This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document L:2006:376:FULL
Official Journal of the European Union, L 376, 27 December 2006
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, L 376, 27 ta' Diċembru 2006
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, L 376, 27 ta' Diċembru 2006
ISSN 1725-5104 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
Ħarġa Speċjali ( 1 ) |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 49 |
Werrej |
|
I Atti li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja |
Paġna |
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
Direttiva 2006/114/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar reklamar qarrieqi u komparattiv (verżjoni kodifikata) ( 5 ) |
|
|
* |
||
|
* |
|
|
|
(1) Din il-Ħarġa Speċjali bil-Malti hija ppubblikata bil-lingwi uffiċjali ta’ l-istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni Ewropea fil-ĠU L 376. |
|
(5) Test b’relevanza għaż-ŻEE. |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
I Atti li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja
27.12.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
1 |
REGOLAMENT (KE) Nru 1920/2006 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-12 ta' Diċembru 2006
dwar iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (tfassil mill-ġdid)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 152 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),
Billi:
(1) |
Fil-laqgħa tiegħu fil-Lussemburgu nhar it-28 u d-29 ta’ Ġunju 1991, il-Kunsill Ewropew approva l-istabbiliment ta' Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga. Tali korp, imsemmi ċ-Ċentru Ewropew għad-Drogi u d-Dipendenza fuq id-Drogi (“iċ-Ċentru”) ġie stabbilit permezz tar-Regolament (KEE) tal-Kunsill Nru 302/93 tat-8 ta' Frar 1993 (3) li ġie emendat b'mod sostanzjali bosta drabi (4). Billi jridu jsiru aktar emendi, dan għandu jkun, fl-interess taċ-ċarezza, imfassal mill-ġdid. |
(2) |
Informazzjoni fattwali, oġġettiva, ta' min joqgħod fuqha u komparabbli rigward id-droga, id-dipendenza fuq id-droga u l-konsegwenzi tagħhom hija meħtieġa fil-livell tal-Komunità biex tgħin sabiex tingħata lill-Komunità u lill-Istati Membri viżjoni globali u b'hekk tagħtihom valur miżjud meta, fl-oqsma ta' kompetenza rispettivi tagħhom, jieħdu miżuri jew jiddeċiedu dwar azzjonijiet fil-ġlieda kontra d-droga. |
(3) |
Il-fenomenu tad-droga jinkludi diversi aspetti kumplessi u marbutin mill-qrib ma’ xulxin li ma jistgħux ikunu sseparati faċilment minn xulxin. Għalhekk, iċ-Ċentru għandu jkun fdat bid-dover li jforni informazzjoni ġenerali li għandha tgħin biex tipprovdi lill-Komunità u l-Istati Membri tagħha b'viżjoni ġenerali tal-fenomenu tad-droga u tad-dipendenza fuq id-droga. Dan ix-xogħol m'għandux jippreġudika l-allokazzjoni ta' poteri bejn il-Komunità u l-Istati Membri tagħha f'dak li għandu x'jaqsam ma' dispożizzjonijiet leġiżlattivi li jikkonċernaw il-provvista tad-droga u d-domanda għaliha. |
(4) |
Bid-Deċiżjoni Nru 2367/2002/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 (5), il-Parlament Ewropew u l-Kunsill stabbilixxew il-programm statistiku tal-Komunità għall-perjodu mill-2003 sa l-2007, li jinkludi l-azzjonijiet tal-Komunità dwar l-istatistika fil-qasam tas-saħħa u s-sigurtà. |
(5) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/387/JHA ta’ l-10 ta’ Mejju 2005 dwar l-iskambju ta’ l-informazzjoni, l-evalwazzjoni tar-riskju u l-kontroll ta’ sustanzi psikoattivi ġodda (6) tistabbilixxi r-rwol taċ-Ċentru u tal-Kumitat Xjentifiku tiegħu fis-sistema ta’ informazzjoni rapida u fl-evalwazzjoni tar-risjki ta’ sustanzi ġodda. |
(6) |
Għandhom jitqiesu l-metodi ġodda ta’ l-użu, partikolarment l-użu ta’ droga differenti flimkien, fejn droga illeċita tittieħed flimkien ma’ droga leċita jew mediċinali. |
(7) |
Għandu jkun wieħed mid-doveri taċ-Ċentru li jipprovdi informazzjoni dwar l-aħjar prattiki u linji gwida fl-Istati Membri u li jiffaċilita l-iskambju ta' dawn il-prattiki fosthom. |
(8) |
Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill ta' l-10 ta’ Diċembru 2001 dwar l-implimentazzjoni tal-ħames indikaturi epidemoloġiċi ewlenin dwar id-droga tħeġġeġ lill-Istati Membri sabiex jiżguraw, permezz tal-punti fokali nazzjonali, li tkun disponibbli informazzjoni komparabbli dwar dawk l-indikaturi. L-implimentazzjoni ta' dawn l-indikaturi mill-Istati Membri hija prekondizzjoni sabiex iċ-Ċentru iwettaq ix-xogħol tiegħu kif stipulat f'dan ir-Regolament. |
(9) |
Ikun tajjeb li l-Kummissjoni tkun tista’ tafda liċ-Ċentru direttament bl-implimentazzjoni tal-proġetti ta’ għajnuna strutturali tal-Komunità dwar sistemi ta’ informazzjoni dwar id-droga f’pajjiżi mhux tal-Komunità bħall-pajjiżi kandidati jew il-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent li ġew awtorizzati mill-Kunsill Ewropew sabiex jipparteċipaw fil-programmi u l-aġenziji tal-Komunità. |
(10) |
Il-mod ta' kif iċ-Ċentru hu organizzat u l-metodi tiegħu ta' ħidma għandhom ikunu konsistenti man-natura oġġettiva tar-riżultati mixtieqa, jiġifieri l-komparabilità u l-kompatibilità ta' sorsi u ta' metodi li għandhom x'jaqsmu ma' l-informazzjoni dwar id-droga. |
(11) |
L-informazzjoni miġbura miċ-Ċentru għandha tkun tikkonċerna oqsma ta' prijorità li l-kontenut, il-firxa u l-arranġamenti ta' implimentazzjoni tagħhom għandhom jiġu definiti. |
(12) |
Hemm organizzazzjonijiet u entitajiet nazzjonali, Ewropej u internazzjonali li diġà jfornu din it-tip ta' informazzjoni, u huwa meħtieġ li ċ-Ċentru jkun jista' jwettaq id-doveri tiegħu b'kooperazzjoni mill-qrib magħhom. |
(13) |
Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u korpi Komunitarji u dwar il-moviment liberu ta' din id-data (7) għandu japplika għall-ipproċessar ta' data personali miċ-Ċentru. |
(14) |
Iċ-Ċentru għandu wkoll japplika l-prinċipji ġenerali u l-limiti li jirregolaw id-dritt ta' aċċess għad-dokumenti, kif stipulat fl-Artikolu 255 tat-Trattat u definiti fir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni (8). |
(15) |
Iċ-Ċentru għandu jkollu personalità ġuridika. |
(16) |
Minħabba d-daqs tiegħu, il-Bord ta' Ġestjoni taċ-Ċentru għandu jkun megħjun minn Kumitat Eżekuttiv. |
(17) |
Sabiex ikun żgurat li l-Parlament Ewropew ikun infurmat tajjeb dwar l-istat tal-fenomenu tad-droga fl-Unjoni Ewropea, huwa għandu jkollu dritt jagħmel mistoqsijiet lid-Direttur taċ-Ċentru. |
(18) |
Ix-xogħol taċ-Ċentru għandu jitmexxa b'mod trasparenti u l-ġestjoni tiegħu għandha tkun suġġetta għar-regoli kollha eżistenti ta' tmexxija tajba u ta' kontra l-frodi, b’mod partikolari r-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) (9) u l-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta' Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej dwar l-investigazzjonijiet interni mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) (10) li miegħu ċ-Ċentru aderixxa u li tiegħu adotta d-dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni meħtieġa |
(19) |
Għandha ssir evalwazzjoni esterna tal-ħidma taċ-Ċentru fuq bażi regolari, u, dan ir-Regolament għandu jkun adattat jekk ikun meħtieġ. |
(20) |
Peress li l-għanijiet ta' dan ir-Regolament ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri u jistgħu, minħabba l-iskala jew l-effetti ta’ dan ir-Regolament, jintlaħqu aħjar fuq il-livell tal-Komunità, il-Komunità tista' tadotta miżuri, skond il-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit fl-istess Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawn il-għanijiet. |
(21) |
Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti, partikolarment mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Għan
1. Dan ir-Regolament jipprovdi għaċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (“iċ-Ċentru”).
2. L-għan taċ-Ċentru huwa li jipprovdi, fl-oqsma msemmija fl-Artikolu 3, lill-Komunità u l-Istati Membri tagħha b'informazzjoni fattwali, oġġettiva, ta' min joqgħod fuqha u kumparabbli fil-livell Ewropew rigward id-droga u d-dipendenza fuq id-droga u l-konsegwenzi tagħhom.
3. L-informazzjoni statistika, dokumentarja u teknika proċessata jew prodotta hija maħsuba biex tgħin sabiex tipprovdi lill-Komunità u lill-Istati Membri b'viżjoni ġenerali dwar is-sitwazzjoni tad-droga u d-dipendenza fuq id-droga meta, fl-oqsma ta' kompetenza rispettiva tagħhom, jieħdu miżuri jew jiddeċiedu dwar azzjoni. L-element statistiku ta’ din l-informazzjoni għandu jkun żviluppat, f’kollaborazzjoni ma’ l-awtoritajiet statistiċi rilevanti, bl-użu meta jkun meħtieġ tal-Programm Statistiku tal-Komunità sabiex tkun promossa s-sinerġija u evitata d-duplikazzjoni. Għandha tittieħed kunsiderazzjoni ta' aktar data ta' l-Organizzazzjoni Dinjija dwar is-Saħħa u tan-Nazzjonijiet Uniti (“in-NU”) disponibbli madwar id-dinja.
4. Bla ħsara għall-Artikolu 2(d)(v), iċ-Ċentru ma jista’ jieħu l-ebda miżura li tmur lil hinn mill-ambitu ta' l-informazzjoni u l-ipproċessar tagħha.
5. Iċ-Ċentru m'għandux jiġbor dettalji li jagħmluha possibli li jkunu identifikati individwi jew gruppi żgħar ta' individwi. Għandu jibqa' lura milli jittrażmetti informazzjoni li għandha x'taqsam ma' każi speċifiċi msemmija b'isimhom.
Artikolu 2
Dmirijiet
Sabiex jintlaħaq l-għan stabbilit fl-Artikolu 1, iċ-Ċentru għandu jwettaq dawn id-dmirijiet fil-qasam ta' l-attività tiegħu:
a) |
Ġbir u analiżi ta' data eżistenti
|
b) |
Titjib fil-metodi ta' komparabbilità tad-data
|
ċ) |
Disseminazzjoni ta' data
|
d) |
Kooperazzjoni ma' korpi u organizzazzjonijiet Ewropej u internazzjonali u ma' pajjiżi terzi
|
e) |
Obbligazzjonijiet għall-għoti ta' informazzjoni Bħala prinċipju, iċ-Ċentru għandu, jekk jagħraf żviluppi ġodda u tendenzi li qed jinbidlu, jinforma lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri dwar dan. |
Artikolu 3
Oqsma ta' attività ta' prijorità
L-għan u d-dmirijiet taċ-Ċentru, kif stabbiliti fl-Artikoli 1 u 2, għandhom ikunu implimentati skond l-ordni ta' prijoritajiet indikata fl-Anness I.
Artikolu 4
Metodu ta’ ħidma
1. Iċ-Ċentru għandu progressivament iwettaq id-dmirijiet tiegħu fid-dawl ta’ l-għanijiet adottati fil-programmi ta’ ħidma ta’ kull tliet snin u dawk annwali msemmija fl-Artikolu 9(4) u (5) u b’kunsiderazzjoni xierqa għar-riżorsi disponibbli.
2. Fit-twettiq ta' l-attivitajiet tiegħu, iċ-Ċentru għandu, sabiex jevita duplikazzjoni, jqis dawk l-attivitajiet diġà mwettqa minn istituzzjonijiet u aġenziji oħra eżistenti jew futuri, b'mod partikolari l-Europol, u għandu jassigura li hu jżid mal-valur tagħhom.
Artikolu 5
Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (Reitox)
1. Iċ-Ċentru għandu jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu n-Netwerk Ewropew ta' Informazzjoni dwar id-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (Reitox). In-netwerk għandu jikkonsisti f’punt fokali għal kull Stat Membru u kull pajjiż li kkonkluda ftehim skond l-Artikolu 21 u punt fokali għall-Kummissjoni. L-identifikazzjoni ta’ punti fokali nazzjonali hija r-responsabbilità esklussiva tal-pajjiżi kkonċernati.
2. Il-punti fokali nazzjonali għandhom jiffurmaw punt ta’ kuntatt bejn il-pajjiżi li jkunu qed jipparteċipaw u ċ-Ċentru. Huma għandhom jikkontribwixxu għat-twaqqif ta’ indikaturi u data prinċipali, inklużi linji gwida għall-implimentazzjoni tagħhom bil-ħsieb li tinkiseb informazzjoni affidabbli u komparabbli fuq il-livell ta’ l-Unjoni Ewropea. Huma għandhom jiġbru u janalizzaw b'mod oġġettiv fuq livell nazzjonali, filwaqt li jlaqqgħu l-esperjenzi minn setturi differenti - tas-saħħa, tal-ġustizzja, ta' l-infurzar tal-liġi - b'koperazzjoni ma' esperti u organizzazzjonijiet nazzjonali attivi fil-qasam tal-politika tad-droga, l-informazzjoni kollha rilevanti dwar id-droga u d-dipendenza fuq id-droga, kif ukoll dwar politika u soluzzjonijiet applikati. B’mod partikolari, huma għandhom jipprovdu data għall-ħames indikaturi epidemoloġiċi speċifikati miċ-Ċentru.
Kull Stat Membru għandu jiżgura li r-rappreżentant tiegħu fin-Netwerk tar-Reitox jipprovdi l-informazzjoni stabbilita fl-Artikolu 4(1) tad-Deċiżjoni 2005/387/JHA.
Il-punti fokali nazzjonali jistgħu wkoll jipprovdu liċ-Ċentru b’informazzjoni dwar xejriet ġodda fl-użu ta’ sustanzi psikoattivi eżistenti u/jew taħlitiet ġodda ta’ sustanzi psikoattivi li jippreżentaw riskju potenzjali għas-saħħa pubblika u wkoll informazzjoni dwar miżuri possibbli relatati mas-saħħa pubblika.
3. L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jiżguraw l-operat tal-punt fokali tagħhom għall-ġbir u l-analiżi tad-data fuq livell nazzjonali fuq il-bażi tal-linji gwida adottati maċ-Ċentru.
4. Id-dmirijiet speċifiċi allokati lill-punti fokali nazzjonali għandhom jidhru fil-programm tax-xogħol ta’ tliet snin taċ-Ċentru kif imsemmi fl-Artikolu 9(4).
5. Filwaqt li jirrispetta l-pożizzjoni ewlenija tal-punti fokali nazzjonali, u f’kooperazzjoni mill-qrib magħhom, iċ-Ċentru jista’ jagħmel użu minn servizzi oħra ta' esperti u sorsi oħra ta' informazzjoni fil-qasam tad-droga u d-dipendenza fuq id-droga.
Artikolu 6
Protezzjoni u kunfidenzjalità tad-data
1. Data dwar drogi u dipendenza fuq id-droga pprovduta liċ-Ċentru jew minnu tista' tiġi ppubblikata sakemm tkun konformi mar-regoli Komunitarji u nazzjonali dwar id-disseminazzjoni u l-kunfidenzjalità ta' l-informazzjoni. Data personali ma tistax tiġi ppubblikata jew tkun disponibbli għall-pubbliku.
L-Istati Membri u l-punti fokali nazzjonali m'għandhomx ikunu obbligati li jipprovdu informazzjoni klassifikata bħala kunfidenzjali skond il-liġi nazzjonali tagħhom.
2. Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 għandu japplika għaċ-Ċentru.
Artikolu 7
Aċċess għad-dokumenti
1. Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 għandu japplika għad-dokumenti miżmuma miċ-Ċentru.
2. Il-Bord ta' Ġestjoni msemmi fl-Artikolu 9 għandu jadotta l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001.
3. Id-Deċiżjonijiet meħudin miċ-Ċentru skond l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 jistgħu jagħtu lok għall-preżentazzjoni ta' kwerela lill-Ombudsman jew jiffurmaw il-bażi għal kawża quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej, taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 195 u 230 tat-Trattat rispettivament.
Artikolu 8
Kapaċità ġuridika u post
1. Iċ-Ċentru għandu jkollu personalità ġuridika. F'kull wieħed mill-Istati Membri, iċ-Ċentru għandu jgawdi l-kapaċità ġuridika l-aktar estensiva mogħtija lill-persuni ġuridiċi taħt il-liġijiet tagħhom. Huwa jista', b’mod partikolari, jixtri u jiddisponi minn proprjetà mobbli u immobbli u jista' jkun parti fi proċeduri ġuridiċi.
2. L-uffiċċju ewlieni taċ-Ċentru għandu jkun f'Liżbona.
Artikolu 9
Bord ta' Ġestjoni
1. Iċ-Ċentru għandu jkollu Bord ta' Ġestjoni li jkun jikkonsisti f'rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru, żewġ rappreżentanti mill-Kummissjoni, żewġ esperti indipendenti li jkunu partikolarment infurmati fil-qasam tad-droga, nominati mill-Parlament Ewropew, kif ukoll rappreżentant wieħed minn kull pajjiż li jkun ikkonkluda ftehim skond l-Artikolu 21.
Kull membru tal-Bord ta' Ġestjoni għandu jkollu vot wieħed, minbarra r-rappreżentanti tal-pajjiżi li jkunu kkonkludew ftehim skond l-Artikolu 21, li m’għandhomx ikollhom id-dritt li jivvutaw.
Id-deċiżjonijiet tal-Bord ta' Ġestjoni għandhom jittieħdu minn maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri bid-dritt tal-vot, ħlief fil-każijiet stipulati fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu u fl-Artikolu 20.
Kull membru tal-Bord ta' Ġestjoni jista' jkun assistit jew rappreżentat minn sostitut. Fin-nuqqas ta' membru sħiħ, li jkollu d-dritt tal-vot, is-sostitut tiegħu jista' jeżerċita dak id-dritt.
Il-Bord ta' Ġestjoni jista' jistieden bħala osservaturi li ma jivvutawx lil rappreżentanti ta' organizzazzjonijiet internazzjonali li ċ-Ċentru jikkopera magħhom skond l-Artikolu 20.
2. Il-President u l-Viċi-President tal-Bord ta' Ġestjoni għandhom ikunu eletti mill-membri tal-bord u minn fosthom għal perjodu ta' tliet snin. Il-mandati tagħhom jistgħu jkunu mġedda darba.
Il-President u l-Viċi-President għandhom ikollhom id-dritt li jieħdu parti fil-votazzjoni.
Il-Bord ta' Ġestjoni għandu jfassal ir-regoli ta' proċedura tiegħu.
3. Il-laqgħat tal-Bord ta' Ġestjoni għandhom jissejħu mill-President tiegħu. Huwa għandu jkollu laqgħa ordinarja mill-anqas darba kull sena. Id-Direttur taċ-Ċentru, imsemmi fl-Artikolu 11, għandu jieħu sehem fil-laqgħat tal-Bord tal-ġestjoni, mingħajr id-dritt tal-vot, u għandu, taħt l-Artikolu 11(3), jipprovdi għas-Segretarjat tal-Bord.
4. Il-Bord ta' Ġestjoni għandu jadotta programm ta' ħidma għal tliet snin fuq il-bażi ta' abbozz preżentat mid-Direttur, wara li jikkonsulta lill-Kumitat Xjentifiku msemmi fl-Artikolu 13 u jikseb l-opinjoni tal-Kummissjoni, u għandu jgħaddih lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
5. Taħt il-programm ta’ ħidma ta' tliet snin, il-Bord ta' Ġestjoni għandu jadotta kull sena l-programm annwali ta' ħidma taċ-Ċentru fuq il-bażi ta' abbozz ippreżentat mid-Direttur, wara li jikkonsulta lill-Kumitat Xjentifiku u jikseb l-opinjoni tal-Kummissjoni. Il-programm ta’ ħidma għandu jintbagħat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. Huwa jista' jkun aġġustat matul is-sena b'konformità ma' l-istess proċedura.
6. Fejn il-Kummissjoni tesprimi n-nuqqas ta’ qbil tagħha mal-programm ta’ ħidma ta’ tliet snin jew ma' dak annwali, dawk il-programmi għandhom ikunu adottati mill-Bord ta' Ġestjoni b'maġġoranza ta' tliet kwarti tal-membri bid-dritt tal-vot.
7. Il-Bord ta' Ġestjoni għandu jadotta r-rapport annwali dwar l-attivitajiet taċ-Ċentru u jibagħtu sal-15 ta' Ġunju lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti ta' l-Awdituri u lill-Istati Membri.
8. Iċ-Ċentru għandu jibgħat kull sena lill-awtorità tal-baġit kwalunkwe informazzjoni relevanti għar-riżultat tal-proċeduri ta' evalwazzjoni.
Artikolu 10
Kumitat Eżekuttiv
1. Il-Bord ta' Ġestjoni għandu jkun megħjun minn Kumitat Eżekuttiv. Il-Kumitat Eżekuttiv għandu jikkonsisti mill-President u l-Viċi-President tal-Bord ta' Ġestjoni, żewġ membri oħra mill-Bord ta' Ġestjoni li jirrappreżentaw l-Istati Membri u li jkunu maħtura mill-Bord ta' Ġestjoni u żewġ rappreżentanti mill-Kummissjoni. Id-Direttur għandu jieħu sehem fil-laqgħat tal-Kumitat Eżekuttiv.
2. Il-Kumitat Eżekuttiv għandu jiltaqa' mill-anqas darbtejn fis-sena u kull meta jkun meħtieġ li jkunu ppreparati deċiżjonijiet tal-Bord ta' Ġestjoni u li tingħata għajnuna jew pariri lid-Direttur. Għandu jiddeċiedi f'isem il-Bord ta' Ġestjoni dwar dawk il-kwistjonijiet previsti fir-regoli finanzjarji adottati skond l-Artikolu 15(10) li mhumiex riżervati għall-Bord ta' Ġestjoni permezz ta' dan ir-Regolament. Id-deċiżjonijiet għandhom jiġu adottati b'kunsens.
Artikolu 11
Direttur
1. Iċ-Ċentru għandu jkun immexxi minn Direttur maħtur mill-Bord ta' Ġestjoni fuq proposta tal-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin u li jista' jiġġedded.
2. Qabel l-ewwel mandat minn massimu ta' tnejn, il-kandidat magħżul mill-Bord ta' Ġestjoni għall-kariga ta' Direttur għandu jkun mistieden bla dewmien biex jagħmel stqarrija quddiem il-Parlament Ewropew u jwieġeb mistoqsijiet li jitpoġġew minn membri ta' dik l-istituzzjoni.
3. Id-Direttur għandu jkun responsabbli għal:
a) |
il-preparazzjoni u l-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet u programmi adottati mill-Bord ta' Ġestjoni, |
b) |
l-amministrazzjoni ta' kuljum, |
ċ) |
it-tħejjija tal-programmi ta’ ħidma taċ-Ċentru, |
d) |
il-preparazzjoni ta' l-istima temporanja tad-dħul u l-infiq taċ-Ċentru u l-implimentazzjoni tal-baġit, |
e) |
it-tħejjija u l-pubblikazzjoni tar-rapporti li hemm dispożizzjoni dwarhom f'dan ir-Regolament, |
f) |
il-ġestjoni ta’ l-affarijiet li jirrigwardaw l-istaff, u b’mod partikolari l-eżerċizzju tal-poteri li huma mogħtija lill-awtorità li tappunta, |
g) |
id-definizzjoni ta’ l-istruttura organizzattiva taċ-Ċentru u l-preżentazzjoni tagħha lill-Bord ta' Ġestjoni għall-approvazzjoni, |
h) |
it-twettiq tad-dmirijiet imsemmija fl-Artikoli 1 u 2, |
i) |
l-evalwazzjoni regolari tal-ħidma taċ-Ċentru. |
4. Id-Direttur għandu jwieġeb għall-attivitajiet tiegħu lill-Bord ta' Ġestjoni.
5. Id-Direttur għandu jkun ir-rappreżentant legali taċ-Ċentru.
Artikolu 12
Smigħ tad-Direttur u tal-President tal-Bord ta' Ġestjoni quddiem il-Parlament Ewropew
Kull sena, id-Direttur għandu jippreżenta lill-Parlament Ewropew ir-rapport ġenerali dwar l-attivitajiet taċ-Ċentru. Il-Parlament Ewropew jista’ wkoll jitlob smigħ mad-Direttur u mal-President tal-Bord ta' Ġestjoni dwar kull suġġett relatat ma' l-attivitajiet taċ-Ċentru.
Artikolu 13
Kumitat Xjentifiku
1. Il-Bord ta' Ġestjoni u d-Direttur għandhom ikunu megħjuna minn Kumitat Xjentifiku li għandu jagħti opinjoni meta hemm dispożizzjoni dwar dan fir-Regolament u dwar kull materja xjentifika li tirrigwarda l-attività taċ-Ċentru li l-Bord ta' Ġestjoni jew id-Direttur Eżekuttiv jistgħu jissottomettu lilu.
L-opinjonijiet tal-Kumitat Xjentifiku għandhom ikunu pubblikati.
2. Il-Kumitat Xjentifiku għandu jikkonsisti minn mhux iżjed minn ħmistax-il xjentist magħrufa sew maħtura in vista ta' l-eċċellenza xjentifika tagħhom u l-indipendenza tagħhom mill-Bord ta' Ġestjoni, wara pubblikazzjoni għal sejħa ta' espressjoni ta' interess fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Il-proċedura ta' l-għażla għandha tiżgura li l-oqsma ta' speċjalizzazzjoni tal-membri tal-Kumitat Xjentifiku jkopru l-oqsma xjentifiċi l-aktar relevanti marbuta mal-problemi tad-droga u d-dipendenza fuq id-droga.
Il-membri tal-Kumitat Xjentifiku għandhom ikunu appuntati fil-kapaċità personali tagħhom u għandhom jagħtu l-opinjonijiet tagħhom indipendentement mill-Istati Membri u l-Istituzzjonijiet tal-Komunità.
Il-Kumitat Xjentifiku għandu jikkonsidra l-pożizzjonijiet varji espressi fl-opinjonijiet ta' esperti nazzjonali, jekk disponibbli, qabel ma jagħti kwalunkwe opinjoni.
Sabiex tiġi implimentata d-Deċiżjoni 2005/387/JHA il-Kumitat Xjentifku jista' jiġi estiż skond il-proċeduri stipulati fl-Artikolu 6(2) ta' dik id-Deċiżjoni.
3. Il-Membri għandhom iservu fuq il-Kumitat Xjentifiku għal perjodu ta' tliet snin, li jista' jiġġedded.
4. Il-Kumitat Xjentifiku għandu jeleġġi lill-president tiegħu għal perjodu ta' tliet snin. Huwa għandu jitlaqqa' mill-President tiegħu mill-anqas darba fis-sena.
Artikolu 14
Tfassil tal-baġit
1. Stimi tad-dħul u l-infiq kollu taċ-Ċentru għandhom ikunu ppreparati għal kull sena finanzjarja, li jikkorrispondu mas-sena kalendarja, u għandhom jiġu murija fil-baġit taċ-Ċentru.
2. Id-dħul u l-infiq muri fil-baġit għandu jkun f'bilanċ.
3. Id-dħul taċ-Ċentru għandu, bla ħsara għal riżorsi oħra, jikkonsisti f’sussidju mill-Komunità mdaħħal fil-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea (it-Taqsima tal-Kummissjoni), pagamenti għal servizzi mogħtija u kwalunkwe kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-organizazzjonijiet u korpi u pajjiżi terzi msemmijin fl-Artikoli 20 u 21 rispettivament.
4. L-infiq taċ-Ċentru għandu jinkludi:
a) |
ir-rimunerazzjoni ta' l-istaff, spejjeż amministrattivi u ta' l-infrastruttura, u spejjeż ta’ l-operazzjoni; |
b) |
l-infiq bħala appoġġ għall-punti fokali tar-Reitox. |
5. Kull sena l-Bord tal-Ġestjoni, fuq il-bażi ta' abbozz magħmul mid-Direttur, għandu jipproduċi stima tad-dħul u l-infiq għaċ-Ċentru għas-sena finanzjarja li tkun ġejja. Din l-istima, li għandha tinkludi pjan temporanju ta' stabbiliment, għandha tintbagħat mill-Bord ta' Ġestjoni lill-Kummissjoni sal-31 ta' Marzu, flimkien mal-programm ta' ħidma taċ-Ċentru. L-istima għandha tintbagħat mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-awtorità tal-baġit”) flimkien ma' l-abbozz preliminari tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea.
6. Fuq il-bażi ta' l-istima, il-Kummissjoni għandha ddaħħal fl-abbozz preliminari tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea l-istimi li tikkunsidra meħtieġa għall-pjan ta' stabbiliment u l-ammont tas-sussidju li għandu jiġi ddebitat lill-baġit ġenerali, li għandha tippreżenta lill-awtorità tal-baġit skond l-Artikolu 272 tat-Trattat.
7. L-awtorità tal-baġit għandha tawtorizza l-approprjazzjonijiet għas-sussidju liċ-Ċentru u għandha tadotta l-pjan ta' stabbiliment għaċ-Ċentru.
8. Il-baġit għandu jiġi adottat mill-Bord tal-Ġestjoni. Għandu jsir finali wara l-adozzjoni finali tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea. Fejn xieraq, għandu jiġi aġġustat skond dan.
9. Il-Bord ta' Ġestjoni għandu, malajr kemm hu possibbli, jinnotifika l-awtorità tal-baġit bil-ħsieb tiegħu li jimplimenta kwalunkwe proġett li jista' jkollu implikazzjonijiet finanzjarji sinifikanti għall-iffinanzjar għall-baġit, partikolarment kwalunkwe proġett li għandu x'jaqsam mal-proprjetà bħall-kiri jew l-akkwist ta' bini. Għandu jinforma l-Kummissjoni b’dan.
Fejn fergħa ta' l-awtorità tal-baġit tkun innotifikat il-ħsieb tagħha li tagħti opinjoni, għandha tibgħat l-opinjoni tagħha lill-Bord ta' Ġestjoni fi żmien sitt ġimgħat mid-data ta' notifika tal-proġett.
Artikolu 15
Implementazzjoni tal-baġit
1. Id-Direttur għandu jimplimenta l-baġit taċ-Ċentru.
2. Sa l-1 ta' Marzu, wara kull sena finanzjarja, l-uffiċjal tal-kontabilità taċ-Ċentru għandu jikkomunika l-kontijiet proviżorji lill-uffiċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni flimkien ma' rapport fuq l-amministrazzjoni tal-baġit u tal-finanzi għal dik is-sena finanzjarja. L-uffiċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni għandu jagħmel konsolidazzjoni tal-kontijiet proviżorji ta' l-istituzzjonijiet u korpi ddeċentralizzati skond l-Artikolu 128 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (11) (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “ir-Regolament Finanzjarju Ġenerali”).
3. Sal-31 ta' Marzu wara kull sena finanzjarja, l-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni għandu jibgħat il-kontijiet proviżorji taċ-Ċentru lill-Qorti ta' l-Awdituri, flimkien ma' rapport fuq l-amministrazzjoni tal-baġit u tal-finanzi għal dik is-sena finanzjarja. Ir-rapport fuq l-amministrazzjoni tal-baġit u tal-finanzi għas-sena finanzjarja għandu wkoll jintbagħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
4. Meta jkunu rċevuti l-osservazzjonijiet tal-Qorti ta' l-Awdituri fuq il-kontijiet proviżorji taċ-Ċentru, skond l-Artikolu 129 tar-Regolament Finanzjarju ġenerali, id-Direttur għandu jagħmel il-kontijiet finali taċ-Ċentru taħt ir-responsabbiltà tiegħu stess u jagħtihom lill-Bord ta' Ġestjoni għal opinjoni.
5. Il-Bord ta' Ġestjoni għandu jagħti opinjoni fuq il-kontijiet finali taċ-Ċentru.
6. Id-Direttur għandu, sa l-1 ta' Lulju wara kull sena finanzjarja, jibgħat il-kontijiet finali lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta' l-Awdituri, flimkien ma' l-opinjoni tal-Bord tal-Ġestjoni.
Il-kontijiet finali għandhom jiġu ppubblikati.
7. Id-Direttur għandu jibgħat lill-Qorti ta' l-Awdituri tweġiba għall-osservazzjonijiet tagħha sat-30 ta' Settembru. Għandu ukoll jibgħat din it-tweġiba lill-Bord tal-Ġestjoni.
8. Id-Direttur għandu jagħti lill-Parlament Ewropew, fuq it-talba ta' dan ta' l-aħħar, kwalunkwe informazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni bla xkiel tal-proċedura ta' kwittanza għas-sena finanzjarja kkonċernata, kif stabbilit fl-Artikolu 146(3) tar-Regolament Finanzjarju ġenerali.
9. Il-Parlament Ewropew, fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill li jkun qed jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, għandu, qabel it-30 ta' April tas-sena N + 2, jagħti kwittanza lid-Direttur fir-rigward ta' l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena N.
10. Ir-regoli finanzjarji applikabbli għaċ-Ċentru għandhom jiġu adottati mill-Bord ta' Ġestjoni wara li tkun ġiet ikkonsultata l-Kummissjoni. Ma jistgħux ma jżommux mar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2343/2002 (12) fuq ir-Regolament Finanzjarju ta’ qafas għall-korpijiet imsejħa fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 kemm-il darba dan ma jkunx speċifikament meħtieġ għall-operazzjoni taċ-Ċentru u ma jkunx hemm il-kunsens minn qabel tal-Kummissjoni.
Artikolu 16
Il-ġlieda kontra l-frodi
1. Għall-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u attivitajiet illegali oħra li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Komunità, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1073/1999 għandhom japplikaw mingħajr restrizzjonijiet għaċ-Ċentru.
2. Id-deċiżjonijet dwar l-iffinanzjar u l-implimentazzjoni tal-ftehim u l-istrumenti li joħorġu minnhom għandhom jistipulaw espliċitament li l-Qorti ta' l-Awdituri u l-OLAF għandhom iwettqu, jekk meħtieġ, kontrolli fuq il-post fis-sedi ta' dawk li jirċievu fondi miċ-Ċentru.
Artikolu 17
Privileġġi u immunitajiet
Il-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej għandhom ikunu applikabbli wkoll għaċ-Ċentru.
Artikolu 18
Regolamenti ta' l-Istaff
Ir-Regolamenti ta' l-Istaff ta' l-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kundizzjonijiet ta' l-Impjieg ta' Impjegati Oħra tal-Komunitajiet Ewropej u r-regoli adottati b'mod konġunt mill-Istituzzjonijiet tal-Komunità għall-iskopijiet ta' l-applikazzjoni ta' dawk ir-Regolamenti ta' l-Istaff u l-Kundizzjonjiet ta’ l-Impjieg għandhom japplikaw għall-istaff taċ-Ċentru.
Fejn iħaddem staff minn pajjiżi terzi wara l-konklużjoni tal-ftehim li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 21, iċ-Ċentru għandu, fi kwalunkwe każ, ikun konformi mar-Regolamenti ta' l-Istaff u l-Kundizzjonijiet ta’ l-impjieg imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.
Iċ-Ċentru għandu jeżerċita f'dak li jirrigwarda l-istaff tiegħu l-poteri li jingħataw lill-awtorità li tinnomina.
Il-Bord ta' Ġestjoni għandu, bi qbil mal-Kummissjoni, jadotta r-regoli xierqa ta’ implimentazzjoni skond ir-Regolamenti tal-Istaff, l-Artikolu 110, u l-Kundizzjonijiet ta’ l-Impjieg imsemmija fil-paragrafu 1.
Il-Bord ta' Ġestjoni jista’ wkoll jadotta dispożizzjonijiet sabiex jippermetti li esperti nazzjonali minn Stati Membri oħra jiġu impjegati b’self fiċ-Ċentru.
Artikolu 19
Responsabbiltà
1. Ir-responsabbiltà kuntrattwali taċ-Ċentru għandha tkun regolata bil-liġi li tapplika għall-kuntratt in kwistjoni. Il-Qorti tal-Ġustizzja għandu jkollha ġurisdizzjoni permezz ta' klawsola ta' arbitraġġ li tkun inkluża f'kuntratt konkluż miċ-Ċentru.
2. Fil-każ ta' responsabbiltà mhux kuntrattwali, iċ-Ċentru għandu, skond il-prinċipji ġenerali komuni għal-liġijiet ta’ l-Istati Membri, jagħmel tajjeb għal kwalunkwe ħsara mwettqa miċ-Ċentru jew mill-istaff tiegħu fit-twettiq ta' dmirijiethom. Il-Qorti tal-Ġustizzja għandu jkollha ġurisdizzjoni fi kwistjonijiet li ghandhom x'jaqsmu ma' kumpens għal dawn id-danni.
3. Ir-responsabbiltà personali ta' l-istaff lejn iċ-Ċentru għandha tkun regolata mid-dispożizzjonijiet li japplikaw għall-istaff taċ-Ċentru.
Artikolu 20
Kooperazzjoni ma' organizzazzjonijiet u korpi oħra
Bla ħsara għal relazzjonijiet li l-Kummissjoni jista’ jkollha bis-saħħa ta' l-Artikolu 302 tat-Trattat, iċ-Ċentru għandu attivament ifittex kooperazzjoni ma' organizzazzjonijiet internazzjonali u ma' korpi kompetenti oħrajn governattivi u mhux governattivi, partikolarment dawk Ewropej, fis-settur tad-droga.
Din il-kooperazzjoni għandha tkun ibbażata fuq arranġamenti ta' ħidma konklużi ma' l-organizzazzjonijiet u l-korpi msemmija fl-ewwel paragrafu. Dawk l-arranġamenti għandhom jiġu adottati mill-Bord ta' Ġestjoni fuq il-bażi ta’ l-abbozz preżentat mid-Direttur u wara li l-Kummissjoni tkun tat l-opinjoni tagħha. Fejn il-Kummissjoni tesprimi nuqqas ta’ qbil ma’ dawn l-arranġamenti, il-Bord ta' Ġestjoni għandu jadottahom b’maġġoranza ta’ tliet kwarti tal-membri bid-dritt tal-vot.
Artikolu 21
Parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi
Iċ-Ċentru għandu jinfetaħ għall-parteċipazzjoni ta' kwalunkwe pajjiż terz li jkollu l-istess interessi tal-Komunità u dawk ta' l-Istati Membri tagħha fl-għanijiet u x-xogħol taċ-Ċentru, fuq il-bażi ta' ftehim li jkun sar bejn tali pajjiżi terzi u l-Komunità fuq il-bażi ta' l-Artikolu 300 tat-Trattat.
Artikolu 22
Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja
Il-Qorti tal-Ġustizzja għandu jkollha ġurisdizzjoni f'każijiet miftuħa kontra ċ-Ċentru taħt l-Artikolu 230 tat-Trattat.
Artikolu 23
Rapport ta’ Evalwazzjoni
Il-Kummissjoni għandha tagħti bidu għal evalwazzjoni esterna taċ-Ċentru kull sitt snin b'mod li din issir mat-tlestija ta' tnejn mill-programmi ta’ ħidma ta' tliet snin taċ-Ċentru. Din l-evalwazzjoni għandha tinkludi wkoll is-sistema tar-Reitox. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi r-rapport ta’ evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Bord ta' Ġestjoni.
F’dak il-kuntest, il-Kummissjoni għandha, jekk ikun xieraq, tippreżenta proposta għar-reviżjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament fid-dawl ta’ l-iżviluppi dwar l-aġenziji regolatorji, bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat.
Artikolu 24
Tħassir
Ir-Regolament (KEE) Nru 302/93 huwa b'dan imħassar.
Ir-referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness III.
Artikolu 25
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara d-data tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, tat-12 ta' Diċembru 2006.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
Għall-Kunsill
Il-President
M. PEKKARINEN
(1) ĠU C 69, 21.3.2006, p. 22.
(2) Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-14 ta' Ġunju 2006 (għadha mhix pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(3) ĠU L 36, 12.2.1993, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1651/2003 (ĠU L 245, 29.9.2003, p. 30).
(4) Ara Anness II.
(5) ĠU L 358, 31.12.2002, p. 1. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni Nru 787/2004/KE (ĠU L 138, 30.4.2004, p. 12).
(6) ĠU L 127, 20.5.2005, p. 32.
(8) ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43.
(9) ĠU L 136, 31.5.1999, p. 1.
(10) ĠU L 136, 31.5.1999, p. 15.
