Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document JOL_2012_103_R_0003_01

2012/193/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 13 ta’ Marzu 2012 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni, tal-Arranġament bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda, il-Prinċipat tal-Liechtenstein, ir-Renju tan-Norveġja u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-parteċipazzjoni ta’ dawk l-Istati fix-xogħol tal-kumitati li jassistu lill-Kummissjoni Ewropea fl-eżerċizzju tal-poteri eżekuttivi tagħha fir-rigward tal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal- acquis ta' Schengen
Arranġament bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda, il-Prinċipat tal-Liechtenstein, ir-Renju tan-Norveġja u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-parteċipazzjoni ta’ dawk l-Istati fix-xogħol tal-kumitati li jassistu lill-Kummissjoni Ewropea fl-eżerċizzju tal-poteri eżekuttivi tagħha fir-rigward tal-implimentazzjoni, applikazzjoni u żvilupp tal- acquis ta’ Schengen
Dikjarazzjoni Konġunta mill-Partijiet Kontraenti dwar l-assoċjazzjoni speċifika mal-implimentazzjoni, applikazzjoni u żvilupp tal- acquis ta’ Schengen

ĠU L 103, 13.4.2012, p. 3–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

13.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 103/3


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-13 ta’ Marzu 2012

dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni, tal-Arranġament bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda, il-Prinċipat tal-Liechtenstein, ir-Renju tan-Norveġja u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-parteċipazzjoni ta’ dawk l-Istati fix-xogħol tal-kumitati li jassistu lill-Kummissjoni Ewropea fl-eżerċizzju tal-poteri eżekuttivi tagħha fir-rigward tal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen

(2012/193/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 74, 77 u 79 flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Wara l-awtorizzazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni fil-15 ta’ Mejju 2006, ġew konklużi negozjati mar-Repubblika tal-Islanda, il-Prinċipat tal-Liechtenstein, ir-Renju tan-Norveġja u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-parteċipazzjoni minn dawk l-Istati fix-xogħol tal-kumitati li jgħinu lill-Kummissjoni fl-eżerċizzju tal-poteri eżekuttivi tagħha fir-rigward tal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen.

(2)

Konformement mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/192/UE (1), u suġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data aktar tard, l-Arranġament bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda, il-Prinċipat tal-Liechtenstein, ir-Renju tan-Norveġja u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-parteċipazzjoni ta’ dawk l-Istati fix-xogħol tal-kumitati li jassistu lill-Kummissjoni Ewropea fl-eżerċizzju tal-poteri eżekuttivi tagħha fir-rigward tal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (“l-Arranġament”) ġie ffirmat f'isem l-Unjoni Ewropea fit-22 ta’ Settembru 2011.

(3)

L-Arranġament għandu jiġi konkluż.

(4)

Din id-Deċiżjoni ma tippreġudikax il-pożizzjoni tar-Renju Unit, taħt il-Protokoll dwar l-acquis ta’ Schengen integrat fil-qafas tal-Unjoni Europea anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta’ Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq biex jieħdu parti f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (2).

(5)

Din id-Deċiżjoni ma tippreġudikax il-pożizzjoni tal-Irlanda, taħt il-Protokoll dwar l-acquis ta’ Schengen integrat fil-qafas tal-Unjoni Europea anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 dwar it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (3).

(6)

Din id-Deċiżjoni ma tippreġudikax il-pożizzjoni tad-Danimarka, taħt il-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Arranġament bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda, il-Prinċipat tal-Liechtenstein, ir-Renju tan-Norveġja u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-parteċipazzjoni minn dawk l-Istati fix-xogħol tal-kumitati li jgħinu lill-Kummissjoni Ewropea fl-eżerċizzju tal-poteri eżekuttivi tagħha fir-rigward tal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (“l-Arranġament”) u d-Dikjarazzjoni Konġunta mehmuża miegħu huma b’dan approvati f’isem l-Unjoni.

It-test tal-Arranġament huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat jaħtar il-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiddepożitaw f'isem l-Unjoni l-istrument ta' approvazzjoni previst fl-Artikolu 7(4) tal-Arranġament, sabiex dan jesprimi l-kunsens tal-Unjoni li tintrabat.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

M. VESTAGER


(1)  Ara l-paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(2)  ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43.

(3)  ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20.


