kif ukoll l-importanza tal-futbol għas-soċjetà Belġjana kollha u għall-unur nazzjonali, peress li jipprovdi okkażjoni sabiex l-aqwa sportivi Belġjani jirnexxu f'din il-Kompetizzjoni internazzjonali importanti.

(17)

Il-miżuri Belġjani jidhru li huma proporzjonati sabiex jiġġustifikaw deroga mill-libertà fundamentali tat-Trattat tal-KE li servizzi jiġu provduti abbażi ta’ raġuni predominanti ta’ interess pubbliku, li għandha tiżgura aċċess wiesa’ għall-pubbliku għal xandiriet ta’ avvenimenti ta’ importanza kbira għas-soċjetà.

(18)

Il-miżuri Belġjani huma kompatibbli mar-regoli tal-kompetizzjoni tal-KE għall-fatt li d-definizzjoni ta’ xandâra kwalifikati li jxandru avvenimenti elenkati hija bbażata fuq kriterji oġġettivi li jippermettu kompetizzjoni attwali u potenzjali għall-kisba tad-drittijiet tax-xandir ta’ dawn l-avvenimenti. Barra minn hekk, in-numru ta’ avvenimenti elenkati mhux disproporzjonat tant li jgħawweġ il-kompetizzjoni għas-swieq tat-televiżjoni b'xejn u bi ħlas.

(19)

Wara komunikazzjoni minn-naħa tal-Kummissjoni lill-Istati Membri l-oħra dwar il-miżuri meħuda mill-Belġju u konsultazzjoni tal-Kumitat imwaqqaf skond l-Artikolu 23a tad-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE, id-Direttur Ġenerali għall-Edukazzjoni u l-Kultura informa lill-Belġju permezz ta’ ittra tas-7 ta’ April 2004, li l-Kummissjoni Ewropea ma hi fi ħsiebha toġġezzjona għall-ebda waħda mill-miżuri notifikati.

(20)

Il-miżuri Belġjani kienu addottati fil-Komunità Fjamminga fit-28 ta’ Mejju 2004 u fil-Komunità Franċiża fit-8 ta’ Ġunju 2004.

(21)

Dawk il-miżuri ġew ippubblikati fis-Serje “Ċ” tal-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea  (2) skond l-Artikolu 3a(2) tad-Direttiva 89/552/KEE.

(22)

Mis-sentenza tal-Qorti ta’ Prim Istanza Każ T-33/01 Infront WM v Kummissjoni jirriżulta, li d-dikjarazzjoni li l-miżuri meħuda skond l-Artikolu 3a(1) tad-Direttiva 89/552/KEE huma kompatibbli mal-liġi tal-Komunità, u jikkostitwixxu deċiżjoni fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 249 tat-Trattat tal-KE, li għalhekk jeħtieġ jiġi addottat mill-Kummissjoni. Skond dan, hemm bżonn li permezz ta’ din id-Deċiżjoni jiġi dikjarat li l-miżuri notifikati mill-Belġju huma kompatibbli mal-liġijiet tal-Komunità. Il-miżuri, kif finalment meħuda mill-Belġju u stabbiliti fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali skond l-Artikolu 3a(2) tad-Direttiva 89/552/KEE.

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-miżuri notifikati mill-Belġju lill-Kummissjoni fl-10 ta’ Diċembru 2003 skond l-Artikolu 3a(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE kif ippubblikati fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea C 158 tad-29 ta’ Jannar 2005, huma kompatibbli mal-liġijiet tal-Komunità.

Artikolu 2

Il-miżuri kif finalment meħuda mill-Belġju u stabbiliti fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali skond l-Artikolu 3a(2) tad-Direttiva 89/552/KEE.

Magħmula fi Brussell, 25 ta’ Ġunju 2007

Għall-Kummissjoni

Viviane REDING

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 298, 17.10.1989, p. 23. Direttiva kif emendata bid-Direttiva 97/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 202, 30.7.1997, p. 60).

(2)  ĠU C 158, 29.6.2005, p. 13.


ANNESS

Pubblikazzjoni skond l-Artikolu 3a(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fl-Istati Membri dwar it-twettiq ta’ attivitajiet ta’ xandir bit-televiżjoni.

Il-miżuri meħuda mill-Belġju li għandhom jiġu ppubblikati skond l-Artikolu 3a(2) tad-Direttiva 89/552/KEE jinstabu fl-estratti li ġejjin minn strumenti adottati rispettivament mill-Komunitajiet Fjammingi u Franċiżi u pubblikati fil-Moniteur Belge:

għall-Komunità Franċiża, fid-digriet tas-27 ta' Frar 2003 dwar ix-xandir (MB No 137, 17.4.2003) u l-Ordni tat-8 ta' Ġunju 2004 (MB No 318, 6.9.2004);

għall-Komunità Fjamminga, fid-digriet tal-25 ta' Jannar 1995 (DCFL No 1995-01-25/38) u l-Ordni tat-28 ta' Mejju 2004 (MB No 295, 19.8.2004);

Lista konsolidata ta' l-avvenimenti ta' importanza ewlenija fil Belġju tinstab fil-ftehim konkluż bejn il-Komunità Franċiża u dik Fjamminga tat-28 ta' Novembru 2003:

IL-KOMUNITÀ FRANĊIŻA:

“1.   Digriet dwar ix-Xandir

[…]

Art. 4 § 1

Wara li jikkonsulta lis-CSA, il-Gvern jista' jaddotta lista ta' avvenimenti li jikkonsidra li huma ta' importanza għall-pubbliku tal-Komunità Franċiża. Avvenimenti bħal dawn ma għandhomx ikunu suġġetti għal eżerċizzju ta' drittijiet esklussivi minn xandâr tat-televiżjoni jew mill-RBTF, b'tali mod li parti sostanzjali mill-pubbliku ta' dik il-komunità ma jkollhiex aċċess ghal dawn l-avvenimenti permezz ta' servizz ta' televiżjoni ta' aċċess bla ħlas.

Il-Gvern għandu jiddeċiedi jekk l-avvenimenti għandhomx jiġu trasmessi b'mod dirett, diferit, sħaħ jew f'siltiet.

Art. 4 § 2

Avveniment huwa kkunsidrat li huwa ta' importanza kbira għall-pubbliku tal-Komunità Franċiża jekk jilħaq minn ta' l-anqas tnejn minn dawn il-kriterji li ġejjin:

1.

l-avveniment huwa partikolarment popolari mal-pubbliku tal-Komunità Franċiża ġenerali, mhux biss ma' dawk li normalment isegwu avvenimenti bħal dawn regolarment;

2.

l-avveniment għandu importanza kulturali distinta ġeneralment rikonoxxuta mill-pubbliku tal-Komunità Franċiża u huwa parti mill-identità kulturali tal-Komunità;

3.

personalità jew tim Belġjan ikun qed jieħu sehem fl-avveniment ikkonċernat fil-kuntest ta' kompetizzjoni jew avveniment ta' importanza internazzjonali;

4.

l-avveniment huwa tradizzjonalment imxandar fi programm ta' servizz televiżiv bla ħlas fil-Komunità Franċiża u jiġbed udjenza wiesgħa.

Wara li jikkonsulta lis-CSA, il-Gvern jista' jadotta proċeduri li permezz tagħhom, l-avvenimenti msemmija qabel, għandhom isiru aċċessibbli.

Art. 4 § 3

Servizz ta' xandir televiżiv huwa meqjus bħala “ta' aċċess bla ħlas” jekk jittrasmetti bil-Franċiż u jista' jinqabad minn 90 % tad-djar li għandhom apparat li jaqbad it-televiżjoni f'territorju fejn hu mitkellem il-Franċiż jew fir-reġjun bilingwali tal-Kapitali Brussell. Minbarra l-ispejjeż tekniċi, il-qbid ta' dan is-servizz ma għandux jiġi suġġett għal ħlas ieħor minbarra l-prezz ta' sħubija għall-pakkett bażiku tal-cable.

Art. 4 § 4

Ix-xandâra tat-televiżjoni u l-RTBF għandhom jieqfu milli jeżerċitaw xi drittijiet esklussivi li setgħu kisbu wara t-30 ta' Lulju 1997, li jistgħu ma jħallux parti kbira mill-pubbliku ta' Stat Membru ta' l-Unjoni Ewropea, aċċess, permezz ta' servizz ta' televiżjoni bla ħlas għal avvenimenti ta' importanza kbira, li tagħhom hemm lista ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dawn għandhom ikunu konformi mal-kundizzjonijiet speċjali stabbiliti fiż-żmien tal-pubblikazzjoni tal-listi msemmija aktar qabel, dwar aċċess dirett jew diferit, sħaħ jew siltiet.

2.   Ordni li tistabbilixxi avvenimenti ta' importanza ewlenija u li tiddetermina l-proċeduri li jagħmluhom aċċessibbli.

Artikolu 1

Fil-limiti stabbiliti f'din l-ordni, l-aċċess mill-Komunità Franċiża, għal dawn l-avvenimenti għandu jkun dirett jew diferit, sħiħ jew f'siltiet skond l-Anness għal din l-ordni.