(11) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(12) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
ANNESS I
A. |
Ix-xogħol taċ-Ċentru għandu jitwettaq billi jingħata kas tal-poteri rispettivi tal-Komunità u ta' l-Istati Membri tagħha fil-qasam tad-droga, kif dawk il-poteri huma definiti bit-Trattat. Huwa għandu jkopri l-aspetti differenti tal-fenomenu tad-droga u d-dipendenza fuq id-droga, u s-soluzzjonijiet applikati. F’dan, iċ-Ċentru għandu jkun iggwidat mill-Istrateġiji tad-Droga u l-Pjani ta’ Azzjoni adottati mill-Unjoni Ewropea. Iċ-Ċentru għandu jiffoka fuq dawn l-oqsma ta' prijorità:
|
B. |
Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli liċ-Ċentru, għad-disseminazzjoni, l-informazzjoni u d-dettalji statistiċi li hija jkollha bis-saħħa tal-poteri tagħha. |
ANNESS II
IR-REGOLAMENT IMĦASSAR U L-EMENDI SUĊĊESSIVI
Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 302/93 |
|
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3294/94 |
|
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2220/2000 |
|
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1651/2003 |
ANNESS III
TABELLA TA' KORRELAZZJONI
Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 302/93 |
Dan ir-Regolament |
Artikolu 1 |
Artikolu 1 |
— |
Artikolu 1(3), it-tieni u t-tielet sentenza |
Artikolu 2(A), sub-intestatura |
Artikolu 2(a), sub-intestatura |
Artikolu 2(A)(1) |
Artikolu 2(a)(i), l-ewwel sentenza |
— |
Artikolu 2(a)(i), it-tieni u t-tielet sentenza |
Artikolu 2(A)(2) sa (5) |
Artikolu 2(a)(ii) sa (v) |
Artikolu 2(B), sub-intestatura |
Artikolu 2(b), sub-intestatura |
Artikolu 2(B)(6), l-ewwel sentenza |
Artikolu 2(b)(i), l-ewwel sentenza |
— |
Artikolu 2(b)(i), it-tieni sentenza |
Artikolu 2(B)(7) |
Artikolu 2(b)(ii) |
Artikolu 2(Ċ), sub-intestatura |
Artikolu 2(ċ), sub-intestatura |
Artikolu 2(Ċ)(8) sa (10) |
Artikolu 2(ċ)(i) sa (iii) |
Artikolu 2(D), sub-intestatura |
Artikolu 2(d), sub-intestatura |
Artikolu 2(D)(11) sa (13) |
Artikolu 2(d)(i), (ii) u (iv) |
— |
Artikolu 2(d)(iii) u (v) |
— |
Artikolu 2(e) |
Artikolu 3 |
Artikolu 4 |
Artikolu 4 |
Artikolu 3 |
Artikolu 5(1) |
Artikolu 5(1) |
— |
Artikolu 5(2), (3) u (4) |
Artikolu 5(4) |
Artikolu 5 (5) |
Artikolu 6(2) u (3) |
Artikolu 6(1) |
— |
Artikolu 6(2) |
Artikolu 6a |
Artikolu 7 |
Artikolu 7 |
Artikolu 8 |
— |
Artikolu 8, intestatura |
— |
Artikolu 8(2) |
Artikolu 8(1) |
Artikolu 9(1), l-ewwel, ir-raba' u l-ħames subparagrafu |
Artikolu 8(2) |
Artikolu 9 (1), it-tieni u t-tielet subparagrafi Artikolu 9(2); Artikolu 9(3), it-tieni sentenza |
— |
Artikolu 9(3), l-ewwel u t-tielet sentenza |
Artikolu 8(3) |
Artikolu 9(4) |
Artikolu 8(4) |
Artikolu 9(5), l-ewwel u t-tielet sentenza |
— |
Artikolu 9(5), it-tieni sentenza |
— |
Artikolu 9(6) |
Artikolu 8(5) u (6) |
Artikolu 9(7) u (8) |
— |
Artikolu 10 |
Artikolu 9(1), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 11(1) |
— |
Artikolu 11(2) |
Artikolu 9(1), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 11(3) |
Artikolu 9(1), it-tieni subparagrafu, mill-ewwel sas-sitt inċiż |
Artikolu 11(3)(a) sa (f), l-ewwel sentenza |
— |
Artikolu 11(3)(f), it-tieni sentenza |
— |
Artikolu 11(3)(g) |
Artikolu 9(1), it-tieni subparagrafu, is-seba’ inċiż |
Artikolu 11(3)(h) |
— |
Artikolu 11(3)(i) |
Artikolu 9(2) u (3) |
Artikolu 11(4) u (5) |
— |
Artikolu 12 |
Artikolu 10(1) |
Artikolu 13(1) |
Artikolu 10(2) |
Artikolu 13(2) l-ewwel u r-raba subparagrafu |
— |
Artikolu 13(2), it-tieni u t-tielet subparagrafu |
Artikolu 10(3), (4) u (5) |
Artikolu 13(3) u (4) |
Artikolu 11(1) sa (6) |
Artikolu 14(1) sa (5) |
Artikolu 11(7) sa (10) |
Artikolu 14(6) sa (9) |
Artikolu 11a(1)sa (5) |
Artikolu 15(1) sa (5) |
Artikolu 11a(6) u (7) |
Artikolu 15(6) |
Artikolu 11a(8) sa (11) |
Artikolu 15(7) sa (10) |
— |
Artikolu 16 |
Artikolu 12 |
Artikolu 20 |
— |
Artikolu 20, it-tieni subparagrafu |
Artikolu 13(1) |
Artikolu 21 |
Artikolu 13(2) |
— |
Artikolu 14 |
Artikolu 17 |
Artikolu 15 |
Artikolu 18, l-ewwel, it-tielet u r-raba' subparagrafu |
— |
Artikolu 18, it-tieni u l-ħames subparagrafu |
Artikolu 16 |
Artikolu 19 |
Artikolu 17 |
Artikolu 22 |
Artikolu 18 |
Artikolu 23, l-ewwel subparagrafu, l-ewwel u t-tielet sentenza |
— |
Artikolu 23, l-ewwel subparagrafu, it-tieni sentenza |
— |
Artikolu 23, it-tieni subparagrafu |
— |
Artikolu 24 |
Artikolu 19 |
Artikolu 25 |
Anness, paragrafu A, l-ewwel subparagrafu |
Anness I, paragrafu A, l-ewwel subparagrafu, l-ewwel sentenza |
— |
Anness I, paragrafu A, l-ewwel subparagrafu, it-tieni u t-tielet sentenza |
— |
Anness I, paragrafu A, it-tieni subparagrafu, il-punti (1) sa (4) |
Anness, paragrafu A, it-tieni subparagrafu, il-punti (1) sa (5) |
— |
Anness, paragrafu B |
Anness I, paragrafu B |
Anness, paragrafu Ċ |
— |
— |
Anness II |
— |
Anness III |
27.12.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
14 |
DIRETTIVA 2006/113/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-12 ta' Diċembru 2006
dwar il-kwalità meħtiega ghall-ilmijiet tal-koltivazzjoni tal-molluski
(verżjoni kodifikata)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 175(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw l-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,
Wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (1),
Billi:
(1) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 79/923/KEE, tat-30 ta' Ottubru 1979 dwar il-kwalita meħtiega ghall-ilmijiet tal-koltivazzjoni tal-molluski (2) ġiet emendata b'mod sostanzjali (3). Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmija Direttiva għandha tiġi kkodifikata. |
(2) |
Il-protezzjoni u t-titjib ta' l-ambjent jirrikjedu miżuri konkreti sabiex jipproteġu l-ilmijiet, inklużi l-ilmijiet tal-koltivazzjoni tal-molluski, kontra t-tniġġis. |
(3) |
Huwa neċessarju li ċerti popolazzjonijiet ta' molluski jiġu salvagwardjati minn diversi konsegwenzi perikolużi, li jirriżultaw mit-tnixxija fil-baħar ta' sustanzi li jniġġsu. |
(4) |
Id-Deċiżjoni Nru 1600/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Lulju 2002 li tistabbilixxi s-Sitt Programm ta' Azzjoni tal-Komunita' Ambjentali (4) tistipula li għandhom jitfasslu għanijiet ta' kwalità b'mod konġunt billi jiġu stabbiliti l-ħtiġijiet varji li għandhom jintlaħqu minn ambjent, fost oħrajn id-definizzjoni tal-parametri ta' l-ilma, inkluż l-ilmijiet tal-koltivazzjoni tal-molluski. |
(5) |
Id-differenzi bejn id-dispożizzjonijiet fis-seħħ fid-diversi Stati Membri dwar il-kwalità meħtieġa ta' l-ilmijiet tal-koltivazzjoni tal-molluski jistgħu joħolqu kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni mhux indaqs u allura jistgħu jaffetwaw direttament il-mod ta' kif jiffunzjona s-suq intern. |
(6) |
Sabiex jintlaħqu l-għanijiet tad-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jindikaw l-ilmijet li għalihom din ser tkun tapplika u għandhom jistabbilixxu valuri ta' limitu li jikkorrispondu ma' ċerti parametri. L-ilmijiet hekk indikati għandhom ikunu konformi ma' dawn il-valuri fi żmien sitt snin minn tali indikazzjoni. |
(7) |
Sabiex tkun tista' tiġi spezzjonata l-kwalità meħtieġa ta' l-ilmijiet tal-koltivazzjoni tal-molluski, għandu jittieħed numru minimu ta' kampjuni u jitkejlu l-parametri stabbiliti fl-Anness I. Dan it-teħid ta' kampjuni jista' jitnaqqas jew jitwaqqaf fid-dawl tar-riżultati tal-qisien. |
(8) |
Ċerti ċirkostanzi naturali m'humiex fil-kontroll ta' l-Istati Membri, u, minħabba f'hekk, huwa neċessarju li, f'certi kazijiet, ikun hemm il-possibbiltà ta' deroga minn din id-Direttiva. |
(9) |
Il-progress tekniku u xjentifiku jista' jinneċessita l-adattament ta' malajr ta' xi wħud mill-ħtiġijiet imsemmija fl-Anness I. Għandha tinstab proċedura sabiex tiffaċilita l-introduzzjoni tal-miżuri meħtieġa għal dan il-għan, li tistabbilixxi kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni. Din il-kooperazzjoni għandha ssir fi ħdan il-Kumitat dwar l-Adattament għall-Progress Tekniku u Xjentifiku mwaqqaf bl-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2006/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Settembru 2006 dwar il-kwalità ta' l-ilma ħelu li għandu bżonn protezzjoni jew titjib sabiex tkun sostnuta l-ħajja tal-ħut (5). |
(10) |
Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi ta' l-Istati Membri rigward il-limiti ta' żmien, stabbiliti fil-Parti B ta' l-Anness II, għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi, u l-applikazzjoni tagħhom, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Din id-Direttiva tikkonċerna l-kwalità ta' l-ilmijet tal-koltivazzjoni tal-molluski u tapplika għal dawk l-ilmijiet ta' mal-kosta u salmastri indikati mill-Istati Membri bħala li għandhom bżonn protezzjoni jew titjib sabiex isostnu l-ħajja u t-tkabbir tal-molluski (bivalve u gasteropod molluscs) u għaldaqstant sabiex jikkontribwixxu għall-kwalità għolja tal-prodotti tal-molluski li jittieklu direttament mill-bniedem.
Artikolu 2
Il-parametri applikabbli għall-ilmijet indikati mill-Istati Membri jinsabu elenkati fl-Anness I.
Artikolu 3
1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu, għall-ilmijiet indikati, valuri għall-parametri elenkati fl-Anness I, sa fejn ikunu mogħtija valuri fil-kolonna G jew I. Huma għandhom jikkonformaw mal-kummenti li jinsabu fiż-żewġ kolonni.
2. L-Istati Membri m'għandhomx jistabbilixxu valuri inqas strinġenti minn dawk mogħtija fil-kolonna I ta' l-Anness I u għandhom jagħmlu minn kollox sabiex jirrispettaw il-valuri fil-kolonna G, filwaqt li jikkonsidraw il-prinċipju stabbilit fl-Artikolu 8.
3. Għal tnixxijiet li jaqgħu fi ħdan il-parametri “sustanzi organo-aloġenati” u “metalli”, l-istandards ta' l-emissjoni stabbiliti mill-Istati Membri skond id-Direttiva 2006/11/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Frar 2006 dwar tniġġiż ikkawżat minn ċerti sustanzi perikolużi skarikati fl-ambjent akwatiku tal-Komunità (6) għandhom japplikaw fl-istess waqt bħala l-għanijiet ta' kwalità u l-obbligi l-oħra li joħorġu minn din id-Direttiva, partikolarment dawk dwar it-teħid ta' kampjuni.
Artikolu 4
1. L-Istati Membri għandhom jindikaw l-ilmijiet tal-molluski, u jistgħu sussegwentament jagħmlu indikazzjonijiet supplimentari.
2. Filwaqt li jieħdu in-konsiderazzjoni l-prinċipju stabbilit fl-Artikolu 8, l-Istati Membri jistgħu jirrivedu l-indikazzjonijiet ta' ċerti ilmijiet partikolarment minħabba fatturi mhux previsti fi żmien l-indikazzjoni.
Artikolu 5
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu programmi sabiex inaqqsu t-tniġġis u sabiex jassiguraw li l-ilmijiet indikati jkunu konformi, fi żmien sitt snin wara l-indikazzjoni magħmula skond l-Artikolu 4, kemm mal-valuri stabbiliti mill-Istati Membri skond l-Artikolu 3 kif ukoll mal-kummenti li jinsabu fil-kolonni G u I ta' l-Anness I.
Artikolu 6
1. Għall-finijiet ta' l-implimentazzjoni ta' l-Artikolu 5, l-ilmijiet indikati għandhom jitqiesu li huma konformi mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva jekk il-kampjuni ta' dawn l-ilmijiet, meħuda fil-frekwenza minima speċifikata fl-Anness I, fl-istess punt tat-teħid tal-kampjuni u tul perjodu ta' 12-il xahar, juru li huma konformi kemm mal-valuri stabbiliti mill-Istati Membri skond l-Artikolu 3 kif ukoll mal-kummenti li jinsabu fil-kolonni G u I ta' l-Anness I dwar:
(a) |
100 % tal-kampjuni għall-parametri tas-“sustanzi organo-aloġenati” u “metalli”; |
(b) |
95 % tal-kampjuni għall-parametri tas-“salinità” u “ossiġnu maħlul”; |
(ċ) |
75 % tal-kampjuni għall-parametri l-oħrajn elenkati fl-Anness I. |
Jekk, skond l-Artikolu 7(2), il-frekwenza tat-teħid tal-kampjuni għall-parametri kollha fl-Anness I ħlief għal “sustanzi organo-aloġenati” u “metalli” tkun inqas minn dik indikata fl-Anness I, il-valuri u l-kummenti msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandhom jiġu rispettati fil-każ tal-kampjuni kollha.
2. Fejn il-valuri stabbiliti mill-Istati Membri skond l-Artikolu 3 jew il-kummenti li jinsabu fil-kolonni G u I ta' l-Anness I ma jiġux rispettati minħabba xi diżastru, dawn m'għandhomx jitqiesu fil-kalkolu tal-perċentwali msemmija fil-paragrafu 1.
Artikolu 7
1. L-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri għandhom iwettqu operazzjonijiet ta' teħid ta' kampjuni, li l-frekwenza minima tagħhom hija stabbilita fl-Anness I.
2. Fejn l-awtorità kompetenti tirreġistra li l-kwalità ta' l-ilmijiet indikati hija konsiderevolment ogħla minn dik li tirriżulta mill-applikazzjoni tal-valuri stabbiliti skond l-Artikolu 3 u l-kummenti li jinsabu fil-kolonni G u I ta' l-Anness I, il-frekwenza tat-teħid ta' kampjuni tista' titnaqqas. Fejn ma jkunx hemm l-ebda tniġġis u riskju ta' deterjorament fil-kwalità ta' l-ilmijiet, l-awtorità kompetenti konċernata tista' tiddeċiedi li t-teħid ta' kampjuni m'huwiex meħtieġ.
3. Jekk it-teħid ta' kampjuni juri li xi valur stabbilit skond l-Artikolu 3 jew xi kumment li jinsab fil-kolonni G jew I ta' l-Anness I mhux qed jiġi rispettat, l-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi jekk dan hux riżultat ta' xi fatt każwali, ta' xi fenomenu naturali jew ta' tniġġis u għandha tieħu l-miżuri xierqa.
4. Il-punt eżatt fejn jittieħdu l-kampjuni, d-distanza minn dan il-punt sa l-eqreb punt fejn ikun hemm tnixxija ta' sustanzi li jniġġsu u l-fond li fih għandhom jittieħdu l-kampjuni għandhom jiġu stabbiliti mill-awtorità kompetenti ta' kull Stat Membru partikolarment skond il-kondizzjonijet ambjentali lokali.
5. Il-metodi ta' referenza ta' l-analiżi li għandhom jintużaw fil-kalkolu tal-valuri tal-parametri konċernati huma stipulati fl-Anness I. Il-laboratorji li jħaddmu metodi oħrajn għandhom jiżguraw li r-riżultati miksuba jkunu ekwivalenti jew komparabbli għal dawk specifikati fl-Anness I.
Artikolu 8
L-implimentazzjoni tal-miżuri meħuda skond din id-Direttiva ma jistgħu fl-ebda każ iwasslu, direttament jew indirettament, għal żieda fit-tniġġis ta' l-ilma ta' mal-kosta u dak salmastru.
Artikolu 9
L-Istati Membri jistgħu f'kull ħin jistabbilixxu valuri għall-ilmijiet indikati aktar strinġenti minn dawk stabbiliti f'din id-Direttiva. Jistgħu ukoll jistipulaw dispożizzjonijiet dwar parametri oħrajn barra dawk previsti f'din id-Direttiva.
Artikolu 10
Fejn Stat Membru jikkonsidra li jindika ilmijiet tal-koltivazzjoni tal-molluski fil-viċinanza immedjata ta' fruntiera ma' Stat Membru ieħor, dawn l-Istati għandhom jikkonsultaw lil xulxin sabiex jistabbilixxu l-partijiet minn dawn l-ilmijet li għalihom tkun tista' tapplika din id-Direttiva u l-konsegwenzi li għandhom joħorġu mill-għanijiet tal-kwalità komuni u li għandhom jiġu deċiżi wara konsultazzjonijiet formali minn kull Stat Membru kkonċernat. Il-Kummissjoni tista' tipparteċipa f'dawn id-deliberazzjonijiet.
Artikolu 11
L-Istati Membri jistgħu jidderogaw minn din id-Direttiva f'każ ta' temp jew kondizzjonijiet ġeografiċi eċċezzjonali.
Artikolu 12
Dawk l-emendi neċessarji għall-adattament għall-progress tekniku u xjentifiku l-valuri G għall-parametri u l-metodi ta' analiżi li jinsabu fl-Anness I għandhom jiġu adottati mill-Kumitat imwaqqaf permezz ta' l-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2006/44/KE skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 13(2) tagħha.
Artikolu 13
1. Għall-finijiet ta' l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jipprovdu informazzjoni lill-Kummissjoni dwar:
(a) |
l-ilmijiet indikati skond l-Artikolu 4(1), f'forma sommarja; |
(b) |
ir-reviżjoni ta' l-indikazzjoni ta' ċerti ilmijiet skond l-Artikolu 4(2); |
(ċ) |
id-dispożizzjonijiet stipulati sabiex jiġu stabbiliti parametri ġodda skond l-Artikolu 9. |
2. Fejn Stat membru japplika d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 11, dan għandu jinnotifika minnufih lill-Kummissjoni b'dan, filwaqt li jagħti r-raġunijiet u l-perjodi antiċipati.
3. B'mod aktar ġenerali, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni, fuq talba raġunata tal-Kummissjoni stess, kull informazzjoni necessarja għall-applikazzjoni ta' din id-Direttiva.
Artikolu 14
F'intervalli ta' tliet snin u għal l-ewwel darba għall-perjodu bejn l-1993 u l-1995 inklużiv, l-Istati Membri għandhom jibagħtu informazzjoni lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, permezz ta' rapport settorali li għandu jiġbor fih ukoll Direttivi oħra relevanti tal-Komunità. Dan ir-rapport għandu jkun imsejjes fuq kwestjonarju jew fuq punti prinċipali mfassla mill-Kummissjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 6(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/692/KEE tat-23 ta' Diċembru 1991 li tistandardizza u tirrazzjonalizza rapporti dwar l-implimentazzjoni ta' ċerti Direttivi dwar l-ambjent (7). Il-kwestjonarju jew punti prinċipali għandhom jintbagħtu lill-Istati Membri sitt xhur qabel ma jibda l-perjodu li għalih ikun sar ir-rapport. Ir-rapport għandu jintbagħat lill-Kummissjoni fi żmien disa' xhur mit-tmiem tal-perjodu ta' tliet snin li għalih ikun sar.
Il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport tal-Komunità dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva fi żmien disa' xhur minn meta tirċievi r-rapporti mill-Istati Membri.
Artikolu 15
L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet principali tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam regolat b'din id-Direttiva.
Artikolu 16
Id-Direttiva 79/923/KEE hija b'dan imħassra, bla ħsara għall-obbligi ta' l-Istati Membri rigward il-limiti ta' żmien, stabbiliti fl-Anness II, Parti B, għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi, u l-applikazzjoni tagħhom.
Ir-referenzi magħmula għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi magħmula għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness III.
Artikolu 17
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 18
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Strasburgu, 12 ta' Diċembru 2006.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
Għall-Kunsill
Il-President
M. PEKKARINEN
(1) Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Ottubru 2006 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2006.
(2) ĠU L 281, 10.11.1979, p. 47. Direttiva kif emendata mid-Direttiva 91/692/KEE (ĠU L 377, 31.12.1991, p. 48).
(3) Ara l-Anness II, Parti A.
(4) ĠU L 242, 10.9.2002, p. 1.
(5) ĠU L 264, 25.9.2006, p. 20.
(7) ĠU L 377, 31.12.1991, p. 48. Direttiva kif emendata mir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).
ANNESS I
KWALITÀ TA' L-ILMIJIET TAL-KOLTIVAZZJONI TAL-MOLLUSKI
|
Parametru |
G |
I |
Metodi ta' referenza ta'l-analiżi |
Frekwenza minimata' teħid tal-kampjuni u tal-kejl |
|||||||
1. |
pH unità pH |
|
7 — 9 |
|
Kull tliet xhur |
|||||||
2. |
Temperatura °C |
Tnixxija li taffettwa l-ilmijiet tal-koltivazzjoni tal-molluski m'għandhiex tgholli t-temperatura ta' l-ilmijiet b'aktar minn 2 °C mit-tempertura ta' l-ilmijiet mhux affettwati |
|
|
Kull tliet xhur |
|||||||
3. |
Kulur (wara l-filtrazzjoni) mg Pt/l |
|
Tnixxija li taffettwa l-ilmijiet tal-koltivazzjoni tal-molluski m'għandhiex tikkawża bidla fil-kulur ta' l-ilmijiet wara l-filtrazzjoni b'aktar minn 10 mg pt/l mill-kulur ta' l-ilmijiet mhux affetwati |
|
Kull tliet xhur |
|||||||
4. |
Solidi sospiżi (mg/l) |
|
Tnixxija li taffettwa l-ilmijiet tal-koltivazzjoni tal-molluski m'għandhiex tikkawża żieda tal-kontenut tas-solidi sospiżi fl-ilmijiet ta' aktar minn 30 % mill-kontenut ta' l-ilmijiet mhux affetwati |
|
Kull tliet xhur |
|||||||
5. |
Salinità (‰) |
12 — 38 ‰ |
≤ 40 ‰ Tnixxija li taffettwa l-ilmijiet tal-koltivazzjoni tal-molluski m'għandhiex tikkawża żieda fis-salinità tagħhom ta' aktar minn 10 % mis-salinità ta' l-ilmijiet mhux affettwati |
Konduttimetrija |
Darba fix-xahar |
|||||||
6. |
Saturazzjoni ta' l-ossiġnu maħlul % |
≥ 80 % |
≥ 70 % (valur medju) Jekk kejl individwali jindika valur inqas minn 70 %, il-kejl irid jerġa' jsir Kejl individwali ma' jistax jindika valur ta' inqas minn 60 % kemm-il darba m'hemmx konsegwenzi ta' ħsara għall-iżvilupp ta' kolonji tal-molluski |
Il-metodu “Winkler” Metodu elettrokimiku |
Darba fix-xahar, b'minimu ta' kampjun wieħed li jirrappreżenta l- kondizzjonijiet ta' ossiġnu baxx fil-ġurnata tat-teħid tal-kampjuni. Madanakollu, fejn ikun hemm suspetti ta' varjazzjonijiet kbar ta' kuljum, għandu jittieħed minimu ta' żewġ kampjuni f'ġurnata |
|||||||
7. |
Idrokarbonji tal-petrolju |
|
M'għandux ikun hemm kwantitajiet ta' idrokarbonji fl-ilmijiet tal-koltivazzjoni tal-molluski f'ċerti kwantitajiet li:
|
Eżami viżwali |
Kull tliet xhur |
|||||||
8. |
Sustanzi organo-alogenati |
Il-konċentrazzjoni ta' kull sustanza fil-laħam tal-molluski għandha tkun limitata b'mod li tikkontribwixxi, skond l-Artikolu 1, għall-kwalità għolja tal-prodotti tal-molluski |
Il-konċentrazzjoni ta' kull sustanza fl-ilma tal-koltivazzjoni tal-molluski jew fil-laħam tal-molluski m'għandhiex tilħaq jew taqbeż livell li jkollu effetti ħżiena fuq il-frott tal-baħar u l-larvae |
Kromatografija tal-gass wara estrazzjoni b'solventi xierqa u purifikazzjoni |
Kull sitt xhur |
|||||||
9. |
Metalli |
Il-konċentrazzjoni ta' kull sustanza fil-laħam tal-molluski għandha tkun limitata b'mod li tikkontribwixxi, skond l-Artikolu 1, għall-kwalità għolja tal-prodotti tal-molluski |
Il-konċentrazzjoni ta' kull sustanza fl-ilma tal-koltivazzjoni tal-molluski jew fil-laħam tal-molluski m'għandhiex taqbeż livell li jkollu effetti ta' ħsara fuq il-frott tal-baħar u l-larvae tagħhom Għandu jittieħed kont ta' l-effetti sinerġiċi ta' dawn il-metalli |
Spettrometrija ta' assorbenza atomika preċeduta, fejn hu xieraq, b'konċentrazzjoni u/jew estrazzjoni |
Kull sitt xhur |
|||||||
Fidda |
Ag |
|||||||||||
Arseniku |
As |
|||||||||||
Kadmju |
Cd |
|||||||||||
Kromju |
Cr |
|||||||||||
Ram |
Cu |
|||||||||||
Merkurju |
Hg |
|||||||||||
Nickel |
Ni |
|||||||||||
Ċomb |
Pb |
|||||||||||
Żingu |
Zn |
|||||||||||
mg/l |
|
|||||||||||
10. |
Faecal coliforms/100 ml |
≤ 300 fil-laħam tal-molluski u fil-likwidu intervalvulari |
|
Metodu ta' dilwizzjoni ma' fermentazzjoni f'substrati likwidi f'mill-inqas tliet tubi fi tliet dilwizzjonijiet. It-tubi pożittivi jiġu maħruġa fuq mezz ta' konfermazzjoni. Għadd skond in-NAP (in-numru l-aktar probabbli). It-temperatura ta' l-inkubazzjoni 44 °C b'varjazzjoni żejda jew nieqsa 0.5 °C |
Kull tliet xhur |
|||||||
11. |
Sustanzi li jaffettwaw it-togħma tal-molluski |
|
Konċentrazzjoni anqas minn dik li tbiddel it-togħma tal-molluski |
Eżami tal-molluski skond it-togħma fejn il-preżenza ta' waħda minn dawn is-sustanzi hija preżunta |
|
|||||||
12. |
Saxitoxin (prodott minn dinoflagellates) |
|
|
|
|
|||||||
Taqsir:
|
ANNESS II
PARTI A
Direttiva mħassra flimkien ma' l-emendi tagħha
Direttiva tal-Kunsill 79/923/KEE |
|
Direttiva tal-Kunsill 91/692/KEE |
L-Anness I, punt (e) biss |
PARTI B
Lista tal-limiti ta' żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali
(imsemmija fl-Artikolu 16)
Direttiva |
Limitu ta' żmien għat-traspożizzjoni |
79/923/KEE |
Is-6 ta' Novembru 1981 |
91/692/KEE |
L-1 ta' Jannar 1993 |
ANNESS III
TABELLA TA' KORRELAZZJONI
Direttiva 79/923/KEE |
Din id-Direttiva |
Artikolu 1 |
Artikolu 1 |
Artikolu 2 |
Artikolu 2 |
Artikolu 3 |
Artikolu 3 |
Artikolu 4(1) u (2) |
Artikolu 4(1) |
Artikolu 4(3) |
Artikolu 4(2) |
Artikolu 5 |
Artikolu 5 |
Artikolu 6(1), l-ewwel subparagrafu, frażi introduttorja |
Artikolu 6(1), l-ewwel subparagrafu, frażi introduttorja |
Artikolu 6(1), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel inċiż |
Artikolu 6(1), l-ewwel subparagrafu, punt (a) |
Artikolu 6(1), l-ewwel subparagrafu, it-tieni inċiż |
Artikolu 6(1), l-ewwel subparagrafu, punt (b) |
Artikolu 6(1), l-ewwel subparagrafu, it-tielet inċiż |
Artikolu 6(1), l-ewwel subparagrafu, punt (ċ) |
Artikolu 6(1), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 6(1), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 6(2) |
Artikolu 6(2) |
Artikolu 7 |
Artikolu 7 |
Artikolu 8 |
Artikolu 8 |
Artikolu 9 |
Artikolu 9 |
Artikolu 10 |
Artikolu 10 |
Artikolu 11 |
Artikolu 11 |
Artikolu 12 |
Artikolu 12 |
Artikolu 13, l-ewwel paragrafu, frażi introduttorja |
Artikolu 13(1), frażi introduttorja |
Artikolu 13, l-ewwel paragrafu, l-ewwel inċiż |
Artikolu 13(1)(a) |
Artikolu 13 l-ewwel paragrafu, it-tieni inċiż |
Artikolu 13(1)(b) |
Artikolu 13, l-ewwel paragrafu, it-tielet inċiż |
Artikolu 13(1)(ċ) |
Artikolu 13, it-tieni paragrafu |
Artikolu 13(2) |
Artikolu 13, it-tielet paragrafu |
Artikolu 13(3) |
Artikolu 14 |
Artikolu 14 |
Artikolu 15(1) |
— |
Artikolu 15(2) |
Artikolu 15 |
— |
Artikolu 16 |
— |
Artikolu 17 |
Artikolu 16 |
Artikolu 18 |
Anness |
Anness I |
— |
Anness II |
— |
Anness III |
27.12.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
21 |
DIRETTIVA 2006/114/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-12 ta' Diċembru 2006
dwar reklamar qarrieqi u komparattiv
(verżjoni kodifikata)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’ mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 84/450/KEE tal- Kunsill ta’ l-10 ta' Settembru 1984 dwar reklamar qarrieqi u komparattiv (3) ġiet emendata kemm-il darba b’mod sostanzjali (4). Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmija Direttiva għandha tiġi kkodifikata. |
(2) |
Il-liġijiet kontra reklamar qarrieqi li hemm fis-seħħ fl-Istati Membri jvarjaw ħafna. La darba r-reklamar jmur lil hinn mill-fruntieri ta’ Stati Membri individwali, għandu effett dirett fuq il-funzjonament bla xkiel tas-suq intern. |
(3) |
Ir-reklamar qarrieqi u r-reklamar komparattiv kontra l-liġi jistgħu jwasslu għad-distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-suq intern. |
(4) |
Ir-reklamar, sew jekk jirriżultax f’kuntratt jew le, jaffettwa l-qagħda ekonomika tal-konsumaturi u kummerċjanti. |
(5) |
Id-differenzi bejn il-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar ir-reklamar li jqarraq fin-negozju jfixklu t-twettiq ta’ kampanji ta’ reklamar lil hinn minn fruntieri nazzjonali u hekk jaffettwaw iċ-ċirkulazzjoni libera tal-merkanzija u l-provvista ta’ servizzi. |
(6) |
Il-kisba tal-kompletezza tas-suq intern tfisser firxa wiesgħa ta' għażla. Ladarba l-konsumaturi u l-kummerċjanti jistgħu u għandhom jagħmlu l-aħjar użu possibbli mis-suq intern, u r-reklamar huwa mezz importanti ħafna sabiex joħloq sbokki ġenwini għall-merkanzija u servizzi fi ħdan il-Komunità kollha, id-dispożizzjonijiet bażiċi li jirregolaw il-forma u l-kontenut ta' reklamar komparattiv għandhom ikunu uniformi u l-kondizzjonijiet għall-użu ta' reklamar komparattiv fl-Istati Membri għandhom ikunu armonizzati. Jekk dawn il-kondizzjonijiet ikunu sodisfatti, dan il-fatt għandu jgħin sabiex juri oġġettivament il-meriti tal-prodotti komparabbli diversi. Ir-reklamar komparattiv jista' jistimula wkoll kompetizzjoni bejn il-fornituri tal-merkanzija u s-servizzi għal vantaġġ tal-konsumatur. |
(7) |
Għandhom jiġu stabbiliti kriterji minimi u oġġettivi sabiex jiġi determinat jekk reklamar huwiex qarrieqi. |
(8) |
Ir-reklamar komparattiv, meta jikkompara karatteristiċi materjali, relevanti, verifikabbli u rappreżentattivi u ma jkunx qarrieqi, jista' jkun mezz leġittimu sabiex jinforma lill-konsumaturi bil-vantaġġ tagħhom. Hu siewi li jkun hemm kunċett wiesa' ta' reklamar komparattiv sabiex jirregola l-modi kollha ta' reklamar komparattiv. |
(9) |
Il-kondizzjonijiet għal reklamar komparattiv permess, sa fejn jirrigwarda l-paragun, għandhom ikunu stabbiliti sabiex jistabbilixxu liema prattiċi relatati mar-reklamar komparattiv jistgħu jgħawġu l-kompetizzjoni, ikunu detrimentali għal kompetituri u jkollhom effett negattiv fuq l-għażla tal-konsumatur. Dawn il-kondizzjonijiet ta' reklamar permess għandhom jinkludu kriterji ta' paragun oġġettiv ta' karatteristiċi ta' merkanzija u servizzi. |
(10) |
Il-konvenzjonijiet internazzjonali dwar id-drittijiet ta' l-awtur kif ukoll id-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar ir-responsabbiltà kuntrattwali u mhux kuntrattwali għandhom japplikaw meta r-riżultati ta' testijiet komparattivi mwettqa minn terzi jissemmew jew ikunu riprodotti f'reklamar komparattiv; |
(11) |
Il-kondizzjonijiet ta' reklamar komparattiv għandhom ikunu kumulattivi u rispettati kollha kemm huma. Skond it-Trattat, l-għażla ta' forom u metodi għall-implimentazzjoni ta' dawn il-kondizzjonijiet għandhom jitħallew għall-Istati Membri, sakemm dawk il-forom u metodi mhumiex diġà stipulati minn din id-Direttiva. |
(12) |
Dawn il-kondizzjonijiet għandhom jinkludu, b'mod partikulari, konsiderazzjoni għad- dispożizzjonijiet li jirriżultaw mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 ta' l-20 ta' Marzu 2006 dwar il-protezzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-desinjazzjonijiet ta' oriġini għall-prodotti agrikoli u oġġetti ta' l-ikel (5), u b'mod partikulari l-Artikolu 13 tiegħu, u tad-dispożizzjonijiet l-oħra tal-Komunità adottati fil-qasam agrikolu. |
(13) |
L-Artikolu 5 ta' l-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988 sabiex jiġu approssimati l-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar it-trade marks (6) jagħti drittijiet esklussivi lill-proprjetarju ta' trade mark reġistrata, inkluż id-dritt li jipprevjeni lil terzi milli jużaw, fin-negozju, kull simbolu li jkun identiku jew simili għat-trade mark relattivament għal merkanzija jew servizzi identiċi jew ukoll, fejn ikun il-każ, għal merkanzija oħra. |
(14) |
Madankollu, jistà jkun indispensabbli, sabiex isir reklamar komparattiv effettiv, li jiġu identifikati l-merkanzija jew servizzi ta' kompetitur u li jagħmel referenza għal trade mark jew isem ta' ditta li tagħhom dan ta' l-aħħar ikun il-proprjetarju. |
(15) |
Dan l-użu ta' trade mark, isem ta' ditta jew marki distintivi oħra, ma jiksirx dan id-dritt esklussiv f'każi fejn ikun konformi mal-kondizzjonijiet stipulati minn din id-Direttiva, l-iskop maħsub huwa biss li jiddistingwu bejniethom u b'hekk li oġġettivament joħorġu aħjar id-differenzi. |
(16) |
Il-persuni jew organizzazzjonijiet meqjusa skond il-liġi nazzjonali li jkollhom interess leġittimu fil-kwistjoni għandhom ikollhom faċilitajiet sabiex jagħtu bidu għal proċeduri kontra reklamar qarrieqi u r-reklamar komparattiv kontra l-liġi quddiem qorti jew quddiem awtorità amministrattiva li tkun kompetenti sabiex tiddeċidi dwar l-ilmenti jew sabiex jagħtu bidu għal proċeduri legali xierqa. |
(17) |
Il-qrati jew l-awtoritajiet amministrattivi għandhom ikollhom setgħat li bihom ikunu jistgħu jordnaw jew jiksbu l-waqfien ta' reklamar qarrieqi u reklamar komparattiv mhux permess. F'ċerti każijiet jista' jkun mixtieq li jipprojbixxu reklamar qarrieqi u reklamar komparattiv mhux permess anke qabel dan jiġi ppubblikat. Madankollu, dan bl-ebda mod ma jimplika li l-Istati Membri huma obbligati li jdaħħlu regoli li jeħtieġu vvettjar sistematiku minn qabel ta' reklamar. |
(18) |
Il-kontroll volontarju eżerċitat mill-korpi awto-regolatorji sabiex jeliminaw reklamar qarrieqi jew reklamar komparattiv kontra l-liġi jista' jevita r-rikors għal azzjoni amministrattiva jew ġudizzjarja u għandu għalhekk ikun imħeġġeġ. |
(19) |
Waqt li l-oneru tal-prova għandu jiġi stabbilit skond il-liġi nazzjonali, huwa xieraq li l-qrati u l-awtoritajiet amministrattivi jkunu jistgħu jobbligaw lill-kummerċjanti jipproduċu prova dwar l-eżattezza tal-pretensjonijiet fattwali li jkunu ressqu. |
(20) |
Ir-regolamentazzjoni ta' reklamar komparattiv hija meħtieġa għall-funzjonament bla xkiel tas-suq intern. Hija għalhekk meħtieġa azzjoni fil-livell Komunitarju. L-adozzjoni ta' Direttiva huwa l-istrument addatt għaliex din tistipula prinċipji uniformi ġenerali fil-waqt li tippermetti lill-Istati Membri li jagħżlu l-forma u l-metodu xieraq li bihom jilħqu dawn l-għanijiet. Dan ikun skond il-prinċipju ta' sussidjarjetà. |
(21) |
Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward it-termini ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u għall-applikazzjoni tad-Direttivi kif stabbilit fil-Parti B ta' l-Anness I, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
L-għan ta’ din id-Direttiva huwa li tipproteġi lill-kummerċjanti minn reklamar qarrieqi u mill-konsegwenzi żleali tiegħu u tistabbilixxi l-kondizzjonijiet li taħthom huwa permess ir-reklamar komparattiv.