ARRANĠAMENT

bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda, il-Prinċipat tal-Liechtenstein, ir-Renju tan-Norveġja u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-parteċipazzjoni ta’ dawk l-Istati fix-xogħol tal-kumitati li jassistu lill-Kummissjoni Ewropea fl-eżerċizzju tal-poteri eżekuttivi tagħha fir-rigward tal-implimentazzjoni, applikazzjoni u żvilupp tal-acquis ta’ Schengen

L-UNJONI EWROPEA,

u

IR-REPUBBLIKA TAL-ISLANDA,

minn hawn ’il quddiem imsejħa "l-Islanda",

IL-PRINĊIPAT TA’ LIECHTENSTEIN,

minn hawn ’il quddiem “Liechtenstein”,

IR-RENJU TAN-NORVEĠJA,

minn hawn ’il quddiem "in-Norveġja", u

Il-KONFEDERAZZJONI SVIZZERA,

minn hawn il-quddiem "l-Isvizzera",

Flimkien minn hawnhekk ’il quddiem imsejħa l-“Istati Assoċjati",

WARA LI KKUNSIDRAW il-Ftehim konkluż fit-18 ta’ Mejju 1999 mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda u r-Renju tan-Norveġja li jikkonċerna l-assoċjazzjoni ta’ dawn l-Istati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ il-“Ftehim ta' Assoċjazzjoni mal-Islanda u man-Norveġja”,

WARA LI KKUNSIDRAW il-Ftehim iffirmat fis-26 ta’ Ottubru 2004, l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen, minn issa ’l quddiem il-“Ftehim ta’ Assoċjazzjoni mal-Isvizzera",

WARA LI KKUNSIDRAW il-Protokoll iffirmat fit-28 ta’ Frar 2008 bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein fil-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen, minn hawn ’il quddiem “il-Protokoll ta’ Assoċjazzjoni mal-Liechtenstein”,

WARA LI KKUNSIDRAW il-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri konkluż fit-18 ta’ Mejju 1999 bejn il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda u r-Renju tan-Norveġja li jikkonċerna l-kumitati li jassistu lill-Kummissjoni Ewropea fl-eżerċizzju tal-poteri eżekuttivi tagħha,

WARA LI KKUNSIDRAW il-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri ffirmat fis-26 ta’ Ottubru 2004 bejn il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kumitati li jassistu lill-Kummissjoni Ewropea fl-eżerċizzju tal-poteri eżekuttivi tagħha,

WARA LI KKUNSIDRAW id-Dikjarazzjoni mal-Protokoll ta’ Assoċjazzjoni mal-Liechtenstein iffirmat fit-28 ta’ Frar 2008 dwar il-partiċipazzjoni fil-kumitati li jassistu lill-Kummissjoni Ewropea fl-eżerċizzju tal-poteri eżekuttivi tagħha,

BILLI KKUNSIDRAW LI l-atti jew il-miżuri l-ġodda tal-acquis ta’ Schengen addottati mill-Kummissjoni Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejħa l-"Kummissjoni", fl-eżerċizzju tal-poteri eżekuttivi tagħha, li għalihom il-proċeduri msemmija f’dan l-Arranġament ġew applikati, għandhom jiġu applikati simultanjament għall-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri kkonċernati tagħha u għall-Istati Assoċjati,

BILLI KKUNSIDRAW il-bżonn li jiżguraw l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni uniformi tal-atti jew miżuri l-ġodda tal-acquis ta’ Schengen li jirrikjedi l-partiċipazzjoni tal-Istati Assoċjati fix-xogħol tal-kumitati li jassistu lill-Kummissjoni fl-eżerċizzju tal-poteri eżekuttivi tagħha fejn id-deċiżjonijiet dwar l-atti jew miżuri li jikkostitwixxu żvilupp tal-acquis ta’ Schengen jittieħdu,

BILLI l-Ftehimiet ta’ Assoċjazzjoni ma jindirizzawx ir-regoli dettaljati tal-partiċipazzjoni tal-Istati Assoċjati fix-xogħol tal-kumitati li jassistu lill-Kummissjoni fl-eżerċizzju tal-poteri eżekuttivi tagħha fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet dwar l-atti jew miżuri jikkostitwixxu żvilupp tal-acquis ta’ Schengen,

BILLI l-partiċepazzjoni tar-Repubblika tal-Islanda, tar-Renju tan-Norveġja u l-Prinċipat tal-Liechtenstein fil-Kumitat li jassisti lill-Kummissjoni fl-eżerċizzju tal-poteri eżekuttivi tagħha stabbiliti bid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-24 ta’ Ottubru, 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (1) hi stipulata fil-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, filwaqt li l-parteċipazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera f’dan il-Kumitat hi mniżżla fl-iskambju tal-ittri annessi mal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni mal-Isvizzera,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Dan l-Arranġament japplika għall-atti jew miżuri li jemendaw jew jibnu fuq l-acquis ta’ Schengen addottat mill-Kummissjoni fl-eżerċizzju tal-poteri eżekuttivi tagħha fir-rigward tal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen.