Artikolu 2

Servizz ta' xandir televiżiv fil-Komunità Franċiża li bi ħsiebu jeżerċita drittijiet esklussivi ta' xandir li għandu għal avveniment ta' importanza kbira għandu jxandru fuq servizz ta' televiżjoni b'aċċess bla ħlas skond l-Anness għal din l-Ordni.

Artikolu 3

Xandâr tat-televiżjoni li kiseb drittijiet ta' trasmissjoni diretta u sħiħa għal avveniment jista' madankollu jipposponi x-xandira ta' dan l-avveniment fuq servizz ta' xandir televiżiv b'aċċess bla ħlas f'dawn il-każi:

jekk l-avveniment iseħħ bejn nofsillejl u t-8 ta' filgħodu, ħin Belġjan;

jekk l-avveniment jaħbat ma' l-aħbarijiet jew ma' programm ta' ġrajjiet kurrenti li normalment jixxandar mis-servizz f'dak il-ħin;

jekk l-avveniment ikun fih diversi elementi li jseħħu fl-istess waqt.

Artikolu 4

Din l-Ordni ma toħloq l-ebda obbligazzjoni ta' xandir lill-Kap tal-RTBF jew lis-servizzi tax-xandir tal-Komunità Franċiża.

Artikolu 5

Il-Ministru għall-Affarijiet Awdjoviżivi huwa responsabbli għat-twettiq ta' din l-Ordni.

Brussell, it-8 ta' Ġunju 2004.

Għall-Gvern tal-Komunità Franċiża.

Il-Ministru għall-Affarijiet Awdjoviżivi,

O. CHASTEL

3.   Anness għall-Ordni

Lista ta' avvenimenti u kategoriji ta' avvenimenti ta' importanza kbira u arranġamenti għal aċċess bla ħlas għalihom mill-pubbliku:

 

L-Olimpjadi tas-sajf u tax-xitwa, diretti u bis-siltiet;

 

Il-Finali tat-Tazza Belġjana tal-Futbol (irġiel), diretta u sħiħa;

 

Kull logħba li tinvolvi t-tim Belġjan tal-futbol (irġiel), diretta u sħiħa;

 

Il-Finali diretti u sħaħ tat-Turnew tat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol (irġiel);

 

Il-Kampjonat Ewropew tal-futbol, l-aħħar rawnd (irġiel), dirett u sħiħ;

 

Iċ-Champions League, logħob fejn ikun hemm tim Belġjan involut, dirett u sħiħ;

 

It-Tazza UEFA, logħob fejn ikun hemm tim Belġjan involut, dirett u sħiħ;

 

It-Tour de France, irġiel, professjonali, dirett u bis-siltiet;

 

Il-Liège-Bastogne-Liège, diretta u bis-siltiet;

 

It-tiġrija Amstel Gold, diretta u bis-siltiet;

 

It-Tour ta' Flanders, dirett u bis-siltiet;

 

Pariġi-Roubaix, diretta u bis-siltiet;

 

Milan-San Remo, diretta u bis-siltiet;

 

Il-Kampjonati Belġjani taċ-Ċikliżmu tat-Triq professjonali (irġiel), diretti u bis-siltiet;

 

Il-Kampjonati Mondjali taċ-Ċikliżmu fit-Triq, professjonali (irġiel), diretti u bis-siltiet;

 

L-Ivo Van Damme Memorial, dirett u sħiħ;

 

Il-Grand Prix Belġjan tal-Formula 1, dirett u sħiħ;

 

It-tournaments tal-Grand Slam tat-tennis li ġejjin: Roland Garros u Wimbledon, kwarti tal-finali, semi-finali u finali li jinvolvu plejer Belġjan, diretti u sħaħ;

 

It-Tazza Davis u t-Tazza Fed, kwarti tal-finali, semi-finali u finali li jinvolvu plejer Belġjan, diretti u sħaħ;

 

Il-finali tal-Kompetizzjoni Mużikali Reġina Eliżabetta, diretta u sħiħa;

 

Il-Flèche Wallonne, diretta u bis-siltiet;

 

Il-Kampjonati Mondjali ta' l-Atletika, fejn ikunu qed jieħdu sehem atleti Belġjani, diretti u sħaħ;

Li għandha tiġi annessa ma' l-ordni tat-8 ta' Ġunju 2004.

Il-Ministru għall-Affarijiet Awdjoviżivi,

O. CHASTEL”

IL-KOMUNITÀ FJAMMINGA

“1.   Digriet tal-25 ta' Jannar 1995

Art. 76 § 1

Il-Gvern Fjamming għandu jħejji lista ta' avvenimenti li jikkunsidra li huma ta' importanza kbira għall-pubbliku u li, għal din ir-raġuni, ma jistgħux jixxandru fuq bażi esklussiva b'tali mod li parti sostanzjali mill-pubbliku tal-Komunità Fjamminga ma tkunx tista' tarahom diretti jew diferiti fuq it-televiżjoni bla ħlas.

Il-Gvern Fjamming għandu jiddeċiedi jekk dawn l-avvenimenti għandhomx jixxandru permezz ta' trasmissjoni diretta sħiħa jew parzjali jew, fejn hemm bżonn jew hu xieraq għal raġunijiet oġġettivi ta' interess ġenerali jew permezz ta' trasmissjoni diferita, b'mod sħiħ jew parzjali.

Art. 76 § 2

Impriżi ta' xandir bit-Televiżjoni tal-Komunità Fjamminga jew dawk rikonoxxuti minnha ma jistgħux jeżerċitaw id-drittijiet esklussivi miksuba jekk parti kbira tal-pubbliku fi Stat Membru ieħor tal-Komunità Ewropea ma jistax jara l-avvenimenti bla ħlas kif premess f'dak l-Istat Membru b'mod sħiħ jew parzjalment dirett jew fejn hemm bżonn jew hu xieraq għal raġunijiet oġġettivi ta' interess ġenerali permezz ta' trasmissjoni diferita, b'mod sħiħ jew parzjali kif determinat minn dak l-Istat Membru.

2.   Ordni tal Gvern Fjamming li toħloq il-lista ta' avvenimenti ta' importanza kbira għas-soċjetà […]

Filwaqt li avveniment jista' jiġi kkunsidrat bħala avveniment ta' importanza kbira għas-soċjetà jekk jintlaħqu tnejn mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

1.

l-avveniment għandu valur topiku kbir u jiġbed interess pubbliku konsiderevoli;

2.

l-avveniment qed iseħħ fil-kuntest ta' kompetizzjoni importanti nazzjonali jew huwa kompetizzjoni li fiha hemm involut it-tim nazzjonali jew tim Belġjan jew qed jieħu sehem atleta(i) Belġjan(i).

3.

l-avveniment huwa ta' dixxiplina sportiva importanti u jirrappreżenta proprjetà kulturali importanti għall-Komunità Fjamminga;

4.

l-avveniment huwa tradizzjonalment imxandar b'xejn fuq it-televiżjoni u għandu udjenzi kbar għall-kategorija tiegħu.

[…]

Art. 1 § 1

Dawn l-avvenimenti huma meqjusa bħala avvenimenti ta' importanza kbira għas-soċjetà:

1.

Il-Logħob Olimpiku tas-sajf

2.

Futbol (irġiel): il-logħbiet kollha li jinvolvu t-tim nazzjonali u r-rawnd finali ta' logħbiet tat-Tazza tad-Dinja u tal-Kampjonati Ewropej.

3.

Iċ-Champions League u t-Tazza UEFA:

logħob fejn ikun hemm tim Belġjan qed jilgħab;

is-semifinali u l-finali;

4.

Il-Finali tat-Tazza Belġjana tal-Futbol (irġiel);

5.

Ċikliżmu:

 

It-Tour de France, għal ċiklisti elit (irġiel): l-istadji kollha;

 

it-tiġrijiet tat-Tazza tad-Dinja li ġejjin: Milan-San Remo, it-Tour ta' Flanders, Pariġi-Roubaix, il-Liège-Bastogne-Liège, Amstel Gold Race, Paris-Tours u t-Tour tal-Lombardija;

 

il-kampjonat Belġjan u l-Kampjonat Mondjali, għal ċiklisti elit (irġiel):

6.

Cyclo-cross: il-kampjonat Belġjan u l-Kampjonati Mondjali, għal ċiklisti elit (irġiel):

7.

Tenis:

 

it-turnej tal-Grand Slam: Il-logħbiet kollha mill-kwarti tal-finali 'l quddiem fejn ikunu involuti plejers Belġjani u l-finali kollha (tas-singles);

 

it-Tazza Davis u t-Tazza Fed: Kwarti tal-finali, is-semifinali u l-finali li jinvolvu timijiet Belġjani;

8.

Il-Grand Prix tal-Formula 1 Belġjana.

9.

Atletika: Il-Van Damme Memorial.

10.

Il-Kompetizzjoni Reġina Eliżabetta.