Artikolu 2
Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva:
(a) |
“reklamar” tfisser l-għemil ta’ rappreżentazzjoni fi kwalunkwe forma b’konnessjoni ma’ kummerċ, negozju, sengħa jew professjoni sabiex jippromwovi l-provvista ta’ merkanzija jew servizzi, inkluż proprjetà immobbli, drittijiet u obbligi; |
(b) |
“reklamar qarrieqi” tfisser kull reklamar li, bi kwalunkwe mod, inkluża l-preżentazzjoni tiegħu, iqarraq jew probabbilment iqarraq bil-persuni li lejhom ikun indirizzat jew li għandhom jasal u li, minħabba n-natura qarrieqa tiegħu, probabbilment jaffettwa l-imġiba ekonomika tagħhom jew li, għal dawk ir-raġunijiet, jagħmel ħsara jew probabbilment jagħmel ħsara lil xi kompetitur; |
(ċ) |
“reklamar komparattiv” tfisser kull reklamar li espliċitament jew b'deduzzjoni jidentifika kompetitur jew merkanzija jew servizzi offruti minn kompetitur; |
(d) |
“kummerċjant” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika li taġixxi għal skopijiet konnessi mal-kummerċ, sengħa, negozju jew professjoni tagħha u kull minn jaġixxi f’isem jew fl-interessi ta’ kummerċjant; |
(e) |
“sid ta’ kodiċi” tfisser kwalunkwe entità, inkluż kummerċjant jew grupp ta’ kummerċjanti, responsabbli mit-tfassil u r-reviżjoni ta’ kodiċi ta’ kondotta u/jew mill-monitoraġġ tal-konformità mal-kodiċi minn dawk li assumew l-obbligu li josservawh. |
Artikolu 3
Biex jiġi stabbilit jekk reklamar huwiex qarrieqi, għandhom jiġu kkunsidrati l-karatteristiċi tiegħu kollha, u b’mod partikulari kull informazzjoni li jkollu dwar:
(a) |
il-karatteristiċi tal-merkanzija jew servizzi, bħad-disponibbiltà tagħhom, in-natura, l-eżekuzzjoni, il-kompożizzjoni, il-metodu u d-data ta’ manifattura jew provvista, kemm ikunu adattati għall-iskop, l-użu, il-kwantita, l-ispeċifikazzjoni, l-oriġini ġeografika jew kummerċjali jew ir-riżultati normalment mistennija mill-użu tagħhom, jew ir-riżultati u l-karatteristiċi materjali tat-testijiet jew kontrolli mwettqa fuq il-merkanzija jew servizzi; |
(b) |
il-prezz jew il-manjiera li bihom l-prezz jiġi kkalkolat, u l-kondizzjonijiet li bihom il-merkanzija tkun provduta jew is-servizzi jkunu mogħtija; |
(ċ) |
in-natura, l-attributi u d-drittijiet ta’ min jagħmel ir-reklam, bħall-identità u l-assi tiegħu, il-kwalifiki u l-pussess ta’ drittijiet ta’ proprjetà industrijali, kummerċjali jew intellettwali jew il-premjijiet u d-distinzjonijiet miksuba minnu. |
Artikolu 4
Ir-reklamar komparattiv għandu, safejn il-paragun huwa konċernat, jiġi permess fejn jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
ma jqarraqx fis-sens ta’ l-Artikoli 2(b), 3 u 8(1) ta’ din id-Direttiva jew ta' l-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2005 dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern (“Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali”) (7); |
(b) |
jagħmel paragun bejn merkanzija jew servizzi li jissodisfaw l-istess ħtiġijiet jew li huma maħsuba għall-istess għan; |
(ċ) |
jagħmel paragun oġġettiv bejn wieħed jew iżjed mill-karatteristiċi essenzjali, relevanti, verifikabbli u rappreżentattivi ta’ dawk il-merkanziji u servizzi, li jistgħu jinkludu l-prezz; |
(d) |
la jiskredita u lanqas imaqdar it-trade marks, l-ismijiet kummerċjali, jew marki oħra distintivi, il-merkanzija, is-servizzi, l-attivitajiet jew iċ-ċirkostanzi ta’ kompetitur; |
(e) |
jirreferi, għal prodotti b’titlu ta’ oriġini, f’kull każ għal prodotti bl-istess titlu; |
(f) |
ma jiħux vantaġġ żlealment mir-reputazzjoni ta’ trade mark, ta’ isem kummerċjali jew ta’ marki oħra distintivi ta’ kompetitur jew tat-titlu ta’ oriġini ta’ prodotti konkorrenti; |
(g) |
ma jippreżentax merkanzija jew servizzi bħala imitazzjonijiet jew repliki ta’ merkanzija jew servizzi li għandhom trade mark jew isem kummerċjali protett; |
(h) |
ma joħloqx konfużjoni bejn kummerċjanti, bejn dak li jirreklama u xi kompetitur jew bejn it-trade marks, ismijiet kummerċjali jew marki oħra distintivi, merkanzija jew servizzi tar-riklamant u dawk ta’ xi kompetitur. |
Artikolu 5
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu jeżistu mezzi adegwati u effettivi sabiex jiġi miġġieled ir-reklamar qarrieqi u jinfurzaw konformità mad-dispożizzjonijiet dwar reklamar komparattiv fl-interess tal-kummerċjanti u tal-kompetituri.
Tali mezzi għandhom jinkludu dispożizzjonijiet legali li taħthom persuni jew organizzazzjonijiet li f’għajnejn il-liġi nazzjonali għandhom interess leġittimu li jiġġieldu r-reklamar qarrieqi jew li jirregolaw ir-reklamar komparattiv jistgħu:
(a) |
jieħdu azzjoni legali kontra tali reklamar; jew |
(b) |
iġibu każijiet ta’ tali reklamar quddiem awtorità amministrattiva li jkollha l-kompetenza li tiddeċiedi dwar ilmenti jew li tagħti bidu għal proċedimenti legali adegwati. |
2. Għandu jkun għal kull Stat Membru li jiddeċiedi liema mezz imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 għandu jkun disponibbli u li jiddeċiedi jekk il-qrati jew l-awtoritajiet amministrattivi jistgħux jesiġu li jkun sar rikors qabel għal mezzi stabbiliti oħra tat-trattament ta’ ilmenti, inklużi dawk imsemmija fl-Artikolu 6.
Għandu jkun għal kull Stat Membru li jiddeċiedi:
(a) |
jekk dawn il-mezzi legali jistgħux jiġu diretti separatament jew flimkien kontra numru ta’ kummerċjanti fl-istess settur ekonomiku; u |
(b) |
jekk dawn il-mezzi legali jistgħux jiġu diretti kontra sid ta’ kodiċi fejn il-kodiċi relevanti jippromwovi in-nonkonformità mar-rekwiżiti legali. |
3. Skond id-dispożizzjonijiet msemmija fil-paragrafi 1 u 2, l-Istati Membri għandhom jagħtu lill-qrati jew l-awtoritajiet amministrattivi setgħat, f’każi fejn iqisu li dawn il-miżuri jkunu meħtieġa waqt li jikkunsidraw l-interessi involuti kollha u b’mod partikulari l-interess pubbliku:
(a) |
sabiex jordnaw il-waqfien ta', jew sabiex jistabbilixxu proċedimenti legali xierqa għal ordni għat-twaqqif ta' reklamar qarrieqi jew reklamar komparattiv kontra l-liġi;, jew |
(b) |
jekk ir-reklamar qarrieqi jew ir-reklamar komparattiv kontra l-liġi ma jkunx għadu ppubblikat iżda l-pubblikazzjoni tkun fil-qrib, sabiex jordnaw il-projbizzjoni ta', jew sabiex jistabbilixxu proċeduri legali xierqa għal ordni ta' projbizzjoni ta', din il-pubblikazzjoni. |
L-ewwel subparagrafu japplika ukoll meta m’hemmx prova ta’ telf jew ħsara effettiv jew ta’ intenzjoni jew negliġenza min-naħa tar-reklamant.
L-Istati Membri għandhom jipprovdu għall-miżuri msemmija fl-ewwel subparagrafu li għandhom jittieħdu skond proċedura aċċelerata jew b’effett intermedju jew b’effett definittiv, fid-diskrezzjoni ta’ l-Istati Membri.
4. L-Istati Membri jistgħu jagħtu lill-qrati jew awtoritajiet amministrattivi setgħat, bl-għan li jeliminaw l-effetti kontinwi ta' reklamar qarrieqi jew ta' reklamar komparattiv kontra l-liġi li t-terminazzjoni tiegħu kienet ordnata b'deċiżjoni finali:
(a) |
sabiex jesiġu l-pubblikazzjoni ta’ dik id-deċiżjoni fl-interità jew f’parti u f’dik il-forma li huma jqisu adegwata; |
(b) |
sabiex jesiġu, minbarra dan, il-pubblikazzjoni ta’ stqarrija korrettiva. |
5. L-awtoritajiet amministrattivi msemmija fil-punt (b) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 għandhom:
(a) |
ikunu kkostitwiti hekk li ma jitfgħux dubbju fuq l-imparzjalità tagħhom; |
(b) |
ikollhom setgħat biżżejjed, fejn huma jiddeċiedu dwar ilmenti, sabiex jissorveljaw u jinfurzaw l-osservanza tad-deċiżjonijiet tagħhom effettivament; |
(ċ) |
normalment jagħtu raġunijiet għad-deċiżjonijiet tagħhom. |
6. Fejn is-setgħat imsemmija fil-paragrafi 3 u 4 ikunu eżerċitati esklussivament minn awtorità amministrattiva, dejjem għandhom jingħataw raġunijiet għad-deċiżjonijiet tagħha. F’dan il-każ, għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet għal proċeduri li bihom it-twettiq mhux xieraq jew mhux raġonevoli minn awtorità amministrattiva tas-setgħat tagħha jew in-nuqqas mhux xieraq jew mhux raġonevoli tat-twettiq tas-setgħat imsemmija jistgħu jkunu suġġetti għal reviżjoni ġudizzjarja.
Artikolu 6
Din id-Direttiva ma teskludix il-kontroll volontarju, li l-Istati Membri jistgħu jinkoraġġixxu, ta' reklamar qarrieqi jew komparattiv minn korpi awto-regolatorji u r-rikors għal korpi bħal dawn mill-persuni jew organizzazzjonijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 5(1) sakemm il-proċedimenti quddiem dawn il-korpi jkunu addizzjonali għall-proċedimenti fil-qrati jew għall-proċedimenti amministrattivi msemmija f'dak l-Artikolu.
Artikolu 7
L-Istati Membri għandhom jagħtu lill-awtoritajiet ġudizzjarji jew amministrattivi setgħat sabiex ikunu jistgħu fil-proċeduri ċivili jew amministrattivi msemmija fl-Artikolu 5:
(a) |
jesiġu mir-reklamant prova ta' l-eżattezza tal-pretensjonijiet fattwali fir-reklamar jekk, b'kont meħud ta' l-interessi leġittimi tar-reklamant u ta' kull parti oħra fil-proċedimenti, tali rekwiżit jidher xieraq fuq il-bażi taċ-ċirkustanzi tal-każ partikolari u fil-każ ta' reklamar komparattiv jesiġu mir-reklamant tali prova f'perjodu qasir ta' żmien; u |
(b) |
jikkunsidraw pretensjonijiet fattwali bħala mhux eżatti jekk il-prova mitluba skond il-punt (a) ma tingħatax jew titqies bħala mhux suffiċjenti mill-qorti jew mill-awtorità amministrattiva. |
Artikolu 8
1. Din id-Direttiva ma tipprekludix l-Istati Membri milli jżommu jew jadottaw dispożizzjonijiet bl-għan li jiżguraw protezzjoni aktar estensiva, fir-rigward ta’ reklamar qarrieqi, għall-kummerċjanti u għall-kompetituri.
L-ewwel subparagrafu m'għandux japplika għal reklamar komparattiv sa fejn jirrigwarda l-paragun.
2. Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva għandhom japplikaw mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-Komunità dwar reklamar għal prodotti u/jew servizzi speċifiċi jew għal restrizzjonijiet jew projbizzjonijiet fuq reklamar f'media partikulari;
3. Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva dwar reklamar komparattiv m'għandhomx jobbligaw lill-Istati Membri li, b'konformità mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat, iżommu jew jintroduċu projbizzjonijiet ta' reklamar rigward ċerti merkanziji jew servizzi, sew jekk imposti direttament jew minn korp jew organizzazzjoni responsabbli, skond il-liġi ta' l-Istati Membri, sabiex jirregolaw l-eżerċizzju ta' attività kummerċjali, industrijali, ta' sengħa jew professjonali, sabiex jippermetu reklamar komparattiv rigward dawk il-merkanziji jew servizzi. Fejn dawn il-projbizzjonijiet ikunu limitati għal media partikulari, din id-Direttiva għandha tapplika għall-media li ma tkunx regolata minn dawn il-projbizzjonijiet.
4. Xejn f'din id-Direttiva m'għandu jżomm lill-Istati Membri, b'konformità mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat, milli iżommu jew jintroduċu projbizzjonijiet jew limitazzjonijiet fuq l-użu ta' paraguni fir-reklamar ta' servizzi professjonali, sew jekk imposti direttament jew minn korp jew organizzazzjoni responsabbli, skond il-liġi ta' l-Istati Membri, sabiex jirregolaw l-eżerċizzju ta' attività professjonali.
Artikolu 9
L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali kollha tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam regolat b’din id-Direttiva.
Artikolu 10
Id-Direttiva 84/450/KEE hija b'dan imħassra, bla ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u għall-applikazzjoni tad-Direttivi kif stabbilit fil-Parti B ta' l-Anness I.
Ir-referenzi magħmula għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala magħmula għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness II.
Artikolu 11
Din id-Direttiva tidħol fis-seħħ fit-12 ta' Diċembru 2007.
Artikolu 12
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Strasburgu, 12 ta' Diċembru 2006.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
Għall-Kunsill
Il-President
M. PEKKARINEN
(1) Opinjoni ta' l-26 ta' Ottubru 2006 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Ottubru 2006 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tat-30 ta' Novemberu 2006
(3) ĠU L 250, 19.9.1984, p. 17. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 149, 11.6.2005, p. 22).
(4) Ara l-Anness I, Parti A.
(5) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.
(6) ĠU L 40, 11.2.1989, p. 1. Direttiva kif emendata mid-Direttiva 92/10/KEE (ĠU L 6, 11.1.1992, p. 35).
(7) ĠU L 149, 11.6.2005, p. 22.
ANNESS I
PARTI A
Direttiva mħassra flimkien ma’ l-emendi suċċessivi tagħha
Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE |
|
Direttiva 97/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill |
|
Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill |
l-Artikolu 14 biss |
PARTI B
Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u applikazzjoni
(imsemmi fl-Artikolu 10)
Direttiva |
Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni |
Data ta’ Applikazzjoni |
84/450/KEE |
L-1 ta’ Ottubru, 1986 |
— |
97/55/KE |
It-23 ta’ April 2000 |
— |
2005/29/KE |
12 ta’ Ġunju 2007 |
12 ta’ Diċembru 2007 |
ANNESS II
TABELLA TA’ KORRELAZZJONI
Direttiva 84/450/KEE |
Din id-Direttiva |
Artikolu 1 |
Artikolu 1 |
Artikolu 2, kliem introduttorju |
Artikolu 2, kliem introduttorju |
Artikolu 2(1) |
Artikolu 2(a) |
Artikolu 2(2) |
Artikolu 2(b) |
Artikolu 2(2a) |
Artikolu 2(c) |
Artikolu 2(3) |
Artikolu 2(d) |
Artikolu 2(4) |
Artikolu 2(e) |
Artikolu 3 |
Artikolu 3 |
Artikolu 3a(1) |
Artikolu 4 |
Artikolu 4(1) l-ewwel subparagrafu, l-ewwel sentenza |
Artikolu 5(1), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 4(1) l-ewwel subparagrafu, it-tieni sentenza |
Artikolu 5(1), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 4(1) it-tieni subparagrafu |
Artikolu 5(2), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 4(1) it-tielet subparagrafu |
Artikolu 5(2), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 4(2), l-ewwel subparagrafu, kliem introduttorju |
Artikolu 5(3), l-ewwel subparagrafu, kliem introduttorju |
Artikolu 4(2), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel inċiż |
Artikolu 5(3), l-ewwel subparagrafu punt (a) |
Artikolu 4(2), l-ewwel subparagrafu, it-tieni inċiż |
Artikolu 5(3), l-ewwel subparagrafu punt (b) |
Artikolu 4(2), l-ewwel subparagrafu, kliem finali |
Artikolu 5(3), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 4(2), it-tieni subparagrafu, kliem introduttorju |
Artikolu 5(3), it-tielet subparagrafu |
Artikolu 4(2), it-tieni subparagrafu, l-ewwel inċiż |
Artikolu 5(3), it-tielet subparagrafu |
Artikolu 4(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni inċiż |
Artikolu 5(3), it-tielet subparagrafu |
Artikolu 4(2), it-tieni subparagrafu, kliem finali |
Artikolu 5(3), it-tielet subparagrafu |
Artikolu 4(2), it-tielet subparagrafu kliem introduttorju |
Artikolu 5(4) kliem introduttorju |
Artikolu 4(2), it-tielet subparagrafu l-ewwel inċiż |
Artikolu 5(4) (a) |
Artikolu 4(2), it-tielet subparagrafu it-tieni inċiż |
Artikolu 5(4) (b) |
Artikolu 4(3), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 5(5) |
Artikolu 4(3), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 5(6) |
Artikolu 5 |
Artikolu 6 |
Artikolu 6 |
Artikolu 7 |
Artikolu 7(1) |
Artikolu 8(1), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 7(2) |
Artikolu 8(1), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 7(3) |
Artikolu 8(2) |
Artikolu 7(4) |
Artikolu 8(3) |
Artikolu 7(5) |
Artikolu 8(4) |
Artikolu 8, l-ewwel subparagrafu |
— |
Artikolu 8, it-tieni subparagrafu |
Artikolu 9 |
— |
Artikolu 10 |
— |
Artikolu 11 |
Artikolu 9 |
Artikolu 12 |
— |
Anness I |
— |
Anness II |
27.12.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
28 |
DIRETTIVA 2006/115/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-12 ta' Diċembru 2006
dwar dritt ta' kiri u dritt ta' self u dwar ċerti drittijiet relatati mad-drittijiet ta' l-awtur fil-qasam tal-proprjetà intellettwali
(verżjoni kodifikata)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 47 (2), 55 u 95 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,
Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (1),
Billi:
(1) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 92/100/KEE tad-19 ta' Novembru 1992 dwar dritt ta' kiri u dritt ta' self u dwar ċerti drittijiet relatati mad-drittijiet ta' l-awtur fil-qasam tal-proprjetà intellettwali (2) ġiet emendata kemm-il darba (3) b'mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmija Direttiva għandha tiġi kkodifikata. |
(2) |
Il-kiri u s-self ta' xogħlijiet bid-drittijiet ta' l-awtur u tal-protezzjoni ta' drittijiet relatati qegħdin ikollhom rwol dejjem aktar importanti b'mod partikolari għall-awturi, artisti u produtturi ta' fonogrammi u films. Il-piraterija qiegħda ssir theddida li dejjem tikber. |
(3) |
Il-protezzjoni adegwata tax-xogħlijiet bid-drittijiet ta' l-awtur u l-materja tal-protezzjoni ta' drittijiet relatati bi drittijiet ta' kiri u self kif ukoll il-protezzjoni tal-materja tal-protezzjoni tad-drittijiet relatati bid-dritt ta' l-iffissar, bid-dritt ta' distribuzzjoni, bid-dritt ta' xandir u komunikazzjoni lill-pubbliku jistgħu f'dan is-sens ikunu kkunsidrati bħala ta' importanza fundamentali għall-iżvilupp ekonomiku u kulturali tal-Komunità. |
(4) |
Il-protezzjoni tad-drittijiet ta' l-awtur u tad-drittijiet relatati għandha tadatta għal żviluppi ekonomiċi ġodda bħal forom ġodda ta' sfruttament. |
(5) |
Ix-xogħol kreattiv u artistiku ta' awturi u artisti jeħtieġ dħul adegwat bħala bażi għal aktar xogħol kreattiv u artistiku, u l-investimenti meħtieġa b'mod partikulari għall-produzzjoni ta' fonogrammi u films huma għoljin u riskjużi. Il-possibbiltà li jiġi żgurat dak id-dħul u li jiġi rkuprat dak l-investiment tista' tkun garantita b'mod effettiv biss permezz ta' protezzjoni legali adegwata tad-detenturi tad-drittijiet relatati. |
(6) |
Dawn l-attivitajiet kreattivi, artistiċi u intraprenditorjali huma, fil-parti l-kbira tagħhom, attivitajiet ta' persuni li jaħdmu għal rashom. L-eżerċizzju ta' dawn l-attivitajiet għandu jiġi ffaċilitat billi tkun provduta protezzjoni legali armonizzata fi ħdan il-Komunità. Safejn dawn l-attivitajiet jikkostitwixxu prinċipalment servizzi, il-provvista tagħhom għandha ugwalment tiġi ffaċilitata permezz ta' qafas legali armonizzat fil-Komunità. |
(7) |
Il-leġislazzjoni ta' l-Istati Membri għandha tiġi approssimata b'tali mod li ma tmurx kontra l-konvenzjonijiet internazzjonali li fuqhom huma bbażati d-drittijiet ta' l-awtur u l-liġijiet tad-drittijiet relatati ta' bosta Stati Membri. |
(8) |
Il-qafas legali tal-Komunità dwar id-dritt ta' kiri u d-dritt ta' self u dwar ċerti drittijiet relatati mad-drittijiet ta' l-awtur jista' jkun limitat sabiex jistabbilixxi li l-Istati Membri jipprovdu drittijiet dwar il-kiri u s-self għal ċerti gruppi ta' detenturi ta' drittijiet u b'żieda ma' dan li jistabbilixxi d-drittijiet ta' ffissar, distribuzzjoni, xandir u komunikazzjoni lill-pubbliku għal ċerti gruppi ta' detenturi ta' drittijiet fil-qasam tal-protezzjoni ta' drittijiet relatati. |
(9) |
Huwa meħtieġ li jiġu definiti l-kunċetti ta' kiri u self għall-finijiet ta' din id-Direttiva. |
(10) |
Huwa kunsiljabbli, bl-iskop ta' kjarifika, li jiġi eskluż mill-kiri u s-self fit-tifsira ta' din id-Direttiva ċerti forom li jagħmlu disponibbli, bħal per eżempju li tagħmel disponibbli fonogrammi jew films għall-iskop ta' esibizzjoni jew xandir pubbliku, li tagħmel disponibbli għall-fini ta' esibizzjoni, jew li tagħmel disponibbli għal użu ta' referenza fuq il-post. Is-self fit-tifsira ta' din id-Direttiva m'għandux jinkludi li tagħmel disponibbli bejn stabbilimenti li huma aċċessibbli għall-pubbliku. |
(11) |
Fejn is-self minn stabbiliment aċċessibbli mill-pubbliku jġib miegħu ħlas ta' ammont li ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex ikopri l-ispejjeż tat-tħaddim ta' l-istabbiliment, ma hemmx vantaġġ ekonomiku jew kummerċjali dirett jew indirett fit-tifsira ta' din id-Direttiva. |
(12) |
Huwa meħtieġ l-introduzzjoni ta' arranġamenti li jiżguraw li ħlas ekwu mhux rinunzjabbli jinkiseb mill-awturi u artisti li għandhom jibqgħu ikollhom il-fakultà li jafdaw l-amministrazzjoni ta' dan id-dritt lil collecting societies li jirrappreżentawhom. |
(13) |
Il-ħlas ekwu jista' jitħallas fuq bażi ta' pagament wieħed jew diversi fi kwalunkwe mument waqt jew wara l-konklużjoni tal-kuntratt. Dan għandu jikkunsidra l-importanza tal-kontribut ta' l-awturi u artisti konċernati mal-fonogramm jew film. |
(14) |
Huwa meħtieġ ukoll li ta' l-anqas jiġu protetti d-drittijiet ta' l-awturi rigward self pubbliku billi jiġu pprovvduti arranġamenti speċifiċi. Minkejja dan, kull miżura meħuda bħala deroga mid-dritt esklussiv ta' self lill-pubbliku għandha tkun konformi, b'mod partikulari ma' l-Artikolu 12 tat-Trattat. |
(15) |
Id-dispożizzjonijiet stabbiliti f'din id-Direttiva dwar drittjiiet relatati mad-drittijiet ta' l-awtur m'għandhomx jipprojbixxu lil Stati Membri milli jestendu għal dawn id-drittijiet esklussivi, il-preżunzjoni prevista f'din id-Direttiva dwar kuntratti relatati mal-produzzjoni tal-films konklużi, individwalment jew kollettivament, minn artisti flimkien ma' prodotturi tal-films. Barra minn hekk, dawk id-dispożizzjonijiet m'għandhomx jipprevjenu lil Stati Membri milli jipprovdu għal prezunżjoni konfutabbli ta' l-awtorizzazzjoni ta' l-isfruttar rigward id-drittijiet esklussivi ta' l-artisti previsti fid-dispożizzjonijiet rilevanti ta' din id-Direttiva, sa fejn din il-prezunżjoni tkun kompatibbli mal-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni ta' l-Artisiti, Produtturi ta' Fonogrammi u Organizzazzjonijiet tax-Xandir (minn hawn 'il quddiem imsemmija l-Konvenzjoni ta' Ruma). |
(16) |
L-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi li jipprovdu għal protezzjoni aktar vasta għal sidien ta' drittijiet relatati mad-drittijiet ta' l-awtur minn dawk meħtieġa mid-dispożizzjonijiet stabbiliti b'din id-Direttiva rigward xandir u kommunikazzjoni lill-pubbliku. |
(17) |
Id-drittijiet tal-kiri u s-self armonizzati u l-protezzjoni armonizzata fil-qasam tad-drittijiet relatati mad-drittijiet ta' l-awtur m'għandhomx ikunu eżerċitati b'mod li jikkostitwixxu restrizzjoni moħbija fuq il-kummerċ bejn Stati Membri jew b'mod li huwa kuntrarju għar-regola tal-kronoloġija ta' l-isfruttar tal-media, kif rikonoxxut fis-sentenza mogħtija fis-Société Cinéthèque v FNCF (4). |
(18) |
Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi ta' l-Istati Membri rigward il-limiti ta' żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi kif stabbilit fil-Parti B ta' l-Anness I, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
KAPITOLU I
DRITT TA' KIRI U SELF
Artikolu 1
L-għan ta' l-armonizzazzjoni
1. Skond id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu, l-Istati Membri għandhom jipprovdu, suġġett għall-Artikolu 6, id-dritt ta' l-għoti ta' awtorizzazzjoni jew ta' projbizzjoni tal-kiri jew tas-self ta' oriġinali u kopji ta' xogħlijiet bid-drittijiet ta' l-awtur, u ta' materja oħra kif stipulat fl-Artikolu 3(1).
2. Id-drittijiet msemmija fil-paragrafu 1 m'għandhomx ikunu eżawriti b'ebda bejgħ jew att ieħor ta' distribuzzjoni ta' oriġinali u kopji ta' xogħlijiet bid-drittijiet ta' l-awtur u ta' materja oħra kif stipulat fl-Artikolu 3(1).
Artikolu 2
Definizzjonijiet
1. Għall-finijiet ta' din id-Direttiva għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
“kiri” tfisser li tagħmel disponibbli għall-użu, għal perjodu limitat ta' żmien u għal vantaġġ ekonomiku jew kummerċjali dirett jew indirett; |
(b) |
“self” tfisser li tagħmel disponibbli għall-użu, għal perjodu limitat ta' żmien u mhux għal vantaġġ ekonomiku jew kummerċjali dirett jew indirett, meta dan isir permezz ta' stabbilimenti li jkunu aċċessibbli għall-pubbliku; |
(ċ) |
“film” tfisser xogħol ċinematografiku jew awdjoviżiv jew xbiehat li jiċċaqilqu, sew jekk akkumpanjati bil-ħoss sew jekk le. |
2. Id-direttur prinċipali ta' xogħol ċinematografiku jew awdjoviżiv għandu jkun kunsidrat bħala l-awtur tiegħu jew wieħed mill-awturi. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal oħrajn biex ikunu kkunsidrati bħala l-ko-awturi tiegħu.
Artikolu 3
Id-detenturi tad-drittijiet u l-materja tad-dritt tal-kiri u self
1. Id-dritt esklussiv ta' l-għoti ta' awtorizzazzjoni jew ta' projbizzjoni tal-kiri jew tas-self għandu jkun ta' dawn li ġejjin:
(a) |
l-awtur fir-rigward ta' l-oriġinal u tal-kopji tax-xogħol tiegħu; |
(b) |
l-artist fir-rigward ta' l-iffissar tal-wirja tiegħu; |
(ċ) |
il-produttur tal-fonogramm fir-rigward tal-fonogrammi tiegħu; |
(d) |
il-produttur ta' l-ewwel iffissar ta' film fir-rigward ta' l-oriġinal u tal-kopji tal-film tiegħu. |
2. Din id-Direttiva ma għandhiex tkopri d-drittijiet tal-kiri u self relatati ma' bini u ma' xogħlijiet ta' l-arti applikata.
3. Id-drittijiet imsemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jiġu trasferiti, mogħtija jew suġġetti għall-għoti ta' liċenzji kuntrattwali.
4. Bla ħsara għall-paragrafu 6, meta kuntratt relatat mal-produzzjoni ta' film ikun konkluż, individwalment jew kollettivament, minn artisti ma' produttur tal-films, l-artist kopert b'dan il-kuntratt għandu jkun meqjus, suġġett għall-klawsoli kuntrattwali kuntrarji, li jkun ittrasferixxa d-dritt tal-kiri tiegħu, suġġett għall-Artikolu 5.
5. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal prezunżjoni simili kif stipulata fil-paragrafu 4 dwar l-awturi.
6. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-iffirmar ta' kuntratt konkluż bejn artist u produttur tal-films dwar il-produzzjoni ta' film ikollu l-effett li jawtorizza l-kiri, sakemm dan il-kuntratt jipprovdi għal ħlas ekwu skond it-tifsira ta' l-Artikolu 5. L-Istati Membri jistgħu wkoll jipprovdu li dan il-paragrafu għandu japplika mutatis mutandis għad-drittijiet inklużi fil-Kapitolu II.
Artikolu 4
Kiri ta' programmi tal-kompjuter
Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-Artikolu 4(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/250/KEE ta' l-14 ta' Mejju 1991 dwar il-protezzjoni legali ta' programmi tal-kompjuter (5).
Artikolu 5
Dritt mhux rinunzjabbli għal ħlas ekwu
1. Fejn awtur jew artist ikun ittrasferixxa jew assenja d-dritt tal-kiri tiegħu dwar fonogramm jew oriġinal jew kopja ta' film lil produttur ta' fonogramm jew film, dak l-awtur jew artist għandu jżomm id-dritt li jikseb ħlas ekwu għall-kirja.
2. Id-dritt li jikseb ħlas ekwu għall-kirja ma jistax jiġi rinunzjat minn awturi jew artisti.
3. L-amministrazzjoni ta' dan id-dritt li jikseb ħlas ekwu jista' jkun fdat lil collecting societies li jirrappreżentaw awturi jew artisti.
4. L-Istati Membri jistgħu jirregolaw jekk jew sa fejn tista' tkun imposta l-amministrazzjoni minn collecting societies tad-dritt li jinkiseb ħlas ekwu, kif ukoll il-kwistjoni dwar mingħand min dan il-ħlas jista' jintalab jew jinġabar.
Artikolu 6
Deroga mid-dritt esklussiv ta' self lill-pubbliku
1. L-Istati Membri jistgħu jidderogaw mid-dritt esklussiv previst fl-Artikolu 1 dwar is-self lill-pubbliku, sakemm ta' l-anqas l-awturi jiksbu ħlas għal dan is-self. L-Istati Membri għandhom ikunu ħielsa li jistabbilixxu dan il-ħlas waqt li jikkunsidraw l-għanijiet ta' promozzjoni kulturali tagħhom.
2. Fejn l-Istati Membri ma japplikawx id-dritt esklussiv ta' self li hemm previst fl-Artikolu 1 rigward fonogrammi, films u programmi tal-kompjuter, huma għandhom jintroduċu ħlas, ta' l-anqas lill-awturi.
3. L-Istati Membri jistgħu jeżentaw ċerti kategoriji ta' stabbilimenti mill-pagament tal-ħlas imsemmi fil-paragrafi 1 u 2.
KAPITOLU II
DRITTIJIET RELATATI MAD-DRITTIJIET TA' L-AWTUR
Artikolu 7
Dritt ta' l-Iffissar
1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-artisti d-dritt esklussiv li jawtorizzaw jew jipprojbixxu l-iffissar tal-wirjiet tagħhom.
2. L-Istati Membri għandhom jipprovdu għall-organizzazzjonijiet tax-xandir id-dritt esklussiv li jawtorizzaw jew jipprojbixxu l-iffissar tax-xandiriet tagħhom, sew jekk dawn ix-xandiriet ikunu trasmessi bil-fili sew jekk bl-ajru, inklużi bil-cable jew bis-satellita.
3. Distributur bil-cable m'għandux ikollu d-dritt previst fil-paragrafu 2 fejn huwa sempliċiment jerġa' jittrasmetti bil-cable x-xandiriet ta' organizzazzjonijiet tax-xandir.
Artikolu 8
Xandir u komunikazzjoni lill-pubbliku
1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-artisti d-dritt esklussiv li jawtorizzaw jew jipprojbixxu x-xandir b'mezzi mingħajr fili u l-komunikazzjoni lill-pubbliku tal-wirjiet tagħhom, ħlief fejn il-wirja tkun fiha nnifisha diġà wirja mxandra jew tkun saret minn iffissar.
2. L-Istati Membri għandhom jipprovdu dritt biex jiżguraw li jitħallas ħlas uniku ekwu mill-utent, jekk jintuża fonogramm ippubblikat għall-finijiet kummerċjali, jew tintuża riproduzzjoni ta' dan il-fonogramm, għax-xandir b'mezzi mingħajr fili jew għal kull komunikazzjoni lill pubbliku, u biex jiżguraw li dan il-ħlas jitqassam bejn l-artisti u l-produtturi tal-fonogramm relevanti. L-Istati Membri jistgħu, fin-nuqqas ta' ftehim bejn l-artisti u l-produtturi tal-fonogramm, jistipulaw il-kondizzjonijiet għat-tqassim ta' dan il-ħlas bejniethom.
3. L-Istati Membri għandhom jipprovdu għall-organizzazzjonijiet tax-xandir id-dritt esklussiv biex jawtorizzaw jew jipprojbixxu x-xandir mill-ġdid tax-xandiriet tagħhom b'mezzi mingħajr fili, kif ukoll il-komunikazzjoni lill-pubbliku tax-xandiriet tagħhom jekk din il-komunikazzjoni ssir f'postijiet aċċessibbli għall-pubbliku fuq ħlas ta' miżata għad-dħul.
Artikolu 9
Dritt ta' distribuzzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu d-dritt esklussiv li jagħmlu disponibbli lill-pubbliku l-oġġetti indikati fil-punti (a) sa (d), inklużi kopji tagħhom, bil-bejgħ jew b'xi mod ieħor, minn hawn 'il quddiem “id-dritt ta' distribuzzjoni”:
(a) |
għall-artisti, rigward l-iffissar tal-wirjiet tagħhom; |
(b) |
għall-produtturi tal-fonogrammi, rigward il-fonogrammi tagħhom; |
(ċ) |
għall-produtturi ta' l-ewwel iffissar tal-films, rigward l-oriġinal u l-kopji tal-films tagħhom; |
(d) |
għall-organizzazzjonijiet tax-xandir, rigward l-iffissar tax-xandiriet tagħhom kif stipulat fl-Artikolu 7(2). |
2. Id-dritt ta' distribuzzjoni m'għandux ikun eżawrit fi ħdan il-Komunità rigward oġġett kif imsemmi fil-paragrafu 1, ħlief fejn l-ewwel bejgħ fil-Komunità ta' dak l-oġġett isir mid-detentur tad-dritt jew bil-kunsens tiegħu.
3. Id-dritt ta' distribuzzjoni għandu jkun bla ħsara għad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Kapitolu 1, b'mod partikulari l-Artikolu 1(2).
4. Id-dritt ta' distribuzzjoni jista' jkun trasferit, assenjat jew suġġett għall-għotja ta' liċenzji kuntrattwali.
Artikolu 10
Limitazzjonijiet għad-drittijiet
1. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu limitazzjonijiet għad-drittijiet imsemmija f'dan il- Kapitolu rigward ta':
(a) |
użu privat; |
(b) |
użu ta' siltiet qosra dwar ir-rappurtaġġ ta' ġrajjiet kurrenti; |
(ċ) |
l-iffissar effimeru minn organizzazzjoni tax-xandir permezz tal-faċilitajiet tagħha stess u għax-xandiriet tagħha; |
(d) |
użu biss għall-finijiet ta' tagħlim jew riċerka xjentifika. |
2. Irrispettivament mill-paragrafu 1, kull Stat Membru jista' jagħmel dispożizzjoniet għall-istess tipi ta' limitazzjonijiet rigward il-protezzjoni ta' artisti, produtturi ta' fonogrammi, organizzazzjonijiet tax-xandir u ta' produtturi ta' l-ewwel iffissar ta' films, hekk bħad-dispożizzjonijet previsti fil-liġi tiegħu rigward il-protezzjoni tad-drittijiet ta' l-awtur f'xogħlijiet letterarji u artistiċi.
Madankollu, jistgħu jkunu previsti liċenzji obbligatorji, biss sal-punt fejn ikunu kompatibbli mal-Konvenzjoni ta' Ruma.
3. Il-limitazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, għandhom jiġu applikati biss f'ċerti każi speċjali li ma jmorrux kontra l-isfruttar normali tal-materja u ma jippreġudikawx mingħajr raġuni l-interessi leġittimi tad-detentur tad-drittijiet.
KAPITOLU III
DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI
Artikolu 11
Applikazzjoni kronoloġika
1. Din id-Direttiva għandha tapplika fir-rigward ta' xogħlijiet, wirjiet, fonogrammi, xandiriet u l-ewwel iffissar ta' films protetti mid-drittijiet ta' l-awtur imsemmija f'din id-Direttiva li kienu, fl-1 ta' Lulju 1994, għadhom protetti bil-leġislazzjoni ta' l-Istati Membri fil-qasam ta' drittijiet ta' l-awtur u drittijiet relatati jew li ssodisfaw il-kriterji għall-protezzjoni skond id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva f'dik id-data.
2. Din id-Direttiva għandha tapplika bla ħsara għal kull att ta' sfruttament imwettaq qabel l-1 ta' Lulju 1994.
3. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li d-detenturi ta' drittijiet jitqiesu bħala li jkunu taw l-awtorizzazzjoni tagħhom għall-kiri jew self ta' oġġett imsemmi fil-punti (a) sa (d) ta' l-Artikolu 3(1) li huwa ppruvat li kien sar disponibbli lil terzi għal dan il-għan jew li kien akkwistat qabel l-1 ta' Lulju 1994.
Madankollu, b'mod partikulari fejn dan l-oġġett huwa reġistrazzjoni diġitali, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li detenturi ta' drittijiet ikollhom dritt li jiksbu ħlas adegwat għall-kiri jew self ta' dak l-oġġett.
4. L-Istati Membri m'humiex meħtieġa japplikaw id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 2(2) għal xogħlijiet ċinematografiċi jew awdjoviżivi magħmula qabel l-1 ta' Lulju 1994.
5. Mingħajr ħsara għall-paragrafu 3 u suġġett għall-paragrafu 7, din id-Direttiva m'għandha taffettwa l-ebda kuntratt konkluż qabel id-19 ta' Novembru 1992.
6. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu, suġġett għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 7, li meta detenturi ta' drittijiet li jakkwistaw drittijiet ġodda skond id-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati fl-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, ikunu taw, qabel l-1 ta' Lulju 1994, il-kunsens tagħhom għall-isfruttament, huma għandhom jitqiesu bħala li jkunu ttrasferew id-drittijiet esklussivi ġodda.
7. Għall-kuntratti konklużi qabel l-1 ta' Lulju 1994, id-dritt mhux rinunzjabbli għall-ħlas ekwu li hemm provdut fl-Artikolu 5 għandu japplika biss fejn l-awturi jew artisti jew dawk li jirrappreżentawhom ikunu bagħtu talba għal dak l-għan qabel l-1 ta' Jannar 1997. Fin-nuqqas ta' ftehim bejn id-detenturi tad-drittijiet rigward il-livell ta' ħlas, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu l-livell ta' ħlas ekwu.
Artikolu 12
Relazzjoni bejn id-drittijiet ta' l-awtur u d-drittijiet relatati
Il-protezzjoni ta' drittijiet relatati mad-drittijiet ta' l-awtur skond din id-Direttiva għandha tħalli integra u m'għandha bl-ebda mod taffettwa l-protezzjoni tad-drittijiet ta' l-awtur.
Artikolu 13
Komunikazzjoni
L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni d-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali adottati fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 14
Tħassir
Id-Direttiva 92/100/KEE hija b'dan imħassra, bla ħsara għall-obbligi ta' l-Istati Membri rigward il-limiti ta' żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi kif stabbilit fil-Parti B ta' l-Anness I.
Referenzi magħmula għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala magħmula għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness II.
Artikolu 15
Dħul fis-Seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 16
Destinatarji
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Strasburgu, tat-12 ta' Diċembru 2006.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
Għall-Kunsill
Il-President
M. PEKKARINEN
(1) Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Ottubru 2006 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) ĠU L 346, 27.11.1992, p. 61. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 167, 22.6.2001, p. 10).
(3) Ara l-Anness I, Parti A.
(4) Każijiet Konġunti 60/84 u 61/84 [1985] ECR 2 605.
(5) ĠU L 122, 17.5.1991, p. 42. Direttiva kif emendata mid-Direttiva 93/98/KEE (ĠU L 290, 24.11.1993, p. 9).