Artikolu 2

1.   L-Istati Assoċjati għandhom ikunu assoċjati max-xogħol tal-kumitati li jassistu lill-Kummissjoni fl-eżerċizzju tal-poteri tagħha fir-rigward tal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen, minn hawn ’il quddiem imsejħa l-“kumitati tal-Komitoloġija ta’ Schengen”, imsemmija fl-Anness ta’ dan l-Arranġament.

2.   Meta att ġdid li jemenda jew jibni fuq l-acquis ta’ Schengen jistabbilixxi kumitat ġdid li jassisti lill-Kummissjoni fl-eżerċizzju tal-poteri eżekuttivi tagħha, l-Istati Assoċjati għandhom ikunu assoċjati max-xogħol ta’ dan il-kumitat mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-att li jistabbilixxi lill-kumitat.

3.   Il-lista tal-kumitati tal-Komitoloġija ta’ Schengen għandha tiġi aġġornata regolarment mill-Kummissjoni u għandha tkun ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

1.   Ir-rappreżentanti tal-Istati Assoċjati għandhom ikunu assoċjati max-xogħol tal-kumitati tal-Komitoloġija ta’ Schengen kif spjegat f'dan l-Artikolu.

2.   Fil-kumitat tal-Komitoloġija ta’ Schengen, l-Istati Assoċjati għandhom ikollhom l-opportunità:

li jispjegaw il-problemi li jiltaqgħu magħhom rigward att jew miżura partikolari dwar l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni jew l-żvilupp tal-acquis ta’ Schengen jew li jirreaġixxu għall-problemi li jiltaqgħu magħhom delegazzjonijiet oħra;

biex jesprimu rwieħhom fuq kwalunkwe kwistjoni li tirrigwarda l-abbozzar u l-iżvilupp ta' disposizzjonijiet li jikkonċernawhom jew l-implimentazzjoni tagħhom.

3.   L-Istati Assoċjati għandhom ikollhom id-dritt li jagħmlu suġġerimenti lill-kumitati tal-Komitoloġija ta’ Schengen. Wara diskussjoni, il-Kummissjoni tista’ tikkunsidra suġġerimenti bħal dawn bl-għan li tagħmel proposta jew tieħu inizjattiva.

4.   L-Istati Assoċjati m’għandhomx jipparteċipaw fil-votazzjoni tal-kumitati tal-Komitoloġija ta’ Schengen u għandhom jirtiraw meta l-Kumitat jgħaddi għall-vot.

5.   Meta jiġu msejħa l-laqgħat tal-kumitati tal-Komitoloġija ta’ Schengen, l-Istati Assoċjati għandhom jirċievu l-aġenda, il-miżuri abbozzati li fuqhom huma mitluba li jagħtu l-opinjoni u kull dokument ta' ħidma relevanti ieħor fl-istess żmien bħall-Istati Membri tal-UE.

6.   Il-prinċipji u l-kundizzjonijiet li jirrigwardaw l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-kumitati tal-Komitoloġija ta’ Schengen għandhom ikunu l-istess bħal dawk li japplikaw għad-dokumenti tal-Kummissjoni (2).

7.   Għall-finijiet tal-applikazzjoni ta' dan l-Arranġament u meta jiġu stabbiliti l-aspetti proċedurali tal-kumitati tal-Komitoloġija ta’ Schengen, għandha ssir referenza għal dan l-Artikolu.

Artikolu 4

Meta jiġu abbozzati proposti li jemendaw jew jibnu fuq dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen, il-Kummissjoni għandha tfittex informalment parir minn esperti tal-Istati Assoċjati bl-istess mod bħalma tfittex pariri minn esperti tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejħa “Stati Membri”, sabiex jiġu mfassla l-proposti tagħha.

Artikolu 5

1.   L-adozzjoni ta’ atti ġodda jew miżuri li jikkostitwixxu żvilupp tal-acquis ta’ Schengen għandhom jiġu riżervati għall-istituzzjonijiet kompetenti tal-Unjoni Ewropea (3).

