EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document JOL_2011_250_R_0097_01

2011/560/UE: Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal- 10 ta’ Mejju 2011 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, Taqsima VI — Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal- 10 ta’ Mejju 2011 li tinkludi kummenti li jagħmlu parti integrali mid-Deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, Taqsima VI — Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

ĠU L 250, 27.9.2011, p. 97–100 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 250/97


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2011

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, Taqsima VI — Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

(2011/560/UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009 (1),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009 (SEC(2010) 963 — C7-0216/2010) (2),

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-awtorità ta’ kwittanza dwar il-verifiki interni mwettqa fis-sena 2009,

wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2009, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet (3),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet, kif ukoll il-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (4),

wara li kkunsidra l-Artikolu 272(10) u l-Artikoli 274, 275 u 276 tat-Trattat KE u l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikulari l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0136/2011),

1.

Jagħti lis-Segretarju Ġenerali tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew il-kwittanza rigward l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għas-sena finanzjarja 2009;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deċiżjoni u r-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Ombudsman Ewropew u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Jerzy BUZEK

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU L 69, 13.3.2009.

(2)  ĠU C 308, 12.11.2010, p. 1.

(3)  ĠU C 303, 9.11.2010, p. 1.

(4)  ĠU C 308, 12.11.2010, p. 129.

(5)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.


RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2011

li tinkludi kummenti li jagħmlu parti integrali mid-Deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, Taqsima VI — Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009 (1),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009 (SEC(2010) 963 — C7-0216/2010) (2),

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-awtorità ta’ kwittanza dwar il-verifiki interni mwettqa fis-sena 2009,

wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2009, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet (3),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet, kif ukoll il-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (4),

wara li kkunsidra l-Artikolu 272(10) u l-Artikoli 274, 275 u 276 tat-Trattat KE u l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b'mod partikulari l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0136/2011),

1.

Jinnota li fl-2009 l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) kellu disponibbli approprjazzjonijiet għall-impenji li jammontaw għal total ta’ EUR 122 000 000 (EUR 118 000 000 fl-2008), b'rata ta’ utilizzazzjoni ta’ 98,02 %, li hija ogħla mill-medja tal-istituzzjonijiet l-oħra (97,69 %);

2.

Jinnota bi tħassib l-allegazzjonijiet rigward il-ġestjoni fi ħdan il-KESE li wasslu għad-Deċiżjoni tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) tal-11 ta’ Marzu 2011 li jibda investigazzjoni, u jitlob lill-KESE u lill-OLAF sabiex jirrappurtaw lill-awtorità ta’ kwittanza dwar il-progress u r-risultat tal-każ; jitlob lill-kumitat tiegħu responsabbli għall-proċedura ta’ kwittanza sabiex isegwi l-kwistjoni bir-reqqa biex tinkiseb aktar informazzjoni dwar l-impatt tal-investigazzjoni ta’ OLAF u sabiex jiġi kkunsidrat ir-riżultat fil-kwittanza tal-2010;

3.

Jitlob lill-KESE sabiex jipprovdu lill-Kumitat tal-Parlament responsabbli għall-proċedura ta’ kwittanza tagħrif ulterjuri dwar l-allegazzjoni ta’ irregolaritajiet;

4.

Jistieden lill-KESE sabiex jikkooperaw bis-sħiħ u jipprovdi l-assistenza kollha lill-aġenti tal-persunal tal-OLAF sabiex iwettqu l-investigazzjoni tagħhom;

5.

Jitlob lill-KESE sabiex jirrappurtaw lill-Kumitat tal-Parlament responsabbli għall-proċedura ta’ kwittanza dwar:

il-proċedimenti dixxiplinarji mwettqa mill-KESE u l-konsegwenzi ekonomiċi ta’ dawn, u b'mod partikolari l-każ dixxiplinarju Nru 2/2007,

il-politika tal-persunal rigward promozzjoni ta’ persunal għal pożizzjonijiet maniġerjali,

konflitti fir-rigward tal-indipendenza tas-servizz legali tal-KESE,

l-aċċess tal-membri tal-KESE u l-membri tal-Bureau għall-informazzjoni kollha meħteġa,

l-istat attwali tal-proċedura u tar-risultati ta’ verifiki interni magħmula mill-KESE;

6.

Jistieden lill-Ombudsman sabiex jinforma kemm jista' jkun malajr lill-kumitat tal-Parlament responsabbli għall-kwittanza dwar ir-riżultati tal-investigazzjonijiet tiegħu relevanti għal dan il-każ partikolari;

7.

Jirrimarka li l-Qorti tal-Awdituri indikat fir-Rapport Annwali tagħha li l-verifika ma rriżultat f'ebda osservazzjoni sinifikanti fir-rigward tal-KESE; madankollu jistieden lill-Qorti tal-Awdituri sabiex tikkonferma jekk il-verifiki tar-rapporti tal-2009 sabux provi ta’ irregolaritajiet li diġà kienu s-suġġett tal-każ dixxiplinarju Nru 2/2007;

8.