ANNESS I
PARTI A
Direttiva mħassra flimkien ma' l-emendi suċċessivi tagħha
Direttiva tal-Kunsill 92/100/KEE |
|
Direttiva tal-Kunsill 93/98/KEE |
L-Artikolu 11(2) biss |
Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill |
L-Artikolu 11(1) biss |
PARTI B
Lista tal-limiti ta' żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali
(imsemmi fl-Artikolu 14)
Direttiva |
Limitu ta' żmien għat-traspożizzjoni |
92/100/KEE |
L-1 ta' Lulju 1994 |
93/98/KEE |
It-30 ta' Ġunju 1995 |
2001/29/KE |
Il-21 ta' Diċembru 2002 |
ANNESS II
TABELLA TA' KORRELAZZJONI
Direttiva 92/100/KEE |
Din id-Direttiva |
Artikolu 1(1) |
Artikolu 1(1) |
Artikolu 1(2) |
Artikolu 2 (1), kliem introduttorju u punt (a) |
Artikolu 1(3) |
Artikolu 2 (1), punt (b) |
Artikolu 1(4) |
Artikolu 1(2) |
Artikolu 2(1), kliem introduttorju |
Artikolu 3(1), kliem introduttorju |
Artikolu 2(1), l-ewwel inċiż |
Artikolu 3(1)(a) |
Artikolu 2(1), it-tieni inċiż |
Artikolu 3(1)(b) |
Artikolu 2(1), it-tielet inċiż |
Artikolu 3(1)(ċ) |
Artikolu 2(1), ir-raba' inċiż, l-ewwel sentenza |
Artikolu 3(1)(d) |
Artikolu 2(1), ir-raba' inċiż, it-tieni sentenza |
Artikolu 2 (1), punt (ċ) |
Artikolu 2(2) |
Artikolu 2(2) |
Artikolu 2(3) |
Artikolu 3(2) |
Artikolu 2(4) |
Artikolu 3(3) |
Artikolu 2(5) |
Artikolu 3(4) |
Artikolu 2(6) |
Artikolu 3(5) |
Artikolu 2(7) |
Artikolu 3(6) |
Artikolu 3 |
Artikolu 4 |
Artikolu 4 |
Artikolu 5 |
Artikolu 5(1) sa (3) |
Artikolu 6(1) sa (3) |
Artikolu 5(4) |
— |
Artikolu 6 |
Artikolu 7 |
Artikolu 8 |
Artikolu 8 |
Artikolu 9(1), kliem introduttorju u kliem finali |
Artikolu 9(1), kliem introduttorju |
Artikolu 9(1), l-ewwel inċiż |
Artikolu 9(1)(a) |
Artikolu 9(1), it-tieni inċiż |
Artikolu 9(1)(b) |
Artikolu 9(1), it-tielet inċiż |
Artikolu 9(1)(ċ) |
Artikolu 9(1), ir-raba' inċiż |
Artikolu 9(1)(d) |
Artikolu 9(2), (3) u (4) |
Artikolu 9(2), (3) u (4) |
Artikolu 10(1) |
Artikolu 10(1) |
Artikolu 10(2), l-ewwel sentenza |
Artikolu 10(2), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 10(2), it-tieni sentenza |
Artikolu 10(2), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 10(3) |
Artikolu 10(3) |
Artikolu 13(1) u (2) |
Artikolu 11(1) u (2) |
Artikolu 13(3), l-ewwel sentenza |
Artikolu 11(3), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 13(3), it-tieni sentenza |
Artikolu 11(3), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 13(4) |
Artikolu 11(4) |
Artikolu 13(5) |
— |
Artikolu 13(6) |
Artikolu 11(5) |
Artikolu 13(7) |
Artikolu 11(6) |
Artikolu 13(8) |
— |
Artikolu 13(9) |
Artikolu 11(7) |
Artikolu 14 |
Artikolu 12 |
Artikolu 15(1) |
— |
Artikolu 15(2) |
Artikolu 13 |
— |
Artikolu 14 |
— |
Artikolu 15 |
Artikolu 16 |
Artikolu 16 |
— |
Anness I |
— |
Anness II |
27.12.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
36 |
DIRETTIVA 2006/123/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-12 ta' Diċembru 2006
dwar is-servizzi fis-suq intern
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel u t-tielet sentenzi ta’ l-Artikolu 47(2) u l-Artikolu 55 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),
Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (3),
Billi:
(1) |
Il-Komunità Ewropea qiegħda tfittex li ssawwar rabtiet dejjem eqreb bejn l-Istati u l-popli ta’ l-Ewropa u li tiżgura progress ekonomiku u soċjali. Skond l-Artikolu 14(2) tat-Trattat, is-suq intern jikkomprendi żona mingħajr fruntieri interni li fiha l-moviment liberu tas-servizzi huwa assigurat. Bi qbil ma’ l-Artikolu 43 tat-Trattat il-libertà ta’ stabbiliment hija assigurata. L-Artikolu 49 tat-Trattat jistabbilixxi d-dritt li jiġu provduti servizzi fi ħdan il-Komunità. L-eliminazzjoni ta’ barrieri għall-iżvilupp ta’ l-attivitajiet tas-servizzi bejn l-Istati Membri huwa essenzjali sabiex tissaħħaħ l-integrazzjoni tal-popli Ewropej u biex ikun promoss progress ekonomiku u soċjali bbilanċjati u sostenibbli. Għall-eliminazzjoni ta’ tali ostakoli, huwa essenzjali li jiġi żgurat li l-iżvilupp ta’ l-attivitajiet tas-servizzi jikkontribwixxi għat-twettiq tax-xogħol stipulat fl-Artikolu 2 tat-Trattat dak li jinkoraġġixxi fil-Komunità kollha l-iżvilupp armonjuż, ibbilanċjat u, sostenibbli ta’ l-attivitajiet ekonomiċi, livell għoli ta’ impjieg u ta’ ħarsien soċjali, l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa, tkabbir sostenibbli li ma jkunx inflazzjonarju, grad għoli ta’ kompettitività u konverġenza fir-rendiment ekonomiku, livell għoli ta’ ħarsien u titjib fil-kwalità ta’ l-ambjent, it-titjib tal-livell ta’ l-għajxien u tal-kwalità tal-ħajja, u l-koeżjoni ekonomika u soċjali u s-solidarjetà bejn l-Istati Membri. |
(2) |
Suq kompettiv fis-servizzi huwa essenzjali sabiex jitmexxa ’l quddiem tkabbir ekonomiku u jinħolqu impjiegi fl-Unjoni Ewropea. Bħalissa, bosta ostakoli fi ħdan is-suq intern jimpedixxu lil fornituri, partikolarment lill-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs), milli jestendu l-operazzjonijiet tagħhom lil hinn mill-fruntieri nazzjonali u milli jieħdu vantaġġ sħiħ tas-suq intern. Dan idgħajjef il-kompetittività dinjija tal-fornituri fl-Unjoni Ewropea. Suq liberu li jġiegħel lill-Istati Membri biex jeliminaw ir-restrizzjonijiet dwar il-forniment tas-servizzi minn pajjiż għal ieħor filwaqt li fl-istess ħin iżid it-trasparenza u l-informazzjoni għall-konsumaturi jagħti lill-konsumaturi għażla akbar u servizzi aħjar bi prezzijiet aktar baxxi. |
(3) |
Ir-rapport mill-Kummissjoni dwar “L-Istat tas-Suq Intern għas-Servizzi” għamel inventarju ta' numru kbir ta' ostakoli li qed iżommu l-iżvilupp tas-servizzi bejn l-Istati Membri jew iġiegħluh jmur bil-mod, b'mod partikolari dawk ipprovduti mill-SMEs, li huma predominanti fil-qasam tas-servizzi. Ir-rapport jikkonkludi li wara għaxar snin minn meta kien mistenni jitlesta s-suq intern, għad baqa’ differenza enormi bejn il-viżjoni ta’ ekonomija integrata fl-Unjoni Ewropea u r-realtà esperjenzata miċ-ċittadini u l-fornituri Ewropej. L-ostakoli jaffettwaw varjetà wiesgħa ta’ attivitajiet tas-servizzi matul l-istadji kollha ta’ l-attività tal-fornitur tas-servizz u għandhom numru ta’ karatteristiċi komuni, inkluż il-fatt li dawn ta’ spiss jiġu minn piżijiet amministrattivi, l-inċertezza legali assoċjata ma’ attività bejn pajjiż u ieħor u n-nuqqas ta’ fiduċja reċiproka bejn l-Istati Membri. |
(4) |
Peress li s-servizzi jikkostitwixxu il-magna tat-tkabbir ekonomiku u jagħmlu 70 % tal-PGD u ta’ l-impjieg fil-parti l-kbira ta’ l-Istati Membri, din il-frammentazzjoni tas-suq intern għandha impatt negattiv fuq l-ekonomija sħiħa Ewropea, b’mod partikolari fuq il-kompetittività ta’ l-SMEs u l-moviment tal-ħaddiema, u timpedixxi lill-konsumaturi milli jkollhom aċċess għal varjetà akbar ta’ servizzi prezzati b’mod kompetittiv. Huwa importanti li jitfakkar li s-settur tas-servizzi huwa settur prinċipali ta’ impjieg għan-nisa b’mod partikolari, u li għalhekk huma għandhom għax jibbenefikaw bil-kbir mill-opportunitajiet il-ġodda offruti mit-tlestija tas-suq intern għas-servizzi. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill saħqu li t-tneħħija ta’ barrieri legali għal ħolqien ta’ suq intern ġenwin hija kwistjoni ta’ prijorità biex jintlaħaq il-għan stabbilit mill-Kunsill Ewropew f’Lisbona fit-23 u l-24 ta’ Marzu 2000 li jittejjeb l-impjieg u l-koeżjoni soċjali u jintlaħaq tkabbir ekonomiku sostenibbli sabiex l-Unjoni Ewropea ssir l-aktar ekonomija kompetittiva u dinamika bbażata fuq l-għarfien fid-dinja sa l-2010, b’iktar impjiegi u impjiegi aħjar. It-tneħħija ta’ dawn l-ostakoli, waqt li jkun żgurat mudell soċjali Ewropew avvanzat, hija għalhekk kondizzjoni bażika biex jingħelbu d-diffikultajiet li nqalgħu waqt l-implimentazzjoni ta’ l-Istrateġija ta’ Lisbona u biex titqajjem mill-ġdid l-ekonomija Ewropea, partikolarment f’termini ta’ impjieg u investiment. Huwa għalhekk importanti li jintlaħaq suq intern għas-servizzi, bil-bilanċ ġust bejn il-ftuħ tas-suq u l-preservazzjoni tas-servizzi pubbliċi u drittjiet soċjali u tal-konsumatur. |
(5) |
Huwa għalhekk meħtieġ li jitneħħew l-ostakoli għal-libertà ta’ stabbiliment għal fornituri fl-Istati Membri u ostakoli għall-moviment liberu tas-servizzi bejn l-Istati Membri u biex ir-riċevituri u l-fornituri jkollhom garanzija taċ-ċertezza legali meħtieġa għall-eżerċizzju fil-prattika ta’ dawk iż-żewġ libertajiet fundamentali tat-Trattat. Peress li l-ostakoli fis-suq intern għas-servizzi jaffettwaw lill-operaturi li jixtiequ jistabbilixxu ruħhom fi Stati Membri oħrajn kif ukoll dawk li jipprovdu servizz fi Stat Membru ieħor mingħajr ma huma stabbiliti hemm, huwa meħtieġ li l-fornituri jitħallew jiżviluppaw l-attivitajiet tas-servizzi tagħhom fi ħdan is-suq intern jew billi jistabbilixxu ruħhom fi Stat Membru jew billi jagħmlu użu mill-moviment liberu tas-servizzi. Fornituri għandhom ikunu kapaċi jagħżlu bejn dawk iż-żewġ libertajiet, skond l-istrateġija tagħhom ta’ tkabbir f’kull Stat Membru. |
(6) |
Dawk il-ostakoli ma jistgħux jitneħħew biss billi jserrħu fuq l-applikazzjoni diretta ta’ l-Artikoli 43 u 49 tat-Trattat, peress, li minn naħa, jekk jiġu indirizzati fuq bażi individwali permezz ta’ proċeduri ta’ ksur kontra l-Istati Membri kkonċernati, speċjalment wara t-tkabbir, ikunu tassew kumplikat għall-istituzzjonijiet nazzjonali u Komunitarji, u minn naħa l-oħra, it-tneħħija ta’ bosta ostakoli titlob koordinazzjoni minn qabel ta’ l-iskemi legali nazzjonali, inkluż l-ħolqien ta’ kooperazzjoni amministrattiva. Kif il-Parlament Ewropew u l-Kunsill stess irrikonoxxew, strument Komunitarju leġiżlattiv jagħmilha possibbli li jintlaħaq suq ġenwin intern għas-servizzi. |
(7) |
Din id-Direttiva tistabbilixxi qafas ġenerali legali li jkun ta' vantaġġ għal varjetà wiesgħa ta’ servizzi filwaqt li jieħu f’kunsiderazzjoni l-karatteristiċi distintivi ta’ kull tip ta’ attività jew professjoni u s-sistema tagħha ta’ regolamentazzjoni. Dak il-qafas huwa bbażat fuq approċċ dinamiku u selettiv li jikkonsisti, bħala kwistjoni ta’ prijorità, fit-tneħħija ta’ ostakoli li jistgħu jiġu żarmati malajr u, għall-oħrajn, it-tnedija ta’ proċess ta’ evalwazzjoni, konsultazzjoni u armonizzazzjoni komplimentarja ta’ kwistjonijiet speċifiċi, li jagħmlu possibbli l-immodernizzar progressiv u koordinat ta’ sistemi regolatorji nazzjonali għal attivitajiet ta’ servizz li hu vitali għall-akkwist ta’ suq intern ġenwin għal servizzi sa l-2010. Għandu jsir provvediment għal taħlita ta’ miżuri bilanċjata li tinvolvi armonizzazzjoni immirata, kooperazzjoni amministrattiva, id-disposizzjoni dwar il-liberta' ta' forniment ta' servizzi u inkoraġġiment ta’ l-iżvilupp ta’ kodiċi ta’ kondotta dwar ċerti kwistjonijiet. Dik il-koordinazzjoni ta’ sistemi nazzjonali leġislattivi għandha tiżgura livell għoli ta’ integrazzjoni legali Komunitarja u livell għoli ta’ ħarsien ta’ l-għanijiet ġenerali ta’ interess, speċjalment il-ħarsien tal-konsumaturi, li huwa vitali sabiex tiġi stabbilita fiduċja bejn l-Istati Membri. Din id-Direttiva tqis ukoll għanijiet oħrajn ta’ interess ġenerali, inkluż il-ħarsien ta’ l-ambjent, is-sigurtà pubblika u s-saħħa pubblika kif ukoll il-bżonn li jkun hemm konformità mal-liġi tax-xogħol. |
(8) |
Huwa xieraq li d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva dwar il-libertà ta' stabbiliment u l-moviment liberu tas-servizzi għandu japplika biss sakemm l-attivitajiet trattati huma miftuħa għal kompetizzjoni, sabiex dawn ma jobbligawx lill-Istati Membri jew biex jilliberalizzaw servizzi ta’ interess ġenerali ekonomiku jew biex jipprivatizzaw entitajiet pubbliċi li jipprovdu tali servizzi jew li jabolixxu monopolji eżistenti għal attivitajiet oħra jew ċerti servizzi ta’ distribuzzjoni. |
(9) |
Din id-Direttiva tapplika biss għal ħtiġijiet li jaffettwaw l-aċċess għal, jew l-eżerċizzju ta’, attività ta’ servizz. Għalhekk, ma japplikax għal ħtiġijiet, bħal regoli tat-traffiku fit-triq, regoli dwar l-iżvilupp jew l-użu ta’ l-art, ippjanar urban jew rurali, standards tal-bini kif ukoll penali amministrattivi imposti għal nuqqas ta’ konformità ma’ tali regoli li ma jirregolawx b'mod speċifiku jew ma jaffettwawx b'mod speċifiku l-attività ta’ servizz iżda għandhom ikunu rispettati minn fornituri waqt it-twettiq ta’ l-attività ekonomika tagħhom bl-istess mod bħal minn individwi li jaġixxu fil-kapaċità privata tagħhom. |
(10) |
Din id-Direttiva ma tikkonċernax ħtiġijiet li jiggvernaw l-aċċess għal fondi pubbliċi għal ċerti fornituri. Tali ħtiġijiet jinkludu partikolarment dawk li jistipulaw kondizzjonijiet li taħthom fornituri huma intitolati li jirċievu finanzjament pubbliku, inklużi kondizzjonijiet speċifiċi kuntrattwali, u b’mod partikolari standards ta’ kwalità li hemm bżonn li jkunu osservati bħala kondizzjoni biex jittieħed finanzjament pubbliku, per eżempju għas-servizzi soċjali. |
(11) |
Din id-Direttiva ma tinterferix mal-miżuri meħuda mill-Istati Membri, skond il-liġi Komunitarja, rigward il-ħarsien u l-promozzjoni tad-diversità kulturali u lingwistika u l-pluraliżmu fil-midja, inkluż il-finanzjament tiegħu. Din id-Direttiva ma żżommx lill-Istati Membri milli japplikaw id-drittijiet fundamentali tagħhom u l-prinċipji dwar il-libertà ta’ l-istampa u l-libertà ta’ espressjoni. Din id-Direttiva ma taffettwax liġijiet ta’ l-Istati Membri li jipprojbixxu diskriminazzjoni abbażi ta’ nazzjonalità jew fuq bażijiet bħal dawk stabbiliti fl-Artikolu 13 tat-Trattat. |
(12) |
Din id-Direttiva għandha l-għan li toħloq qafas legali biex tiżgura l-libertà ta’ stabbiliment u l-moviment liberu tas-servizzi bejn l-Istati Membri u ma tarmonizzax jew tippreġudika l-liġi kriminali. Madankollu, l-Istati Membri ma għandhomx ikunu jistgħu jirrestrinġu l-libertà ta' forniment ta’ servizzi billi japplikaw dispożizzjonijiet tal-liġi kriminali li jaffettwaw speċifikament l-aċċess għal jew l-eżerċizzju ta’ attività ta’ servizz b’eluzjoni tar-regoli stabbiliti f’din id-Direttiva. |
(13) |
Huwa daqstant importanti li din id-Direttiva tirrispetta bis-sħiħ l-inizjattivi Komunitarji bbażati fuq l-Artikolu 137 tat-Trattat bi ħsieb li jinkisbu l-objettivi ta’ l-Artikolu 136 tiegħu dwar il-promozzjoni ta’ l-impjieg u kundizzjonijiet imtejba ta’ għajxien u xogħol. |
(14) |
Din id-Direttiva ma taffettwax it-termini u l-kondizzjonijiet ta’ l-impjieg, inklużi perjodi ta’ xogħol massimi u perjodi ta’ serħan minimi, il-minimu tal-vaganzi annwali mħallsin, ir-rata minima ta’ ħlas kif ukoll saħħa, sigurtà u iġjene fil-post tax-xogħol, li l-Istati Membri japplikaw f’konformità mad-dritt Komunitarju, lanqas ma taffettwa relazzjonijiet bejn l-imsieħba soċjali, inklużi d-drittijiet biex tinnegozja jew tikkonkludi ftehim kollettivi, id-dritt li tistrajkja u li tieħu azzjonijiet industrijali skond il-liġi u l-prattika nazzjonali li jirrispettaw il-liġi Komunitarja u lanqas ma tapplika għal servizzi pprovduti mill-aġenziji ta’ xogħol temporanju. Din id-Direttiva ma taffettwax il-leġislazzjoni tas-sigurtà soċjali ta’ l-Istati Membri. |
(15) |
Din id-Direttiva tirrispetta l-eżerċizzju tad-drittijiet fundamentali applikabbli fl-Istati Membri u kif rikonoxxuta fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta’ l-Unjoni Ewropea u l-ispjegazzjonijiet li jakkumpanjawha, billi tirrikonċiljahom mal-libertajiet fundamentali stabbiliti fl-Artikoli 43 u 49 tat-Trattat. Dawk id-drittijiet fundamentali jinkludu d-dritt li tieħu azzjoni industrijali skond il-liġi u l-prattiki nazzjonali li jirrispettaw il-liġi Komunitarja. |
(16) |
Din id-Direttiva tikkonċerna biss il-fornituri stabbiliti fi Stat Membru u ma tkoprix aspetti esterni. Ma tikkonċernax negozjati f’organizzazzjonijiet internazzjonali dwar il-kummerċ fis-servizzi, b’mod partikolari fil-qafas tal-Ftehim Ġenerali dwar il-Kummerċ fis-Servizzi (GATS). |
(17) |
Din id-Direttiva tkopri biss is-servizzi li huma mwettqa għal kunsiderazzjoni ekonomika. Servizzi ta’ interess ġenerali mhumiex koperti bid-definizzjoni mogħtija fl-Artikolu 50 tat-Trattat u għalhekk ma jaqgħux fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. Servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali, huma servizzi mwettqa għal konsiderazzjoni ekonomika u għalhekk jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. Iżda ċerti servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali, bħal dawk li jistgħu jeżistu fil-qasam tat-trasport, huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva u ċerti servizzi oħrajn ta’ interess ekonomiku ġenerali, per eżempju, li jistgħu jeżistu fil-qasam tas-servizzi postali, huma suġġetti għal deroga mid-dispożizzjoni dwar il-libertà għall-provvista ta' servizzi mniżżla f'din id-Direttiva. Din id-Direttiva ma tittrattax il-finanzjament tas-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali u ma tapplikax għas-sistemi ta’ għajnuna mogħtija mill-Istati Membri, b’mod partikolari fil-qasam soċjali, skond ir-regoli tal-Komunità dwar il-kompetizzjoni. Din id-Direttiva ma tittrattax is-segwitu tal-White Paper tal-Kummissjoni dwar is-servizzi ta’ Interess Ġenerali. |
(18) |
Servizzi finanzjarji għandhom jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva peress li dawn l-attivitajiet huma suġġetti għal leġislazzjoni Komunitarja speċifika, immirata, bħal f’din id-Direttiva, li tikseb suq ġenwin intern għas-servizzi. Għalhekk, din l-esklużjoni għandha tkopri s-servizzi kollha finanzjarji bħas-servizzi bankarji, tal-kreditu, l-assigurazzjoni, inkluża l-assigurazzjoni mill-ġdid, il-pensjonijiet tax-xogħol u dawk personali, it-titoli, fondi ta’ investiment, il-pagamenti u l-pariri ta’ investiment, inklużi s-servizzi elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-14 ta' Ġunju 2006 dwar il-bidu u t-twettiq tan-negozju ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu (4). |
(19) |
Fid-dawl ta’ l-adozzjoni fl-2002 ta’ pakkett ta’ strumenti leġislattivi marbutin ma’ networks u servizzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni, kif ukoll ma’ riżorsi assoċjati u servizzi, li stabbiliet qafas regolatorju li jiffaċilita l-aċċess għal dawk l-attivitajiet fi ħdan is-suq intern, partikolarment permezz ta’ l-eliminazzjoni ta’ bosta skemi individwali ta’ awtorizzazzjoni, huwa meħtieġ li jiġu esklużi kwistjonijiet trattati b’dawk l-istrumenti mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. |
(20) |
L-esklużjonijiet mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva dwar kwistjonijiet ta’ servizzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni kif koperti bid-Direttivi 2002/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar l-aċċess għal, u interkonnessjoni ta’, networks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati (Direttiva ta’ Aċċess) (5), 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni) (6), 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar qafas regolatorju komuni għan-networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Kwadru) (7), 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar servizz universali u d-drittijiet ta’ l-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva għal Servizz Universali) (8) u 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar ta’ data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjonijiet elettroniċi) (9) għandhom japplikaw mhux biss għall-kwistjonijiet li ġew speċifikament trattati f’dawn id-Direttivi iżda wkoll għal kwistjonijiet li għalihom id-Direttivi espliċitament iħallu lill-Istati Membri l-possibilità li jadottaw ċerti miżuri fuq livell nazzjonali. |
(21) |
Servizzi ta’ trasport, inkluż trasport urban, taxis u ambulanzi kif ukoll servizzi fil-portijiet, għandhom ikunu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. |
(22) |
L-esklużjoni tal-kura tas-saħħa mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva għandha tkopri servizzi ta’ kura tas-saħħa u farmaċewtiċi pprovduti minn professjonisti tas-saħħa lil pazjenti biex jivvalutaw, iżommu u jirrestawraw l-istat ta’ saħħa fejn dawk l-attivitajiet huma rriżervati għal professjoni regolata tas-saħħa fl-Istat Membru fejn huma pprovduti s-servizzi. |
(23) |
Din id-Direttiva ma taffetwax ir-rimborż tal-kura tas-saħħa pprovdut fi Stat Membru barra dak li fih dak li qiegħed jirċievi l-kura huwa resident. Din il-kwistjoni ġiet indirizzata mill-Qorti tal-Ġustizzja f’diversi okkażjonijiet, u l-Qorti rrikonoxxiet id-drittijiet tal-pazjenti. Huwa importanti li din il-kwistjoni tiġi indirizzata fi strument legali Komunitarju ieħor sabiex tinkiseb iktar sigurtà u ċarezza ġuridika safejn din il-kwistjoni mhijiex indirizzata diġà fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 1408/71 ta' l-14 ta' Ġunju 1971 dwar l-applikazzjoni ta' skemi tas-sigurtà soċjali għal persuni impjegati, persuni li jaħdmu għal rashom u membri tal-familji tagħhom li jiċċaqilqu fi ħdan il-Komunità (10). |
(24) |
Servizzi awdjoviżivi, tkun xi tkun il-metodu ta’ trasmissjoni, inkluża fi ħdan iċ-ċinemas, għandhom ikunu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. Barra minn hekk, din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għall-għajnuniet mogħtija mill-Istati Membri fis-settur awdjoviżwali li huma koperti mir-regoli Komunitarji dwar il-kompetizzjoni. |
(25) |
Attivitajiet ta’ logħob ta’ l-ażżard, inklużi lotteriji u transazzjonijiet ta’ mħatri, għandhom ikunu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva fid-dawl tan-natura speċifika ta’ dawn l-attivitajiet, li jinvolvu implimentazzjoni mill-Istati Membri ta' linji politiċi li għandhom x’jaqsmu mal-politika pubblika u mal-ħarsien tal-konsumatur. |
(26) |
Din id-Direttiva hi mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 45 tat-Trattat. |
(27) |
Din id-Direttiva ma għandhiex tkopri dawk is-servizzi soċjali fil-qasam tad-djar, tal-kura tat-tfal u appoġġ għal familji u persuni fil-bżonn li huma pprovduti mill-Istat f’livell nazzjonali, reġjonali jew lokali, minn fornituri b’mandat mill-Istat, jew minn karitajiet rikonoxxuti bħala tali mill-Istat, bl-għan li jkun żgurat l-appoġġ għal dawk li huma fi stat partikolari ta’ bżonn permanenti jew temporanju minħabba d-dħul insuffiċjenti fil-familja, jew in-nuqqas totali jew parzjali ta’ indipendenza u għal dawk bir-riskju li jiġu emarġinati. Dawn is-servizzi huma essenzjali biex jiggarantixxu d-drittijiet fundamentali lid-dinjità umana u lill-integrità u huma manifestazzjoni tal-prinċipji tal-koeżjoni soċjali u solidarjetà u m’għandhomx jiġu affettwati b’din id-Direttiva. |
(28) |
Din id-Direttiva ma tittrattax l-iffinanzjar ta’, jew is-sistema ta’ għajnuniet marbuta ma’, servizzi soċjali. U lanqas ma taffettwa l-kriterji jew il-kondizzjonijiet stabbliti mill-Istati Membri biex jiżguraw li s-servizzi soċjali effettivament iwettqu funzjoni għall-benefiċċju ta’ l-interess pubbliku u tal-koeżjoni soċjali. Barra minn hekk, din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa l-prinċipju ta’ servizz universali fis-servizzi soċjali ta’ l-Istati Membri. |
(29) |
Minħabba li t-Trattat jipprovdi bażi legali speċifika għal kwistjonijiet ta’ tassazzjoni u tenut kont ta' l-istrumenti Komunitarji diġà adottati f’dak il-qasam, huwa meħtieġ li jiġi eskluż il-qasam tat-tassazzjoni mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. |
(30) |
Diġà hemm ġabra konsiderevoli ta’ liġi Komunitarja dwar l-attivitajiet tas-servizz. Din id-Direttiva tibni fuq, u għalhekk tikkumplimenta, l-acquis Komunitarju. Konflitti bejn din id-Direttiva u strumenti oħrajn Komunitarji ġew identifikati u huma indirizzati b’din id-Direttiva, inkluż permezz ta’ derogi. Madankollu, huwa meħtieġ li tiġi pprovduta regola għal kwalunkwe każijiet residwali u eċċezzjonali fejn hemm kunflitt bejn id-dispożizzjoni ta’ din id-Direttiva u dispożizzjoni ta’ strument Komunitarju ieħor. L-eżistenza ta’ konflitt bħal dan għandha tiġi ddetrminata f’konformità mar-regoli tat-Trattat dwar id-dritt ta’ stabbiliment u l-moviment liberu tas-servizzi. |
(31) |
Din id-Direttiva hija konsistenti ma' u ma taffettwax id-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Settembru 2005 dwar ir-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali (11). Titratta mistoqsijiet lil hinn minn dawk li jirrelataw mal-kwalifiki professjonali, per eżempju assigurazzjoni ta’ responsabilità professjonali, komunikazzjonijiet kummerċjali, attivitajiet multidixxiplinarji u simplifikazzjoni amministrattiva. Fir-rigward tal-provvediment ta’ servizz temporanju bejn pajjiż u ieħor, deroga mid-dispożizzjoni dwar il-libertà li jiġu pprovduti servizzi f’din id-Direttiva tiżgura li t-Titolu II dwar il-forniment liberu ta' servizzi f'din id-Direttiva 2005/36/KE mhux affettwat. Għalhekk, l-ebda waħda mill-miżuri applikabbli taħt dik id-Direttiva fl-Istat Membru fejn is-servizzi huwa pprovdut ma hija affettwata mid-dispożizzjoni dwar il-libertà li jiġu pprovduti s-servizzi. |
(32) |
Din id-Direttiva hija konsistenti ma’ leġislazzjoni Komunitarja dwar il-protezzjoni tal-konsumatur, bħad-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2005 dwar prattiċi kummerċjali bejn in-negozji u l-konsumaturi li ma humiex ġusti fis-suq intern (id-Direttiva dwar il-Prassi Kummerċjali Inġusti) (12) u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 2004 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet dwar il-protezzjoni tal-konsumatur (ir-Regolament dwar il-kooperazzjoni għall-protezzjoni tal-konsumatur) (13). |
(33) |
Is-servizzi koperti b’din id-Direttiva jkopri varjetà wiesgħa ta’ attivitajiet li dejjem jinbidlu, inklużi servizzi ta’ negozju bħal konsulenza dwar amministrazzjoni, ċertifikazzjoni u ittestjar; amministrazzjoni ta’ faċilitajiet, inkluż manutenzjoni ta’ uffiċċju; reklamar; servizzi ta’ reklutaġġ; u s-servizzi ta’ aġenti kummerċjali. Dak il-kunċett ikopri wkoll servizzi pprovduti kemm lil negozji kif ukoll lil konsumaturi, bħal parir legali jew fiskali; servizzi dwar beni immobbli bħal aġenziji ta’ beni immobbli; il-bini, inkluż is-servizzi ta’ periti; kummerċ ta’ tqassim; l-organizzazzjoni ta’ fieri tal-kummerċ; kiri ta’ karozzi; aġenziji ta’ l-ivvjaġġar. Is-servizzi lill-konsumatur huma koperti wkoll, bħal dawk fil-qasam tat-turiżmu, inklużi żjajjar gwidati; servizzi ta’ ħin liberu, ċentri sportivi u parkijiet tad-divertiment; u, sakemm dawn ma kinux esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva, servizzi ta’ appoġġ għall-familji, bħal għajnuna għall-anzjani. Dawk l-attivitajiet jistgħu jinvolvu servizzi li jitolbu l-prossimità tal-fornitur u r-riċevitur, servizzi li jitolbu safar mir-riċevitur jew mill-fornitur u servizzi li jistgħu jiġu pprovduti mill-bogħod, inkluż permezz ta’ l-internet. |
(34) |
Skond il-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-evalwazzjoni ta’ jekk ċerti attivitajiet, b’mod partikolari attivitajiet li huma ffinanzjati pubblikament jew ipprovduti minn entitajiet pubbliċi, jikkostitwixxux “servizz” jew le għandha titwettaq fuq bazi ta’ każ b’każ fid-dawl tal-karatteristiċi tagħhom kollha, b’mod partikolari l-mod ta’ kif inhuma pprovduti, organizzati u ffinanzjati fl-Istat Membru kkonċernat. Il-Qorti tal-Ġustizzja stqarret li l-karatteristika essenzjali tar-rimunerazzjoni tinsab fil-fatt li din tkun magħmula minn konsiderazzjoni għas-servizzi in kwistjoni u rrikonoxxiet li l-karatteristika ta’ remunerazzjoni hija assenti fil-każ ta’ l-attivitajiet li twettqu, għall-ebda kunsiderazzjoni, mill-Istat jew f’isem l-Istat fil-kuntest tad-doveri tiegħu fl-oqsma soċjali, kulturali, edukattivi u ġudizzjarja, bħal korsijiet ipprovduti taħt is-sistema nazzjonali edukattiva, jew il-ġestjoni ta’ skemi ta’ sigurtà soċjali li mhumiex marbuta ma’ attività ekonomika. Il-pagament ta’ miżata mir-riċevituri, pereżempju miżata għat-tagħlim jew ta’ reġistrazzjoni mħallsa mill-istudenti sabiex jagħmlu ċerta kontribuzzjoni għall-ispejjeż operattivi ta’ sistema, fiha nnifisha ma titqiesx bħala remunerazzjoni billi s-serviżż għadu essenzjalement iffinanzjat minn fondi pubbliċi. Dawn l-attivitajiet għalhekk, mhumiex koperti bid-definizzjoni ta’ servizz fl-Artikolu 50 tat-Trattat u għalhekk ma jaqgħux fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. |
(35) |
Attivitajiet sportivi għad-dilettanti li ma jagħmlux profitt huma ta’ importanza soċjali konsiderevoli. Dawn spiss ikollhom għanijiet totalment soċjali jew rekreazzjonali. Għalhekk, mhux bilfors jaqgħu taħt l-attivitajiet ekonomiċi fi ħdan it-tifsira tal-liġi Komunitarja u għandhom jaqgħu barra l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. |
(36) |
Il-kunċett ta’ “fornitur” għandu jkopri kwalunkwe persuna naturali li hija ċittadina ta’ Stat Membru jew kwalunkwe persuna legali li hija marbuta f’attività ta’ servizz fi Stat Membru, b’eżerċizzju jew ta’ libertà ta’ stabbiliment jew tal-moviment liberu tas-servizzi. Il-kunċett ta’ fornitur għalhekk ma għandux ikun limitat biss għal provvista transkonfini ta’ servizzi fi ħdan il-qafas tal-moviment liberu tas-servizzi iżda għandu jkopri wkoll każijiet li fihom operatur jistabbilixxi lilu nnifsu fi Stat Membru sabiex jiżviluppa l-attivitajiet ta’ servizz tiegħu hemmhekk. Mill-banda l-oħra, il-kunċett ta’ fornitur ma għandux ikopri l-każ ta’ fergħat fi Stat Membru ta’ kumpanniji minn terzi pajjiżi għaliex taħt l-Artikolu 48 tat-Trattat, il-libertà ta’ stabbiliment u tal-moviment liberu tas-servizzi tista’ tibbenefika biss lil kumpanniji kostitwiti skond il-liġijiet ta’ Stat Membru u li jkollhom l-uffiċċju rreġistrat, amministrazzjoni ċentrali jew post prinċipali ta’ negozju fi ħdan il-Komunità. Il-kunċett ta’ “riċevitur” għandu jkopri wkoll iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li diġà qed jibbenefikaw minn drittijiet mogħtija lilhom permezz ta’ atti Komunitarji bħar-Regolament (KEE) Nru 1408/71, id-Direttiva 2003/109/KE tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2003 dwar l-istatus ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu residenti għal tul ta' żmien (14), ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 859/2003 ta’ l-14 ta’ Mejju 2003 li jestendi d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 u r-Regolament (KEE) Nru 574/72 għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li mhumiex diġà koperti b’dawk id-dispożizzjonijiet unikament minħabba ċ-ċittadinanza tagħhom (15) u d-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini ta’ l-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju ta’ l-Istati Membri (16). Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu jestendu l-kunċett ta’ riċevitur lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi oħrajn li huma preżenti fi ħdan it-territorju tagħhom. |
(37) |
Il-post li fih il-fornitur tas-servizz huwa stabbilit għandu jkun iddeterminat bi qbil mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja skond liema l-kunċett ta’ stabbiliment jinvolvi s-segwitu effettiv ta’ attività ekonomika permezz ta’ stabbiliment fiss għal perjodu indefinit. Dan ir-rekwiżit jista’ wkoll jitwettaq fejn kumpannija hija kkostitwita għal perjodu fiss jew fejn tikri l-bini jew l-installazzjoni li biha ssegwi l-attività tagħha. Tista’ wkoll tkun imwettqa fejn Stat Membru jagħti l-awtorizzazzjonijiet għal tul limitat biss f’dak li għandu x’jaqsam ma’ servizzi partikolari. Stabbiliment m’għandux bżonn jieħu l-forma ta’ sussidjarju, fergħa jew aġenzija, iżda jista’ jikkonsisti f’uffiċċju mmexxi minn personal tal-fornitur stess jew minn persuna li hija indipendenti iżda awtorizzata li taġixxi fuq bażi permanenti għall-intrapriża, kif ikun il-każ b’aġenzija. Skond din id-definizzjoni li titlob is-segwitu effettiv ta’ attività ekonomika fil-post ta’ stabbiliment ta’ fornitur ta’ servizz, sempliċi kaxxa postali ma tikkostitwixxix stabbiliment. Fejn fornitur għandu diversi postijiet ta’ stabbilment, huwa importanti li jiddetermina il-post ta’ stabbiliment li minnu s-servizz effettiv ikkonċernat huwa pprovdut. Fejn ikun diffiċli tiddetermina minn liema mid-diversi postijiet ta’ stabbiliment huwa pprovdut servizz partikolari, il-post fejn il-fornitur ikollu ċ-ċentru ta’ l-attivitajiet tiegħu li jirrelataw ma’ dan is-servizz partikolari ikun dan il-post ta' stabbiliment. |
(38) |
Il-kunċett ta “persuni ġuridiċi” skond id-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar l-istabbiliment jħalli lill-operaturi liberi li jagħżlu l-forma legali li huma jqisu xierqa biex iwettqu l-attività tagħhom. Għalhekk, “persuni ġuridiċi”, fi ħdan it-tifsira tat-Trattat, tfisser l-entitajiet kollha kkostitwiti taħt, jew iggvernati minn, il-liġi ta’ Stat Membru, irrispettivament mill-forma legali tagħhom. |
(39) |
Il-kunċett ta’ “skema ta’ awtorizzazzjoni” għandu jkopri, fost oħrajn, il-proċeduri amministrattivi għall-għotja ta’ awtorizzazzjonijiet, liċenzji, approvazzjonijiet jew konċessjonijiet, u kif ukoll l-obbligu, sabiex jkun eliġibbli biex jeżerċita l-attività, biex jkun irreġistrat bħala membru ta’ professjoni jew imdaħħal f’reġistru, lista jew database, biex jkunu uffiċjalment maħtura f’korp jew jikseb kard ta’ sħubija ta’ professjoni partikolari. L-awtorizzazzjoni tista’ tingħata mhux biss b’deċiżjoni formali iżda wkoll b’deċiżjoni impliċita li tirriżulta, per eżempju, minn silenzju ta’ awtorità kompetenti jew mill-fatt li l-parti interessata trid tistenna l-konferma ta’ l-irċevuta ta’ dikjarazzjoni sabiex tibda l-attività in kwistjoni jew biex din ta’ l-aħħar issir legali. |
(40) |