Suġġett għall-paragrafu 3,

dawk l-atti jew miżuri għandhom jidħlu fis-seħħ b’mod simultanju għall-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha kkonċernati u l-Istati Assoċjati, sakemm dawk l-atti jew miżuri ma jipprovdux espliċitament mod ieħor.

l-aċċettazzjoni minn kull wieħed mill-Istati Assoċjati ta’ dawk l-atti jew miżuri toħloq drittijiet u obbligi bejn l-Istati Assoċjati minn naħa waħda, l-Unjoni Ewropea u dawk l-Istati Membri tagħha li huma marbutin b’dawk l-atti u miżuri, min-naħa l-oħra.

2.   L-adozzjoni tal-atti jew miżuri li hemm riferenza għalihom fil-paragrafu 1 li jkunu ġew applikati għalihom il-proċeduri stipulati f'dan l-Arranġament, għandhom jiġu nnotifikati lill-Istati Assoċjati.

L-adozzjoni ta’ atti jew miżuri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu kkomunikati lill-Istati Assoċjati mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni, b’referenza għal dan l-Artikolu, jekk l-adozzjoni ta’ dawn l-atti jew miżuri hi notifikata lill-Istati Membri.

Jekk l-adozzjoni tal-atti jew miżuri msemmija fil-paragrafu 1 mhix notifikata lill-Istati Membri mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni, l-adozzjoni ta’ dawn l-atti jew miżuri għandha tiġi kkomunikata lill-Istati Assoċjati mid-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni responsabbli għall-adozzjoni tal-atti jew miżuri kkonċernati, imsemmija f’dan l-Artikolu.

3.   Kull Stat Assoċjat għandu jiddeċiedi indipendentement jekk hux se jaċċetta l-kontenut tal-atti jew miżuri msemmija fil-paragrafu 1 u jekk hux se jimplimentahom fl-ordni legali interna tiegħu. Dawn id-deċiżjonijiet għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni fi żmien 30 ġurnata mill-komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-atti jew miżuri kkonċernati.

Għall-aċċettazzjoni mill-Istati Assoċjati tal-atti u l-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 u għall-konsegwenzi meta ma jkunux aċċettati, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin:

L-Islanda u n-Norveġja — l-Artikolu 8 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni mal-Islanda u man-Norveġja;

L-Isvizzera — l-Artikolu 7 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni mal-Isvizzera;

Liechtenstein — l-Artikolu 5 tal-Protokoll ta’ Assoċjazzjoni mal-Liechtenstein.

Artikolu 6

1.   Fir-rigward tal-ispejjeż amministrattivi assoċjati mal-implimentazzjoni ta’ dan l-Arranġament, l-Istati Assoċjati għandhom jagħmlu kontribuzzjoni annwali lill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea skont il-persentaġġ tal-prodott gross domestiku ta’ pajjiżhom fir-rigward tal-prodott gross domestiku tal-Istati partiċipanti kollha ta’ ammont ta’ EUR 500 000, suġġett għal aġġustament annwali li jirrifletti r-rata ta’ inflazzjoni fl-Unjoni Ewropea.

L-ammont ta’ EUR 500 000 għandu jiġi aġġustat permezz ta’ skambju ta’ ittri jekk dan ikun meħtieġ mill-evoluzzjoni tan-numru tal-kumitati tal-Komitoloġija ta’ Schengen li fihom l-Istati Assoċjati jippartiċipaw jew mill-frekwenza tal-laqgħat.

2.   L-ispejjeż tal-ivvjaġġar tar-rappreżentanti li se jipparteċipaw fil-laqgħat ta’ dawn il-kumitati tal-Komitoloġija ta’ Schengen m’għandhomx jiġu rimborsati.

Artikolu 7

1.   Is-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jservi bħala depożitarju ta' dan l-Arranġament.

2.   L-Unjoni Ewropea u l-Istati Assoċjati għandhom japprovaw dan l-Arranġament skont il-proċeduri tagħhom stess.

3.   Id-dħul fis-seħħ ta’ dan l-Arranġament jeħtieġ l-approvazzjoni tal-Unjoni Ewropea u ta' mill-anqas Stat Assoċjat ieħor.

4.   Dan l-Arranġament għandu jidħol fis-seħħ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istat Assoċjat ikkonċernat fl-ewwel ġurnata tat-tieni xahar wara d-depożitu tal-istrument rispettiv ta’ approvazzjoni jew ratifika mad-depożitarju.