Art. 1 § 2

L-avvenimenti msemmija fi 2, 3, 4, 6, 7, 8, 9 u 10 huma disponibbli permezz ta' trasmissjoni sħiħa u diretta.

L-avvenimenti msemmija f'1 u 5 huma disponibbli permezz ta' trasmissjoni parzjali u diretta.

Art. 2

Id-drittijiet esklussivi għall-avvenimenti msemmija fl-Artikolu 1 § 1 ma jistgħux jixxandru b'tali mod li parti sostanzjali mill-popolazzjoni ma tkunx tista' tarahom fuq it-televiżjoni ta' aċċess bla ħlas.

Parti kbira mill-popolazzjoni tal-Komunità Fjamminga hija kkunsidrata li tista' ssegwi avveniment ta' importanza kbira għas-soċjetà meta l-avveniment jiġi mxandar minn stazzjon tat-televiżjoni li jittrasmetti bl-Olandiż u jista' jinqabad minn, minn ta' l-anqas, 90 % tal-popolazzjoni mingħajr aktar ħlas ħlief dak ta' abbonament tad-distribuzzjoni tat-televiżjoni.

Art. 3 § 1

Stazzjonijiet tat-televiżjoni li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti ta' l-Artikolu 2 u li jiksbu drittijiet esklussivi ta' trasmissjoni fir-reġjun fejn jitkellmu bl-Olandiż u r-reġjun bilingwali tal-Kapitali Brussell għall-avvenimenti msemmija f'Artikolu 1 § 1 ma jistgħux jeżerċitaw dawn id-drittijiet sakemm ma jiggarantixxux, abbażi tal-kuntratti konklużi, li parti kbira tal-popolazzjoni ma tiġix imċaħħda milli tara dawn l-avvenimenti fuq it-televiżjoni b'aċċess bla ħlas kif hemm provdut f'Artikoli1 § 2 u 2.

Art. 3 § 2

Stazzjonijiet tat-televiżjoni li għandhom drittijiet esklussivi ta' trasmissjoni jistgħu jagħtu sottoliċenzji, bi prezzijiet raġonevoli tas-suq u fil-limiti li jiġu miftiehma ma' l-istazzjonijet tat-televiżjoni, lil stazzjonijiet tat-televiżjoni li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' l-Artikolu 2.

Art. 3 § 3

Jekk l-ebda stazzjon tat–televiżjoni jiddikjara li jrid jakkwista sottoliċenzja taħt dawn il-kundizzjonijiet, l-istazzjon tat-televiżjoni kkonċernat jista' permezz ta' deroga mill-Artikolu 2 u l-Artikolu 3 § l, jagħmel użu mid-drittijiet ta' trasmissjoni miksuba.

Art. 4

Il-Ministru Fjamming bir-responsabbiltà tal-politika tal-media għandu jkun responsabbli għat-twettiq ta' din l-Ordni.

Brussell, it-28 ta' Mejju 2004.

Il-Ministru-President tal-Gvern Fjamming,

B. SOMERS

Il-Ministru tad-Djar, Midja u Sport tal-Gvern Fjamming,

M. KEULEN”

Lista Kkonsolidata ta' avvenimenti ta' importanza kbira għall-Belġju

1.

Il-Logħob Olimpiku tas-sajf

Il-Komunità Fjamminga: diretti u bis-siltiet

Il-Komunità Franċiża: diretti u bis-siltiet

2.

Il-Finali tat-Tazza Belġjana tal-Futbol (irġel)

Il-Komunità Fjamminga: diretta u sħiħa

Il-Komunità Franċiża: diretta u sħiħa

3.

Kull logħba li tinvolvi t-tim Belġjan tal-futbol ta' l-irġiel

Il-Komunità Fjamminga: diretta u sħiħa

Il-Komunità Franċiża: diretta u sħiħa

4.

Il-Finali tat-Tazza Belġjana tal-Futbol (irġiel)

Il-Komunità Fjamminga: diretta u sħiħa

Il-Komunità Franċiża: diretta u sħiħa

5.

Il-Kampjonat Ewropew tal-futbol, l-aħħar rawnd (irġiel)

Il-Komunità Fjamminga: diretta u sħiħa

Il-Komunità Franċiża: diretta u sħiħa

6.

Iċ-Champions League, logħob fejn ikun hemm involuti timijiet Belġjani

Il-Komunità Fjamminga: diretta u sħiħa

Il-Komunità Franċiża: diretta u sħiħa

7.

It-Tazza UEFA, logħob fejn ikun hemm involuti timijiet Belġjani

Il-Komunità Fjamminga: diretta u sħiħa

Il-Komunità Franċiża: diretta u sħiħa

8.

It-Tour de France, irġiel, professjonali,

Il-Komunità Fjamminga: diretti u bis-siltiet

Il-Komunità Franċiża: diretti u bis-siltiet

9.

Il-Liège-Bastogne-Liège

Il-Komunità Fjamminga: diretti u bis-siltiet

Il-Komunità Franċiża: diretti u bis-siltiet

10.

It-Tiġrija Amstel Gold

Il-Komunità Fjamminga: diretti u bis-siltiet

Il-Komunità Franċiża: diretti u bis-siltiet

11.

It-Tour ta' Flanders

Il-Komunità Fjamminga: diretti u bis-siltiet

Il-Komunità Franċiża: diretti u bis-siltiet

12.

Pariġi-Roubaix

Il-Komunità Fjamminga: diretti u bis-siltiet

Il-Komunità Franċiża: diretti u bis-siltiet

13.

Milan-San Remo

Il-Komunità Fjamminga: diretti u bis-siltiet

Il-Komunità Franċiża: diretti u bis-siltiet

14.

Il-Kampjonati Belġjani taċ-Ċikliżmu tat-Triq professjonali (irġiel)

Il-Komunità Fjamminga: diretti u bis-siltiet

Il-Komunità Franċiża: diretti u bis-siltiet

15.

Il-Kampjonati Mondjali taċ-Ċikliżmu tat-Triq, professjonali (irġiel)

Il-Komunità Fjamminga: diretti u bis-siltiet

Il-Komunità Franċiża: diretti u bis-siltiet

16.

L-IvoVan Damme Memorial

Il-Komunità Fjamminga: diretta u sħiħa

Il-Komunità Franċiża: diretta u sħiħa

17.

Il-Grand Prix tal-Formula 1 Belġjana

Il-Komunità Fjamminga: diretta u sħiħa

Il-Komunità Franċiża: diretta u sħiħa

18.

It-tournaments tal-Grand Slam tat-tennis li ġejjin: Roland Garros u Wimbledon, kwarti tal-finali, semi-finali u finali li jinvolvu plejer Belġjan

Il-Komunità Fjamminga: diretta u sħiħa

Il-Komunità Franċiża: diretta u sħiħa

19.

It-Tazza Davis u t-Tazza Fed, il-kwarti tal-finali, is-semi-finali u l-finali li jinvolvu t-tim Belġjan

Il-Komunità Fjamminga: diretta u sħiħa

Il-Komunità Franċiża: diretta u sħiħa

20.

Il-finali tal-Kompetizzjoni Mużikali Reġina Eliżabetta

Il-Komunità Fjamminga: diretta u sħiħa

Il-Komunità Franċiża: diretta u sħiħa

Avvenimenti speċifiċi għall-lista Franċiża

1.

Il-Flèche wallonne, (diretta u bis-siltiet).

2.

L-Olimpjadi tax-Xitwa, (diretti u bis-siltiet).

3.

Il-Kampjonati Mondjali ta' l-Atletika, fejn ikunu qed jieħdu sehem atleti Belġjani, diretti u sħaħ.

Avvenimenti speċifiċi għall-lista Franċiża

1.

Iċ-Champions League: finali u semi-finali, diretti u sħaħ.

2.

It-Tazza UEFA: finali u semi-finali, diretti u sħaħ.

3.

Ċikliżmu, Il-Pariġi-Tours u t-Tour tal-Lombardija: diretti u bis-siltiet.

4.

Il-kampjonat Belġjan u l-Kampjonati Mondjali Cyclo-cross, irġiel, professjonali: diretti u sħaħ.

5.

It-tournaments tal-Grand Slam tat-tenis li ġejjin: L-Australian Open u l-US Open, il-kwarti tal-finali, is-semi-finali u l-finali li jinvolvu plejer Belġjan, diretti u sħaħ.


10.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 180/33


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-25 ta’ Ġunju 2007

dwar il-kompatibbiltà mal-liġi tal-Komunità, tal-miżuri meħuda minn Franza skond l-Artikolu 3a(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti mil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fl-Istati Membri dwar it-twettiq ta’ attivitajiet ta’ xandir bit-televiżjoni

(2007/480/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE tat-3 ta’ Ottubru 1989 dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar it-twettiq ta’ attivitajiet ta’ xandir bit-televiżjoni (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 3a(2) tagħha.

Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Kumitat imwaqqaf skond l-Artikolu 23a tad-Direttiva 89/552/KEE,

Billi:

(1)

B’ittra fit-30 ta’ Diċembru 2003, Franza nnotifikat lill-Kummissjoni dwar miżuri li għandhom jittieħdu skond l-Artikolu 3a(1) tad-Direttiva 89/552/KEE.

(2)

Il-Kummissjoni vverifikat, fi żmien tliet xhur minn din in-notifika, jekk miżuri tali humiex kompatibbli mal-liġi tal-Komunità, b’mod partikulari dwar il-proporzjon tal-miżuri u t-trasparenza tal-proċedura ta’ konsultazzjoni nazzjonali.

(3)

Fl-eżami tagħha, il-Kummissjoni ħadet in konsiderazzjoni d-dejta disponibbli fil-media Franċiża.

(4)

Il-lista ta’ avvenimenti ta’ importanza ewlenija għas-soċjetà, inklużi fil-miżuri Franċiżi, tfasslet b’mod ċar u trasparenti u tnieda proċess ta’ konsultazzjoni wiesa’ fi Franza.

(5)

Il-Kummissjoni kienet sodisfatta li l-attivitajiet elenkati fil-miżuri Franċiżi laħqu minn ta’ l-anqas tnejn mill-kriterji li ġejjin, kunsidrati bħala indikaturi ta’ min joqgħod fuqhom ta’ l-importanza ta’ l-avvenimenti, għas-soċjetà: (i) reżonanza ġenerali u speċjali fi ħdan l-Istat Membru, u mhux sempliċement sinifikat għal dawk li normalment isegwu l-isport jew attività konċernata; (ii) importanza kulturali distinta u ġeneralment rikonoxxuta għall-popolazzjoni fl-Istat Membru, b’mod partikulari bħala katalista għall-identità kulturali; (iii) l-involviment tat-tim nazzjonali fl-avveniment ikkonċernat fil-kuntest ta’ kompetizzjoni jew turnew ta’ importanza internazzjonali; u (iv) il-fatt li dak l-avveniment kien tradizzjonalment imxandar b’xejn fuq it-televiżjoni u kienu jarawh udjenzi kbar.

(6)

Numru ta’ avvenimenti elenkati fil-miżuri Franċiżi, fosthom l-Olimpjadi tas-sajf u tax-xitwa, il-logħba tal-ftuħ, is-semifinali u l-finali tat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol kif ukoll is-semifinali u l-finali tal-Kampjonati Ewropej tal-Futbol, jaqgħu taħt din il-kategorija ta’ avvenimenti tradizzjonalment ikkunsidrati ta’ importanza kbira għas-soċjetà, kif riferut għalihom b’mod espliċitu fi premessa 18 tad-Direttiva 97/36/KE. Dawn l-avvenimenti għandhom reżonanza ġenerali u speċjali fi Franza, għax huma partikolarment popolari mal-pubbliku in ġenerali, mhux biss ma’ dawk li normalment isegwu avvenimenti sportivi;

(7)

L-avvenimenti tal-futbol, oħrajn, elenkati, fosthom il-logħob uffiċjali tat-tim nazzjonali Franċiż tal-futbol fil-kalendarju tal-futbol tal-FIFA, il-finali tat-tazza UEFA, fejn ikun qed jilgħab xi tim mill-kampjonati Franċiżi, il-finali tat-tazza Franċiża tal-futbol, u l-finali taċ-Champions League, għandhom reżonanza ġenerali u speċjali fi Franza, peress li l-futbol huwa l-aktar Sport popolari f’dak il-pajjiż.

(8)

Ir-Ragbi huwa sport importanti u jiġbed udjenza konsiderevoli, speċjalment fil-Lbiċ ta’ Franza u għalhekk f’parti kbira tal-pajjiż. Il-finali tal-Kampjonat Franċiż tar-Ragbi, il-Finali tat-Tazza Ewropea tar-Ragbi fejn ikun qed jilgħab xi tim mill-kampjonati Franċiżi, it-Turnew tar-Ragbi tas-sitt Nazzjonijiet, u s-semifinali u l-finali tat-tazza tad-Dinja tar-Ragbi għalhekk, għandhom reżonanza ġenerali u speċjali fi Franza.

(9)

L-avvenimenti tat-tenis elenkati għandhom reżonanza ġenerali u speċjali fi Franza peress li t-Tenis huwa l-aktar sport individwali importanti f’dak l-Istat Membru.

(10)

Il-Grand Prix Franċiża tal-Formula 1 għandha reżonanza ġenerali u speċjali fi Franza minħabba l-importanza ta’ dan l-avveniment għall-industrija Franċiża tal-karozzi tat-tlielaq.

(11)

It-Tour de France (irġiel) għandu reżonanza ġenerali u speċjali fi Franza u ġeneralment għandu importanza kulturali distinta u rikonoxxuta għall-popolazzjoni Franċiża bħala katalista għall-identità kulturali, minħabba l-fatt li huwa l-aktar avveniment taċ-ċikliżmu importanti fid-dinja. Huwa jixhed il-popolarità taċ-ċikliżmu fi Franza u għandu impatt fuq it-turiżmu bħala okkażjoni li jippromwovi l-pajjiż.

(12)

It-tellieqa tar-roti Pariġi–Roubaix għandha reżonanza ġenerali u speċjali fi Franza peress li hija parti mill-patrimonju Franċiż.

(13)

L-avvenimenti tal-baskitbal elenkati għandhom importanza kulturali distinta u ġeneralment rikonoxxuta għall-popolazzjoni Franċiża, b’mod partikulari bħala katalista għall-identità kulturali, minħabba li l-Baskitbal huwa fattur importanti għall-koeżjoni soċjali fi Franza.

(14)

Il-lista ta’ avvenimenti tal-handball elenkati jinvolvu t-tim nazzjonali Franċiż f’turnew ewlieni internazzjonali u għalhekk għandu importanza kulturali konsiderevoli għall-popolazzjoni Franċiża.

(15)

Il-Kampjonati Mondjali ta’ l-Atletika għandhom importanza kulturali distinta u ġeneralment rikonoxxuta għall-popolazzjoni Franċiża, b’mod partikulari bħala katalista għall-identità kulturali, minħabba s-soltu suċċess tal-parteċipanti Franċiżi.

(16)

L-avvenimenti elenkati kienu tradizzjonalment imxandra fuq it-televiżjoni bla ħlas u kienu jarawhom udjenzi televiżivi kbar.

(17)

Il-miżuri Franċiżi jidhru li huma proporzjonati sabiex jiġġustifikaw deroga mil-libertà fundamentali tat-Trattat tal-KE li servizzi jiġu provduti abbażi ta’ raġuni għolja ta’ interess għall-pubbliku, li għandha tiżgura aċċess wiesa’ għall-pubbliku għal xandiriet ta’ avvenimenti ta’ importanza kbira għas-soċjetà.

(18)

Il-miżuri Franċiżi huma kompatibbli mar-regoli tal-kompetizzjoni tal-KE għall-fatt li d-definizzjoni ta’ xandâra kwalifikati li jxandru avvenimenti elenkati hija bbażata fuq kriterji oġġettivi li jippermettu kompetizzjoni attwali u potenzjali għall-kisba tad-drittijiet tax-xandir ta’ dawn l-avvenimenti. Barra minn hekk, in-numru ta’ avvenimenti elenkati mhux sproporzjonat tant li jgħawweġ il-kompetizzjoni għas-swieq tat-televiżjoni b’xejn u bi ħlas.

(19)

Wara komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Istati Membri l-oħra dwar il-miżuri meħuda minn Franza u l-konsultazzjoni tal-Kumitat imwaqqaf skond l-Artikolu 23a tad-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE, id-Direttur Ġenerali għall-Edukazzjoni u l-Kultura informa lil Franza permezz ta’ ittra fis-7 ta’ April 2004, li l-Kummissjoni Ewropea ma hi bi ħsiebha toġġezzjona għal ebda waħda mill-miżuri notifikati.

(20)

Franza addottat il-miżuri fit-22 ta’ Diċembru 2004.

(21)

Mis-Sentenza tal-Qorti ta’ Prim Istanza Każ T-33/01 Infront WM v Kummissjoni jirriżulta, li d-dikjarazzjoni li l-miżuri meħuda skond l-Artikolu 3a(1) tad-Direttiva 89/552/KEE huma kompatibbli mal-liġi tal-Komunità, u jikkostitwixxu deċiżjoni fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 249 tat-Trattat tal-KE, li għalhekk jeħtieġ li tiġi adottata mill-Kummissjoni. Skond dan, hemm bżonn li permezz ta’ din id-Deċiżjoni jiġi dikjarat li l-miżuri notifikati minn Franza huma kompatibbli mal-liġijiet tal-Komunità. Il-miżuri, kif finalment meħuda minn Franza u stabbiliti fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea skond l-Artikolu 3a(2) tad-Direttiva 89/552/KEE

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-miżuri notifikati minn Franza lill-Kummissjoni fit-30 ta’ Diċembru 2003 skond l-Artikolu 3a(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE huma kompatibbli mal-liġijiet tal-Komunità.