Il-kunċett ta’ “raġunijiet aktar importanti li għandhom x'jaqsmu ma’ l-interess pubbliku” li għalihom qiegħda ssir referenza f’ċerti dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva ġie żviluppat mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-ġurisprudenza tagħha relatata ma’ l-Artikoli 43 u 49 tat-Trattat u jista’ jkompli jevolvi. Il-kunċett kif rikonoxxut fil-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja jkopri ta’ l-anqas dawn ir-raġunijiet li ġejjin: politika pubblika, sigurtà pubblika u saħħa pubblika, fit-tifsira ta’ l-Artikoli 46 u 55 tat-Trattat; iż-żamma ta’ l-ordni fis-soċjetà; objettivi tal-politika soċjali; il-protezzjoni tar-riċevituri ta’ servizzi; protezzjoni tal-konsumatur; il-protezzjoni ta’ ħaddiema, inkluż il-protezzjoni soċjali ta’ ħaddiema; benesseri ta’ annimali; il-preservazzjoni tal-bilanċ finanzjarju tas-sistema tas-sigurtà soċjali; il-prevenzjoni ta’ frodi; il-prevenzjoni ta’ kompetizzjoni inġusta; il-protezzjoni ta’ l-ambjent u ta’ l-ambjent urban, inkluż l-ippjanar urban u rurali; il-protezzjoni ta’ kredituri; is-salvagwardja ta’ l-amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja; sigurtà fit-toroq; il-protezzjoni tal-proprjetà intellettwali; l-objettivi tal-politika kulturali, inkluża salvagwardja tal-libertà ta’ l-espressjoni ta’ diversi elementi, b’mod partikolari valuri soċjali, kulturali, reliġjużi u filosofiċi tas-soċjetà; il-ħtieġa li jkun żgurat livell għoli ta’ edukazzjoni, iż-żamma tad-diversità ta’ l-istampa u l-promozzjoni tal-lingwa nazzjonali; il-preservazzjoni tal-wirt nazzjonali storiku u artistiku; u politika veterinarja. |
(41) |
Il-kunċett ta’ “politika pubblika”, kif interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja, ikopri l-protezzjoni kontra theddid serju ġenwin u suffiċjenti li jaffettwa wieħed mill-interessi fundamentali tas-soċjetà u jista’ jinkludi, b’mod partikolari, kwistjonijiet relatati mad-dinjità umana, il-protezzjoni ta’ minuri u adulti vulnerabbli u l-benesseri ta’ l-annimali. Bl-istess mod, il-kunċett ta’ sigurtà pubblika tinkludi kwistjonijiet ta’ sigurta pubblika. |
(42) |
Ir-regoli li għandhom x’jaqsmu mal-proċeduri amministrattivi ma għandhomx jimmiraw biex jarmonizzaw il-proċeduri amministrattivi iżda sabiex ineħħu l-iskemi ta’ awtorizzazzjoni li huma tassew ta’ piż, proċeduri u formalitajiet li jxekklu l-libertà ta’ l-istabbiliment u l-ħolqien ta’ impriżi ġodda ta’ servizzi li jirriżultaw minn dan. |
(43) |
Waħda mid-diffikultajiet fundamentali ffaċċjati, b'mod partikolari mill-SMEs, biex ikollhom aċċess għall-attivitajiet ta’ servizz u jeżerċitawhom, hija l-kumplessità, it-tul u l-inċertezza legali tal-proċeduri amministrattivi. Għal din ir-raġuni, fuq l-eżempju ta’ ċerti prassi ta’ inizjattiva ta’ amministrazzjoni tajba u moderna li ttieħdet fuq livell Komunitarju u nazzjonali, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti prinċipji ta' simplifikazzjoniamministrattiva fost oħrajn permezz tal-limitazzjoni ta’ l-obbligu għall-awtorizzazzjoni minn qabel għal każijiet li fihom din hi essenzjali u l-introduzzjoni tal-prinċipju ta’ l-awtorizzazzjoni miftiehem mill-awtoritajiet kompetenti wara li jkun skada ċertu perjodu ta’ żmien. Azzjoni ta’ modernizzazzjoni bħal din, filwaqt li żżomm ir-rekwiżiti dwar it-trasparenza u l-aġġornament ta’ l-informazzjoni relatata ma’ l-operaturi, għandha l-ħsieb li telimina d-dewmien, l-ispejjeż u l-effetti diswassivi li jinqalgħu, per eżempju minn proċeduri mhux meħtieġa, jew eċċessivament kumplessi u ta’ piż, id-duplikazzjoni tal-proċeduri, il-burokrazija involuta fil-preżentazzjoni tad-dokumenti, l-użu arbitrarju ta' setgħat mill-awtoritajiet kompetenti, perjodi ta’ indeterminazzjoni jew twal b’mod eċċessiv qabel ma tingħata risposta, il-perjodu tal-ħin limitat tal-validità ta’ l-awtorizzazzjonijiet mogħtija u l-miżati u l-penali disproporzjonati. Tali prassi għandhom effett sinjifikattiv partikolarment disswassiv fuq il-fornituri li jixtiequ jiżviluppaw l-attivitajiet tagħhom fi Stati Membri oħra u għandhom bżonn modernizzazzjoni kkordinata fi ħdan is-suq intern imkabbar ta’ ħamsa u għoxrin Stat Membru. |
(44) |
L-Istati Membri għandhom idaħħlu, fejn xieraq, formuli armonizzati f’livell Komunitarju, kif stabbilit mill-Kummissjoni, li jkunu ekwivalenti għal ċertifikati, attestazzjonijiet jew kwalunkwe dokument ieħor f’relazzjoni ma’ l-istabbiliment. |
(45) |
Sabiex jiġi eżaminat il-bżonn li jiġu ssimplifikati l-proċeduri u l-formalitajiet, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu, b’mod partikolari, jqisu l-ħtieġa tagħhom, in-numru, il-possibilità ta’ duplikazzjoni, l-ispejjeż, iċ-ċarezza u l-aċċessibilità, kif ukoll id-dewmien u d-diffikultajiet prattiċi li jistgħu jikkawżaw lill-fornitur tas-servizzi kkonċernat. |
(46) |
Sabiex jiffaċilita l-aċċess għal attivitajiet tas-servizz u l-eżerċizzju tagħhom fis-suq intern, huwa meħtieġ li jiġi stabbilit objettiv, komuni għall-Istati Membri kollha, ta’ simplifikazzjoni amministrattiva u biex jistipula d-dispożizzjonijiet dwar, fost oħrajn, id-dritt għall-informazzjoni, proċeduri b’mezzi elettroniċi u l-istabbliment ta’ qafas għall-iskemi ta’ awtorizzazzjoni. Miżuri oħrajn adottati fuq livell nazzjonali biex jilħqu dak l-għan jistgħu jinvolvu t-tnaqqis tan-numru ta’ proċeduri u formalitajiet applikabbli għall-attivitajiet ta’ servizz u r-restrizzjoni ta’ tali proċeduri u formalitajiet għal dak li huma essenzjali sabiex jintlaħaq għan ta' interess ġenerali u li ma jidduplikawx lil xulxin f’termini ta’ kontenut u skop. |
(47) |
Bil-għan ta’ simplifikazzjoni amministrattiva, rekwiżiti formali ġenerali, bħal preżentazzjoni ta’ dokumenti oriġinali, kopji ċċertifikati jew traduzzjoni ċċertifikata, m’għandhomx ikunu imposti, ħlief fejn iġġustifikati oġġettivament b’raġuni aktar importanti li għandha x'taqsam ma’ l-interess pubbliku, bħall-protezzjoni tal-ħaddiema, is-saħħa pubblika, il-ħarsien ta’ l-ambjent u l-protezzjoni tal-konsumaturi. Huwa meħtieġ ukoll li jiġi żgurat li awtorizzazzjoni tippermetti bħala regola ġenerali aċċess għal, jew l-eżerċizzju ta’, attività ta’ servizz fit-territorju nazzjonali, sakemm awtorizzazzjoni ġdida għal kull stabbiliment, per eżempju għal kull hypermarket ġdid, jew awtorizzazzjoni li hija ristretta għal parti speċifika ta’ territorju nazzjonali hija ġġustifikata oġġettivament b'raġuni aktar importanti li għandha x'taqsam ma’ l-interess pubbliku. |
(48) |
Sabiex il-proċeduri amministrattivi jiġu simplifikati iżjed, huwa xieraq li jiġi żgurat li kull fornitur ikollu punt waħdieni li minnu jista’ jlesti l-proċeduri u l-formalitajiet kollha (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “punti ta’ kuntatt waħdieni”). In-numru ta’ punti ta’ kuntatt waħdieni għal kull Stat Membru jista’ jvarja skond il-kompetenzi reġjunali jew lokali u skond l-attivitajiet ikkonċernati. Il-ħolqien ta’ punti ta’ kuntatt waħdieni ma għandux jinterferixxi ma’ l-allokazzjoni ta’ funzjonijiet fost l-awtoritajiet kompetenti f’kull sistema nazzjonali. Fejn diversi awtoritajiet fuq livell reġjunali jew lokali huma kompetenti, wieħed minnhom jista’ jassumi r-rwol ta’ punt ta’ kuntatt waħdieni u ta’ koordinatur. Punti ta’ kuntatt waħdieni jistgħu jiġu stabbiliti mhux biss mill-awtoritajiet amministrattivi iżda wkoll mill-kamra tal-kummerċ jew tas-snajja’, jew minn organizzazzjonijiet professjonali jew korpi privati li fihom Stat Membru jiddeċiedi li jafda dik il-funzjoni. Punti ta’ kuntatt waħdieni għandhom rwol importanti fil-provvista ta’ għajnuna lill-fornituri jew bħala l-awtorità direttament kompetenti biex toħroġ id-dokumenti meħtieġa biex ikollhom aċċess għall-attività tas-servizz jew bħal intermedjarju bejn il-fornitur u l-awtoritajiet li huma direttament kompetenti. |
(49) |
Il-miżata li tista’ tiġi ċċarġjata mill-punti ta’ kuntatt waħdieni għandha tkun proporzjonata ma’ l-ispejjeż tal-proċeduri u l-formalitajiet li għandhom x’jaqsmu magħhom. Dan ma għandux iżomm lill-Istati Membri milli jafdaw lill-punti ta’ kuntatt waħdieni bil-ġbir ta’ miżati amminstrattivi oħra bħal miżata tal-korpi ta’ superviżjoni. |
(50) |
Huwa meħtieġ li l-fornituri u r-riċevitur tas-servizzi jkollhom aċċess faċli għal ċerti tipi ta’ informazzjoni. Għandu jkun għall-Istati Membri li jiddeterminaw, fil-qafas ta’ din id-Direttiva, l-mod il-fornituri u r-riċevituri huma pprovduti b'informazzjoni. B’mod partikolari, l-obbligu fuq l-Istati Membri li jiżguraw li l-informazzjoni rilevanti hija aċċessibli faċilment mill-fornituri u r-riċevituri u li l-pubbliku jista’ jasal għaliha mingħajr ostakoli jista’ jintlaħaq billi din l-informazzjoni tintgħamel aċċessibbli permezz ta’ website. Kwalunkwe informazzjoni li tingħata għandha tingħata b’mod ċar u mingħajr ambigwità. |
(51) |
L-informazzjoni mogħtija lill-fornituri u r-riċevituri ta' servizzi għandha tinkludi, b’mod partikolari, informazzjoni dwar proċeduri u formalitajiet, dettalji ta’ kuntatt ta’ l-awtoritajiet kompetenti, kundizzjonijiet għal aċċess ta’ reġistri pubbliċi u databases u informazzjoni dwar ir-rimedji disponibbli u d-dettalji ta’ kuntatt ta’ l-assoċjazzjonijiet u l-organizzazzjonijiet li min għandhom il-fornituri jew ir-riċevituri jistgħu jiksbu għajnuna prattika. L-obbligu għall-awtoritajiet kompetenti biex jgħinu lill-fornituri u lir-riċevituri ma għandux jinkludi l-għoti ta’ parir legali f’każijiet individwali. Madanakollu, għandha tingħata informazzjoni ġenerali dwar il-mod kif ir-rekwiżiti huma normalment interpretati jew applikati. Kwistjonijiet bħal responsabbiltà għal provvista ta' informazzjoni inkorretta jew qarrieqa għandhom jiġu ddeterminati mill-Istati Membri. |
(52) |
L-istabbiliment, fil-futur raġonevolment qrib, ta’ mezzi elettroniċi ta’ kif jitlestew proċeduri u formalitajiet se jkun vitali għas-simplifikazzjoni amministrattiva fil-qasam ta’ l-attivitajiet tas-servizz, għall-benefiċċju tal-fornituri, riċevituri u awtoritajiet kompetenti. Sabiex jintlaħaq dak l-obbligu fir-rigward ta' riżultati, il-liġijiet nazzjoniali u regoli oħrajn applikabbli għas-servizzi jista’ jkun li jkollhom bżonn li jiġu adattati. Dan l-obbligu ma għandux iżomm lill-Istati Membri milli jipprovdu mezzi oħrajn ta’ kif jitlestew dawn il-proċeduri u formalitajiet, flimkien ma’ mezzi elettroniċi. Il-fatt li jrid ikun possibbli li dawk il-proċeduri u formalitajiet jitlestew mill-bogħod ifisser, b’mod partikolari, li l-Istati Membri jridu jiżguraw li dawn jistgħu jitlestew f’pajjiżi oħrajn. L-obbligu dwar ir-riżultati ma jkoprix proċeduri jew formalitajiet li bin-natura proprja tagħhom huma impossibbli li jitlestew mill-bogħod. Barra minn hekk, dan ma jinterferix mal-leġislazzjoni ta’ l-Istati Membri dwar l-użu ta’ lingwi. |
(53) |
L-għoti ta’ liċenzji għal ċerti attivitajiet ta’ servizzi jista’ jeħtieġ intervista ma’ l-applikant mill-awtoritajiet kompetenti sabiex jevalwaw l-integrità u l-idoneità personali ta’ l-applikant biex iwettaq is-servizz in kwistjoni. Fit-tali każijiet, it-tkomplija ta’ formalitajiet b’mezzi elettroniċi tista’ ma tkunx xierqa. |
(54) |
Il-possibilità li jinkiseb aċċess għal attività ta’ servizz għandha ssir soġġetta għal awtorizzazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti biss jekk dik id-deċiżjoni tissodisfa l-kriterji ta’ non-diskriminazzjoni, ħtieġa u proporzjonalità. Dan ifisser, b’mod partikolari, li l-iskemi ta’ awtorizzazzjoni għandhom ikunu permissibbli biss fejn spezzjoni a posteriori ma tkunx effettiva minħabba l-impossibilità li jiġu aċċertati d-difetti tas-servizzi kkonċernati a posteriori, b’konsiderazzjoni mogħtija lir-riskji u l-perikli li jistgħu jinqalgħu fl-assenza ta’ spezzjoni minn qabel. Madankollu, wieħed ma jistax iserraħ fuq id-dispożizzjoni għal dan il-għan magħmula minn din id-Direttiva sabiex jiġu ġġustifikati l-iskemi ta’ awtorizzazzjoni li huma pprojbiti minn strumenti oħrajn Komunitarji bħad-Direttiva 1999/93/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 1999 dwar il-qafas Komunitarju għal firem elettroniċi (17), jew id-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali ta’ servizzi tas-soċjetà ta' informazzjoni, b’mod partikolari l-kummerċ elettroniku, fis-suq intern (“Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku”) (18). Ir-riżultati tal-proċess ta’ evalwazzjoni reċiproka jagħmlu possibbli li jiġu ddeterminati, fuq livell Komunitarju, it-tipi ta’ attivitajiet li għalihom iridu jiġu eliminati skemi ta’ awtorizzazzjoni. |
(55) |
Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr ħsara għall-possibilità li Stati Membri jirtiraw awtorizzazzjonijiet wara li nħarġu, jekk il-kondizzjonijiet għall-għoti ta’ awtorizzazzjoni m’għadhomx jitwettqu. |
(56) |
Skond il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, is-saħħa pubblika, il-protezzjoni tal-konsumatur, is-saħħa ta’ l-annimali u l-ħarsien ta’ l-ambjent urban jikkostitwixxu raġunijiet aktar importanti marbutin ma’ l-interess pubbliku. Dawn ir-raġunijiet aktar importanti jistgħu jiġġustifikaw l-applikazzjoni ta’ skemi ta’ awtorizzazzjoni u restrizzjonijiet oħrajn. Madankollu, l-ebda skema ta’ awtorizzazzjoni jew restrizzjoni ma għandha tiddiskrimina fuq bażi ta’ nazzjonalità. Barra minn hekk, il-prinċipji ta’ ħtieġa u proporzjonalità għandhom dejjem jiġu rrispettati. |
(57) |
Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva li għandhom x’jaqsmu ma’ l-iskemi ta’ awtorizzazzjoni għandhom jikkonċernaw każijiet fejn aċċess għal jew eżerċizzju ta’ attività ta’ servizz minn operaturi jitolbu deċiżjoni minn awtorità kompetenti. Dan la jikkonċerna d-deċiżjonijiet minn awtoritajiet kompetenti biex jistabbilixxu entità pubblika jew privata għall-provvista ta’ servizz partikolari u lanqas il-konklużjoni ta’ kuntratti minn awtoritajiet kompetenti għad-dispożizzjoni ta’ servizz partikolari li huwa ggvernat mir-regoli ta’ l-akkwist pubbliku, għaliex din id-Direttiva ma hijiex dwar regoli għal akkwist pubbliku. |
(58) |
Sabiex jiġi ffaċilitat l-aċċess għal u l-eżerċizzju għall-attivitajiet tas-servizz, huwa importanti li jsiru evalwazzjoni u rapportar dwar l-iskemi ta’ awtorizzazzjoni u l-ġustifikazzjoni tagħhom. Din l-obbligu ta’ rappurtar jikkonċerna biss l-eżistenza ta’ l-iskemi ta’ awtorizzazzjoni u mhux il-kriterji u l-kondizzjonijiet għall-għoti ta’ awtorizzazzjoni. |
(59) |
L-awtorizzazzjoni bħala regola ġenerali għandha tħalli lill-fornitur ikollu aċċess għall-attività tas-servizz, jew biex jeżerċita dik l-attività, fit-territorju nazzjonali kollu, ħlief jekk limitu territorjali huwa ġġustifikat b’raġuni aktar importanti li huwa marbut ma’ l-interess pubbliku. Per eżempju, ħarsien ambjentali jista’ jiġġustifika l-ħtieġa li tinkiseb awtorizzazzjoni individwali għal kull installazzjoni fuq it-territorju nazzjonali. Din id-dispożizzjoni ma għandhiex taffettwa il-kompetenzi reġjunali jew lokali għall-għoti ta’ awtorizzazzjonijiet fi ħdan l-Istati Membri. |
(60) |
Din id-Direttiva, u b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet dwar l-iskemi ta’ awtorizzazzjoni u l-firxa territorjali ta’ awtorizzazzjoni, ma għandhomx jindaħlu fid-diviżjoni tal-kompetenzi reġjunali jew lokali fi ħdan l-Istati Membri, inklużi tmexxija awtonoma reġjunali u lokali u l-użu tal-lingwi uffiċjali. |
(61) |
Id-dispożizzjoni relatata man-non-duplikazzjoni tal-kondizzjonijiet għall-għoti ta’ awtorizzazzjoni ma għandhiex iżżomm lill-Istati Membri milli japplikaw il-kondizzjonijiet tagħhom kif speċifikati fl-iskema ta’ awtorizzazzjoni. Għandha teħtieġ biss li l-awtoritajiet kompetenti, meta jkunu qegħdin iqisu jekk dawn il-kondizzjonijiet jintlaħqux mill-applikant, jikkunsidraw il-kondizzjonijiet ekwivalenti li diġà ġew issodisfati mill-applikant fi Stat Membru ieħor. Din id-dispożizzjoni ma għandhiex titlob l-applikazzjoni tal-kondizzjonijiet għall-għoti ta’ awtorizzazzjoni pprovduta fl-iskema ta’ awtorizzazzjoni ta’ Stat Membru ieħor. |
(62) |
Fejn in-numru ta’ awtorizzazzjonijiet disponibbli għal attività huwa limitat minħabba nuqqas ta’ riżorsi naturali jew kapaċità teknika, għandha tkun adottata proċedura għall-għażla minn fost diversi kandidati potenzjali, bl-għan li jkunu żviluppati permezz ta’ kompetizzjoni miftuħa l-kwalità u l-kondizzjonijiet għal provvista ta’ servizzi disponibbli għall-utenti. Proċedura bħal din trid tipprovdi garanzija ta’ trasparenza u imparzjalità u l-awtorizzazzjoni għalhekk mogħtija ma tridx tkun ta’ tul eċċessiv, jew tkun suġġetta għal tiġdid awtomatiku, jew tagħti kwalunkwa vantaġġ lill-fornitur li l-awtorizzazzjoni tiegħu għada kemm skadiet. B’mod partikolari, it-tul ta’ l-awtorizzazzjoni mogħtija irid ikun fiss b’tali mod li ma jirristrenġix jew ma jillimitax kompetizzjoni libera lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex il-fornitur ikun jista’ jiġbor lura l-ispejjeż ta’ l-investiment u jagħmel dħul ġust fuq il-kapital investit. Din id-dispożizzjoni ma għandhiex iżżomm lill-Istati Membri milli jillimitaw in-numru ta’ awtorizzazzjonijiet ħlief għal raġunijiet ta’ nuqqas ta’ riżorsi naturali jew kapaċità teknika. Dawn l-awtorizzazzjonijiet jibqgħu fi kwalunkwe każ soġġetti għad-dispożizzjonijiet l-oħrajn ta’ din id-Direttiva dwar l-iskemi ta’ awtorizzazzjoni. |
(63) |
Fin-nuqqas ta’ arranġamenti differenti, wara nuqqas ta’ risposta f' perjodu ta’ żmien, l-awtorizzazzjoni għandha titqies li ngħatat. Madankollu, jistgħu jsiru arranġamenti differenti fir-rigward ta’ ċerti attivitajiet, fejn ikunu ġġustifikati oġġettivament b’raġunijiet aktar importanti li għandhom x'jaqsmu ma’ l-interess pubbliku, inkluż interess leġittimu minn partijiet terzi. Tali arranġamenti differenti jistgħu jinkludu regoli nazzjonali li skondhom, fl-assenza ta’ risposta ta’ l-awtorità kompetenti, l-applikazzjoni titqies miċħuda, filwaqt li ċ-ċaħda hija miftuħa għal rikors quddiem il-qrati. |
(64) |
Sabiex jiġi stabbilit suq intern ġenwin għas-servizzi, huwa meħtieġ li jitneħħew kwalunkwe restrizzjonijiet dwar il-libertà ta’ stabbiliment u l-moviment liberu tas-servizzi li għadhom stabbiliti fil-liġijiet ta’ ċerti Stati Membri u li huma inkompatibbli ma’ l-Artikoli 43 u 49 tat-Trattat rispettivament. Ir-restrizzjonijiet li għandhom jiġu pprojbiti jaffettwaw partikolarment is-suq intern għas-servizzi u għandhom jiġu sistematikament żarmati malajr kemm jista’ jkun. |
(65) |
Il-libertà ta’ l-istabbiliment hija bbażata, b’mod partikolari, fuq il-prinċipju ta’ trattament ugwali, li jintitola l-projbizzjoni mhux biss ta’ kwalunkwe diskriminazzjoni fuq bażi ta’ nazzjonalità iżda wkoll ta’ kull diskriminazzjoni indiretta bbażata fuq raġunijiet oħrajn iżda li kapaċi tipproduċi l-istess riżultat. Għalhekk, aċċess għal attività ta’ servizz jew l-eżerċizzju tagħha fi Stat Membru, kemm jekk bħala attività prinċipali jew sekondarja, ma għandux ikun suġġett għal kriterji bħal post ta’ stabbiliment, residenza, domiċilju jew dispożizzjoni prinċipali ta’ l-attività ta’ servizz. Madankollu, dawn il-kriterji ma jinkludux ħtiġijiet li skondhom fornitur ta’ servizz jew wieħed mill-impjegati tiegħu jew rappreżentant, għandu jkun preżenti matul l-eżerċizzju ta’ l-attività meta dan huwa ġġustifikat minn raġuni aktar importanti li għandha x'taqsam ma' l-interess pubbliku. Barra minn hekk, Stat Membru ma għandux jirrestrinġi l-kapaċità legali jew id-dritt ta' legali ta’ kumpanniji inkorporati f’konformità mal-liġi ta’ Stat Membru ieħor li fuq it-territorju tiegħu għandhom l-istabbiliment primarju tagħhom li jiftħu kawża. Barra minn hekk, Stat Membru ma għandux ikun jista’ jagħti xi vantaġġ lil fornituri li għandhom rabta nazzjonali jew soċjo-ekonomika lokali partikolari; lanqas ma jista’ jnaqqas, fuq kriterji ta’ post ta’ stabbiliment, il-libertà tal-fornitur li jakkwista, jisfrutta jew jiddisponi minn drittijiet u prodotti jew li jaċċedi għal forom differenti ta’ kreditu jew akkomodazzjoni sakemm dawk l-għażliet huma utli għal aċċess għall-attività tiegħu jew għall-eżerċizzju effettiv tagħha. |
(66) |
L-aċċess għal jew l-eżerċizzju ta’ attività ta’ servizz fit-territorju ta’ Stat Membru ma għandhiex tkun suġġetta għal test ekonomiku. Il-projbizzjoni ta’ testijiet ekonomiċi bħala prerekwiżit għall-għoti ta’ awtorizzazzjoni għandha tkopri testijiet ekonomiċi, iżda mhux ir-rekwiżiti li huma ġġustifikati oġġettivament mir-raġunijiet aktar importanti li għandhom x’jaqsmu ma’ l-interess pubbliku, bħal ħarsien ta’ l-ambjent urban, il-politika soċjali jew is-saħħa pubblika. Il-projbizzjoni ma għandhiex taffettwa l-eżerċizzju tas-setgħat ta’ l-awtoritajiet responsabbli biex tiġi applikata l-liġi tal-kompetizzjoni. |
(67) |
Fir-rigward ta’ garanziji finanzjarji jew assigurazzjoni, il-projbizzjoni tar-rekwiżiti għandha tikkonċerna biss l-obbligu li l-garanziji finanzjarji mitlubin jew l-assigurazzjoni trid tinkiseb minn istituzzjoni finanzjarja stabbilita fl-Istat Membru kkonċernat. |
(68) |
Fir-rigward ta’ reġistrazzjoni minn qabel, il-projbizzjoni tar-rekwiżiti għandha tikkonċerna biss l-obbligu tal-fornitur, li qabel l-istabbiliment, ikun irreġistra minn qabel għal perjodu definit f’reġistru miżmum fl-Istat Membru kkonċernat. |
(69) |
Sabiex tiġi kkoordinata l-modernizzazzjoni tar-regoli nazzjonali u r-regolamenti b’mod konsistenti mar-rekwiżiti tas-suq intern, huwa meħtieġ li jiġu evalwati ċerti ħtiġijiet nazzjonali non-diskriminatorji, li fin-natura proprja tagħhom jistgħu jirrestrinġu tassew jew anke jimpedixxu aċċess għal attività jew l-eżerċizzju tagħha skond il-libertà ta’ l-istabbliment. Dan il-proċess ta’ evalwazzjoni għandu jkun limitat għall-kompatibilità ta’ dawn ir-rekwiżiti mal-kriterji diġà stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-libertà ta’ stabbiliment. Ma għandhiex tikkonċerna l-applikazzjoni tal-liġi Komunitarja tal-kompetizzjoni. Fejn tali ħtiġijiet huma diskriminatorji jew mhux iġġustifikati oġġettivament b’raġuni aktar importanti li għandha x'taqsam ma’ l-interess pubbliku, jew fejn dawn huma disproporzjonati, iridu jitneħħew jew jiġu emendati. L-eżitu ta’ din il-evalwazzjoni se jkun differenti skond in-natura ta’ l-attività u l-interess pubbliku kkonċernat. B’mod partikolari, rekwiziti bħal dawn jistgħu jkunu ġġustifikati bis-sħiħ meta jsegwu objettivi ta’ politika soċjali. |
(70) |
Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 16 tat-Trattat, is-servizzi jistgħu jitqiesu lu huma servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali, biss jekk jiġu pprovduti fl-applikazzjoni ta’ ħidma speċjali fl-interess pubbliku fdata lill-fornitur mill-Istat Membru kkonċernat. Din il-ħidma għandha titwettaq permezz ta’ att wieħed jew aktar, li l-forma tiegħu għandha tkun iddeterminata mill-Istat Membru kkonċernat, u għandu jispeċifika n-natura preċiża tal-kompitu speċjali. |
(71) |
Il-proċess ta’ evalwazzjoni reċiproka previst f’din id-Direttiva ma għandux jaffettwa l-libertà ta’ l-Istati Membri li jistipulaw fil-leġislazzjoni tagħhom livell għoli ta’ protezzjoni ta’ l-interess pubbliku, b’mod partikolari fir-rigward ta' objettivi tal-politika soċjali. Barra minn hekk, huwa meħtieġ li l-proċess ta’ evalwazzjoni reċiproka jqis bis-sħiħ l-ispeċifiċità tas-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali u ta’ kompiti partikolari assenjati lilhom. Dan jista' jiġġustifika ċerti restrizzjonijiet dwar il-libertà ta’ l-istabbiliment, b’mod partikolari fejn restrizzjonijiet bħal dawn isegwu objettivi ta’ saħħa pubblika u politika soċjali skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 15(3)(a), (b) u (ċ). Per eżempju, fir-rigward ta’ l-obbligu li tittieħed forma speċifika legali sabiex jiġu eżerċitati ċerti servizzi fil-qasam soċjali, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà rrikonoxxiet li tista’ tkun iġġustifikata li tissuġġetta lill-fornitur tas-servizzi bi ħtieġa li ma jkunx jagħmel profitt. |
(72) |
Servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali li huma fdati b’kompiti importanti marbutin ma’ koeżjoni soċjali u territorjali. It-twettiq ta’ dawn il-kompiti m’għandux ikun ostakolat bħala riżultat tal-proċess ta’ evalwazzjoni previst f’din id-Direttiva. Ħtiġijiet li huma meħtieġa għat-twettiq ta’ tali kompiti ma għandhomx ikunu affettwati b’dan il-proċess waqt li, fl-istess ħin, jeħtieġ li jkunu indirizzati restrizzjonijiet inġustifikati għal-libertà ta’ stabbiliment. |
(73) |
Ir-rekwiżiti li jridu jiġu eżaminati jinkludu r-regoli nazzjonali li, fuq bażijiet barra minn dawk relatati mal-kwalifiki personali, jirriżervaw aċċess għal ċerti attivitajiet lill-fornituri partikolari. Dawn ir- rekwiżiti jinkludu wkoll obbligi fuq fornitur li jieħu forma legali speċifika, b’mod partikolari biex ikun persuna legali, kumpannija b’sid individwali, organizzazzjoni li ma tagħmilx profitt jew kumpannija li s-sidien tagħha huma biss persuni naturali, u rekwiżiti li jirrelataw ma’ ishma ta’ kumpannija, b’mod partikolari obbligi li jżommu ammont minimu ta’ kapital għal ċerti attivitajiet ta’ servizzi jew biex ikollhom kwalifikazzjoni speċifika sabiex iżżommu il-kapital f'ishma fiha jew biex jamministraw ċerti kumpanniji. L-evalwazzjoni tal-kompatibilità ta’ tariffi fissi minimi u/jew massimi mal-libertà ta’ l-istabbiliment tikkonċerna biss it-tariffi imposti minn awtoritajiet kompetenti speċifikament għall- provvista ta’ ċerti servizzi u mhux, per eżempju, regoli ġenerali dwar determinazzjoni ta’ prezz bħal għall-kiri ta’ djar. |
(74) |
Il-proċess reċiproku ta’ evalwazzjoni jfisser li waqt il-perjodu ta’ traspożizzjoni, l-Istati Membri l-ewwel ikollhom jagħmlu “screening” tal-leġislazzjoni tagħhom biex jaċċertaw jekk xi waħda mir-rekwiżiti msemmijin hawn fuq teżistix fis-sistemi legali tagħhom. Mhux aktar tard minn tmiem il-perjodu ta traspożizzjoni, l-Istati Membri għandhom ifasslu rapport dwar ir-riżultati ta' dan l-iscreening. Kull rapport għandu jitressaq quddiem l-Istati Membri kollha u l-partijiet interessati. L-Istati Membri mbagħad ikollhom sitt xhur li fihom ikunu jistgħu jressqu l-osservazzjonijiet tagħhom dwar dawn ir-rapporti. Sa mhux aktar tard minn sena wara d-data ta’ transpożizzjoni ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tfassal rapport sommarju, akkumpanjat, fejn xieraq, minn proposti għal aktar inizjattivi. Jekk meħtieġ, il-Kummissjoni, b’kooperazzjoni ma’ l-Istati Membri, tista’ tagħtihom assistenza jitfassal metodu komuni. |
(75) |
Il-fatt li din id-Direttiva tispeċifika numru ta' rekwiżiti li għandhom ikunu aboliti jew valutati mill-Istati Membri matul il-perjodu transitorju huwa mingħajr preġudizzju għal proċedimenti ta' ksur kontra Stat Membru għal nuqqas milli jissodisfa l-obbliga taħt l-Artikoli 43 jew 49 tat-Trattat. |
(76) |
Din id-Direttiva ma tikkonċernax l-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 28 sa 30 tat-Trattat relatata mal-moviment liberu tal-merkanzija. Ir-restrizzjonijiet ipprojbiti skond id-dispożizzjoni dwar il-libertà li jiġu pprovduti servizzi jkopru r-rekwiżiti applikabbli għal aċċess għal attivitajiet ta’ servizzi jew għall-eżerċizzju tagħhom u mhux applikabbli għal merkanzija. |
(77) |
Fejn operatur jivjaġġa fi Stat Membru ieħor biex jeżerċita l-attività ta’ servizz hemmhekk, għandha ssir distinzjoni bejn is-sitwazzjonijiet koperti mil-libertà ta’ l-istabbiliment u dawk koperti, minħabba n-natura temporanja ta’ l-attivitajiet ikkonċernati, mill-moviment liberu tas-servizzi. F’dak li għandu x’jaqsam mad-distinzjoni bejn il-libertà ta’ l-istabbiliment u l-moviment liberu tas-servizzi, skond il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja l-element prinċipali hija jekk l-operatur hux stabblit jew le fl-Istat Membru fejn jipprovdi s-servizz ikkonċernat. Jekk l-operatur huwa stabbilit fl-Istat Membru fejn jipprovdi s-servizzi tiegħu, hu għandu jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-libertà ta’ l-istabbiliment. Jekk, mill-banda l-oħra, l-operatur mhux stabbilit fl-Istat Membru fejn is-servizzi huwa pprovdut, l-attivitajiet tiegħu għandhom ikunu koperti mill-moviment liberu tas-servizzi. Il-Qorti tal-Ġustizzja b’mod konsistenti saħqet li n-natura temporanja ta’ l-attivitajiet imsemmijin iridu jiġu determinati fid-dawl mhux biss tat-tul tal-proviżjoni tas-servizz, iżda wkoll tar-regolarità, tan-natura perjodika jew tal-kontinwità tagħha. Il-fatt li l-attività hija temporanja ma għandux ifisser li l-fornitur tas-servizz ma jistax jarma lilu nnifsu b’xi forom ta’ infrastruttura fl-Istat Membru fejn hu pprovdut is-servizz, bħal uffiċċju, kmamar uffiċjali jew kmamar ta’ konsultazzjoni, sakemm din l-infrastruttura hija meħtieġa għall-għanijiet li tipprovdi s-servizz imsemmi. |
(78) |
Sabiex tiġi assigurata implimentazzjoni effettiva tal-moviment liberu tas-servizzi u biex ikun żgurat li r-riċevitur u l-fornitur jistgħu jibbenefikaw minn u jfornu servizzi fil-Komunità kollha minkejja l-konfini, huwa meħtieġ li jiġi ċċarat safejn ir-rekwiżiti ta’ l-Istat Membru fejn is-servizz huwa pprovdut jistgħu jiġu imposti. Huwa indispensabbli li jiġi previst li d-dispożizzjoni dwar il-libertà biex jiġu pprovduti s-servizzi ma żżommx lill-Istat Membru fejn is-servizz huwa pprovdut milli jimponi, skond il-prinċipji stipulati fl-Artikolu 16(1)(a) sa (ċ), ir-rekwiżiti speċifiċi tiegħu għal raġunijiet ta’ politika pubblika jew sigurtà pubblika jew għall-ħarsien tas-saħħa pubblika jew ta’ l-ambjent. |
(79) |
Il-Qorti tal-Ġustizzja b’mod konsistenti saħqet li l-Istati Membri jżommu id-dritt li jieħdu miżuri sabiex iżommu fornituri milli b’mod abbużiv jieħdu vantaġġ tal-prinċipji tas-suq intern. Abbuż mill-fornitur għandu jiġi stabbilit fuq bażi ta’ każ b’każ. |
(80) |
Jeħtieġ li jiġi żgurat li l-fornituri huma kapaċi jieħdu tagħmir li huwa integrali fil-provviżjoni tas-servizzi tagħhom magħhom meta jivjaġġaw biex jipprovdu servizz fi Stat Membru ieħor. B’mod partikolari, huwa importanti li jiġu evitati każijiet li fihom is-servizz ma setax jiġi ppovdut mingħajr it-tagħmir jew sitwazzjonijiet li fihom il-fornituri jeħlu spejjeż addizzjonali, per eżempju, billi jikru jew jixtru tagħmir differenti minn dak li normalment jużaw jew billi jkollhom bżonn jiddevjaw b’mod sinifikanti mill-mod kif huma normalment iwettqu l-attività tagħhom. |
(81) |
Il-kunċett ta’ tagħmir ma jirreferix għal oġġetti fiżiċi li huma jew provduti mill-fornitur lill-klijent jew saru parti minn oġġett fiżiku b’riżultat ta’ l-attività tas-servizz, bħal materjali ta’ bini jew partijiet tat-tagħmir, jew li huma kkunsmati jew tħallew in situ matul il-provvista tas-servizz, bħal karburanti kombustibbli, splussivi, logħob tan-nar, pestiċidi, veleni jew mediċini. |
(82) |
Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva ma għandhomx jipprekludu l-applikazzjoni minn Stat Membru ta’ regoli dwar il-kondizzjonijiet ta’ impjieg. Regoli stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’dispożizzjonijiet amministrattivi għandhom, skond it-Trattat, ikunu ġustifikati għal raġunijiet relatati mal-protezzjoni tal-ħaddiema u jkunu non-diskriminatorji, meħtieġa, u proporzjonati, kif interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja, u jkunu bi qbil mal-liġi Komunitarja rilevanti oħra. |
(83) |
Jeħtieġ li jiġi żgurat li d-dispożizzjoni dwar il-libertà li jiġu pprovduti s-servizzi jista’ jitlaq biss minn żoni koperti bid-derogi. Dawk id-derogi huma meħtieġa sabiex iqisu l-livell ta’ integrazzjoni tas-suq intern jew ċerti strumenti Komunitarji relatati mas-servizzi skond liema fornitur huwa soġġett għall-applikazzjoni ta’ liġi barra minn dik ta’ l-Istat Membru ta’ l-istabbiliment. Barra minn hekk, bħala eċċezzjoni, għandhom ukoll jiġu adottati miżuri kontra xi fornituri f’ċerti każijiet individwali u taħt ċerti proċeduri stretti u kondizzjonijiet sustantivi. Barra minn hekk, kwalunkwe restrizzjoni għall-moviment liberu tas-servizzi għandha tkun permessa bħala eċċezzjoni, biss jekk hija konsistenti mad-drittijiet fundamentali li tifforma parti integrali mill-prinċipji ġenerali tal-liġi stabbilita fl-ordni legali tal-Komunità. |
(84) |
Id-deroga mid-dispożizzjoni dwar il-libertà li jiġu pprovduti s-servizzi li għandhom x’jaqsmu mas-servizzi tal-posta għandha tkopri kemm l-attivitajiet riżervati għall-fornitur universali tas-servizzi kif ukoll servizzi oħra tal-posta. |
(85) |
Id-deroga mid-dispożizzjoni dwar il-libertà li jiġu pprovduti s-servizzi li relatati ma’ l-irkupru ġudizjarju tad-djun u r-referenza għal strument futur ta’ armonizzazzjoni possibbli għandha tikkonċerna biss l-aċċess għal u l-eżerċizzju ta’ attivitajiet li jikkonsistu, b'mod partikolari, milli jitressqu azzjonijiet quddiem Qorti relatat ma’ l-irkupru tad-djun. |
(86) |
Din id-Direttiva m’għandhiex taffettwa t-termini u l-kondizzjonijiet ta’ impjieġ li, skond id-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1996 dwar l-ippustjar ta’ ħaddiema fil-qafas tal-provvista ta’ servizzi (19), tapplika għal ħaddiema mibgħuta biex jipprovdu servizz fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor. F’każijiet bħal dawn, id-Direttiva 96/71/KE tistipula li l-fornituri għandhom jikkonformaw mat-termini u l-kondizzjonijiet ta’ impjieg f’għadd ta’ żoni elenkati applikabbli fl-Istat Membru fejn is-servizz huwa pprovdut. Dawn huma: perjodi massimi ta’ xogħol u perjodi minimi ta’ mistrieħ, minimu ta’ vaganzi annwali mħallsin, rati minimi ta’ ħlas, inklużi r-rati ta’ sahra, il-kondizzjonijiet ta’ kiri ta’ ħaddiema, b’mod partikolari il-ħarsien tal-ħaddiema mikrija minn impriżi ta’ impjieg temporanju, is-saħħa, is-sigurtà u l-iġjene fuq ix-xogħol, miżuri protettivi fir-rigward tat-termini u l-kundizzjonijiet ta’ l-impjieg ta’ nisa tqal jew nisa li jkunu għadhom kif welldu u tat-tfal u ż-żgħażagħ u l-ugwaljanza tat-trattament bejn l-irġiel u n-nisa u dispożizzjonijiet oħrajn dwar in-non- diskriminazzjoni. Dan mhux biss jikkonċerna t-termini u l-kondizzjonijiet ta’ impjieg stipulati mil-liġi iżda wkoll dawk stipulati fi ftehim kollettivi jew f’arbitraġġ li huma ddikjarati uffiċjalment jew applikabbli de facto universalment fi ħdan it-tifsira tad-Direttiva 96/71/KE. Barra minn hekk, din id-Direttiva m’għandhiex iżżomm lill-Istati Membri milli japplikaw it-termini u l-kondizzjonijiet ta’ impjieg għal kwistjonijiet għajr dawk elenkati fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 96/71/KE fuq il-bażi ta' lordni pubbliku. |