5.   Fir-rigward tal-Liechtenstein, dan l-Arranġament jidħol fis-seħħ biss ladarba l-Protokoll ta’ Assoċjazzjoni mal-Liechtenstin jidħol fis-seħħ.

Artikolu 8

1.   Fir-rigward tan-Norveġja u l-Islanda, dan l-Arranġament għandu jiġi terminat meta l-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni rispettiv mal-Islanda u n-Norveġja jiġi terminat.

2.   Fir-rigward tal-Isvizzera, dan l-Arranġament għandu jiġi terminat meta l-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni mal-Isvizzera jiġi terminat.

3.   Fir-rigward tal-Liechtenstein, dan l-Arranġament għandu jiġi terminat meta l-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni mal-Liechtenstein jiġi terminat.

4.   Id-depożitarju għandu jiġi nnotifikat bit-terminazzjoni.

Artikolu 9

Dan l-Arranġament u d-Dikjarazzjoni Konġunta huma mfassla f’test oriġinali waħdani bil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Olandiża, Ingliża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ungeriża, Taljana, Latvjana, Litwana, Maltija, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Żvediża, Islandiża u Norveġiża, b’kull test ugwalment awtentiku.

Съставено в Брюксел на двадесет и втори септември две хиляди и единадесета година.

Hecho en Bruselas, el veintidós de septiembre de dos mil once.

V Bruselu dne dvacátého druhého září dva tisíce jedenáct.

Udfærdiget i Bruxelles den toogtyvende september to tusind og elleve.

Geschehen zu Brüssel am zweiundzwanzigsten September zweitausendelf.

Kahe tuhande üheteistkümnenda aasta septembrikuu kahekümne teisel päeval Brüsselis.

Έγινε στις Βρυξέλλες, στις είκοσι δύο Σεπτεμβρίου δύο χιλιάδες έντεκα.

Done at Brussels on the twenty-second day of September in the year two thousand and eleven.

Fait à Bruxelles, le vingt-deux septembre deux mille onze.

Fatto a Bruxelles, addì ventidue settembre duemilaundici.

Briselē, divi tūkstoši vienpadsmitā gada divdesmit otrajā septembrī.

Priimta du tūkstančiai vienuoliktų metų rugsėjo dvidešimt antrą dieną Briuselyje.

Kelt Brüsszelben, a kétezer-tizenegyedik év szeptember huszonkettedik napján.

Magħmul fi Brussell, fit-tnejn u għoxrin jum ta' Settembru tas-sena elfejn u ħdax.

Gedaan te Brussel, de tweeëntwintigste september tweeduizend elf.

Sporządzono w Brukseli dnia dwudziestego drugiego września roku dwa tysiące jedenastego.

Feito em Bruxelas, em vinte e dois de setembro de dois mil e onze.

Întocmit la Bruxelles la douăzeci și doi septembrie două mii unsprezece.

V Bruseli dňa dvadsiateho druhého septembra dvetisícjedenásť.

V Bruslju, dne dvaindvajsetega septembra leta dva tisoč enajst.

Tehty Brysselissä kahdentenakymmenentenätoisena päivänä syyskuuta vuonna kaksituhattayksitoista.

Som skedde i Bryssel den tjugoandra september tjugohundraelva.

Gjört í Brussel þann tuttugasta og annan september árið tvö þúsund og ellefu.

Utferdiget i Brussel den tjueandre september to tusen og elleve.

За Европейския съюз

Por la Unión Europea

Za Evropskou unii

For Den Europæiske Union

Für die Europäische Union

Euroopa Liidu nimel

Για την Ευρωπαϊκή Ένωση

For the European Union

Pour l'Union européenne

Per l'Unione europea

Eiropas Savienības vārdā –

Europos Sąjungos vardu

Az Európai Unió részéről

Għall-Unjoni Ewropea

Voor de Europese Unie

W imieniu Unii Europejskiej

Pela União Europeia

Pentru Uniunea Europeană

Za Európsku úniu

Za Evropsko unijo

Euroopan unionin puolesta

För Europeiska unionen

Image

Image

Fyrir hönd lýðveldisins Íslands

Image

Für das Fürstentum Liechtenstein

Image

For Kongeriket Norge

Image

Für die Schweizerische Eidgenossenschaft

Pour la Confédération suisse

Per la Confederazione svizzera

Image


(1)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31. (MT: Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kap 13, Vol 015, p. 355).

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, tal-31.5.2001, p. 43).