Artikolu 2

Il-miżuri, kif finalment meħuda minn Franza u stabbiliti fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea skond l-Artikolu 3a(2) tad-Direttiva 89/552/KEE.

Magħmul fi Brussell, 25 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kummissjoni

Membru tal-Kummissjoni

Viviane REDING


(1)  ĠU L 298, 17.10.1989, p. 23. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva 97/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 202, 30.7.1997, p. 60).


ANNESS

Pubblikazzjoni skond l-Artikolu 3a(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fl-Istati Membri dwar it-twettiq ta’ attivitajiet ta’ xandir bit-televiżjoni.

Il-miżuri meħuda minn Franza li għandhom jiġu ppubblikati skond l-Artikolu 3a(2) tad-Direttiva 89/552/KEE huma kif ġej:

“Digriet Nru 2004-1392 tat-22 ta’ Diċembru 2004 li japplika l-Artikolu 20-2 tal-Liġi Nru 86-1067 tat-30 ta’ Settembru 1986 dwar il-libertà tal-komunikazzjoni

Il-Prim Ministru,

Wara li kkonsulta r-rapport tal-Ministru għall-Kultura u l-Komunikazzjoni,

Wara li kkunsidra id-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fl-Istati Membri dwar it-twettiq ta’ attivitajiet ta’ xandir bit-televiżjoni, kif emendata bid-Direttiva 97/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 1997, u b’mod partikulari l-Artikolu 3a(2) tagħha,

Wara li kkunsidra il-Konvenzjoni Ewropea dwar it-Televiżjoni transfrunterjali, miftuħa għall-firem fil-5 ta’ Mejju 1989, kif emendata bil-protokol addottat mill-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill fid-9 ta’ Settembru 1998, miftuħa għall-aċċettazzjoni mill-partijiet tal-Konvenzjoni fl-1 ta’ Ottubru 1998, u b’mod partikulari Artikolu 9(a) tagħha, flimkien mal-liġi Nru 94-542 tat-28 ta’ Ġunju 1994 u l-liġi Nru 2001-1210 tal-20 ta’ Diċembru 2001, li jawtorizzaw l-approvazzjoni tagħha, u d-Digrieti Nru 95-438 ta’ l-14 ta’ April 1995 u Nru 2002-739 tat-30 April 2002, li ppubblikawha;

Wara li kkunsidra il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea iffrimat f’Porto fit-2 ta’ Mejju 1992 u l-Protokol li jaġġusta l-ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea ffirmat fi Brussell fis-17 ta’ Marzu 1993, u b’mod partikolari Anness X tagħha, flimkien mal-Liġi Nru 93-1274 tat-2 ta’ Diċembru 1993, li tawtorizza r-ratifikazzjoni tagħha, u d-Digriet Nru 94-43 ta’ l-1 ta’ Frar 1994, li ippubblikaha;

Wara li kkunsidra il-Liġi Nru 86-1067 tat-30 ta’ Settembru 1986, kif emendata, dwar il-libertà tal-komunikazzjoni, u b’mod partikolari l-Artikolu 20-2 tagħha;

Wara li kkunsidra l-ittra tas-7 ta’ April 2004 mill-Kummissjoni Ewropea dwar l-abbozz ta’ miżuri komunikati minn Franza għall-implimentazzjoni ta’ l-Artikolu 3a tad-Direttiva 89/552/KEE, kif emendat bid-Direttiva 97/36/KE;

Wara li kkonsulta l-Kunsill ta’ l-Istat (Sezzjoni ta’ l-Intern),

HAWNHEKK JIDDIGRIETA KIF ĠEJ:

Artikolu 1   Dan id-Digriet jistipula il-kundizzjonijiet taħt liema s-servizzi tat-televiżjoni għandhom iġestu x-xandir esklussiv ta’ avvenimenti ta’ importanza kbira, b’tali mod li parti sostanzjali mill-pubbliku ma tiċċaħħadx minn dawn l-avvenimenti permezz ta’ televiżjoni bla ħlas.

Titolu I

Dispożizzjonijiet applikabbli għax-xandir ta’ avvenimenti ta’ importanza kbira fit-territorju Franċiż

Artikolu 2   Għall-applikazzjoni ta’ dan it-Titolu, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom jgħoddu:

(a)

‘aċċess bla ħlas għal servizz ta’ televiżjoni’: is-servizzi kollha tat-televiżjoni li ma jfittxux ħlas mill-utenti tagħhom u li jistgħu jinqabdu minn ta’ l-anqas 85 % tad-djar fi Franza metropolitana;

(b)

‘aċċess kundizzjonali għal servizz ta’ televiżjoni’: kull servizz tat-televiżjoni li ma jilħaqx iż-żewġ kundizzjonijiet imsemmija fis-subparagrafu ta’ qabel.

Artikolu 3   Il-lista ta’ avvenimenti speċifikati fl-Artikolu 20-2 tal-Liġi 86-1067 tat-30 ta’ Settembru 1986 hija kif ġej:

1.

L-Olimpjadi tas-sajf u tax-xitwa;

2.

Logħob uffiċjali tat-tim Nazzjonali tal-futbol Franċiż fil-kalendarju tal-FIFA (Fédération Internationale de Football Association);

3.

Il-logħba tal-ftuħ, is-semifinali u l-finali tat-Tazza tad-Dinja tal-futbol;

4.

Is-semifinali u l-finali tal-Kampjonati Ewropej tal-futbol;

5.

Il-finali tat-tazza UEFA fejn ikun qed jilgħab xi tim Franċiż mill-kampjonati Franċiżi;

6.

Il-finali taċ-Champions League tal-futbol;

7.

Il-Finali tat-Tazza Franċiża tal-Futbol;

8.

It-Turnew tar-Ragbi tas-sitt Nazzjonijiet;

9.

Is-semifinali u l-finali tat-Tazza tad-Dinja tar-Ragbi;

10.

Il-finali tal-Kampjonat Franċiż tar-Ragbi;

11.

Il-finali tat-Tazza Ewropea tar-Ragbi, fejn ikun qed jilgħab xi tim Franċiż mill-kampjonati Franċiżi;

12.

Il-finali ta’ l-irġiel u tan-nisa tat-turnew tat-tennis Roland Garros;

13.

Is-semifinali u l-finali tat-tazza Davis u tat-Tazza Fed, fejn ikun qed jilgħab it-tim Franċiż tat-Tennis;

14.

Il-Grand Prix Franċiża tal-Formula 1;

15.

It-Tour de France (ċikliżmu, irġiel);

16.

It-tellieqa tar-roti Pariġi-Roubaix;

17.

Il-finali ta’ l-irġiel u tan-nisa tal-Kampjonati Ewropej tal-Basketball, fejn ikun qed jilgħab it-tim Franċiż;

18.

Il-finali ta’ l-irġiel u tan-nisa tal-Kampjonati Mondjali tal-Basketball, fejn ikun qed jilgħab it-tim Franċiż;

19.

Il-finali ta’ l-irġiel u tan-nisa tal-Kampjonati Ewropej tal-Handball, fejn ikun qed jilgħab it-tim Franċiż;

20.

Il-finali ta’ l-irġiel u tan-nisa tal-Kampjonati Mondjali tal-Handball, fejn ikun qed jilgħab it-tim nazzjonali Franċiż;

21.

Il-Kampjonati dinjija ta’ l-Atletika.

Artikolu 4   L-eżerċizzju minn servizz ta’ televiżjoni fi Franza ta’ drittijiet esklussivi miksuba wara t-23 ta’ Awwissu 1997 sabiex ixandar avveniment ta’ importanza kbira elenkat fl-Artikolu 3 ma jistax jipprevjeni servizz ta’ televiżjoni bla ħlas milli jxandar dan l-avveniment, li għandu jintwera dirett u sħiħ, minbarra f’dawn il-każi:

1.

Xandir ta’ l-avveniment indikat f’punt 15 ta’ l-Artikolu 3 jista’ jiġi limitat għal siltiet, skond it-tradizzjoni tax-xandir ta’ dan l-avveniment;

2.

Xandir ta’ l-avvenimenti indikati f’punt 1 u 21 ta’ l-Artikolu 3 jistgħu jiġi limitati għal siltiet rappreżentattivi li jirriflettu d-diversità tad-dixxiplini sportivi u l-pajjiżi parteċipanti u jistgħu jinkludu materjal irrekordjat meta l-avvenimenti jseħħu fl-istess waqt;

3.

Avvenimenti ta’ importanza kbira jistgħu jixxandru b’mod prerekordjat meta jseħħu bejn nofsillejl u s-6 ta’ filgħodu, ħin Franċiż, bil-kundizzjoni li x-xandira fi Franza tibda qabel l-10 ta’ filgħodu;

Il-fatt li servizz ta’ televiżjoni b’aċċess kundizzjonali li jfittex li jitħallas mill-utenti tiegħu u li l-programmi tiegħu jistgħu jinqabdu skond il-kundizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 2(a) ta’ dan id-Digriet ixandar avveniment ta’ importanza kbira dirett u b’mod sħiħ, suġġett għad-dispożizzjonijiet imsemmija qabel, mingħajr ma jissuġġettah għall-kundizzjonijiet speċifiċi għall-aċċess, mhux meqjus li jikkostitwixxi ostaklu għax-xandir ta’ dak l-avveniment minn servizz ta’ aċċess għal televiżjoni bla ħlas.