(87) |
Din id-Direttiva lanqas ma għandha taffettwa t-termini u l-kondizzjonijiet ta’ impjieg f’każijiet fejn il-ħaddiem impjegat għall-provvista ta’ servizz transkonfini huwa rreklutat fl-Istat Membru fejn is-servizz huwa pprovdut. Barra minn hekk, din id-Direttiva ma taffettwax id-dritt għall-Istati Membri fejn is-servizz qiegħed jiġi pprovdut li tiġi ddeterminata l-eżistenza ta’ relazzjoni ta’ impjieg u d-distinzjoni bejn persuni impjegati għal rashom u persuni impjegati, inklużi “ħaddiema impjegati għal rashom foloz”. F’dak ir-rigward, il-karatteristika essenzjali ta’ relazzjoni ta’ impjieg fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 39 tat-Trattat għandha tkun l-fatt li għal ċertu perjodu ta’ żmien persuna tipprovdi servizzi lil u taħt id-direzzjoni ta’ persuna oħra u li għalih tirċievi ħlas. Kull attività li persuna twettaq barra relazzjoni ta’ subordinazzjoni trid tkun ikklassifikata bħala attività esegwita f’kapaċità ta’ persuna għal rasha għall-għanijiet ta’ l-Artikolu 43 u 49 tat-Trattat. |
(88) |
Id-dispożizzjoni dwar il-libertà li jiġu pprovduti s-servizzi ma għandhiex tapplika f’każijiet fejn, skond il-liġi Komunitarja, attività hija riservata fi Stat Membru għal professjoni partikolari, per eżempju rekwiżiti li jirriżervaw l-għotja ta' pariri legali għall-avukati. |
(89) |
Id-deroga mid-dispożizzjoni dwar il-libertà li jiġu pprovduti s-servizzi għal kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu mar-reġistrazzjoni ta’ vetturi mikrijin fi Stat Membru għajr f’dak li fihom qegħdin jintużaw, issegwi mill-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja, li għarfet li Stat Membru jista’ jimponi obbligu bħal din, skond il-kondizzjonijiet proporzjonati, fil-każ ta’ vetturi użati fit-territorju tiegħu. Dik l-esklużjoni ma tkoprix kirja okkażjonali jew temporanja. |
(90) |
Ir-relazzjonijiet kuntrattwali bejn il-fornitur tas-servizz u l-klijent kif ukoll bejn min iħaddem u l-impjegat m’għandhomx ikunu soġġetti għal din id-Direttiva. Il-liġi applikabbli relatata ma’ l-obbligi kuntrattwali jew ma’ dawk mhux kuntrattwali tal-fornitur tas-servizz għandha tiġi ddeterminata mir-regoli tad-dritt privat internazzjonali. |
(91) |
Jeħtieġ li l-Istati Membri jkollhom il-possibiltà, b’mod eċċezzjonali u fuq il-bażi ta’ każ b’każ, li jieħdu miżuri li jidderogaw mid-dispożizzjoni dwar il-libertà li jiġu pprovduti s-servizzi fir-rigward ta’ fornitur stabbilit fi Stat Membru ieħor għar-raġunijiet ta’ sigurtà tas-servizzi. Madankollu, għandu jkun possibbli li jittieħdu miżuri bħal dawn fl-assenza ta’ armonizzazzjoni f’livell ta’ Komunità biss. |
(92) |
Ir-restrizzjonijiet għall-moviment liberu tas-servizzi, kuntrarju għal din id-Direttiva, jistgħu jinħolqu mhux biss mill-miżuri applikati lill-fornituri iżda wkoll mill-ħafna xkiel għall-użu tas-servizzi mir-riċevituri, speċjalment mill-konsumaturi. Din id-Direttiva ssemmi, bħala eżempju, ċerti tipi ta’ restrizzjonijiet applikati lil riċevitur li jixtieq juża servizz mogħti minn fornitur stabbilit fi Stat Membru ieħor. Din tinkludi wkoll każijiet fejn ir-riċevituri ta’ servizz għandhom l-obbligu li jiksbu l-awtorizzazzjoni minn jew jagħmlu dikjarazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom biex jirċievu servizz minn fornitur stabbilit fi Stat Membru ieħor. Din ma tikkonċernax skemi ta’ awtorizzazzjoni ġenerali li japplikaw ukoll għall-użu ta’ servizz mogħti minn fornitur stabbilit fl-istess Stat Membru. |
(93) |
Il-kunċett ta’ assistenza finanzjarja mogħtija għall-użu ta’ servizz partikolari ma tapplikax għal sistemi ta’ għajnuna mogħtija mill-Istati Membri, b’mod partikolari fil-qasam soċjali jew fis-settur kulturali, li huma koperti mir-regoli Komunitarji dwar il-kompetizzjoni, lanqas għall-assistenza ġenerali finanzjarja li m’għandhiex x’taqsam ma’ l-użu ta’ servizz partikolari, per eżempju għotijiet u self lil studenti. |
(94) |
Skond ir-regoli tat-Trattat dwar il-moviment liberu tas-servizzi, id-diskriminazzjoni minħabba raġuni ta’ nazzjonalità tar-riċevitur jew ta’ residenza nazzjonali jew lokali hija pprojbita. Diskriminazzjoni bħal din tista’ tieħu l-forma ta’ obbligu, impost biss fuq ċittadini ta’ Stat Membru ieħor, biex jipprovdu dokumenti oriġinali, kopji ċċertifikati, ċertifikat tan-nazzjonalità jew traduzzjonijiet uffiċjali ta’ dokumenti sabiex ikunu jistgħu jibbenefikaw minn servizz jew minn termini jew prezzijiet iktar vantaġġużi. Madankollu, il-projbizzjoni ta’ rekwiżiti diskriminatorji ma għandhiex teskludi r-riżerva ta’ vantaġġi, speċjalment rigward tariffi, lil ċerti riċevituri, jekk riżerva bħal din tkun imsejsa fuq kriterji leġittimi u oġġettivi. |
(95) |
Il-prinċipju tan-non-diskriminazzjoni fi ħdan is-suq intern ifisser li l-aċċess minn riċevitur, u speċjalment minn konsumatur, għal servizz fuq offerta lill-pubbliku ma jistax jinċaħad jew jiġi ristrett bl-applikazzjoni ta’ kriterju, li għandu x’ jaqsam man-nazzjonalità jew il-post ta’ residenza tar-riċevitur inkluż fil-kondizzjonijiet ġenerali magħmulin disponibbli għall-pubbliku. Ma jfissirx li tkun diskriminazzjoni illegali jekk ikun previst f’kondizzjonijiet ġenerali bħal dawn li tariffi u kondizzjonijiet differenti japplikaw għall-għoti ta’ servizz, fejn dawk it-tariffi, prezzijiet u kondizzjonijiet huma ġġustifikati għal raġunijiet oġġettivi li jistgħu jvarjaw minn pajjiż għal ieħor, bħalma huma spejjeż addizzjonali mġarrbin minħabba d-distanza involuta jew minħabba fil-karatteristiċi tekniċi ta’ l-għoti tas-servizz, jew kondizzjonijiet tas-suq differenti, bħal domanda ogħla jew aktar baxxa influwenzata mill-fattur staġunali, perjodi ta’ vaganzi differenti fl-Istati Membri u l-iffissar tal-prezzijiet mill-kompetituri differenti, jew riskji żejda marbutin ma’ regoli li jvarjaw minn dawk ta’ l-Istat Membru ta’ stabbiliment. Dan lanqas ma jfisser li n-non-provvista ta’ servizz lil konsumatur minħabba n-nuqqas tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali meħtieġa f’territorju partikolari jikkostitwixxi diskriminazzjoni illegali. |
(96) |
Huwa xieraq li jiġi previst li, bħala wieħed mill-mezzi li biha l-fornitur jista’ jagħmel l-informazzjoni li hu obbligat jipprovdi aktar aċċessibbli għar-riċevitur, jipprovdi l-indirizz elettroniku tiegħu, kif ukoll dak tal-website tiegħu. Barra minn hekk, l-obbligu li tiġi magħmula disponibbli ċerta informazzjoni fid-dokumenti ta’ informazzjoni tal-fornitur fejn jippreżenta s-servizzi tiegħu fid-dettall m’għandhomx ikopru l-komunikazzjonijiet kummerċjali ta’ natura ġenerali, bħar-riklamar, iżda dokumenti li fihom jagħti deskrizzjoni dettaljata tas-servizzi proposti, inklużi dokumenti fuq website. |
(97) |
Huwa meħtieġ li f’din id-Direttiva jkun hemm previżjoni għal ċerti regoli dwar kwalità għolja ta’ servizzi li tiżgura b’mod partikolari ħtiġijiet ta’ informazzjoni u trasparenza. Dawn ir-regoli għandhom japplikaw kemm f’każijiet ta’ provvista ta’ servizzi transkonfinali bejn Stati Membri kif ukoll f’każijiet ta’ servizzi provduti fi Stat Membru minn fornitur ta’ servizz stabbilit hemmhekk mingħajr ma jimponu piżijiet mhux meħtieġa fuq SMEs. Dawn bl-ebda mod ma għandhom iżommu lill-Istati Membri milli japplikaw, f’konformità ma’ din id-Direttiva u liġi oħra Komunitarja, ħtiġijiet ta’ kwalità addizzjonali jew differenti. |
(98) |
Kwalunkwe operatur li jipprovdi servizzi li jinvolvu riskju dirett u partikolari għas-saħħa, is-sigurtà u għall-finanzi tar-riċevitur jew persuna terza għandu, fil-prinċipju, jkun kopert minn assigurazzjoni ta’ responsabilità professjonali xierqa, jew b’forma oħra ta’ garanzija li hi ekwivalenti jew li tista’ titqabbel magħha, li jfisser, b’mod partikolari, li tali operatur bħala regola ġenerali għandu jkollu kopertura ta’ assigurazzjoni xierqa għas-servizzi pprovduti f’wieħed jew bosta Stati Membri għajr l-Istat Membru ta’ stabbiliment. |
(99) |
L-assigurazzjoni jew il-garanzija għandha tkun xierqa għan-natura u l-firxa tar-riskju. Għalhekk għandu jkun meħtieġ li l-fornitur jkollhu kopertura transkonfinali biss jekk dak il-fornitur tabilħaqq jipprovdi servizzi fi Stati Membri oħra. L-Istati Membri m’għandhomx jistabbilixxu regoli aktar dettaljati dwar il-kopertura ta’ l-assigurazzjoni u li jiġu ffissati per eżempju limiti minimi għall-ammont assigurat jew limiti fuq l-esklużjonijiet mill-kopertura ta’ l-assigurazzjoni. Fornituri tas-servizzi u kumpanniji ta’ l-assigurazzjoni għandhom iżommu l-flessibbiltà meħtieġa biex jinnegozjaw politika ta’ l-assigurazzjoni mmirati b’mod speċifiku għan-natura u l-ambitu tar-riskju. Barra minn hekk, m’hemmx bżonn li jkun stabbilit bil-liġi obbligu ta’ assigurazzjoni xierqa. Għandu jkun biżżejjed jekk l-obbligu ta’ assigurazzjoni jagħmel parti mir-regoli ta’ l-etika stabbiliti minn korpi professjonali. Fl-aħħar, ma għandu jkun hemm l-ebda obbligu għall-kumpanniji ta’ l-assigurazzjoni biex jipprovdu kopertura ta’ l-assigurazzjoni. |
(100) |
Jeħtieġ li jintemmu l-projbizzjonijiet totali fuq il-komunikazzjonijiet kummerċjali mill-professjonijiet regolati, mhux billi jitneħħew il-projbizzjonijiet fuq il-kontenut tal-komunikazzjoni kummerċjali iżda bit-tneħħija ta' dawk il-projbizzjonijiet li, b’mod ġenerali u għal xi professjoni partikolari, jipprojbixxu wieħed jew bosta forom ta’ komunikazzjoni kummerċjali, bħal interdizzjoni fuq ir-riklami kollha f’wieħed jew bosta medja partikolari. Rigward il-kontenut u l-metodu ta’ komunikazzjoni kummerċjali, jeħtieġ li l-professjonisti jitħeġġu jfasslu, skond il-liġi Komunitarja, kodiċi ta’ kondotta fuq livell Komunitarju. |
(101) |
Jeħtieġ u hu wkoll fl-interess tar-riċevituri, b’mod partikolari l-konsumaturi, li jiġi żgurat li jkun possibbli għall-fornituri li joffru servizzi multi-dixxiplinari u li r-restrizzjonijiet f’dan ir-rigward ikunu limitati għal dak li hu meħtieġ sabiex tiġi żgurata l-imparzjalità u l-indipendenza kif ukoll l-integrità tal-professjonijiet regolati. Dan ma jaffettwax r-restrizzjonijiet jew projbizzjonijiet li jitwettqu attivitajiet partikolari li jimmiraw li jiżguraw l-indipendenza f’każijiet fejn Stat Membru jagħti lil fornitur tas-servizzi kompitu speċifiku b’mod partikolari fil-qasam ta’ l-iżvilupp urban, u lanqas ma għandu jaffettwa l-applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni. |
(102) |
Sabiex tiżdied it-trasparenza u jiġu promossi evalwazzjonijiet imsejsa fuq kriterji komparabbli mal-kwalità tas-servizzi offruti u provduti lir-riċevituri, jeħtieġ li l-informazzjoni dwar it-tifsira tat-tabelli ta’ kwalità jew marki distintivi oħrajn rigward dawn is-servizzi jkunu aċċessibbli faċilment. L-obbligu ta’ trasparenza huwa partikolarment importanti f’oqsma bħat-turiżmu, speċjalment fin-negozju tal-lukandi, fejn huwa mifrux l-użu ta’ sistema ta’ klassifikazzjoni. Barra minn hekk, hu xieraq li jiġi eżaminat safejn l-istandardizzazzjoni Ewropea tkun tista’ tiffaċilità l-kompatibbiltà u l-kwalità tas-servizzi. L-istandards Ewropej jitfasslu mill-korpi Ewropej ta’ stabbiliment ta’ standards, il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN), il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (CENELEC) u l-Istitut Ewropew ta’ l-Istandards tat-Telekomunikazzjonijiet (ETSI). Fejn xieraq, il-Kummissjoni tista’, skond il-proċeduri stabbiliti fid-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-provvista ta’ informazzjoni fil-qasam ta’ standards u regolamenti tekniċi u ta’ regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà ta’ l-Informazzjoni (20), toħroġ mandat għat-tfassil ta’ standards Ewropej speċifiċi. |
(103) |
Sabiex jiġu solvuti l-problemi potenzjali bi qbil mad-deċiżjoni ġuridika, jeħtieġ li jkun previst li l-Istati Membri jirrikonoxxu garanzija ekwivalenti magħmula għand istituzzjonijiet jew korpi bħal banek, fornituri ta’ assigurazzjoni jew fornituri ta’ servizzi finanzjarji oħrajn stabbiliti fi Stat Membru ieħor. |
(104) |
L-iżvilupp ta’ network ta’ awtoritajiet għal ħarsien tal-konsumatur ta’ l-Istat Membru, li hu soġġett tar-Regolament (KE) Nru 2006/2004, jikkomplimenta l-kooperazzjoni stipulata f’din id-Direttiva. L-applikazzjoni tal-leġislazzjoni tal-ħarsien tal-konsumatur f’każijiet transkonfinali, b’mod partikolari rigward il-prassi ġodda ta’ marketing u bejgħ, kif ukoll il-bżonn li jitneħħew ċerti ostakoli speċifiċi għall-kooperazzjoni f’dan il-qasam, teħtieġ livell ogħla ta’ kooperazzjoni bejn l-Istati Membri. B’mod partikolari, jeħtieġ f’dan il-qasam li jiġi żgurat li l-Istati Membri jirrikjedu l-waqfien ta’ prassi illegali minn operaturi fit-territorju tagħhom li jimmiraw għal konsumaturi fi Stat Membri ieħor. |
(105) |
Il-kooperazzjoni amministrattiva hija essenzjali sabiex is-suq intern fis-servizzi jaħdem kif suppost. Nuqqas ta’ kooperazzjoni bejn l-Istati Membri jwassal għal proliferazzjoni ta’ regoli applikabbli għal fornituri jew irduppjar ta’ kontrolli ta’ attivitajiet transkonfinali, u jista’ jintuża wkoll minn negozjanti diżonesti biex jevitaw sospensjoni jew biex jaħarbu mir-regoli nazzjonali applikabbli fuq is-servizzi. Għalhekk, huwa essenzjali li jkun hemm obbligi ċari, u li jorbtu legalment sabiex l-Istati Membri jikkooperaw b’mod effettiv. |
(106) |
Għall-finijiet tal-Kapitolu dwar il-kooperazzjoni amministrattiva, “sorveljanza” għandha tkopri attivitajiet bħal monitoraġġ jew tfittxija tal-fatti, is-soluzzjoni ta’ problemi, infurzar u impożizzjoni ta’ pieni, u attivitajiet ta’ segwitu sussegwenti. |
(107) |
F’ċirkostanzi normali, għajnuna reċiproka għandha sseħħ direttament bejn l-awtoritajiet kompetenti. Il-punti ta’ kuntatt maħturin mill-Istati Membri għandhom ikunu meħtieġa biex iħaffu dan il-proċess jekk jinqalgħu xi diffikultajiet, per eżempju jekk għajnuna hija meħtieġa biex tiġi identifikata l-awtorità kompetenti rilevanti. |
(108) |
Ċerti obbligi ta’ assistenza reċiproka għandhom japplikaw għall-kwistjonijiet kollha koperti minn din id-Direttiva, li jinkludu dawk relatati ma’ każijiet fejn fornitur jistabbilixxi fi Stat Membru ieħor. Obbligi oħrajn ta’ assistenza reċiproka għandhom japplikaw biss f’każijiet ta’ provvista ta’ servizzi transkonfinali, fejn tapplika d-dispożizzjoni dwar il-libertà li jiġu pprovduti servizzi. Sensiela oħra ta’ obbligi għandha tapplika fil-każijiet kollha ta’ provvista transkonfini ta’ servizzi, li tinkludi oqsma mhux koperti mid-dispożizzjoni dwar il-libertà li jiġu provduti servizzi. Provvista ta’ servizzi transkonfinali għandha tinkludi każijiet fejn is-servizzi huma pprovduti fuq distanza u fejn ir-riċevitur jivvjaġġa lejn l-Istat Membru ta’ l-istabbiliment tal-fornitur tas-servizzi sabiex jirċievi s-servizzi. |
(109) |
F’każijiet fejn il-fornitur jiċċaqlaq temporanjament lejn Stat Membru għajr l-Istat Membru ta’ stabbiliment, jeħtieġ li tiġi pprovduta assistenza reċiproka bejn dawn iż-żewġ Stati Membri sabiex dan ta' l-ewwel ikun jista’ jwettaq kontrolli, spezzjonijiet u stħarriġiet fuq talba ta’ l-Istat Membru ta' stabbiliment jew iwettaq tali kontrolli fuq l-inizjattiva tiegħu stess jekk huma biss kontrolli fattwali. |
(110) |
M’għandux ikun possibbli li l-Istati Membri jevitaw ir-regoli stipulati f’din id-Direttiva, inkluża d-dispożizzjoni dwar il-libertà li jiġu pprovduti s-servizzi, permezz tat-twettiq ta’ kontrolli, spezzjonijiet jew investigazzjonijiet li huma diskriminatorji jew sproporzjonati. |
(111) |
Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva rigward l-iskambju ta’ informazzjoni dwar il-fama tajba tal-fornituri ma għandhomx iwaqqfu inizjattivi fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dak ġuridiku fi kwistjonijiet kriminali, b’mod partikolari dwar l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet ta’ l-Istati Membri għall-infurzar tal-liġi u dwar ir-reġistri kriminali. |
(112) |
Kooperazzjoni bejn l-Istati Membri teħtieġ sistema elettronika ta’ informazzjoni li tiffunzjona tajjeb sabiex iħallu lill-awtoritajiet kompetenti jidentifikaw faċilment l-interlokuturi tagħhom fl-Istati Membri l-oħrajn u biex jikkomunikaw b’mod effiċjenti. |
(113) |
Jeħtieġ li jiġi previst li l-Istati Membri, flimkien mal-Kummissjoni, iħeġġu l-partijiet interessati biex ifasslu kodiċijiet ta’ kondotta fuq livell Komunitarju mmirat, b’mod partikolari, għall-promozzjoni tal-kwalità tas-servizzi u l-kunsiderazzjoni tan-natura speċifika ta’ kull professjoni. Dawn il-kodiċijiet ta’ kondotta għandhom ikunu f’konformità mal-liġi Komunitarja, b’mod partikolari l-liġi ta’ kompetizzjoni. Għandhom ikunu kompatibbli mar-regoli li jorbtu legalment li jirregolaw l-etika u l-kondotta professjonali fl-Istati Membri. |
(114) |
L-Istati Membri għandhom iħeġġu l-istabbiliment ta’ kodiċijiet ta’ kondotta, b’mod partikolari, minn korpi, organizzazzjonijiet u assoċjazzjonijiet professjonali fuq livell Komunitarju. Dawn il-kodiċijiet ta’ kondotta għandhom jinkludu, kif xieraq għan-natura speċifika ta’ kull professjoni u regoli għal komunikazzjonijiet kummerċjali rigward il-professjonijiet regolati, u regoli ta’ etika u kondotta professjonali tal-professjonijiet regolati li jimmiraw, b’mod partikolari, li jiżguraw indipendenza, imparzjalità u segretezza professjonali. Barra minn hekk, il-kondizzjonijiet li l-attivitajiet ta’ l-aġenti immobiljari huma soġġetti għalihom għandhom ikunu inklużi f'tali kodiċijiet ta’ kondotta. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri ta’ akkumpanjament biex iħeġġu l-korpi, l-organizzazzjonijiet u l-assoċjazzjonijiet professjonali li jimplimentaw fuq livell nazzjonali l-kodiċijiet ta’ kondotta adottati fuq livell Komunitarju. |
(115) |
Kodiċijiet ta’ kondotta fil-livell Kommunitarju huma intiżi biex jistabbilixxu l-istandards minimi ta’ kondotta u huma komplimentarji mar-rekwiżiti legali ta’ l-Istati Membri. Huma ma jipprekludux lill-Istati Membri, skond il-liġi Komunitarja, milli jieħdu miżuri iktar stretti fil-liġi jew lill-korpi professjonali nazzjonali milli jipprovdu għal protezzjoni akbar fil-kodiċijiet ta’ kondotta nazzjonali tagħhom. |
(116) |
Billi l-għanijiet ta’ din id-Direttiva, jiġifieri l-eliminazzjoni ta’ l-ostakoli għal-libertà ta’ stabbiliment ta’ fornituri fl-Istati Membri u għal provvista libera tas-servizzi bejn l-Istati Membri, ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u għalhekk, minħabba l-iskala ta’ l-azzjoni, jistgħu jinkisbu aħjar f’livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, skond il-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet. |
(117) |
Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva għandhom ikunu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għal eżerċizzju ta’ setgħat ta’ implementazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni (21). |
(118) |
Skond il-paragrafu 34 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar tfassil aħjar tal-liġijiet (22), l-Istati Membri huma mħeġġa jfasslu, għalihom infushom u fl-interess tal-Komunità, l-iskedi tagħhom li, sa fejn hu possibbli, juru l-korrelazzjoni bejn id-Direttiva u l-miżuri ta’ traspożizzjoni u jippubblikawhom, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Suġġett
1. Din id-Direttiva tistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali li jħaffu l-eżerċizzju tal-libertà ta’ stabbiliment għall-fornituri tas-servizzi u l-moviment liberu tas-servizzi, filwaqt li tinżamm kwalità għolja tas-servizzi.
2. Din id-Direttiva ma tkoprix il-liberalizzazzjoni ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali, riżervata għall-entitajiet pubbliċi jew privati, lanqas mil-privatizzazzjoni ta’ entitajiet pubbliċi li jipprovdu servizzi.
3. Din id-Direttiva ma tkoprix l-abolizzjoni ta’ monopolji li jipprovdu servizzi lanqas l-għajnuniet mogħtija mill-Istati Membri li huma koperti mir-regoli Komunitarji dwar il-kompetizzjoni.
Din id-Direttiva ma taffettwax il-libertà ta’ l-Istati Membri li jiddefinixxu, bi qbil mal-liġi Komunitarja, x’jikkunsidraw bħala servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali, kif dawn is-servizzi għandhom jiġu organizzati u ffinanzjati, skond ir-regoli ta’ l-għajnuna mill-Istat, u liema obbligi speċifiċi għandhom ikunu soġġetti għalihom.
4. Din id-Direttiva ma taffettwax il-miżuri meħudin fuq livell Komunitarju jew fuq dak nazzjonali, skond il-liġi Komunitarja, sabiex jiġu mħarsa jew promossi d-diversità kulturali jew lingwistika jew il-pluraliżmu tal-medja.
5. Din id-Direttiva ma taffettwax ir-regoli tal-liġi kriminali ta’ l-Istati Membri. Madankollu, l-Istati Membri ma jistgħux jirrestrinġu l-libertà fil-provvista ta’ servizzi billi japplikaw dispożizzjonijiet tal-liġi kriminali li jirregolaw jew jaffettwaw speċifikament l-aċċess għal jew l-eżerċizzju ta’ attività ta’ servizz b’elużjoni tar-regoli stabbiliti f’din id-Direttiva.
6. Din id-Direttiva ma taffettwax il-liġi ta’ l-impjieg, jiġifieri kwalunkwe dispożizzjoni legali jew kuntrattwali dwar il-kondizzjonijiet ta’ l-impjieg, il-kondizzjonijiet tax-xogħol, kif ukoll is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, u r-relazzjoni bejn min jimpjega u l-ħaddiema, li l-Istati Membri japplikaw skond il-liġi nazzjonali li tirrispetta l-liġi Komunitarja. Ugwalment din id-Direttiva ma taffettwax il-leġislazzjoni tas-sigurtà soċjali ta’ l-Istati Membri.
7. Din id-Direttiva ma taffettwax l-eżerċizzju tad-drittijiet fundamentali, kif rikonoxxuti fl-Istati Membri u bil-liġi Komunitarja. Lanqas ma taffettwa d-dritt li wieħed jinnegozja, jikkonkludi u jinforza ftehim kollettivi u li jieħu azzjoni industrijali skond il-liġi u l-prassi nazzjonali li jirrispettaw il-liġi Komunitarja.
Artikolu 2
Kamp ta’ Applikazzjoni
1. Din id-Direttiva għandha tapplika għal servizzi pprovduti mill-fornituri stabbiliti fi Stat Membru.
2. Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għal dawn l-attivitajiet:
(a) |
servizzi mhux ekonomiċi ta’ interess ġenerali; |
(b) |
servizzi finanzjarji, bħal dawk bankarji, ta’ kreditu, ta’ assigurazzjoni u riassigurazzjoni, il-pensjonijiet tax-xogħol jew personali, titoli, il-fondi ta’ investiment, il-pagamenti, il-parir dwar investiment, inklużi s-servizzi elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2006/48/KE; |
(ċ) |
servizzi ta’ komunikazzjoni u networks elettroniċi, u faċilitajiet u servizzi assoċjati, rigward il-kwistjonijiet koperti mid-Direttivi 2002/19/KE, 2002/20/KE, 2002/21/KE, 2002/22/KE u 2002/58/KE; |
(d) |
is-servizzi fil-qasam tat-trasport inklużi servizzi tal-port, li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tat-Titolu V tat-Trattat; |
(e) |
servizzi ta’ aġenziji ta’ xogħol temporanju; |
(f) |
servizzi tal-kura tas-saħħa, kemm jekk huma pprovduti permezz ta’ faċilitajiet tal-kura tas-saħħa kif ukoll jekk le, u jkunu x’ikunu l-mezzi li permezz tagħhom huma organizzati jew iffinanzjati fuq livell nazzjonali u jekk humiex pubbliċi jew privati; |
(g) |
servizzi awdjoviżivi, inklużi servizzi ċinematografiċi, ikun x’ikun il-metodu ta’ produzzjoni, distribuzzjoni u trasmissjoni tagħhom, u inkluż ix-xandir bir-radju; |
(h) |
attivitajiet ta’ logħob tal-flus li jinvolvu mħatri ta’ flus f’logħob ta’ fortuna, inklużi l-lotteriji, logħob tal-flus fil-casinos u mħatri; |
(i) |
attivitajiet li huma konnessi ma’ l-eżerċizzju ta’ l-awtorità uffiċjali kif stipulat fl-Artikolu 45 tat-Trattat; |
(j) |
servizzi soċjali li għandhom x’jaqsmu ma’ djar b’għan soċjali, kura tat-tfal u appoġġ ta’ familji u persuni bżonnjużi b'mod permanenti jew temporanju li huma pprovduti mill-Istat, minn fornituri li għandhom mandat mill-Istat jew minn karitajiet rikonoxxuti bħala tali mill-Istat; |
(k) |
servizzi privati ta’ sigurtà; |
(l) |
servizzi provduti minn nutara u uffiċjali ġudizzjarji, li huma maħtura minn att uffiċjali tal-gvern. |
3. Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għall-qasam tat-tassazzjoni.
Artikolu 3
Relazzjoni ma’ dispożizzjonijiet oħra tal-liġi Komunitarja
1. Jekk id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva jmorru kontra dispożizzjoni ta’ att Komunitarju ieħor li jirregola aspetti speċifiċi ta’ aċċess għal jew l-eżerċizzju ta’ attività ta’ servizz fis-setturi speċifiċi jew għal professjonijiet speċifiċi, id-dispożizzjoni ta’ l-att Komunitarju l-ieħor jipprevalu u għandhom japplikaw f’dawk is-setturi jew professjonijiet speċifiċi. Dawn jinkludu:
(a) |
Id-Direttiva 96/71/KE; |
(b) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 1408/71; |
(ċ) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE tat-3 ta’ Ottubru 1989 rigward il-koordinazzjoni ta’ ċertu dispożizzjonijiet stabbiliti b’liġi, regolament jew azzjoni amministrattiva fl-Istati Membri rigward is-segwitu ta’ attivitajiet ta’ xandir bit-televixin (23); |
(d) |
Id-Direttiva 2005/36/KE. |
2. Din id-Direttiva ma tikkonċernax regoli ta’ dritt privat internazzjonali, b’mod partikolari regoli li jiggvernaw il-liġi applikabbli għal obbligi kuntrattwali u non-kuntrattwali, inklużi dawk li jiggarantixxu li konsumaturi jibbenefikaw mill-protezzjoni mogħtija lilhom mir-regoli tal-protezzjoni tal-konsumatur stabbiliti fil-leġislazzjoni tal-konsumatur fis-seħħ fl-Istat Membru tagħhom.
3. L-Istati Membri għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva skond ir-regoli tat-Trattat dwar id-dritt ta’ stabbiliment u l-moviment liberu tas-servizzi.
Artikolu 4
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
1) |
“servizz” tfisser attività ekonomika mhux imħallsa, normalment magħmula għal remunerazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 50 tat-Trattat; |
2) |
“fornitur” tfisser kwalunkwe persuna naturali li hija ċittadin ta’ Stat Membru, jew kwalunkwe persuna ġuridika kif imsemmija fl-Artikolu 48 tat-Trattat u stabbilita fi Stat Membru, li toffri jew li tipprovdi servizz; |
3) |
“riċevitur” tfisser kwalunkwe persuna naturali li hija ċittadin ta’ Stat Membru jew li tibbenefika mid-drittijiet mogħtija lilha mill-atti Komunitarji, jew kwalunkwe persuna ġuridika kif imsemmija fl-Artikolu 48 tat-Trattat u stabbilita fi Stat Membru, li, għal skopijiet professjonali jew mhux professjonali, tuża, jew tixtieq tuża, servizz; |
4) |
“Stat Membru ta’ stabbiliment” tfisser l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu l-fornitur tas-servizzi kkonċernat huwa stabbilit; |
5) |
“stabbiliment” tfisser is-segwitu effettiv ta’ attività ekonomika, kif imsemmi fl-Artikolu 43 tat-Trattat, mill-fornitur għal perjodu indefinit u permezz ta’ infrastruttura stabbli li minnu n-negozju ta’ provvista ta‘ servizzi qiegħed tassew iseħħ; |
6) |
“skema ta’ awtorizzazzjoni” tfisser kull proċedura li fiha kull fornitur jew riċevitur hu tabilħaqq meħtieġ jieħu passi sabiex jikseb deċiżjoni formali minn awtorità kompetenti, jew deċiżjoni impliċita, rigward l-aċċess għal attività ta’ servizz jew għall-eżerċizzju tagħha; |
7) |
“rekwiżit” tfisser kwalunkwe obbligu, projbizzjoni, kondizzjoni jew limitu stipulat fil-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri jew bħala riżultat tal-każistika, il-prattika amministrattiva, ir-regoli ta’ korpi professjonali, jew ir-regoli kollettivi ta’ assoċjazzjonijiet professjonali jew organizzazzjonijiet professjonali oħrajn, adottati fl-eżerċizzju ta’ l-awtonomija legali tagħhom; regoli stabbiliti fil-ftehim kollettivi negozjati mill-imsieħba soċjali ma għandhomx jidhru bħala rekwiżiti fit-tifsira ta’ din id-Direttiva; |
8) |
“ir-raġunijiet aktar importanti fir-rigward ta’ l-interess pubbliku” tfisser ir-raġunijiet rikonoxxuti bħala tali fil-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja, inklużi dawn ir-raġunijiet li ġejjin: politika pubblika, sigurtà pubblika; saħħa pubblika; il-preservazzjoni tal-bilanċ finanzjarju tas-sistema tas-sigurtà soċjali; il-protezzjoni tal-konsumatur; riċevituri ta’ servizzi u ħaddiema; l-ekwità fi transazzjonijiet kummerċjali; il-ġlieda kontra l-frodi; il-protezzjoni ta’ l-ambjent u ta’ l-ambjent urban; is-saħħa ta’ l-annimali; il-proprjetà intellettwali; il-konservazzjoni tal-wirt storiku u artistiku nazzjonali; l-objettivi tal-politika soċjali u l-objettivi tal-politika kulturali; |
9) |
“l-awtorità kompetenti” tfisser kull korp jew awtorità li għandha rwol ta’ superviżjoni jew regolatorju fi Stat Membru f’relazzjoni ma’ l-attivitajiet ta’ servizz, li jinkludu, b’mod partikolari, l-awtoritajiet amministrattivi, inklużi qrati li jaġixxu bħala tali, il-korpi professjonali, u dawk l-assoċjazzjonijiet professjonali jew organizzazzjonijiet professjonali oħrajn li, fl-eżerċizzju ta’ l-awtonomija legali tagħhom, jirregolaw b’mod kollettiv l-aċċess għall-attivitajiet tas-servizz jew l-eżerċizzju tagħhom; |
10) |
“Stat Membru fejn jingħata s-servizz” tfisser l-Istat Membru fejn jingħata s-servizz minn fornitur stabbilit fi Stat Membru ieħor; |
11) |
“professjoni regolata” tfisser attività professjonali jew grupp ta’ attivitajiet professjonali kif imsemmi fl-Artikolu 3(1)(a) tad-Direttiva 2005/36/KE; |
12) |
“komunikazzjoni kummerċjali” tfisser kull tip ta’ komunikazzjoni maħsuba biex tippromwovi, direttament jew indirettament, il-merkanzija, is-servizzi jew id-dehra ta’ impriża, organizzazzjoni jew persuna impenjata f’attività kummerċjali, industrijali jew tas-sengħa jew il-prattika ta’ professjoni regolata. Dawn li ġejjin ma jagħmlux parti fihom infushom minn komunikazzjonijiet kummerċjali:
|
KAPITOLU II
SIMPLIFIKAZZJONI AMMINISTRATTIVA
Artikolu 5
Simplifikazzjoni ta’ proċeduri
1. L-Istati Membri għandhom jeżaminaw il-proċeduri u l-formalitajiet applikabbli għal aċċess għal attività ta’ servizz u l-eżerċizzju tagħha. Fejn proċeduri u formalitajiet eżaminati taħt dan il-paragrafu mhumiex suffiċjentement sempliċi, l-Istati Membri għandhom jissimplifikawhom.
2. Il-Kummissjoni tista’ tintroduċi formoli armonizzati fuq livell Komunitarju, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 40(2). Dawn il-formoli għandhom ikunu ekwivalenti għal ċertifikati, attestazzjonijiet jew dokumenti oħrajn meħtieġa minn fornitur.
3. Fejn l-Istati Membri jeħtieġu li fornitur jew riċevitur jipprovdi ċertifikat, attestazzjoni jew kwalukwe dokument ieħor li jixhed li r-rekwiżit kien sodisfatt, għandhom jaċċettaw kwalunkwe dokument minn Stat Membru ieħor li jservi għal skop ekwivalenti jew li juri biċ-ċar li r-rekwiżit ikkonċernat kien sodisfatt. Ma jistgħux jeħtieġu li dokument minn Stat Membru ieħor ikun oriġinali, jew kopja awtentikata jew traduzzjoni awtentikata, ħlief fil-każijiet previsti fl-istrumenti Komunitarji oħrajn jew fejn rekwiżit bħal dan ikun iġġustifikat minn raġuni aktar importanti fir-rigward ta’ l-interess pubbliku li jinkludi l-ordni pubblika u s-sigurtà pubblika.
Dan l-ewwel subparagrafu ma għandux jaffettwa d-dritt ta’ l-Istati Membri li jitolbu għal traduzzjonijiet mhux awtentikati ta’ dokumenti f’waħda mill-ilsna uffiċjali tagħhom.
4. Il-paragrafu 3 ma japplikax għad-dokumenti msemmijin fl-Artikolu 7(2) u 50 tad-Direttiva 2005/36/KE, fl-Artikoli 45(3), 46, 49 u 50 tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 dwar il-koordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti ta’ xogħlijiet pubbliċi, kuntratti pubbliċi ta’ provvista u kuntratti ta’ servizz pubbliku (24), fl-Artikolu 3(2) tad-Direttivi 98/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 li tiffaċilita l-prattika tal-professjoni ta’ l-avukati fuq bażi permanenti fi Stat Membru ħlief dak li fih inkisket il-kwalifika (25), fl-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 68/151/KEE tad-9 ta’ Marzu ta’ l 1968 dwar il-koordinazzjoni ta’ salvagwardji li, għall-protezzjoni ta’ l-interessi ta’ membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri minn kumpanniji fis-sens tat-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 58 tat-Trattat, bil-għan li tagħmel dawn is-salvagwardji ekwivalenti fil-Komunità kollha (26), u fil-Ħdax-il Direttiva tal-Kunsill 89/666/KEE tal-21 ta' Diċembru 1989 dwar ir-rekwiżiti ta’ l-iżvelar rigward il-friegħi miftuħa fi Stat Membru minn ċerti tipi ta’ kumpanniji rregolati bil-liġijiet ta’ Stat ieħor (27).
Artikolu 6
Punti ta’ kuntatt waħdieni
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun possibbli għal fornitur li jtemm il-proċeduri u l-formalitajiet li ġejjin permezz ta’ punti ta’ kuntatt waħdieni:
(a) |
il-proċeduri u l-formalitajiet kollha meħtieġa għal aċċess għall-attivitajiet tiegħu ta’ servizz, b’mod partikolari, kull dikjarazzjoni, avviż jew applikazzjoni meħtieġa għal awtorizzazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti kollha, inkluż applikazzjonijiet għal dħul f’reġistru, lista jew database, jew għal reġistrazzjoni ma’ korp jew assoċjazzjoni professjonali; |
(b) |
kwalunkwe applikazzjoni għal awtorizzazzjoni meħtieġa biex iwettaq l-attivitajiet tiegħu ta’ servizz. |
2. L-istabbiliment ta’ punti ta’ kuntatt waħdieni għandu jkun mingħajr ħsara għall-allokazzjoni tal-funzjonijiet u setgħat fost l-awtoritajiet fi ħdan is-sistemi nazzjonali.