(3)  Fiż-żmien tal-iffirmar ta’ dan l-Arranġament dawn l-atti jew miżuri huma adottati mill-Kummissjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13) jew huma adottati skont l-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tal-poteri tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23) kif l-aħħar emendat mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/512/KE tas-17 ta’ Lulju 2006 (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).

ANNESS

Lista tal-kumtitati eżistenti li jassistu lill-Kummissjoni Ewropea fl-eżerċizzju tal-poteri eżekuttivi tagħha fir-rigward tal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen.

Il-kumitat stabbilit permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1683/95 tad-29 ta' Mejju 1995 li jistabbilixxi format uniformi għall-viżi (1)

Il-kumitat stabbilit permezz tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) (2), u bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI tat-12 ta’ Ġunju 2007 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) (3); dan il-kumitat jassisti anke lill-Kummissjoni Ewropea fl-applikazzjoni tal-istrumenti legali li ġejjin:

Ir-Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- 9 ta' Lulju 2008 dwar is-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viżi (VIS) u l-iskambju ta' dejta bejn l-Istati Membri dwar viżi għal perjodu qasir (Regolament VIS) (4);

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1104/2008 tal-24 ta' Ottubru 2008 dwar il-migrazzjoni mis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS 1+) għas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) (5);

Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/839/ĠAI tal- 24 ta’ Ottubru 2008 dwar il-migrazzjoni mis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS 1+) għas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) (6);

Il-kumitat stabbilit permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/201/ĠAI tad-19 ta’ Frar 2004 dwar il-proċeduri biex jiġi emendat il-Manwal Sirene (7) u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 378/2004 tad-19 ta’ Frar 2004 dwar il-proċeduri ghall-emendament tal-Manwal Sirene (8) sabiex jassisti lill-Kummissjoni Ewropea fl-emenda tal-Manwal Sirene;

Il-kumitat stabbilit permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/267/KE tas-16 ta’ Marzu 2005 li tistabbilixxi network sigur bbażat fuq il-web dwar l-informazzjoni u l-koordinazzjoni għas-servizzi ta’ amministrazzjoni tal-migrazzjoni tal-Istati Membri (9);

Il-kumitat stabbilit permezz tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni min-naħa għal oħra tal-fruntieri (Kodiċi dwar il-Fruntieri ta' Schengen) (10) — sabiex jassistu lill-Kummissjoni Ewropea fil-qasam tal-fruntieri esterni.

Il-kumitat tas-“Solidarjetà u Ġestjoni tal-Flussi ta' Migrazzjoni” stabbilit mid-Deċiżjoni Nru 574/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Mejju 2007 li tistabbilixxi l-Fond għall-Fruntieri Esterni għall-perijodu mill-2007 sal-2013 bħala parti mill-programm Ġenerali “Solidarjetà u Ġestjoni tal-Flussi ta' Migrazzjoni” (11);

Il-kumitat stabbilit permezz tar-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 13 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (Kodiċi dwar il-Viżi) (12) — il-"Kumitat tal-Viża".


(1)  ĠU L 164, 14.7.1995, p. 1.

(2)  ĠU L 381, 28.12.2006, p. 4.

(3)  ĠU L 205, 7.8.2007, p.63.

(4)  ĠU L 218, 13.8.2008, p. 60.

(5)  ĠU L 299, 8.11.2008, p. 1.

(6)  ĠU L 299, 8.11.2008, p. 43.

(7)  ĠU L 64, 2.3.2004, p. 45.

(8)  ĠU L 64, 2.3.2004, p. 5.

(9)  ĠU L 83, 1.4.2005, p. 48.

(10)  ĠU L 105, 13.4.2006, p. 1.

(11)  ĠU L 144, 6.6.2007, p. 22.

(12)  ĠU L 243, 15.9.2009, p. 1.


DIKJARAZZJONI KONĠUNTA MILL-PARTIJIET KONTRAENTI DWAR L-ASSOĊJAZZJONI SPEĊIFIKA MAL-IMPLIMENTAZZJONI, APPLIKAZZJONI U ŻVILUPP TAL-ACQUIS TA’ SCHENGEN

Il-Partijiet Kontraenti jiddikjaraw b’mod konġunt li l-assoċjazzjoni speċifika tar-Repubblika tal-Islanda, il-Prinċipat tal-Liechtenstein, ir-Renju tan-Norveġja u l-Konfederazzjoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen m’għandhiex tiġi meqjusa bħala preċedent legali jew politiku għal kull qasam ta’ kooperazzjoni ieħor bejn l-Unjoni Ewropea u dawk l-Istati.


Top