Artikolu 5   Sabiex servizz ta’ aċċess għal televiżjoni bla ħlas jitħalla jxandar avveniment ta’ importanza kbira skond il-kundizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 4, servizz tat-televiżjoni bi drittijiet esklussivi ta’ xandir għal parti jew għall-avveniment ta’ importanza kbira kollu u li ma jilħaqx il-kundizzjonijiet irid, fi żmien raġonevoli qabel l-avveniment, jinforma is-servizzi ta’ aċċess ta’ televiżjoni bla ħlas li jipproponi li jċedi id-drittijiet li jxandar dan l-avveniment skond il-kundizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 4. Din l-offerta għandha ssir taħt kundizzjonijiet u termini ġusti, raġonevoli u nondiskriminatorji tas-suq.

Jekk, bħala tweġiba għal din l-offerta, ma jkun hemm l-ebda proposta minn servizz televiżiv jew jekk il-proposta ma tkunx skond kundizzjonijiet u termini ġusti, raġonevoli u nondiskriminatorji tas-suq, is-servizz televiżiv li jkollu d-drittijiet esklussivi jista’ jeżerċita dawk id-drittijiet mingħajr ma joqgħod għall-kundizzjonijiet ta’ l-Artikolu 4.

Titolu II

Dispożizzjonijiet applikabbli għax-xandir ta’ avvenimenti ta’ importanza kbira f’pajjiżi ewropej oħrajn

Artikolu 6   Id-dispożizzjonijiet ta’ dan it-Titlu japplikaw għal servizzi televiżivi li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni Franċiża u li jxandru, lejn Stat Membru ieħor ta’ l-Unjoni Ewropea, pajjiż fiż-żona Ekonomika Ewropea jew Stat li jagħmel parti mill-Konvenzjoni Ewropea dwar Televiżjoni Transfronterjali, avveniment magħruf minn dak l-Istat bħala ta’ importanza kbira għas-soċjeta tiegħu skond it-tifsira tad-Direttiva 89/552/KEE tat-3 ta’ Ottubru 1989 u li jkunu kisbu d-drittijiet tax-xandir tiegħu wara t-23 ta’ Awwissu 1997.

Artikolu 7   Servizzi televiżivi li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni Franċiża għandhom jeżerċitaw, fl-Istati speċifikati fl-Artikolu 6, id-drittijiet tagħhom ta’ xandir ta’ avvenimenti ta’ importanza kbira, kif definiti, f’dawk l-Istati, b’tali mod li ma jinnegawx lil parti sinifikanti tal-pubbliku l-għażla li jaraw avvenimenti bħal dawn, kemm diretti kif ukoll rekordjati, permezz ta’ servizz ta’ aċċess għal televiżjoni bla ħlas kif imsemmi fl-Artikolu 3a tad-Direttiva msemmija tat-3 ta’ Ottubru 1989.

Artikolu 8   Fejn servizz televiżiv li jaqa’ taħt ġurisdizzjoni Franċiża ixandar avveniment ta’ importanza kbira f’wieħed mill-Istati msemmija fl-Artikolu 6, irid jikkonforma mal-kundizzjonijiet imsemmija minn dak l-Istat dwar xandir mis-servizz televiżiv.

Titolu III

Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 9   Fejn imsemmi minn servizz televiżiv, jew fuq inizjattiva tiegħu, il-Kunsill Awdjoviżiv jista’ jagħti opinjoni dwar il-kundizzjonijiet ta’ l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan id-Digriet.

Artikolu 10   Digriet sussegwenti tal-Kunsill ta’ l-Istat għandu jistabbilixxi lista ta’ avvenimenti ta’ importanza kbira u l-kundizzjonijiet ta’ xandir bit-televiżjoni għad-dipartimenti barranin Saint Pierre-et-Miquelon, Mayotte, New Caledonia, French Polynesia u l-gżejjer Wallis u Futuna.

Artikolu 11   Il-Ministru tal-Kultura u l-Komunikazzjoni u l-Ministru għat-Territorji Barranin huma responsabbli għat-twettiq ta’ dan id-Digriet, li għandu jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika Franċiża.

Magħmul f’Pariġi, fit-22 ta’ Diċembru 2004.

Mill-Prim Ministru

Jean-Pierre RAFFARIN

Ministru għall-Kultura u l-Komunikazzjoni

Renaud DONNEDIEU DE VABRES

Ministru għat-Territorji Barranin

Brigitte GIRARDIN.”


10.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 180/38


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-25 ta’ Ġunju 2007

dwar il-kompatibbiltà mal-liġi tal-Komunità tal-miżuri meħuda mill-Finlandja skond l-Artikolu 3a(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti mil-liġi, minn regolamenti jew azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar it-twettiq ta’ attivitajiet ta’ xandir bit-televiżjoni

(2007/481/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE tat-3 ta’ Ottubru 1989 dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar it-twettiq ta’ attivitajiet ta’ xandir bit-televiżjoni (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 3a(2) tagħha,

Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Kumitat imwaqqaf skond l-Artikolu 23a tad-Direttiva 89/552/KEE,

Billi:

(1)

B’ittra tat-22 ta’ Settembru 2006, li l-Kummissjoni rċeviet fit-2 ta’ Ottubru 2006, il-Finlandja nnotifikat lill-Kummissjoni dwar miżuri li għandhom jittieħdu skond l-Artikolu 3a(1) tad-Direttiva 89/552/KEE.

(2)

Il-Kummissjoni vverifikat, fi żmien tliet xhur minn din in-notifika, li dawn il-miżuri huma kompatibbli mal-liġi tal-Komunità, b’mod partikulari dwar il-proporzjonalità tal-miżuri u t-trasparenza tal-proċedura ta’ konsultazzjoni nazzjonali.

(3)

Fl-eżami tagħha, il-Kummissjoni ħadet qieset id-dejta disponibbli fil-media Finlandiża.

(4)

Il-lista ta’ avvenimenti ewlenin ta’ importanza għas-soċjetà inklużi fil-miżuri Finlandiżi, tħejjiet b’mod ċar u trasparenti u tnediet konsultazzjoni wiesgħa fil-Finlandja.

(5)

Il-Kummissjoni kienet sodisfatta li l-attivitajiet elenkati fil-miżuri Finlandiżi laħqu minn ta’ l-anqas tnejn mill-kriterji li ġejjin, kunsidrati bħala indikaturi ta’ min joqgħod fuqhom ta’ l-importanza ta’ l-avvenimenti għas-soċjetà. (i) reżonanza ġenerali u speċjali fi ħdan l-Istat Membru, u mhux sempliċement sinifikat għal dawk li normalment isegwu l-isport jew attività konċernata; (ii) importanza kulturali distinta u ġeneralment rikonoxxuta għall-popolazzjoni fl-Istat Membru, b’mod partikulari bħala katalista għall-identità kulturali; (iii) l-involviment tat-tim nazzjonali fl-avveniment ikkonċernat fil-kuntest ta’ kompetizzjoni jew turnew ta’ importanza internazzjonali; u (iv) il-fatt li dak l-avveniment kien tradizzjonalment imxandar bla ħlas fuq it-televiżjoni u kienu jarawh udjenzi televiżivi kbar.

(6)

Numru ta’ avvenimenti elenkati fil-miżuri Finlandiżi, fosthom l-Olimpjadi tas-sajf u tax-xitwa, il-logħba tal-ftuħ, il-kwarti tal-finali, is-semifinali u l-finali tat-Tazza tad-Dinja tal-futbol, u l-logħob tat-tim Finlandiż f’dan it-turnew jaqgħu taħt din il-kategorija ta’ avvenimenti tradizzjonalment ikkunsidrati ta’ importanza kbira għas-soċjetà, kif jissemmew b’mod espliċitu fi premessa 18 tad-Direttiva 97/36/KE. Dawn l-avvenimenti għandhom reżonanza ġenerali u speċjali fil-Finlandja għax huma partikolarment popolari mal-pubbliku ġenerali, mhux biss ma’ dawk li normalment isegwu avvenimenti sportivi.

(7)

Il-Kampjonati tad-Dinja tal-Hockey fuq is-Silġ, ta’ l-irġiel organizzati mill-Federazzjoni Intenazzjonali tal-Hockey fuq is-Silġ, għandhom qbil ġenerali u speċjali, peress li l-Hockey fuq is-Silġ jintlagħab mill-poplu Finlandiż, u huwa ġeneralment rikonoxxut bħala ta’ importanza distinta kulturali għall-popolazzjoni Finlandiża minħabba s-suċċess kbir tat-tim Finlandiż f’dan it-turnew. Minħabba l-organizzazzjoni speċifika tagħhom, il-Kampjonati tad-Dinja tal-Hockey fuq is-Silġ għandhom jitqiesu bħala avveniment wieħed fejn logħbiet bejn pajjiżi oħrajn jaffettwaw ukoll il-pożizzjoni tat-timijiet li tkun jew tista’ tilgħab kontrihom il-Finlandja u r-riżultat finali.