Artikolu 7
Dritt għal informazzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni li ġejja hija aċċessibli faċilment mill-fornituri u r-riċevituri permezz ta’ punti ta’ kuntatt waħdieni:
(a) |
rekwiżiti applikabbli għal fornituri stabbiliti fit-territorji tagħhom, b’mod partikolari dawk ir-rekwiżiti li jikkonċernaw il-proċeduri u l-formalitajiet li għandhom jitlestew sabiex ikun hemm aċċess għal u jitwettqu attivitajiet ta’ servizz; |
(b) |
id-dettalji ta’ kuntatt ta’ l-awtoritajiet kompetenti li jippermettu lil dawn ta’ l-aħħar jiġu kkuntattjati direttament, inklużi d-dettalji ta’ dawk l-awtoritajiet responsabbli għal kwistjonijiet li jikkonċernaw l-eżerċizzju ta’ attivitajiet ta’ servizz; |
(ċ) |
il-mezzi, u l-kondizzjonijiet, għall-aċċess ta’ reġistri u databases pubbliċi dwar fornituri u servizzi; |
(d) |
il-mezzi ta’ rimedji li huma ġeneralment disponibbli fil-każ ta’ tilwim bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-fornitur jew ir-riċevitur, jew bejn il-fornitur u r-riċevitur jew bejn il-fornituri; |
(e) |
id-dettalji ta’ kuntatt ta’ l-assoċjazzjonijiet jew organizzazzjonijiet, għajr l-awtoritajiet kompetenti, li minnhom il-fornituri jew r-riċevituri jistgħu jiksbu assistenza prattika. |
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun possibbli li l-fornituri u r-riċevituri jirċievu, fuq talba tagħhom, assistenza mill-awtoritajiet kompetenti, li tikkonsisti f’informazzjoni dwar kif ir-rekwiżiti msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 huma ġeneralment interpretati u applikati. Fejn meħtieġ, tali parir għandu jinkludi gwida sempliċi bi spjegazzjonijiet pass b’pass. L-informazzjoni għandha tkun ipprovduta b’lingwa sempliċi u li tinftiehem.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni u l-għajnuna msemmija fil-paragrafu 1 u 2 huma pprovduti b’mod ċar u mhux ambigwu, li jkunu aċċessibbli faċilment minn distanza u b’mezzi elettroniċi, u li jinżammu aġġornati.
4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-punti ta’ kuntatt waħdieni u l-awtoritajiet kompetenti jirrispondu mill-aktar fis possibbli għal kwalunkwe talba ta’ informazzjoni jew assistenza kif imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 u, f’każijiet fejn it-talba hi żbaljata jew bla bażi, jinformaw lill-applikant kif xieraq mingħajr dewmien.
5. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa għall-inkoraġġiment ta’ punti ta’ kuntatt waħdieni li jagħmlu disponibbli l-informazzjoni prevista f’dan l-Artikolu fil-lingwi Komunitarji l-oħrajn. Dan ma jinterferix mal-leġislazzjoni ta’ l-Istati Membri dwar l-użu tal-lingwi.
6. L-obbligu għall-awtoritajiet kompetenti li jassistu lill-fornituri u lir-riċevituri ma jeħtieġx li dawk l-awtoritajiet jipprovdu parir legali f’każijiet individwali imma jikkonċerna biss informazzjoni ġenerali dwar kif ir-rekwiżiti huma normalment interpretati jew applikati.
Artikolu 8
Proċeduri permezz ta’ mezzi elettroniċi
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-proċeduri u l-formalitajiet kollha li għandhom x’jaqsmu ma’ l-aċċess għal attività ta’ servizz u għall-eżerċizzju tagħha jkunu kompletati faċilment, minn distanza u b’mezzi elettroniċi, permezz tal-punt ta’ kuntatt waħdieni relevanti u ma’ l-awtoritajiet kompetenti relevanti.
2. Il-paragrafu 1 m’għandux japplika għall-ispezzjoni ta’ postijiet li fihom jiġi pprovdut is-servizz jew ta’ tagħmir użat mill-fornitur jew ta’ eżami fiżiku tal-kapaċità jew ta’ l-integrità personali tal-fornitur jew tal-persunal responsabbli tiegħu.
3. Il-Kummissjoni għandha, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 40(2), tadotta regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu bil-ħsieb li tiġi ffaċilitata l-interoperabbiltà tas-sistemi ta’ informazzjoni u l-użu ta’ proċeduri b’mezzi elettroniċi bejn l-Istati Membri, b’kont meħud ta’ standards komuni żviluppati fil-livell Komunitarju.
KAPITOLU III
LIBERTÀ GĦALL-ISTABBILIMENT TA’ FORNITURI
TAQSIMA 1
Awtorizzazzjonijiet
Artikolu 9
Skemi ta’ awtorizzazzjoni
1. L-Istati Membri m’għandhomx jissoġġettaw l-aċċess għal attività ta’ servizz jew l-eżerċizzju tagħha għal skema ta’ awtorizzazzjoni ħlief jekk il-kondizzjonijiet li ġejjin ikunu sodisfatti:
(a) |
l-iskema ta’ awtorizzazzjoni ma tiddiskriminax kontra l-fornitur ikkonċernat; |
(b) |
il-ħtieġa għal skema ta’ awtorizzazzjoni hi ġġustifikata minn raġuni aktar importanti li għandha x'taqsam ma’ l-interess pubbliku; |
(ċ) |
l-objettiv segwit ma jistax jinkiseb b’mezzi inqas ristrettivi, b’mod partikolari peress li spezzjoni a posteriori isseħħ tard wisq biex tkun ġenwinament effettiv. |
2. Fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 39(1), l-Istati Membri għandhom jidentifikaw l-iskemi ta’ awtorizzazzjoni tagħhom u jagħtu raġunijiet li juru l-kompatibbiltà tagħhom mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.
3. Din is-sezzjoni m’għandhiex tapplika għal dawk l-aspetti ta’ skemi ta’ awtorizzazzjoni li huma regolati direttament jew indirettament minn strumenti Komunitarji oħrajn.
Artikolu 10
Kondizzjonijiet biex tingħata l-awtorizzazzjoni
1. Skemi ta’ awtorizzazzjoni għandhom ikunu bbażati fuq kriterji li jżommu lill-awtoritajiet kompetenti milli jeżerċitaw is-setgħa tagħhom ta’ evalwazzjoni b’mod arbitrarju.
2. Il-kriterji msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu:
(a) |
mhux-diskriminatorji; |
(b) |
iġġustifikati mir-raġuni aktar importanti li għandha x'taqsam ma’ l-interess pubbliku; |
(ċ) |
proporzjonati ma’ dak l-objettiv ta’ interess pubbliku; |
(d) |
ċari u mingħajr ambigwità; |
(e) |
oġġettivi; |
(f) |
magħmulin disponibbli għal pubbliku minn qabel; |
(g) |
trasparenti u aċċessibbli. |
3. Il-kondizzjonijiet għall-għoti ta’ awtorizzazzjoni għal stabbiliment ġdid m’għandhomx jiddupplikaw ir-rekwiżiti u l-kontrolli li huma ekwivalenti jew essenzjalment komparabbli fir-rigward ta’ l-iskop tagħhom li għalihom il-fornitur hu diġà soġġett fi Stat Membru ieħor jew fl-istess Stat Membru. Il-punti ta’ kuntatt imsemmija fl-Artikolu 28(2) u l-fornitur għandhom jassistu lill-awtorità kompetenti billi jipprovdu kwalunkwe informazzjoni meħtieġa dwar dawk ir-rekwiżiti.
4. L-awtorizzazzjoni għandha tippermetti lill-fornitur ikollu aċċess għall-attività ta’ servizz, jew biex jeżerċita dik l-attività, mat-territorju nazzjonali kollu, inkluż bl-istabbiliment ta’ aġenziji, sussidjarji, fergħat jew uffiċċji, ħlief fejn awtorizzazzjoni għal kull stabbiliment individwali jew limitu ta’ l-awtorizzazzjoni għal ċertu parti tat-territorju huma ġustifikati b’raġuni aktar importanti li għandha x'taqsam ma’ l-interess pubbliku.
5. L-awtorizzazzjoni għandha tingħata malli jkun stabbilit, fid-dawl ta’ eżami xieraq, li l-kundizzjonijiet għal awtorizzazzjoni ġew issodisfatti.
6. Ħlief fil-każ ta’ l-għoti ta’ awtorizzazzjoni, kwalunkwe deċiżjoni mill-awtoritajiet kompetenti, inklużi ċaħda jew irtirar ta’ awtorizzazzjoni, għandha tinkludi r-raġunijiet kollha u għandha tkun miftuħa għal sfida quddiem il-qrati jew istanzi oħrajn ta’ appell.
7. Dan l-Artikolu ma għandux iqiegħed f’dubju l-allokazzjoni tal-kompetenzi, fuq livell lokali jew reġjonali, ta’ l-awtoritajiet ta’ l-Istati Membri li jagħtu tali awtorizzazzjonijiet.
Artikolu 11
Perjodu ta’ awtorizzazzjoni
1. Awtorizzazzjoni mogħtija lil fornitur m’għandhiex tkun għal perjodu limitat, ħlief fejn:
(a) |
l-awtorizzazzjoni tiġġedded awtomatikament jew hi soġġetta biss għat-twettiq kontinwu tar-rekwiżiti; |
(b) |
in-numru ta’ awtorizzazzjonijiet disponibbli hu limitat b’raġuni aktar importanti li għandha x'taqsam ma’ l-interess pubbliku; jew |
(ċ) |
perjodu limitat ta’ awtorizzazzjoni jista’ jkun ġustifikat minn raġuni aktar importanti li għandha x'taqsam ma’ l-interess pubbliku. |
2. Il-paragrafu 1 m’għandux jikkonċerna l-perjodu massimu li qabel ma jispiċċa l-fornitur għandu tabilħaqq jibda l-attività tiegħu wara li jirċievi l-awtorizzazzjoni.
3. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li fornitur jinforma l-punt ta’ kuntatt waħdieni rilevanti previst fl-Artikolu 6 dwar il-bidliet li ġejjin:
(a) |
il-ħolqien ta’ sussidjarji li l-attivitajiet tagħhom jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta' l-iskemi ta’ awtorizzazzjoni; |
(b) |
bidliet fil-qagħda tiegħu li jirriżultaw f’li l-kondizzjonijiet għal awtorizzazzjoni ma jibqgħux jiġu sodisfatti. |
4. Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-abiltà ta’ l-Istati Membri biex jirrevokaw l-awtorizzazzjonijiet, meta l-kondizzjonijiet għal awtorizzazzjoni ma jibqgħux jiġu sodisfatti.
Artikolu 12
Għażla minn fost diversi kandidati
1. Fejn in-numru ta’ awtorizzazzjonijiet disponibbli għal attività partikolari hu limitat minħabba n-nuqqas ta’ riżorsi naturali disponibbli jew kapaċità teknika, l-Istati Membri għandhom japplikaw proċedura ta’ għażla għal kandidati potenzjali li tipprovdi garanziji sħaħ ta’ imparzjalità u trasparenza, inkluż, b’mod partikolari, reklamar adegwat dwar it-tnedija, il-kondotta u t-tlestija tal-proċedura.
2. Fil-każijiet msemmija fil-paragrafu 1, l-awtorizzazzjoni għandha tingħata għal perjodu limitat xieraq u ma tistax tkun miftuħa għal tiġdid awtomatiku, lanqas tipprovdi kwalunkwe vantaġġ ieħor lill-fornitur li l-awtorizzazzjoni tiegħu għada kemm skadiet jew kwalunkwe persuna oħra li għandha rabtiet partikolari ma’ dak il-fornitur.
3. Soġġett għall-paragrafu 1 u għall-Artikoli 9 u 10, l-Istati Membri jistgħu jieħdu kont, fl-istabbiliment tar-regoli għall-proċedura ta’ l-għażla, konsiderazzjonijiet ta’ saħħa pubblika, objettivi ta’ politika soċjali, is-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema jew persuni li jaħdmu għal rashom, il-ħarsien ta’ l-ambjent, il-protezzjoni tal-wirt kulturali u raġunijiet aktar importanti oħrajn li għandhom x'jaqsmu ma’ l-interess pubbliku, skond il-liġi Komunitarja.
Artikolu 13
Proċeduri ta’ awtorizzazzjoni
1. Il-proċeduri u l-formalitajiet ta’ awtorizzazzjoni għandhom jkunu ċari, ikunu disponibbli għall-pubbliku minn qabel u jkunu tali li jipprovdu lill-applikanti b’garanzija li l-applikazzjoni tagħhom tkun indirizzata b’mod oġġettiv u imparzjali.
2. Il-proċeduri u l-formalitajiet ta’ awtorizzazzjoni m’għandhomx ikunu dissważivi u m’għandhomx jikkomplikaw mingħajr bżonn jew idewwmu il-provvista tas-servizz. Huma għandhom ikunu aċċessibbli faċilment u kwalunkwe spiża li l-applikanti jeħlu mill-applikazzjoni tagħhom għandha tkun raġonevoli u proporzjonata għan-nefqa tal-proċeduri ta’ awtorizzazzjoni konċernati u m’għandhiex taqbeż n-nefqa tal-proċeduri.
3. Il-proċeduri u l-formalitajiet ta’ awtorizzazzjoni għandhom jipprovdu lill-applikanti b’garanzija li l-applikazzjoni tagħhom se tiġi pproċessata mill-aktar fis, u, fi kwalunkwe każ, fi żmien raġjonevoli li jiġi ffissat u magħmul pubbliku minn qabel. Il-perjodu għandu jibda biss minn meta titressaq id-dokumentazzjoni kollha. Il-perjodu ta’ żmien jista’ jiġi estiż darba, mill-awtorità kompetenti, għal żmien limitat, meta ġġustifikat bil-komplessità tal-kwistjoni. L-estensjoni u l-perjodu tiegħu għandu jkun debitament motivat u għandu jiġi notifikat lill-applikant qabel il-perjodu oriġinali jispiċċa.
4. Fin-nuqqas ta’ tweġiba fi żmien il-perjodu stabbilit jew estiż skond il-paragrafu 3, l-awtorizzazzjoni titqies bħala li ngħatat. Arranġamenti differenti jistgħu madankollu jiġu attwati, fejn ġustifikati minn raġunijiet aktar importanti li għandhom x'jaqsmu ma’ l-interess pubbliku, inkluż interess leġittimu ta’ partijiet terzi.
5. L-applikazzjonijiet kollha għall-awtorizzazzjoni għandhom jiġu rrikonoxxuti mill-aktar fis. Ir-rikonoxximent għandu jispeċifika dan li ġej:
(a) |
il-perjodu msemmi fil-paragrafu 3; |
(b) |
il-mezzi disponibbli ta’ rimedji; |
(ċ) |
fejn applikabbli, dikjarazzjoni li fin-nuqqas ta’ risposta fil-perjodu speċifikat, l-awtorizzazzjoni għandha tkun meqjusa li ġiet mogħtija. |
6. Fil-każ ta’ applikazzjoni mhux kompluta, l-applikant għandu jiġi mgħarraf mill-aktar fis dwar il-ħtieġa li jipprovdi kwalunkwe dokumenti supplimentari, kif ukoll dwar kwalunkwe effetti possibbli fuq il-perjodu msemmi fil-paragrafu 3.
7. Meta talba hi rrifjutata minħabba li ma tissodisfax il-proċeduri jew formalitajiet meħtieġa, l-applikant għandu jiġi informat dwar iċ-ċaħda mill-aktar fis possibbli.
TAQSIMA 2
ħtiġijiet ipprojbiti jew suġġetti għal evalwazzjoni
Artikolu 14
Ħtiġijiet ipprojbiti
L-Istati Membri m’għandhomx jissuġġettaw l-aċċess għal, jew l-eżerċizzju ta’, attività ta’ servizz fit-territorju tagħhom għal konformità ma’ xi waħda minn dawn li ġejjin:
1) |
rekwiżiti diskriminatorji bbażati direttament jew indirettament fuq in-nazzjonalità jew, f’każ ta’ kumpanniji, il-post ta’ l-uffiċċju rreġistrat, inkluż b’mod partikolari:
|
2) |
projbizzjoni fuq il-pussess ta’ stabbiliment f’aktar minn Stat Membru wieħed jew li jinsab fir-reġistri jew hu rreġistrat ma’ korpi jew assoċjazzjonijiet professjonali ta’ aktar minn Stat Membru wieħed; |
3) |
restrizzjonijiet fuq il-libertà tal-fornitur li jagħżel bejn stabbiliment prinċipali jew wieħed sekondarju, b’mod partikolari obbligu fuq il-fornitur li jkollu l-istabbiliment prinċipali tiegħu fit-territorju tagħhom, jew restrizzjonijiet fuq il-libertà li jagħżel bejn stabbiliment fis-sura ta’ aġenzija, fergħa jew sussidjarju; |
4) |
kondizzjonijiet ta’ reċiproċità ma’ l-Istati Membri fejn il-fornitur diġà għandu stabbiliment, ħlief fil-każ fejn il-kondizzjonijiet ta’ reċiproċità previsti fl-istrumenti tal-Komunità jikkonċernaw l-enerġija; |
5) |
l-applikazzjoni każ b’każ ta’ test ekonomiku li jagħmel l-għoti ta’ awtorizzazzjoni soġġetta għal prova ta’ eżistenza ta’ ħtieġa ekonomika jew talba fis-suq, evalwazzjoni ta’ l-effetti ekonomiċi potenzjali jew attwali ta’ l-attività jew evalwazzjoni ta’ l-adegwatezza ta’ l-attività għal dak li għandu x’jaqsam ma’ l-objettivi ta’ l-ippjanar ekonomiku stabbiliti mill-awtorità kompetenti; din il-projbizzjoni ma għandhiex tikkonċerna rekwiżiti ta’ ippjanar li ma jsegwux għanijiet ekonomiċi iżda jservu raġunijiet aktar importanti li għandhom x'jaqsmu ma’ l-interess pubbliku; |
6) |
l-involviment dirett jew indirett ta’ l-operaturi li jikkompetu, inkluż fi ħdan korpi konsultattivi, fl-għoti ta’ awtorizzazzjonijiet jew fl-adozzjoni ta’ deċiżjonijiet oħrajn ta’ l-awtoritajiet kompetenti, ħlief għall-korpi u assoċjazzjonijiet professjonali jew organizzazzjonijiet oħrajn li jaġixxu bħall-awtorità kompetenti; din il-projbizzjoni ma għandhiex tikkonċerna l-konsultazzjoni ta’ organizzazzjonijiet, bħal kmamar tal-kummerċ jew imsieħba soċjali, dwar kwistjonijiet għajr applikazzjonijiet individwali għal awtorizzazzjoni, jew konsultazzjoni tal-pubbliku in ġenerali; |
7) |
obbligu li persuna tipprovdi jew tieħu sehem f’garanzija finanzjarja jew li tieħu assigurazzjoni minn fornitur jew korp stabbilit fit-territorju tagħhom. Dan ma għandux jaffettwa l-possibbiltà għall-Istati Membri li jitolbu garanziji ta’ assigurazzjoni jew finanzjarji fihom infushom, lanqas ma għandu jaffettwa r-rekwiżiti relatati mal-parteċipazzjoni f’fond ta’ kumpens kollettiv, bħal per eżempju għal membri ta’ korpi jew organizzazzjonijiet professjonali; |
8) |
obbligu li persuna tkun reġistrata minn qabel, għal perjodu ffissat, fir-reġistri miżmuma fit-territorju tagħhom jew li tkun wettqet attività minn qabel għal perjodu ffissat fit-territorju tagħhom. |
Artikolu 15
Rekwiżiti li għandhom jiġu evalwati
1. L-Istati Membri għandhom jeżaminaw jekk, taħt is-sistema legali tagħhom, kwalunkwe mir-rekwiżiti elenkati fil-paragafu 2 huma imposti u għandhom jiżguraw li tali rekwiżiti huma kompatibbli mal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3. L-Istati Membri għandhom jaddattaw il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi tagħhom sabiex jagħmluhom kompatibbli ma’ dawk il-kondizzjonijiet.
2. L-Istati Membri għandhom jeżaminaw jekk is-sistema legali tagħhom tagħmilx l-aċċess għal attività ta’ servizz jew l-eżerċizzju tagħha soġġetta għal konformità ma’ kwalunkwe minn dawn ir-rekwiżiti mhux-diskriminatorji:
(a) |
restrizzjonijiet kwantitattivi jew territorjali, b’mod partikolari f’forma ta’ limiti ffissati skond il-popolazzjoni, jew ta’ distanza ġeografika minima bejn il-fornituri; |
(b) |
obbligu għal fornitur li jieħu formola legali speċifika; |
(ċ) |
rekwiżiti li huma relatati mal-proprjetà f’ishma ta’ kumpannija; |
(d) |
rekwiżiti, għajr dawk li jikkonċernaw kwistjonijiet koperti mid-Direttiva 2005/36/KE jew previsti fi strumenti Komunitarji oħrajn, li jirriżervaw l-aċċess għall-attività ta’ servizz ikkonċernata għal fornituri speċifiċi skond in-natura speċifika ta’ l-attività; |
(e) |
projbizzjoni fuq il-pussess ta’ aktar minn stabbiliment wieħed fit-territorju ta’ l-istess Stat; |
(f) |
rekwiżiti għall-iffissar ta’ numru minimu ta’ ħaddiema; |
(g) |
tariffi fissi minimi u/jew massimi li magħhom għandu jikkonforma l-fornitur; |
(h) |
obbligu għal fornitur li jipprovdu servizzi speċifiċi oħrajn flimkien mas-servizz tiegħu. |
3. L-Istati Membri għandhom jivverifikaw li r-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 2 jissodisfaw il-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
non-diskriminazzjoni: ir-rekwiżiti m’għandhomx ikunu diskriminatorji la direttament lanqas indirettament skond in-nazzjonalità jew, fir-rigward ta’ kumpanniji, skond il-post ta’ l-uffiċċju rreġistrat; |
(b) |
bżonn: ir-rekwiżiti għandhom ikunu ġġustifikati b’raġuni aktar importanti li għandha x'taqsam ma’ l-interess pubbliku; |
(ċ) |
proporzjonalità: ir-rekwiżiti għandhom ikunu adatti biex jiżguraw li jintlaħaq l-objettiv mixtieq; m’għandhomx imorru lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħaq dak l-objettiv; u ma għandux ikun possibbli li dawk ir-rekwiżiti jiġu sostitwiti minn miżuri oħrajn, anqas restrittivi li jwasslu għall-istess riżultat. |
4. Il-paragrafi 1, 2 u 3 japplikaw biss għal-leġislazzjoni fil-qasam tas-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali biss dment li l-applikazzjoni ta’ dawn il-paragrafi ma xxekkilx il-prestazzjoni, fil-liġi jew fil-fatt, tal-kompitu partikolari allokat lilhom.
5. Fir-rapport ta’ evalwazzjoni reċiproka prevista fl-Artikolu 39(1), l-Istati Membri għandhom jispeċifikaw dan li ġej:
(a) |
ir-rekwiżiti li bi ħsiebhom iżommu u r-raġunijiet għaliex jikkonsidraw li dawk ir-rekwiżiti jikkonformaw mal-kondizzjonijiet imniżżla fil-paragrafu 3; |
(b) |
ir-rekwiżiti li tneħħew jew ġew magħmula inqas stretti. |
6. Mit-28 ta’ Diċembru 2006, l-Istati Membri m’għandhom jintroduċu l-ebda rekwiżit ġdid tat-tip elenkat fil-paragrafu 2, sakemm dan ir-rekwiżit ma jissodisfax il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3.
7. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi ġodda li jistabbilixxu rekwiżiti kif imsemmija fil-paragrafu 6, flimkien mar-raġunijiet għal dawk ir-rekwiżiti. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika d-dispożizzjonijiet ikkonċernati lill-Istati Membri l-oħrajn. Notifika bħal din għandha żżomm lill-Istati Membri milli jadottaw id-dispożizzjonijiet in kwistjoni.
Fi żmien 3 xhur mid-data li tkun irċevuta n-notifika, il-Kummissjoni għandha teżamina l-kompatibbiltà ta’ kwalunkwe rekwiżit ġdid mal-liġi Komunitarja u, fejn xieraq, għandha tadotta deċiżjoni li titlob l-Istat Membru kkonċernat ma jadottahx jew ineħħih.
In-notifika ta’ abbozz ta’ liġi nazzjonali skond id-Direttiva 98/34/KE għandha tissodisfa l-obbligu ta’ notifika prevista f’din id-Direttiva.
KAPITOLU IV
MOVIMENT LIBERU TA’ SERVIZZI
TAQSIMA 1
Libertà Tal-provvista ta’ servizzi u derogi relatati
Artikolu 16
Libertà tal-provvista ta’ servizzi
1. L-Istati Membri għandhom jirrispettaw id-dritt tal-fornituri li jfornu servizzi fi Stat Membru ieħor għajr dak fejn huma stabbiliti.
L-Istat Membru fejn ġie provdut is-servizz għandu jiżgura aċċess liberu u eżerċizzju liberu ta’ attività ta’ servizz fi ħdan it-territorju tiegħu.
L-Istati Membri m’għandhomx jagħmlu l-aċċess għal jew l-eżerċizzju ta’ attività ta’ servizz fit-territorju tagħhom soġġett għal konformità ma’ xi rekwiżit li ma jirrispettax il-prinċipji li ġejjin:
(a) |
non-diskriminazzjoni: ir-rekwiżit m’għandux ikun diskriminatorju la direttament lanqas indirettament fir-rigward tan-nazzjonalità jew, f’każ ta’ persuni ġuridiċi, fir-rigward ta’ l-Istat Membru fejn huma stabbiliti, |
(b) |
bżonn: il-bżonn għandu jkun ġusitifikat għal raġunijiet tal-politika pubblika, is-sigurtà pubblika, is-saħħa pubblika jew il-protezzjoni ta’ l-ambjent, |
(ċ) |
proporzjonalità: ir-rekwiżit għandu jkun adatt biex jikseb l-objettivi mfittxa, u m’għandux imur lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkiseb dan l-objettiv. |
2. L-Istati Membri ma jistgħux jillimitaw il-libertà għall-provvista ta’ servizzi f’każ ta’ fornitur stabbilit fi Stat Membru ieħor billi jimponu xi wieħed minn dawn ir-rekwiżiti li ġejjin:
(a) |
obbligu fuq il-fornitur li jkollu stabbiliment fit-territorju tagħhom; |
(b) |
obbligu fuq il-fornitur li jikseb awtorizzazzjoni mill-awtoritjiet kompetenti tagħhom li jinkludi d-dħul fir-reġistru jew reġistrazzjoni ma’ korp jew assoċjazzjoni professjonali fit-territorju tagħhom, ħlief fejn previst f’din id-Direttiva jew strumenti oħrajn tal-liġi Komunitarja; |
(ċ) |
projbizzjoni fuq il-fornitur li jistabbilixxi ċertu forma jew tip ta' infrastruttura fit-territorju tagħhom, inkluż uffiċċju jew kamra, meħtieġa mill-fornitur sabiex iforni s-servizzi kkonċernati; |
(d) |
l-applikazzjoni ta’ arranġamenti kuntrattwali speċifiċi bejn il-fornitur u r-riċevitur li jxekklu jew jillimitaw il-provvista ta’ servizz minn dawk li jaħdmu għal rashom; |
(e) |
obbligu fuq il-fornitur li jkollu dokument ta’ l-identità maħruġ mill-awtoritajiet kompetenti tiegħu speċifiku għall-eżerċizzju ta’ attività ta’ servizz; |
(f) |
rekwiżiti, minbarra dawk meħtieġa għas-saħħa u s-sigurtà fil-post tax-xogħol, li jaffettwaw l-użu ta’ tagħmir u materjal li jagħmlu parti integrali mis-servizz provdut; |
(g) |
restrizzjonijiet fuq il-libertà li jiġu provduti s-servizzi msemmija fl-Artikolu 19. |
3. L-Istat Membru fejn il-fornitur imur m’għandux ikun imxekkel milli jimponi rekwiżiti fir-rigward tal-provvista ta’ attività ta’ servizz, fejn ikunu ġustifikati minħabba raġunijiet ta’ politika pubblika, sigurtà pubblika, saħħa pubblika jew il-protezzjoni ta’ l-ambjent u skond il-paragrafu 1. Dak l-Istat Membru lanqas m’għandu jkun imxekkel milli japplika, bi qbil mal-liġi Komunitarja, ir-regoli tiegħu dwar il-kondizzjonijiet ta’ impjieg, inklużi dawk stabbiliti fi ftehim kollettiv.
4. Sat-28 ta’ Diċembru 2011, wara konsultazzjoni ta’ l-Istati Membri u l-imsieħba soċjali fuq livell Komunitarju, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill Kunsill rapport dwar l-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, fejn għandha tikkunsidra l-ħtieġa li tipproponi miżuri ta’ armonizzazzjoni fir-rigward ta’ attivitajiet ta’ servizzi koperti b’din id-Direttiva.
Artikolu 17
Derogi addizzjonali mill-libertà li jiġu provduti servizzi
L-Artikolu 16 m’għandux japplika għal:
1) |
Servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali li huma provduti fi Stat Membru ieħor, inter alia:
|
2) |
kwistjonijiet koperti mid-Direttiva 96/71/KE; |
3) |
kwistjonijiet koperti mid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-ħarsien ta’ l-individwi fejn għandu x’jaqsam l-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data (31); |
4) |
kwistjonijiet koperti mid-Direttiva tal-Kunsill 77/249/KEE tat-22 ta' Marzu 1977 biex tiffaċilita l-eżerċizzju effettiv minn avukati tal-libertà li jiġu provduti servizzi (32); |
5) |
l-attività ta’ rkupru ġudizzjarju ta’ djun; |
6) |
kwistjonijiet koperti bit-titolu II tad-Direttiva 2005/36/KE, kif ukoll ir-rekwiżiti fl-Istat Membru fejn jiġi provdut is-servizz li jirriserva attività għal professjoni partikolari; |
7) |
kwistjonijiet koperti bir-Regolament (KEE) Nru. 1408/71; |
8) |
fir-rigward ta’ formalitajiet amministrattivi li jikkonċernaw il-moviment liberu ta’ persuni u r-residenza tagħhom, kwistjonijiet koperti bid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/38/KE, li jistabbilixxu l-formalitajiet amministrattivi ta' l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn qed jiġi provdut is-servizz li magħhom il-benefiċjarji għandhom jikkonformu; |
9) |
fir-rigward ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jiċċaqalqu lejn Stat Membru ieħor fil-kuntest tad-dispożizzjoni ta’ xi servizz il-possibbiltà għal Stati Membri li jitolbu viża jew permessi ta’ residenza għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li ma jkunux koperti bir-reġim ta’ rikonoxximent reciproku previst fl-Artikolu 21 tal-Konvenzjoni li jimplimenta l-Ftehim ta’ Schengen ta' l-14 ta' Ġunju 1985 dwar it-tneħħija gradwali ta' kontrolli fuq il-fruntieri komuni (33) jew il-possibbiltà li jobbligaw ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jirrappurtaw lil awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn is-servizz ikun provdut jew wara d-dħul tagħhom; |
10) |
fir-rigward tal-vjeġġar ta’ skart, kwistjonijiet koperti mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 259/93 ta' l-1 ta' Frar 1993 dwar is-superviżjoni u l-kontroll tal-vjeġġar ta’ skart fi ħdan, ‘il ġewwa u ‘l barra mill-Komunità Ewropea (34); |
11) |
drittijiet ta’ l-awtur, drittijiet tal-viċinat u drittijiet koperti bid-Direttiva tal-Kunsill (KEE) 87/54/KEE tas-16 ta' Diċembru 1986 dwar il-ħarsien legali tat-tipografiji ta' prodotti semi-kondutturi (35) u bid-Direttiva 96/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 1996 dwar il-ħarsien legali ta' databases (36) kif ukoll drittijiet ta’ proprjetà industrijali; |
12) |
atti li jeħtieġu bil-liġi l-involviment ta’ nutar; |
13) |
kwistjonijiet koperti bid-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2006 dwar l-awditjar statutorju tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati (37); |
14) |
ir-reġistrazzjoni ta’ vetturi mikrija fi Stat Membru ieħor; |
15) |
id-dispożizzjonijiet rigward l-obbligi kuntrattwali u mhux kuntrattwali, inklużi l-forma ta’ kuntratti, determinati skond ir-regoli tad-dritt internazzjonali privat. |
Artikolu 18
Derogi każ b’każ
1. Bħala deroga mill-Artikolu 16, u f’ċirkustanzi eċċezzjonali biss, Stat Membru jista’, fir-rispett ta’ fornitur stabbilit fi Stat Membru ieħor, jieħu miżuri fir-rigward is-sigurtà tas-servizzi.
2. Il-miżuri previsti fil-paragrafu 1 jistgħu jittieħdu biss jekk il-proċedura ta’ għajnuna reċiproka stabbilita fl-Artikolu 35 tiġi segwita u l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin jiġu mħarsa:
(a) |
id-dispożizzjonijiet nazzjonali li magħhom tkun meħuda l-miżura mhumiex suġġett ta’ l-armonizzazzjoni tal-Komunità fil-qasam tas-sigurtà tas-servizzi; |
(b) |
il-mizuri jipprovdu għal livell ta’ protezzjoni ogħla tar-riċevitur milli jkun il-każ f’miżura meħuda mill-Istat Membru ta’ stabbiliment skond id-dispożizzjonijiet nazzjonali tiegħu; |
(ċ) |
l-Istat Membru ta’ stabbiliment ma ħa l-ebda miżura jew ħa miżuri li huma insuffiċjenti meta mqabbla ma dawk imsemmija fl-Artikolu 35(2); |
(d) |
il-miżuri huma proporzjonati. |
3. Il-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu bla preġudizzju għad-dispożizzjonijiet, stabbiliti fl-istrumenti tal-Komunità, li jiggarantixxu l-libertà li jiġu provduti servizzi jew li jippermettu derogi li minnhom.
TAQSIMA 2
Drittijiet ta’ riċevituri ta’ servizzi
Artikolu 19
Restrizzjonijiet projbiti
L-Istati Membri m’għandhomx jimponu rekwiżiti fuq riċevitur li jillimitaw l-użu ta’ servizz provdut minn fornitur stabbilit fi Stat Membru ieħor, b’mod partikolari r-rekwiżiti li ġejjin:
(a) |
obbligu li tinkiseb l-awtorizzazzjoni minn jew li ssir dikkjarazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom; |
(b) |
limiti diskriminatorji fuq l-għotja ta’ assistenza finanzjarja minħabba l-fatt li l-fornitur huwa stabbilit fi Stat Membru ieħor jew li s-servizz jiġi provdut fi Stat Membru ieħor. |
Artikolu 20
Non-diskriminazzjoni
1. Stati Membri għandhom jiżguraw li r-riċevitur ma jiġix soġġett għal rekwiżiti diskriminatorji bbażati fuq in-nazzjonalità tiegħu jew il-post ta’ residenza.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kondizzjonijiet ġenerali ta’ l-aċċess għal servizz, li jsiru disponibbli għall-pubbliku in ġenerali mill-fornitur, ma jkunx fihom dispożizzjonijiet diskriminatorji relatati man-nazzjonalità jew post tar-residenza tar-riċevitur, imma mingħajr ma jimpedixxu l-possibbiltà li jkun hemm differenzi fil-kondizzjonijiet ta’ l-aċċess fejn dawk id-differenzi huma ġustifikati direttament bi kriterji oġġettivi.
Artikolu 21
Assistenza għar-riċevituri
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-riċevituri jistgħu jakkwistaw, fl-Istat Membru tagħhom tar-residenza, l-informazzjoni li ġejja:
(a) |
informazzjoni ġenerali dwar ir-rekwiżiti applikabbli fi Stati Membri oħra li jirrigwardaw l-aċċess għal, jew l-eżerċizzju ta’, attivitajiet ta’ servizz, b’mod partikolari dawk li għandhom x’jaqsmu mal-protezzjoni tal-konsumatur; |
(b) |
informazzjoni ġenerali dwar il-mezzi ta’ rimedju disponibbli fil-każ ta’ tilwim bejn il-fornitur u r-riċevitur; |
(ċ) |
id-dettalji ta’ kuntatt ta’ assoċjazzjonijiet jew organizzazzjonijiet, inklużi ċ-ċentri tan-Network Ewropew tal-Konsumatur, li minn għandhom il-fornituri jew ir-riċevituri jistgħu jakkwistaw assistenza prattika. |
Fejn xieraq, il-parir ta’ l-awtoritajiet kompetenti għandu jinkludi gwida sempliċi li tmexxik pass-pass. Informazzjoni u assistenza għandhom jingħataw b'mod ċar u mhux ambigwu, għandhom ikunu accessibli b'mod faċli u minn distanza, inklużi b'mezzi eletroniċi, u għandhom jinżammu aġġornati.
2. L-Istati Membri jistgħu jagħtu r-responsabbiltà għall-kompitu msemmi fil-paragrafu 1 lill-punti ta’ kuntatt waħdieni jew lil kwalunkwe korp ieħor, bħaċ-ċentri tan-Netwerk Ewropew taċ-Ċentri tal-Konsumatur, assoċjazzjonijiet tal-konsumatur jew Ċentri tal-Euro Info.
L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-ismijiet u d-dettalji ta’ kuntatt tal-korpi maħtura. Il-Kummissjoni għandha tittrasmettihom lill-Istati Membri kollha.
3. Bi twettiq tar-rekwiżiti imniżżla fil-paragrafi 1 u 2, il-korp avviċinat mir-riċevitur, jekk meħtieġ, għandu jikkuntattja lill-korp rilevanti għall-Istat Membru konċernat. Dan ta’ l-aħħar għandu jibgħat l-informazzjoni mitluba mill-aktar fis possibbli lill-korp li għamel it-talba li għandu jibgħat l-informazzjoni lir-riċevitur. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk il-korpi jagħtu lil xulxin assistenza reċiproka u jħaddmu il-miżuri kollha possibbli għall-kooperazzjoni effettiva. Flimkien mal-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu arranġamenti prattiċi meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-paragrafu 1.
4. Il-Kummissjoni għandha, bi qbil mal-proċedura mniżżla fl-Artikolu 40(2), tadotta miżuri għall-implimentazzjoni tal-paragrafi 1, 2 u 3 ta' dan l-Artikolu, li jispeċifikaw il-mekkaniżmi tekniċi għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn il-kopri ta’ l-Istati Membri varji u, b’mod partikolari, l-interoperabiltà tas-sistemi ta’ informazzjoni, tenut kont ta’ l-istandards komuni.
KAPITOLU V
KWALITÀ TAS-SERVIZZI
Artikolu 22
Informazzjoni dwar il-fornituri u s-servizzi tagħhom
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri jagħmlu l-informazzjoni li ġejja disponibbli għar-riċevitur:
(a) |
l-isem tal-fornitur, l-istatus u l-forma legali tiegħu, l-indirizz ġeografiku fejn huwa stabbilit u d-dettalji li jippermettu li wieħed jikkuntattjah malajr u jikkomunika miegħu direttament u, skond il-każ, b’mezzi elettroniċi; |
(b) |
fejn il-fornitur ikun reġistrat f’negozju jew reġistru pubbliku simili ieħor, l-isem ta’ dak ir-reġistru u n-numru ta’ reġistrazzjoni tal-fornitur, jew mezzi ekwivalenti ta’ identifikazzjoni f’dak ir-reġistru; |
(ċ) |
fejn l-attività hija soġġetta għal skema ta’ awtorizzazzjoni, id-dettalji ta’ l-awtorità kompetenti rilevanti jew il-punt ta’ kuntatt waħdieni; |
(d) |
fejn il-fornitur jeżerċita attività li hija soġġetta għall-VAT, in-numru ta’ identifikazzjoni msemmi fl-Artikolu 22(1) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-17 ta’ Mejju 1977 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mat-taxxi fuq il-valur tal-bejgħ - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (38); |
(e) |
fil-każ ta’ professjonijiet regolati, kwalunkwe korp professjonali jew istituzzjoni simili li magħha huwa reġistrat il-fornitur, it-titolu professjonali u l-Istat Membru li fih dak it-titolu ġie mogħti; |
(f) |
il-kondizzjonijiet u l-klawżoli ġenerali, jekk ikun hemm, użati mill-fornitur; |
(g) |
l-eżistenza ta’ klawsoli kontrattwali, jekk ikun hemm, użati mill-fornitur li jikkonċernaw il-liġi applikabbli għall-kuntratt u/jew il-qrati kompetenti; |
(h) |
l-eżistenza ta’ garanzija ta’ wara l-bejgħ, jekk ikun hemm, mhux imposta bil-liġi; |
(i) |
il-prezz tas-servizz, meta prezz ikun determinat minn qabel mill-fornitur għal tip determinat ta’ servizz; |
(j) |
il-karatteristiċi prinċipali tas-servizz, jekk ma jkunux jidhru diġà mill-kuntest; |
(k) |
l-assigurazzjoni jew garanziji msemmija fl-Artikolu 23(1), u b’mod partikolari d-dettalji ta’ kuntatt ta’ l-assiguratur jew il-garanti u dwar it-territorju kopert. |
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni imsemmija fil-paragrafu 1, skond il-preferenza tal-fornitur:
(a) |
tkun provduta mill-fornitur bl-inizjattiva tiegħu stess; |
(b) |
tkun faċilment aċċessibli għar-riċevitur fil-post fejn is-servizz huwa provdut jew fejn jiġi konkluż il-kuntratt; |
(ċ) |
tista’ tinstab faċilment b’mod elettroniku mir-riċevitur permezz ta’ indirizz provdut mill-fornitur; |
(d) |
tidher fi kwalunkwe dokument ta’ informazzjoni provdut lir-riċevitur mill-fornitur li jagħti deskrizzjoni dettaljata tas-servizz li hu jipprovdi. |
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fuq talba tar-riċevitur, il-fornituri jfornu din l-informazzjoni addizzjonali li ġejja:
(a) |
fejn il-prezz mhuwiex predeterminat mill-fornitur għal tip ta’ servizz determinat, il-prezz tas-servizz jew, jekk ma jkunx jista’ jingħata prezz preċiż, il-metodu ta’ kalkolu tal-prezz sabiex ir-riċevitur ikun jista’ jikkontrollah, jew stima dettaljata b’mod suffiċjenti; |
(b) |
fir-rigward tal-professjonijiet regolati, referenza għar-regoli professjonali applikabbli fl-Istat Membru ta’ stabbiliment u kif jista' jkun hemm aċċess għalihom; |
(ċ) |
informazzjoni dwar l-attivitajiet u l-isħubijiet multidixxiplinarji tagħhom li huma direttament marbuta mas-servizz in kwistjoni u dwar il-miżuri meħuda biex jiġu evitati kunflitti ta’ interess. Dik l-informazzjoni għandha tiġi inkluża fi kwalunkwe dokument ta’ informazzjoni li fih il-fornituri jagħtu deskrizzjoni dettaljata tas-servizzi tagħhom; |
(d) |
kwalunkwe kodiċi ta’ kondotta li għalih huwa soġġett il-fornitur u l-indirizz li fih dawn il-kodiċi jistgħu jiġu konsultati b’mezzi elettroniċi, waqt li jispeċifikaw il-verżjonijiet lingwistiċi disponibbli; |
(e) |
fejn fornitur huwa soġġett għal kodiċi ta’ kondotta, jew membru ta’ assoċjazzjoni kummerċjali jew korp professjonali li jforni għar-rikors ta’ mezzi mhux ġudizzjarji għas-soluzzjoni ta’ tilwim, informazzjoni f’dan ir-rigward. Il-fornitur għandu jispeċifika dwar kif jista’ jkun hemm aċċess għal informazzjoni dettaljata dwar il-karatteristiċi ta’, u l-kondizzjonijiet, għall-użu ta’ mezzi mhux ġudizzjarji għas-soluzzjoni ta’ tilwim. |
4. Stati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni li għandu jforni fornitur skond dan il-Kapitolu issir disponibbli jew komunikata b’mod ċar u mhux kumplikat, u fi żmien sew qabel il-konklużjoni tal-kuntratt jew, fejn m’hemmx kuntratt bil-miktub, qabel ma jiġi provdut is-servizz.
5. Ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni stabbiliti f’dan il-Kapitolu huma bħala żieda mar-rekwiżiti diġà previsti fil-liġi tal-Komunità u ma jwaqqfux lill-Istati Membri milli jimponu rekwiżiti oħrajn ta’ informazzjoni li jkunu applikabbli għall-fornituri stabbiliti fit-territorju tagħhom.
6. Il-Kummissjoni tista’, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 40(2), tispeċifika l-kontenut tat-tagħrif previst fil-paragrafi 1 u 3 ta’ dan l-Artikolu skond in-natura speċifika ta’ ċerti attivitajiet u tista’ tispeċifika l-modi prattiċi ta’ implimentazzjoni ta’ paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.
Artikolu 23
Assigurazzjoni u garanziji għar-responsabbiltà professjonali
1. L-Istati Membri jistgħu jiżguraw li dawk il-fornituri li s-servizzi tagħhom jippreżentaw riskju dirett u partikolari għas-saħħa jew is-sigurtà tar-riċevitur jew persuna terza, jew lis-sigurtà finanzjarja tar-riċevitur, huma obligati jabbonaw f’assigurazzjoni ta’ responsabbiltà professjonali skond in-natura u l-livell tar-riskju, jew biex ifornu garanzija jew arranġament simili li hu ekwivalenti jew essenzjalment kumparabbli fl-iskop tiegħu.
2. Meta fornitur jistabbilixxi lilu nnifsu fit-territorju tagħhom, l-Istati Membri ma jistgħux jeħtieġu assigurazzjoni ta’ responsabbiltà professjonali jew garanziji mill-fornitur fejn dan ikun diġà kopert minn garanzija li hija ekwivalenti, jew essenzjalment kumparabbli fir-rigward l-iskop u l-kopertura tagħha fir-rigward tar-riskju assigurat, is-somma assigurata, jew massimu għall-garanzija u esklużjonijiet possibbli mill-kopertura, fi Stat Membru ieħor li fih il-fornitur huwa diġà stabbilit. Fejn l-ekwivalenza hija parzjali, l-IstatiMembri jistgħu jeħtieġu garanzija supplementari li tkopri dawk l-aspetti mhux diġà koperti.
Meta Stat Membru jkun jeħtieġ li fornituri stabbiliti fit-territorju tiegħu jabbonaw f’assigurazzjoni ta’ responsabbiltà professjonali jew li jfornu garanzija oħra, dak l-Istat Membru għandu jaċċetta bħala suffiċjenti attestazzjonijiet ta’ l-evidenza ta’ tali kopertura ta’ l-assigurazzjoni maħruġa mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu u assiguraturi stabbiliti fi Stati Membri oħrajn.
3. Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx jaffettwaw l-assigurazzjoni professjonali jew l-arranġamenti ta’ garanzija previsti fi strumenti oħra tal-Komunità.
4. Għall-implimentazzjoni tal-paragrafu 1, il-Kummissjoni tista', skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 40(2), tistabbilixxi lista ta' servizzi li għandhom il-karatteristiċi msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Il-Kummissjoni tista' wkoll, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 40(3), tadotta miżuri maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jissupplimentawha permezz ta' l-istabbiliment ta' kriterji komuni li jiddefinixxu, għall-finijiet ta' l-assikurazzjoni jew garanziji msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, dak li hu xieraq skond in-natura u l-ambitu tar-riskju.
5. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu
— |
“riskju dirett u partikolari” tfisser riskju li jinħoloq direttament mill-provvista tas-servizz; |
— |
“saħħa u sigurtà” tfisser, f’relazzjoni mar-riċevitur jew persuna terza, il-prevenzjoni ta’ mewt jew korriment personali serju; |
— |
“sigurtà finanzjarja” tfisser, f’relazzjoni mar-riċevitur, il-prevenzjoni ta’ telf sostanzjali ta’ flus jew ta’ valur ta’ proprjetà; |
— |
“assigurazzjoni ta’ responsabbiltà professjonali” tfisser assigurazzjoni meħuda mill-fornitur fir-rigward ta’ responsabilitajiet potenzjali lir-riċevituri u, fejn applikabbli, partijiet terzi li jinħolqu mid-dispożizzjoni ta’ dan is-servizz. |
Artikolu 24
Komunikazzjonijiet kummerċjali mill-professjonijiet regolati
1. L-Istati Membri għandhom ineħħu kull projbizzjoni totali fuq komunikazzjonijiet kummerċjali tal-professjonijiet regolati.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li komunikazzjonijiet kummerċjali mill-professjonijiet regolati jikkonformaw mar-regoli professjonali, bi qbil mal-liġi tal-Komunità, li għandhom x’jaqsmu, b’mod partikolari, ma’ l-indipendenza, id-dinjità u l-integrità tal-professjoni, kif ukoll għas-sigriet professjonali, b’mod konsistenti man-natura speċifika ta’ kull professjoni. Regoli professjonali dwar komunikazzjonijiet kummerċjali għandhom ikunu non-diskriminatorji, ġustifikati b’raġuni aktar importanti li għandha x'taqsam ma’ l-interess pubbliku u proporzjonali.
Artikolu 25
Attivitajiet multidixxiplinari
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri ma jkunux issuġġettati għal rekwiżiti li jobbligawhom jeżerċitaw xi attività speċifika esklużivament jew li jirristrinġu l-eżerċizzju konġunt jew bi sħab ta’ attivitajiet differenti.
Madankollu, il-fornituri li ġejjin jistgħu jkunu soġġetti għal dawn ir-rekwiżiti:
(a) |
il-professjonijiet regolati, sa fejn huwa ġustifikat sabiex jiggarantixxu l-konformità mar-regoli dwar l-etika u l-kondotta professjonali, li tvarja skond in-natura speċifika ta’ kull professjoni, u meħtieġ sabiex tkun żgurata l-indipendenza u l-imparzjalità tagħhom; |
(b) |
il-fornituri taċ-ċertifikazzjoni, l-akkreditazzjoni, is-sorveljanza teknika, is-servizzi ta’ prova sa fejn huwa ġustifikat sabiex jiżguraw l-indipendenza u imparzjalità tagħhom. |
2. Fejn ikunu awtorizzati attivitajiet multidixxiplinari bejn il-fornituri msemmija fil- punti (a) u (b) tal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiżguraw dan li ġej:
(a) |
li konflitti ta’ interess u inkompatibbiltajiet bejn ċertu attivitajiet jiġu evitati; |
(b) |
li l-indipendenza u l-imparzjalità meħtieġa għal ċertu attivitajiet tkun żgurata; |
(ċ) |
li r-regoli dwar l-etika u l-kondotta professjonali għall-attivitajiet differenti jkunu kompatibbli ma’ xulxin, speċjalment fir-rigward ta’ kwistjonijiet tas-sigriet professjonali. |
3. Fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 39(1), l-Istati Membri għandhom jindikaw liema fornituri huma suġġetti għar-rekwiżiti mniżżla fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, il-kontenut ta’ dawk ir-rekwiżiti u r-raġunijiet li għalihom jistgħu jiġu kkunsidrati bħala ġustifikati.
Artikolu 26
Politika dwar il-kwalità tas-servizzi
1. L-Istati Membri għandhom, f’koperazzjoni mal-Kummissjoni, jieħdu miżuri ta’ akkumpanjament biex jinkoraġġixxu lill-fornituri jieħdu azzjoni fuq bażi volontarja sabiex jiżguraw il-kwalità tal-provvista tas-servizz, b’mod partikolari permezz ta’ l-użu ta’ wieħed mill-metodi li ġejjin:
(a) |
Ċertifikazzjoni jew evalwazzjoni ta' l-attiviatjiet tagħhom minn korpi indipendenti jew akkreditati; |
(b) |
tħejjija ta' karta ta’ kwalità tagħhom stess jew parteċipazzjoni f’karti jew tikketti ta’ kwalità stabbiliti minn korpi professjonali fuq livell Komunitarju. |
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tagħrif fuq it-tifsir ta’ ċerti tikketti u l-kriterji li bih jiġu applikati t-tikketti u marki oħra ta’ kwalità dwar is-servizzi jkunu faċilment aċċessibbli għall-fornituri u r-reċipjenti.
3. L-Istati Membri għandhom, bil-koperazzjoni tal-Kummissjoni, jieħdu miżuri ta’ akkumpanjament biex jinkoraġġixxu korpi professjonali, kif ukoll kmamar tal-kummerċ u assoċjazzjonijiet tas-snajja’ kif ukoll assoċjazzjonijiet tal-konsumatur, fit-territorju tagħhom jikkoperaw fuq livell ta’ Komunità sabiex jippromwovu l-kwalità tal-provvista tas-servizz, speċjalment billi jagħmluha aktar faċli li tiġi evalwata l-kompetenza ta’ fornitur.
4. L-Istati Membri għandhom, f’kooperazzjoni mal-Kummissjoni, jieħdu miżuri ta’ akkumpanjament biex jinkoraġġixxu l-iżvilupp ta’ evalwazzjonijiet indipendenti, speċjalment mill-assoċjazzjonijiet tal-konsumatur fir-rigward tal-kwalità u d-difetti tal-provvista ta‘ servizz, u, b’mod partikolari, l-iżvilupp fuq livell Komunitarju ta’ provi jew testijiet komparattivi u l-komunikazzjoni tar-riżultati.
5. L-Istati Membri, f’koperazzjoni mal-Kummissjoni, għandhom jinkoraġġixxu l-iżvilupp ta’ standards Ewropej volontarji bil-għan li jiffaċilitaw il-kompatibbiltà bejn is-servizzi provduti mill-fornituri fi Stati Membri differenti, informazzjoni lir-riċevitur u l-kwalità tal-provvista tas-servizz.
Artikolu 27
Soluzzjoni ta’ tilwim
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri ġenerali meħtieġa biex jiżguraw li l-fornituri jfornu d-dettallji ta’ kuntatt, b’mod partikolari indirizz postali, numru tal-fax jew indirizz elettroniku u numru tat-telefon fejn ir-riċevituri kollha, inklużi dawk residenti fi Stat Membru ieħor, ikunu jistgħu jibgħatu xi lment jew talba għal informazzjoni dwar is-servizz provdut. Il-fornituri għandhom ifornu l-indirizz legali tagħhom jekk dan ma jkunx l-indirizz li s-soltu jużaw għall-korrispondenza.
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri ġeneral meħtieġa sabiex jiżguraw li l-fornituri jirrispondu għall-ilmenti imsemmija fl-ewwel subparagrafu fl-iqsar żmien possibli u li jagħmlu ħilithom biex isibu soluzzjoni sodisfaċenti.
2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri ġeneral meħtieġa sabiex jiżguraw li l-fornituri jkunu obbligati juru konformità ma’ l-obbligi stabbiliti f’din id-Direttiva fir-rigward tal-provvista ta’ informazzjoni u li juru li l-informazzjoni hija preċiża.
3. Fejn tkun rekwiżita garanzija finanzjarja għall-konformità ma‘ deċiżjoni ġudizjarja, l-Istati Membri għandhom jagħrfu garanziji ekwivalenti magħmula għand xi istituzzjoni ta’ kreditu jew assiguratur stabbilit fi Stat Membru ieħor. Dawn l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ikunu awtorizzati fi Stat Membru skond id-Direttiva 2006/48/KE, u dawn l-assiguraturi, kif xieraq, skond l-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 73/239/KEE ta’ l-24 ta’ Lulju 1973 dwar il-koordinament ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu mal-bidu u t-tkomplija tan-negozju ta’ l-assigurazzjoni diretta barra mill-assigurazzjoni tal-ħajja (39) u d-Direttiva 2002/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Novembru 2002 dwar l-assigurazzjoni fuq il-ħajja (40).
4. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri ġenerali meħtieġa sabiex jiżguraw li l-fornituri li huma suġġetti għall-kodiċi tal-kondotta, jew li huma membri ta’ xi assoċjazzjoni tan-negozju jew korp professjonali, li jipprovdi kawża għall metodi ta’ soluzzjoni ta’ tilwim mhux ġudizzjarji, jinformaw lir-riċevitur dwar dan, u jsemmu l-fatt f’kull dokument li jippreżenta s-servizzi tagħhom fid-dettall, jispeċifikaw kif jista’ jkun hemm aċċess għal informazzjoni dettaljata dwar il-karatteristiċi, u l-kundizzjonijiet għall-użu, ta’ dan il-mekkaniżmu.
KAPITOLU VI
KOOPERAZZJONI AMMINISTRATTIVA
Artikolu 28
Assistenza reċiproka - obbligi ġenerali
1. L-Istati Membri għandhom jagħtu lil xulxin assistenza reċiproka, u għandhom jistabbilixxu l-miżuri għall-kooperazzjoni effettiva ma’ xulxin, biex b’hekk jiżguraw is-superviżjoni tal-fornituri u s-servizzi li jfornu.
2. Għall-għanijiet ta’ dan il-Kapitolu, l-Istati Membri għandhom jinnominaw punt ta’ kuntatt wieħed jew aktar, li d-dettalji ta’ kuntatt tagħhom għandu jkun ikkomunikat lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tippubblika u taġġorna regolarment il-lista tal-punti ta’ kuntatt.
3. Talbiet għal informazzjoni u talbiet biex isiru verifiki, spezzjonijiet u investigazzjonijiet skond dan il-Kapitolu għandhom ikunu motivati kif suppost, b’mod partikolari billi tiġi speċifikata r-raġuni għat-talba. L-informazzjoni skambjata għandha tkun użata biss fir-rigward tal-kwistjoni li dwarha saret it-talba.
4. Fil-każ li tidħol xi talba għall-assistenza minn awtoritajiet kompetenti fi Stat Membru ieħor, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri stabbiliti fit-territorju tagħhom ifornu lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom l-informazzjoni kollha meħtieġa għas-superviżjoni ta’ l-attivitajiet tagħhom skond il-liġijiet nazzjonali tagħhom.
5. Fil-każ li jkun hemm diffikultà biex tiġi sodisfatta xi talba għal informazzjoni jew biex isiru verifiki, spezzjonijiet jew investigazzjonijiet, l-Istat Membru in kwistjoni għandu jinforma malajr lill-Istat Membru li jkun qed jagħmel it-talba bil-ħsieb li tinstab soluzzjoni.
6. L-Istati Membri għandhom ifornu l-informazzjoni mitluba minn Stati Membri oħrajn jew mill-Kummissjoni b’mezzi elettroniċi u fl-iqsar perjodu taż-żmien possibli.
7. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-reġistri fejn iddaħħlu l-fornituri, u li jistgħu jiġu konsultati mill-awtoritajiet kompetenti fit-territorju tagħhom, jistgħu wkoll ikunu konsultati, skond l-istess kondizzjonijiet, mill-awtoritajiet kompetenti ekwivalenti ta’ l-Istati Membri l-oħrajn.
8. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-informazzjoni dwar il-każijiet fejn Stati Membri oħrajn ma jwettqux l-obbligu tagħhom ta' assistenza reċiproka. Fejn ikun meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tieħu l-passi xierqa, inklużi l-proċeduri previsti fl-Artikolu 226 tat-Trattat, sabiex tiżgura li l-Istati Membri konċernati jwettqu l-obbligu tagħhom ta’ assistenza reċiproka. Il-Kummissjoni għandha tinforma perjodikament lill-Istati Membri dwar il-funzjonament tad-dispożizzjonijiet ta’ assistenza reċiproka.
Artikolu 29
Assistenza reċiproka - obbligi ġenerali għall-Istati Membri ta’ stabbiliment
1. Fir-rigward tal-fornituri li jfornu servizzi fi Stat Membru ieħor, l-Istat Membru ta’ stabbiliment għandu jforni informazzjoni dwar il-fornituri stabbiliti fit-territorju tiegħu meta dan ikun mitlub jagħmel hekk minn Stat Membru ieħor u, b’mod partikolari, jikkonferma li fornitur huwa stabbilit fit-territorju tiegħu u, sa fejn jaf hu, mhuwiex jeżerċita l-attivitajiet tiegħu b’mod illegali.
2. L-Istat Membru ta’ stabbiliment għandu jagħmel il-verifiki, l-ispezzjonijiet u l-investigazzjonijiet rikjesti minn Stat Membru ieħor u għandu jinforma lil dan ta’ l-aħħar dwar ir-riżultati u, skond il-każ, tal-miżuri meħuda. Meta jagħmlu dan, l-awtoritajiet kompetenti jaġixxu sal-limitu permess mis-setgħat mogħtija lilhom fl-Istat Membru tagħhom. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeċiedu dwar il-miżuri l-aktar xierqa li għandhom jittieħdu f’kull każ individwali sabiex jissodisfaw it-talba minn Stat Membru ieħor.
3. Malli jkollu f’idejh l-informazzjoni ta’ kwalunkwe kondotta jew atti speċifiċi minn fornitur stabbilit fit-territorju tiegħu li jforni servizzi fi Stati Membri oħrajn, li, sa fejn jaf hu, jista’ jikkawża dannu serju fis-saħħa jew fis-sigurtà ta’ persuni jew ta’ l-ambjent, l-Istat Membru ta’ l-istabbiliment għandu jinforma l-Istati Membri l-oħrajn kollha u l-Kummissjoni fl-iqsar perjodu ta’ żmien possibli.
Artikolu 30
Superviżjoni mill-Istat Membru ta’ stabbiliment fil-każ ta’ ċaqlieq temporanju ta’ fornitur lejn Stat Membru ieħor
1. Fir-rigward ta’ każijiet li mhumiex koperti mill-Artikolu 31(1), l-Istat Membru ta’ stabbiliment għandu jiżgura li l-konformità mar-rekwiżiti tiegħu tkun sorveljata skond is-setgħat ta’ superviżjoni previsti fil-liġi nazzjonali tiegħu, b’mod partikolari permezz ta’ miżuri ta’ superviżjoni fil-post ta’ stabbiliment tal-fornitur.
2. L-Istat Membru ta’ stabbiliment ma jistax jonqos milli jieħu miżuri ta’ superviżjoni jew ta’ infurzar fit-territorju tiegħu fuq il-bażi li s-servizz ġie provdut jew ikkawża danni fi Stat Membru ieħor.
3. L-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1 m’għandux jinkludi dmir fuq il-parti ta’ l-Istat Membru ta’ stabbiliment biex iwettaq verifiki u kontrolli ta’ fatti fit-territorju ta’ l-Istat Membru fejn qed jiġi provdut is-servizz. Tali verifiki u kontrolli għandhom jitwettqu mill-awtoritajiet ta’ l-Istat Membru fejn il-fornitur ikun qed jopera temporanjament, fuq talba ta’ l-awtoritajiet ta’ l-Istat Membru ta’ stabbiliment, bi qbil ma’ l-Artikolu 31.
Artikolu 31
Superviżjoni minn Stat Membru fejn is-servizz huwa provdut fil-każ ta’ ċaqlieq temporanju tal-fornitur
1. Fir-rigward tar-rekwiżiti nazzjonali li jistgħu jiġu imposti skond l-Artikoli 16 jew 17, l-Istat Membru fejn ikun provdut is-servizz huwa responsabbli mis-superviżjoni ta’ l-attività tal-fornitur fit-territorju tiegħu. Bi qbil mal-liġi tal-Komunità, l-Istat Membru fejn qed jiġi provdut is-servizz:
(a) |
għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżgura li l-fornitur jikkonforma ma’ dawk ir-rekwiżiti fir-rigward ta’ l-aċċess għal u l-eżerċizżju ta’ l-attività; |
(b) |
għandu jwettaq il-verifiki, l-ispezzjonijiet u l-investigazzjonijiet meħtieġa biex jissorvelja s-servizz provdut. |
2. Fir-rigward ta’ rekwiżiti minbarra dawk imsemmija fil-paragrafu 1, fejn fornitur jiċċaqlaq temporanjament lejn Stat Membru ieħor sabiex jipprovdi servizz bla ma jkun stabbilit hemmhekk, l-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat Membru għandhom jipparteċipaw fis- superviżjoni tal-fornitur skond il-paragrafi 3 u 4.
3. Fuq talba ta’ l-Istat Membru ta’ stabbiliment, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn qed jiġi provdut is-servizz għandhom iwettqu kwalunkwe verifika, spezzjoni u investigazzjoni meħtieġa biex tiġi żgurata s-superviżjoni effettiva mill-Istat Membru ta’ stabbiliment. B’hekk, l-awtoritajiet kompetenti jaġixxu sal-limitu permess mis-setgħat mogħtija lilhom fl-Istat Membru tagħhom. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeċiedu fuq l-aktar miżuri xierqa li jistgħu jittieħdu f’kull każ individwali sabiex jissodisfaw it-talba mill-Istat Membru ta’ stabbiliment.
4. Fuq l-inizjattiva tagħhom stess, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn qed jiġi provdut is-servizz jistgħu jwettqu verifiki, spezzjonijiet u investigazzjonijiet fuq il-post, sakemm dawk il-verifiki, spezzjonijiet u investigazzjonijiet ma jkunux diskriminatorji, u mhumiex motivati mill-fatt li l-fornitur huwa stabbilit fi Stat Membru ieħor u huma proporzjonati.
Artikolu 32
Mekkaniżmu ta’ allert
1. Fejn Stat Membru jsir jaf b’atti jew ċirkustanzi serji u speċifiċi relatati ma’ attività ta’ servizz li jistgħu jikkawżaw dannu serju għas-saħħa jew sigurtà ta’ persuni jew ta’ l-ambjent fit-territorju tiegħu jew fit-territorju ta' Stati Membri oħrajn, dak l-Istat Membru għandu jinforma lill-Istat Membru ta’ l-istabbiliment, lill-Istati Membri l-oħra konċernati u lill-Kummissjoni fl-iqsar perjodu ta’ żmien possibli.
2. Il-Kummissjoni għandha tippromwovi u tieħu sehem fl-operazzjoni tan-netwerk Ewropew ta’ l-awtoritajiet ta’ l-Istati Membri sabiex timplimenta l-paragrafu 1.
3. Il-Kummissjoni għandha tadotta u taġġorna regolarment, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 40(2), regoli dettaljati li jirrigwardaw il-ġestjoni tan-netwerk imsemmi fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.
Artikolu 33
Informazzjoni dwar ir-reputazzjoni tajba tal-fornituri
1. L-Istati Membri għandhom, fuq it-talba ta’ awtoritajiet kompetenti fi Stat Membru ieħor, jissupplixxu informazzjoni, bi qbil mal-liġi nazzjonali tagħhom, fuq azzjonijiet dixxiplinarji jew amministrattivi jew sanzjonijiet u deċiżjonijiet kriminali li jkkonċernaw insolvenza jew falliment li jkunu jinvolvu frodi, meħudin mill-awtoritajiet kompetenti tagħhom fir-rigward tal-fornitur, li huma direttament relevanti għall-kompetenza jew affidabilità professjonali tal-fornitur. L-Istat Membru li jipprovdi l-informazzjoni għandu jinforma lill-fornitur b’dan.
Talba magħmula skond l-ewwel subparagrafu għandha tkun sostanzjata kif xieraq, b’mod partikolari fir-rigward tar-r-raġunijiet tat-talba għal informazzjoni.
2. Sanzjonijiet u azzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu komunikati biss jekk tkun ittieħdet deċiżjoni finali. Fir-rigward ta’ deċiżjonijiet infurzabbli oħrajn msemmija fil-paragrafu 1, l-Istat Membru li jforni l-informazzjoni għandu jispeċifika jekk xi deċiżjoni partikolari hijiex finali jew jekk xi appell ġiex mressaq fir-rigward tagħha, u f’dak il-każ l-Istat Membru in kwistjoni għandu jipprovdi indikazzjoni tad-data meta d-deċiżjoni ta’ l-appell hija mistennija.
Barra minn hekk, dak l-Istat Membru għandu jispeċifika d-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li bi qbil magħhom il-fornitur instab ħati jew ġie penalizzat.
3. L-implimentazzjoni tal-paragrafi 1 u 2 għandhom jikkonformaw mar-regoli dwar il-provvista ta‘ data personali u mad-drittijiet garantiti lill-persuni misjuba ħatja jew penalizzati fl-Istati Membri konċernati, inkluż minn korpi professjonali. Kwalunkwe informazzjoni in kwistjoni li hi pubblika għandha tkun aċċessibbli mill-konsumaturi.
Artikolu 34
Miżuri ta’ akkumpanjament
1. Il-Kummissjoni, f’kooperazzjoni ma’ l-Istati Membri, għandha tistabbilixxi sistema elettronika għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri, b’kont meħud tas-sistemi eżistenti ta’ informazzjoni.
2. L-Istati Membri għandhom, bl-assistenza tal-Kummissjoni, jieħdu miżuri ta’ akkumpanjament biex jiffaċilitaw l-iskambju ta’ uffiċjali inkarigati mill-implimentazzjoni ta’ assistenza reċiproka u t-taħriġ ta’ tali uffiċjali, inkluż it-taħriġ fil-lingwa u fil-kompjuter.
3. Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-ħtieġa li tistabbilixxi programm pluriennali sabiex torganizza skambji rilevanti ta’ uffiċjali u taħriġ.
Artikolu 35
Assistenza reċiproka f’każ ta derogi skond il-każ
1. Fejn Stat Membru għandu l-ħsieb jieħu miżura skond l-Artikolu 18, il-proċedura stabbilita fil-paragrafi 2 sa 6 ta’ dan l-Artikolu tapplika mingħajr preġudizzju għall-proċedimenti quddiem il-qrati inklużi proċedimenti u atti preliminarji imwettqa fil-qafas ta’ investigazzjoni kriminali.
2. L-Istat Membru msemmi fil-paragrafu 1 għandu jitlob lill-Istat Membru ta’ stabbiliment biex jieħu miżuri fir-rigward tal-fornitur, u jissupplixxi l-informazzjoni relevanti kollha fuq is-servizz in kwistjoni u ċ-ċirkustanzi tal-każ.
L-Istat Membru ta’ stabbiliment għandu jivverifika, fl-iqsar perjodu ta’ żmien possibbli, jekk il-fornitur huwiex jopera legalment u jivverifika l-fatti li wasslu għat-talba. Għandu jinforma lill-Istat Membru li qed jagħmel it-talba fl-iqsar perjodu ta’ żmien possibli bil-miżuri meħuda jew maħsuba jew, skond il-każ, ir-raġunijiet li għalihom ma ħa l-ebda miżura.
3. Wara l-komunikazzjoni mill-Istat Membru ta’ stabbiliment kif previst fit-tieni subparagrafu ta’ paragrafu 2, l-Istat Membru li qed jagħmel ir-rikjesta għandu javża lill-Kummissjoni u lill-Istat Membru ta’ stabbiliment bl-intenzjoni tiegħu li jieħu miżuri, u jiddikjara dan li ġej:
(a) |
ir-raġunijiet li għalihom jemmen li l-miżuri li ttieħdu jew li huma maħsuba mill-Istat Membru ta’ stabbiliment mhumiex adegwati; |
(b) |
ir-raġunijiet li għalihom huwa jemmen li l-miżuri li hu bi ħsiebu jieħu jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 18. |
4. Il-miżuri ma jistgħux jittieħdu qabel ma jgħaddu ħmistax-il ġurnata mid-data tan-notifika prevista fil-paragrafu 3.
5. Mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà għall-Istat Membru li qed jagħmel it-talba li jieħu l-miżuri in kwistjoni kif jiskadi l-perjodu speċifikat fil-paragrafu 4, il-Kummissjoni għandha, fl-iqsar perjodu ta’ żmien possibbli, teżamina l-kompatibbiltà mal-liġi tal-Komunità tal-miżuri notifikati.
Fejn il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżuri huma inkompatibbli mal-liġi tal-Komunità, hi għandha tadotta deċiżjoni fejn tistaqsi l-Istat Membru konċernat biex jieqaf milli jieħu l-miżuri proposti jew biex itemm il-miżuri in kwistjoni bħala kwistjoni urġenti.
6. F’każ ta’ urġenza, Stat Membru li għandu l-ħsieb jieħu miżura jista’ jidderoga mill-paragrafi 2, 3 u 4. F’tali każi, il-miżuri għandhom jiġu notifikati fl-iqsar perjodu ta’ żmien possibbli lill-Kummissjoni u lill-Istat Membru ta’ stabbiliment, waqt li jiddikjara r-raġunijiet li għalihom l-Istat Membru jikkunsidra li hemm urġenza.
Artikolu 36
Miżuri ta’ implimentazzjoni
Skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 40(3), il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri ta' implimentazzjoni maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan il-Kapitolu billi jissupplimentawh permezz ta' l-ispeċifikazzjoni tal-limiti ta' żmien stipulati fl-Artikoli 28 u 35. Il-Kummissjoni għandha wkoll tadotta, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 40(2), l-arranġamenti prattiċi għall-iskambju ta' informazzjoni b'mod elettroniku bejn l-Istati Membri, u b'mod partikulari d-dispożizzjonijiet ta' interoperabilità għas-sistemi ta' informazzjoni.
KAPITOLU VII
PROGRAMM TA’ KONVERĠENZA
Artikolu 37
Kodiċi ta' kondotta fuq livell Komunitarju
1. L-Istati Membri għandhom, f‘kooperazzjoni mal-Kummissjoni, jieħdu miżuri ta’ akkumpanjament biex jinkoraġġixxu t-tfassil fuq livell Komunitarju, partikolarment minn korpi professjonali, organizzazzjonijiet u assoċjazzjonijiet, ta’ kodiċi ta’ kondotta li jkollu l-għan li jiffaċilita l-provvista tas-servizzi jew l-istabbiliment ta’ fornitur fi Stat Membru ieħor, bi qbil mal-liġi Komunitarja.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kodiċijiet ta’ kondotta msemmijin fil-paragrafu 1 huma aċċessibbli mill-bogħod, permezz ta’ mezzi elettroniċi.
Artikolu 38
Armonizzazzjoni addizzjonali
Il-Kummissjoni għandha tevalwa sat-28 ta’ Diċembru 2010, il-possibbiltà li tippreżenta proposti għal strumenti ta’ l-armonizzazzjoni fuq is-suġġetti li ġejjin:
(a) |
aċċess għall-attività ta’ rkupru ġudizzjarju ta’ djun; |
(b) |
servizzi privati ta’ sigurtà u trasport ta’ flus u oġġetti ta’ valur. |
Artikolu 39
Evalwazzjoni reċiproka
1. Sat-28 ta’ Diċembru 2009, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw rapport lill-Kummissjoni, li jkun fih l-informazzjoni speċifikatq fid-dispożizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
Artikolu 9(2), dwar l-iskemi ta’ awtorizzazzjoni; |
(b) |
Artikolu 15(5), dwar ir-rekwiżiti li għandhom jiġu evalwati; |
(ċ) |
Artikolu 25 (3), dwar l-attivitajiet multidixxiplinari. |
2. Il-Kummissjoni għandha tibgħat ir-rapporti previsti fil-paragrafu 1 lill-Istat Membri, li għandhom jissottomettu l-osservazzjonijiet tagħhom fuq kull wieħed mir-rapporti fi żmien sitt xhur. Fl-istess perjodu, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta l-partijiet interessati dwar dawn ir-rapporti.
3. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta r-rapporti u l-osservazzjonijiet ta’ l-Istati Membri lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 40(1), li jista’ jagħmel osservazzjonijiet.
4. Fid-dawl ta’ l-osservazzjonijiet previsti fil-paragrafi 2 u 3, il-Kummissjoni għandha, mhux aktar tard mit-28 ta’ Diċembru 2010, tippreżenta rapport sommarju lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, akkumpanjat fejn xieraq bi proposti għal inizjattivi addizzjonali.
5. Sat-28 ta’ Diċembru 2009, l-aktar tard l-Istati Membri għandhom jippreżentaw rapport lill-Kummissjoni dwar ir-rekwiżiti nazzjonali li l-applikazzjoni tagħhom taqa’ taħt it-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 16(1) u l-ewwel sentenza ta’ l-Artikolu 16(3), waqt li jipprovdu raġunijiet għaliex jikkunsidraw li l-applikazzjoni ta’ dawk ir-rekwiżiti tirrispetta l-kriterji msemmija fit-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 16(1) u l-ewwel sentenza ta’ l-Artikolu 16(3).
Wara dan, l-Istati Membri għandhom jittrasmettu lill-Kummissjoni kwalunkwe bidliet fir-rekwiżiti tagħhom, inklużi rekwiżiti ġodda, kif imsemmija hawn fuq, flimkien mar-raġunijiet għalihom.
Il-Kummissjoni għandha tikkomunika r-rekwiżiti trasmessi lill-Istati Membri l-oħrajn. Tali trasmissjoni m’għandhiex tipprevjeni l-adozzjoni mill-Istati Membri tad-dispożizzjonijiet in kwistjoni. Il-Kummissjoni għandha fuq bażi annwali wara dan tipprovdi analiżi u orjentazzjonijiet dwar l-applikazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet fil-kuntest ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 40
Proċedura ta' Kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn Kumitat.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha. Il-perijodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet snin.
3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-diżpożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.
Artikolu 41
Klawsola ta’ reviżjoni
Il-Kummissjoni għandha sa mhux aktar tard mit-28 ta’ Diċembru 2011 u, kull tliet snin wara dan, tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport komprensiv dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. Ir-rapport għandu, skond l-Artikolu 16(4), jindirizza b’mod partikolari l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 16. Għandu wkoll jikkunsidra l-ħtieġa għal miżuri addizzjonali għal kwistjonijiet esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. Huwa għandu jkun akkumpanjat, fejn xieraq, minn proposti għal emenda ta’ din id-Direttiva bil-ħsieb tat-tkomplija tas-Suq Intern għas-servizzi.
Artikolu 42
Emenda tad-Direttiva 98/27/KE
Fl-Anness għad-Direttiva 98/27/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 1998 dwar inġunzjonijiet għall-protezzjoni ta’ l-interessi tal-konsumaturi (41), il-punt li ġej għandu jiżdied:
“13. |
Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar servizzi fis-suq intern (ĠU L 376, 27.12.2006, p. 36)”. |
Artikolu 43
Protezzjoni ta’ data personali
L-implimentazzjoni u l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva u, b’mod partikolari, id-dispożizzjonijiet dwar is-sorveljanza għandhom jirrispettaw ir-regoli dwar il-protezzjoni ta’ data personali kif previst fid-Direttivi 95/46/KE u 2002/58/KE.
KAPITOLU VIII
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 44
Traspożizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva qabel it-28 ta’ Diċembru 2009.
Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk il-miżuri.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir tali referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 45
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 46
Lil min hija indirizzata
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Strasburgu, nhar it-12 ta’ Diċembru 2006.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
Għall-Kunsill
Il-President
M. PEKKARINEN
(1) ĠU C 221, tas-8.9.2005, p. 113.
(2) ĠU C 43, tas-18.2.2005, p. 18.
(3) Opinjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Frar 2006 (għada mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali), Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill ta' l-24 ta' Lulju 2006 (ĠU C 270E, tas-7.11.2006, p. 1) u l-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Novembru 2006. Deċiżjoni tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2006.
(4) ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1.
(5) ĠU L 108, 24.4.2002, p. 7.
(6) ĠU L 108, 24.4.2002, p. 21.
(7) ĠU L 108, 24.4.2002, p. 33.
(8) ĠU L 108, 24.4.2002, p. 51.
(9) ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37. Direttiva kif emendata bid-Direttiva 2006/24/KE (ĠU L 105, 13.4.2006, p. 54).
(10) ĠU L 149, 5.7.1971, p. 2. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 629/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 114, 27.4.2006, p. 1).
(11) ĠU L 255, 30.9.2005, p. 22.
(12) ĠU L 149, tas-11.6.2005, p. 22.
(13) ĠU L 364, 9.12.2004, p. 1. Regolament kif emendata bid-Direttiva 2005/29/KE.
(14) ĠU L 16, 23.1.2004, p. 44.
(15) ĠU L 124, 20.5.2003, p. 1.
(16) ĠU L 158, 30.4.2004, p. 77.
(17) ĠU L 13, 19.1.2000, p. 12.
(18) ĠU L 178, 17.7.2000, p. 1.
(19) ĠU L 18, 21.1.1997, p. 1.
(20) ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37. Direttiva kif emendata l-aħħar bl-Att ta’ l-Adeżjoni 2003.
(21) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).
(22) ĠU C 321, 31.12.2003, p. 1.
(23) ĠU L 298, 17.10.1989, p. 23. Direttiva kif emendata bid-Direttiva 97/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 202, 30.7.1997, p. 60).
(24) ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114. Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2083/2005 (ĠU L 333, 20.12.2005, p. 28).
(25) ĠU L 77, 14.3.1998, p. 36. Direttiva kif emendata bl-Att ta’ l-Adeżjoni 2003.
(26) ĠU L 65, 14.3.1968, p. 8. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2003/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 221, 4.9.2003, p. 13).
(27) ĠU L 395, 30.12.1989, p. 36.
(28) ĠU L 15, 21.1.1998, p. 14. Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).
(29) ĠU L 176, 15.7.2003, p. 37. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/653/KE (ĠU L 270, 29.9.2006, p. 72).
(30) ĠU L 176, 15.7.2003, p. 57.
(31) ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31. Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003.
(32) ĠU L 78, 26.3.1977, p. 17. Direttiva kif emendata l-aħħar bl-Att ta’ Adeżjoni ta' l-2003.
(33) ĠU L 239, 22.9.2000, p. 19. Konvenzjoni kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1160/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 191, 22.7.2005, p. 18).
(34) ĠU L 30, 6.2.1993, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2557/2001 (ĠU L 349, 31.12.2001, p. 1).
(35) ĠU L 24, 27.1.1987, p. 36.
(36) ĠU L 77, 27.3.1996, p. 20.
(37) ĠU L 157, 9.6.2006, p. 87.
(38) ĠU L 145, 13.6.1977, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/18/KE (ĠU L 51, 22.2.2006, p. 12).
(39) ĠU L 228, 16.8.1973, p. 3. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2005/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 323, 9.12.2005, p. 1).
(40) ĠU L 345, 19.12.2002, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2005/68/KE.
(41) ĠU L 166, 11.6.1998, p. 51. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2005/29/KE.