(8)

Il-Kampjonati Nordiċi Dinjija ta’ l-iskijar (skijing cross-country, qbiż u Nordiku kkombinati) organizzati mill-Federazzjoni Internazzjonali ta’ l-Iskì (FIS) għandhom reżonanza ġenerali u speċjali u għandhom importanza kulturali distinta u ġeneralment rikonoxxuta għall-popolazzjoni Finlandiża, bħala katalista għall-identità kulturali nazzjonali, peress li l-iskijing Nordiku jgawdi l-istatus ta’ sport nazzjonali fil-Finlandja.

(9)

L-avvenimenti atletiċi elenkati, l-aktar il-Kampjonati Dinjija ta’ l-Atletika, organizzati mill-Federazzjoni ta’ Assoċjazzjonijiet Internazzjonali ta’ l-Atletika (IAAF) u l-Kampjonati Ewropej ta’ l-Atletika, organizzati mill-Assoċjazzjoni Ewropea ta’ l-Atletika (EAA) għandhom importanza kulturali distinta u ġeneralment rikonoxxuta għall-popolazzjoni Finlandiża, bħala katalista għall-identità kulturali nazzjonali, peress li l-aqwa atleti Finlandiżi li jirrappreżentaw lill-Finlandja internazzjonalment f’medda wiesgħa ta’ dixxiplini individwali huma fost l-elit tad-dinja fl-ispeċjalità tagħhom.

(10)

L-avvenimenti elenkati kienu tradizzjonalmnent imxandra fuq it-televiżjoni bla ħlas u kienu jarawhom udjenzi televiżivi kbar.

(11)

Il-miżuri Finlandiżi jidhru li huma proporzjonati sabiex jiġġustifikaw deroga mill-libertà fundamentali tat-Trattat tal-KE biex servizzi jiġu provduti abbażi ta’ raġuni predominanti ta’ interess għall-pubbliku, li għandha tiżgura aċċess wiesgħa għall-pubbliku għal xandiriet ta’ avvenimenti ta’ importanza kbira għas-soċjetà.

(12)

Il-miżuri Finlandiżi huma kompatibbli mar-regoli tal-kompetizzjoni tal-KE għall-fatt li d-definizzjoni ta’ xandara kwalifikati li jxandru avvenimenti elenkati hija bbażata fuq kriterji oġġettivi li jippermettu kompetizzjoni attwali u potenzjali għall-kisba tad-drittijiet tax-xandir ta’ dawn l-avvenimenti. Barra minn hekk, in-numru ta’ avvenimenti elenkati mhux sproporzjonat tant li jgħawweġ il-kompetizzjoni għas-swieq tat-televiżjoni bla u bi ħlas.

(13)

Il-proporzjonalità tal-miżuri Finlandiżi hija msaħħa mill-fatt li ma għandhom l-ebda effett retroattiv u għalhekk l-ebda impatt fuq l-eżerċizzju ta’ drittijiet ta’ xandir ta’ l-avvenimenti elenkati miksuba qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tagħhom.

(14)

Il-Kummissjoni għarrfet lill-Istati Membri l-oħra dwar il-miżuri notifikati mill-Finlandja u ppreżentat ir-riżultati ta’ din il-verifika fil-laqgħa tal-Kumitat imwaqqaf skond l-Artikolu 23a tad-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE, fil-15 ta’ Novembru 2006. Il-Kumitat adotta opinjoni favorevoli f’din il-laqgħa.

(15)

Il-miżuri Finlandiżi ġew adottati fit-22 ta’ Frar 2007 u daħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Marzu 2007.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-miżuri nnotifikati mill-Finlandja lill-Kummissjoni fit-22 ta’ Settembru 2006 skond l-Artikolu 3a(1) tad-Direttiva 89/552/KEE, huma kompatibbli mal-liġijiet tal-Komunità.

Artikolu 2

Il-miżuri, kif finalment meħuda mill-Finlandja u stabbiliti fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea skond l-Artikolu 3a(2) tad-Direttiva 89/552/KEE.

Magħmul fi Brussell, 25 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kummissjoni

Viviane REDING

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 298, 17.10.1989, p. 23. Id-Direttiva emendata mid-Direttiva 97/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 202, 30.7.1997, p. 60).


ANNESS

Pubblikazzjoni skond l-Artikolu 3a(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar it-twettiq ta’ attivitajiet ta’ xandir bit-televiżjoni

Il-miżuri meħuda mill-Finlandja u li għandhom jiġu ppubblikati skond l-Artikolu 3a(2) tad-Direttiva 89/552/KEE huma kif ġej:

“DIGRIET TAL-GVERN

dwar xandir bit-televiżjoni ta’ avvenimenti ta’ importanza għas-soċjetà

Adottat f’Ħelsinki fit-22 ta’ Frar 2007.

Skond id-deċiżjoni tal-Gvern magħmula mas-sottomissjoni tal-Ministeru għat-Trasport u l-Komunikazzjonijiet, dan li ġej hu magħmul bis-saħħa ta’ sezzjoni 20(3) ta’ l-Att dwar l-Operazzjonijiet tat-Televiżjoni u tar-Radju tad-9 ta’ Ottubru 1998, kif emendat bl-Att Nru 394/2003:

Taqsima 1

Avvenimenti ta’ importanza għas-soċjetà

L-avvenimenti li ġejjin huma ta’ importanza għas-soċjetà fil-Finlandja, kif imsemmi f’Sezzjoni 20(3) ta’ l- Att dwar l-Operazzjonijiet tat-Televiżjoni u tar-Radju (744/1998):

(1)

Il-Logħob Olimpiku tas-Sajf u tax-Xitwa, organizzat mill-Kumitat Internazzjonali Olimpiku;

(2)

Il-logħbiet tal-ftuħ, tal-kwarti tal-finali, tas-semifinali u l-finali tat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol organizzati mill-FIFA (il-Fédération Internationale de Football Association), u l-logħbiet tat-tim Finlandiż;

(3)

Il-logħbiet tal-ftuħ, tal-kwarti tal-finali, tas-semifinali u l-finali tal-Kampjonati Ewropej tal-Futbol organizzati mill-UEFA (Union of European Football Associations), u l-logħbiet tat-tim Finlandiż;

(4)

Il-Kampjonati tad-Dinja tal-Hockey fuq is-Silġ organizzati mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Hockey fuq is-Silġ (IIHF);

(5)

Il-Kampjonati Dinjija ta’ l-Iski Nordiku, organizzati mill-Federazzjoni Internazzjonali ta’ l-Iski (FIS);

(6)

Il-Kampjonati Dinjija ta’ l-Atletika, organizzati mill-Federazzjoni ta’ Assoċjazzjonijiet Internazzjonlai ta’ l-Atletika (IAAF) u

(7)

Il-Kampjonati Ewropej ta’ l-Atletika, organizzati mill-Assoċjazzjoni Ewropea ta’ l-Atletika (EAA).

Il-logħbiet tal-ftuħ, tas-semifinali u l-finali tat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol u l-logħbiet tat-tim Finlandiż, il-logħbiet tal-ftuħ, tas-semifinali u l-finali tal-Kampjonati Ewropej tal-Futbol u l-logħbiet tat-tim Finlandiż, il-logħbiet tal-ftuħ, tas-semifinali u l-finali tal-Kampjonati tad-Dinja tal-Hockey fuq is-Silġ ta’ l-irġiel u l-logħbiet tat-tim Finlandiż, kif imsemmija f’subsezzjoni 1 aktar qabel, iridu jiġu trażmessi sħaħ u diretti.

Avvenimenti msemmija f’subsezzjoni 1 jistgħu jiġu trażmessi sħaħ jew f’siltiet, diretti jew diferiti.

Taqsima 2

Dan id-Digriet għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Marzu 2007.

Dan id-Digriet ma għandux jgħodd għad-drittijiet esklussivi mixtrija qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan id-Digriet.

Helsinki, 22 ta’ Frar 2007.

Susanna HUOVINEN

Ministru tat-Trasport u Komunikazzjoni

Ismo KOSONEN

Direttur tat-Taqsima


10.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 180/42


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-9 ta’ Lulju 2007

dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 72/166/KEE dwar verifki fuq assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili fir-rigward ta’ l-użu ta’ vetturi bil-mutur

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 3291)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2007/482/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 72/166/KEE ta’ l-24 ta’ April 1972 fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili fir-rigward ta’ l-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar ta’ l-obbligu ta’ assigurazzjoni għal responsabbiltà bħal din (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-30 ta’ Mejju 2002 ġie konkluż ftehim multilaterali, minn hawn il-quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, bejn il-bureaux ta’ l-assiguraturi nazzjonali ta’ l-Istati Membri taż-Żona Ekonomika Ewropea u Stati assoċjati oħrajn. Il-Ftehim huwa mqabbad mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/564/KE tat-28 ta’ Lulju 2003 dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 72/166/KEE dwar verifiki fuq assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili fir-rigward ta’ l-użu ta’ vetturi bil-mutur (2) li permezz tagħha l-Kummissjoni ffissat id-data minn meta l-Istati Membri m'għandhomx jologtu jagħmlu verifikii fuq assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili rigward vetturi li normalment huma bbażati fit-territorju ta’ wieħed mill-Istati Membri li ffirmaw l-Ftehim u li huma suġġetti għall-Ftehim. Il-Ftehim sussegwentement ġie estiż għal aktar pajjiżi bl-adozzjoni ta’ l-Addendum Nri. 1 u 2.

(2)

Fit-8 ta’ Marzu 2007 il-bureaux ta’ l-assiguraturi nazzjonali ta’ l-Istati Membri u dawk ta’ l-Andorra, tal-Kroazja, ta’ l-Iżlanda, tan-Norveġja u ta’ l-Iżvizzera, ffirmaw Addendum Nru. 3 mal-Ftehim li permezz tiegħu il-Ftehim ġie estiż sabiex jinkludi l-uffiċċju ta’ l-assiguraturi nazzjonali tal-Bulgarija u tar-Rumanija. L-Addendum jipprovdi għal arranġamenti prattiċi għat-tneħħija ta’ verifikii fuq l-assigurazzjoni vetturi li huma normalment ibbażati fit-territorju tal-Bulgarija u tar-Rumanija u li huma suġġetti għall-Addendum.

(3)

Għalhekk il-kundizzjonijiet kollha għat-tneħħija tal-verifiki fuq assigurazzjoni tal-vetturi għar-responsabbiltà ċivili skond id-Direttiva 72/166/KEE fir-rigward ta’ vetturi normalment ibbażati fit-territorju tal-Bulgarija u tar-Rumanija huma sodisfatti,-{}-

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Mill-1 ta’ Awwissu 2007, l-Istati Membri għandhom iwaqqfu l-verifiki fuq assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili rigward vetturi li huma normalment ibbażati fit-territorju tal-Bulgarija u tar-Rumanija u li huma suġġetti għal Addendum Nru. 3 tat-8 ta’ Marzu 2007 għall-Ftehim Multilaterali bejn il-bureaux ta’ l-assiguraturi nazzjonali ta’ l-Istati Membri u Stati assoċjati oħrajn.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar il-miżuri li ttieħdu biex tiġi applikata din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 9 ta’ Lulju 2007.

Għall-Kummissjoni

Charlie McCREEVY

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 103, 2.5.1972, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u l-Kunisll 2005/14/KE (ĠU L 149, 11.6.2005, p. 14).

(2)  ĠU L 192, 31.7.2003, p. 23.


10.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 180/43


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-9 ta’ Lulju 2007

li temenda d-Deċiżjoni 2006/415/KE dwar ċerti miżuri fir-rigward ta' l-influwenza ta' l-għasafar b'patoċeniċità għolja tas-subtip H5N1 fit-tjur fil-Ġermanja

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 3413)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2007/483/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intrakomunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(3) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar spezzjonijiet veterinarji u żootekniċi applikabbli fil-kummerċ intrakomunitarju f'ċerti annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(3) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/415/KE ta' l-14 ta' Ġunju 2006 dwar ċerti miżuri ta' ħarsien fir-rigward ta' l-influwenza ta' l-għasafar ta' patoġeniċità għolja tas-subtip H5N1 tat-tjur fil-Komunità u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2006/135/KE (3) tistipula ċerti miżuri ta' ħarsien li għandhom jiġu applikati sabiex jipprevjenu l-firxa ta' dik il-marda, inkluż il-ħolqien ta' żoni A u B wara tifqigħa suspettata jew ikkonfermata tal-marda.

(2)

Il-Ġermanja nnotifikat lill-Kummissjoni b'tifqigħa ta' H5N1 f’intrapriża tat-tjur domestiku fit-territorju tagħha u ħadet il-miżuri xierqa kif previsti fid-Deċiżjoni 2006/415/KE, inkluż il-ħolqien taż-Żoni A u B kif previst fl-Artikolu 4 ta' dik id-Deċiżjoni.

(3)

Il-Kummissjoni eżaminat dawk il-miżuri b'kollaborazzjoni mal-Ġermanja, u hija sodisfatta li l-fruntieri taż-Zoni A u B stabbiliti mill-awtorità kompetenti f'dak l-Istat Membru jinsabu 'l bogħod biżżejjed mill-post innifsu tat-tifqigħa. Għalhekk iż-Żoni A u B fil-Ġermanja jistgħu jiġu kkonfermati u jista' jiġi ffissat it-tul ta' żmien ta' dik ir-reġjonalizzazzjoni.

(4)

Għalhekk id-Deċiżjoni 2006/415/KE għandha tiġi emendata skond dan.

(5)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni għandhom jiġu riveduti fil-laqgħa li jmiss tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness għad-Deċiżjoni 2006/415/KE huwa emendat skond it-test fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 9 ta’ Lulju 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 157, 30.4.2004, p. 33); verżjoni kkoreġuta (ĠU L 195, 2.6.2004, p. 12).

(2)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2002/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 315, 19.11.2002, p. 14).

(3)  ĠU L 164, 16.6.2006, p. 51. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2007/454/KE (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 87).


ANNESS

L-Anness għad-Deċiżjoni 2006/415/KE huwa emendat kif ġej:

1.

It-test li ġej jiżdied mal-Parti A:

Kodiċi ISO tal-Pajjiż

L-Istat Membru

Iż-Żona A

Data sa meta l-Artikolu 4(4)(b)(iii) huwa applikabbli

Kodiċi (jekk disponibbli)

L-isem

DE

IL-ĠERMANJA

 

 

6.8.2007

 

 

 

ALLENDORF

ARNSGEREUTH

BAD BLANKENBURG

BECHSTEDT

CURSDORF

DEESBACH

DÖSCHNITZ

GRÄFENTHAL

LICHTE

LICHTENHAIN

MARKTGÖLITZ

MELLENBACH-GLASBACH

MEURA

OBERHAIN

OBERWEISSBACH

PIESAU

PROBSTZELLA

REICHMANNSDORF

ROHRBACH

SAALFELD

SAALFELDER HÖHE

SCHMIEDEFELD

SCHWARZBURG

SITZENDORF

UNTERWEISSBACH

WITTGENDORF

 

2.

It-test li ġej jiżdied mal-Parti B:

Kodiċi ISO tal-Pajjiż

L-Istat Membru

Iż-Żona B

Data sa meta l-Artikolu 4(4)(b)(iii) huwa applikabbli

Kodiċi (jekk disponibbli)

L-isem

DE

IL-ĠERMANJA

 

DRÖBISCHAU

KAULSDORF

KÖNIGSEE

LEUTENBERG

MEUSELBACH-SCHWARZMÜHLE

ROTTENBACH

RUDOLSTADT

6.8.2007


10.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 180/s3


AVVIŻ LIL QARREJ

Minħabba s-sitwazzjoni li nqalgħet wara t-tkabbir, xi edizzjonijiet tal-Ġurnal Uffiċjali tas-27, 29 u tat-30 ta’ Diċembru 2006 ġew ippubblikati, b’mod issemplifikat, fil-lingwi uffiċjali ta’ dakinhar.

Ġie deċiż li jerġgħu jiġu ppubblikati l-Atti li jidhru f’dawn il-Ġurnali Uffiċjali, bħala corrigenda u bil-mod tradizzjonali tal-Ġurnal Uffiċjali.

Għal din ir-raġuni il-Ġurnali Uffiċjali li fihom dawn il-corrigenda ġew ippubblikati biss fil-verżjonijiet lingwistiċi ta’ qabel it-tkabbir. It-traduzzjonijiet ta’ l-Atti fil-lingwi ta’ l-Istati Membri l-ġodda se jiġu ppubblikati f’edizzjoni speċjali tal-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea li se jkun fiha testi ta’ l-Istituzzjonijiet u tal-Bank Ċentrali Ewropew adottati qabel l-1 ta’ Jannar 2007.

Hawn taħt issib lista tal-Ġurnali Uffiċjali ppubblikati fis-27, fid-29 u fit-30 ta’ Diċembru 2006 u l-corrigenda li jikkorrispondu għalihom.

ĠU tas-27 ta’ Diċembru 2006

ĠU koreġġuti (2007)

L 370

L 30

L 371

L 45

L 373

L 121

L 375

L 70


ĠU tad-29 ta’ Diċembru 2006

ĠU koreġġuti (2007)

L 387

L 34


ĠU tat-30 ta’ Diċembru 2006

ĠU koreġġuti (2007)

L 396

L 136

L 400

L 54

L 405

L 29

L 407

L 44

L 408

L 47

L 409

L 36

L 410

L 40

L 411

L 27

L 413

L 50


Top