Jinnota wkoll iż-żieda żgħira fin-numru ta’ postijiet permanenti (704 postijiet fl-2009, 700 fl-2008 u 695 fl-2007) allokati għall-KESE u li l-postijiet jimtlew b'mod konsistenti (7 postijiet battala fl-2009, 19 fl-2008 u 9 fl-2007); jinnota l-preżenza ta’ pjan għal perjodu medju ta’ żmien (strateġija 2008-2013) sabiex jippromwovi opportunitajiet indaqs u diversità fis-segretarjat, partikolarment permezz ta’ aktar użu ta’ arranġamenti tal-flexitime, u jistenna bil-ħerqa rapporti rigward aktar progress fil-politika għar-risorsi umani;

9.

Jinnota b'sodisfazzjon li skont il-kummenti tal-KESE bi tweġiba għar-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-5 ta’ Mejju 2010 rigward kwittanza għas-sena finanzjarja 2008 (6), il-Ftehim ta’ Kooperazzjoni Amministrattiva bejn il-KESE u l-Kumitat għar-Reġjuni għall-perjodu 2008-2014 ġie implimentat b'mod suffiċjenti u jinnota li attwalment ma jeħtiegx li jiġu identifikati bżonnijiet aktar sabiex jittejbu aspetti prattiċi, u li l-kumitati għadhom qed joqgħodu attenti għall-bżonn li jinżamm livell għoli ta’ armonizzazzjoni u dan huwa żgurat bl-istruttura ta’ governanza tal-Ftehim ta’ Kooperazzjoni Amministrattiva; jistieden lill-KESE u lill-Kumitat tar-Reġjuni sabiex jgħidu jekk is-separazzjoni li tirriżulta minn dan il-ftehim kenitx newtrali għall-baġit u sabiex jirrappurtaw lill-awtorità ta’ kwittanza dwar ir-riżultati tar-reviżjoni ta’ nofs it-terminu ta’ dak il-ftehim, mistennija fl-2011;

10.

Jinnota l-isforzi fil-qasam tal-kooperazzjoni interistituzzjonali, b'mod partikolari, l-introduzzjoni li għaddejja bħalissa tas-sistema tal-ġestjoni tal-persunal “Sysper2”, u l-preparazzjonijiet imwettqa f'dan ir-rigward; jieħu nota tal-fatt li l-introduzzjoni tas-sistema hija ppjanata għal Jannar 2012;

11.

Jikkonferma l-pożizzjoni tiegħu li, fl-interess tat-trasparenza, id-dikjarazzjonijiet tal-interessi finanzjarji tal-membri tal-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni għandhom ikunu aċċessibbli fuq l-Internet permezz ta’ reġistru pubbliku; jinnota t-tweġiba tal-KESE, b'mod partikolari l-ittra tal-Viċi President tal-KESE dwar l-osservazzjoni tal-Parlament li l-membri tal-KESE ma ddidkjarawx l-interessi finanzjarji tagħhom, u jitlob lill-KESE sabiex jieħu passi sabiex l-informazzjoni relevanti ssir pubblika u sabiex isegwi din il-kwistjoni fir-Rapport ta’ Attività Annwali tagħha;

12.

Jilqa' bi pjaċir il-fatt li l-KESE lest jilqa' s-suġġeriment tal-Parlament fir-riżoluzzjoni msemmija aktar 'il fuq tal-5 ta’ Mejju 2010 li spejjeż tal-ivvjaġġar tal-membri tal-KESE għandhom ikunu bbażati fuq spejjeż tal-ivvjaġġar attwali (u li l-allowances ta’ kuljum għandhom ikunu daqs dawk li jirċievu l-Membri tal-Parlament Ewropew) u jieħu nota tal-ittra tal-President tal-KESE rigward dan; jitlob li l-KESE biex jirrapporta dwar progress ulterjuri rigward din il-kwistjoni;

13.

Jitlob lill-KESE sabiex jirrapporta dwar l-iżvilupp rigward progress fir-reviżjoni tal-istatut finanzjarju tal-membri u sabiex jikkomunika lill-awtorità ta’ kwittanza r-riżultat ta’ dak il-proċess;

14.

Ifaħħar lill-KESE għall-kwalità għolja konsistenti tar-rapporti tal-attività annwali, u jilqa' b'sodisfazzjon l-inklużjoni tas-segwitu għad-deċiżjonijiet preċedenti ta’ kwittanza tal-Parlament;

15.

Jistieden lill-KESE sabiex fl-2011 tagħmel b'urġenża reviżjoni komprensiva tal-infiq fl-oqsma kollha ta’ attività sabiex tiżgura li l-infiq kollu qed jipprovdi valur mill-flus minfuqa sabiex jiġi identifikat iffrankar possibbli li jista' jnaqqas il-piż minn fuq il-baġit f'dan il-perjodu ta’ awsterità.


(1)  ĠU L 69, 13.3.2009.

(2)  ĠU C 308, 12.11.2010, p. 1.

(3)  ĠU C 303, 9.11.2010, p. 1.

(4)  ĠU C 308, 12.11.2010, p. 129.

(5)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(6)  ĠU L 252, 25.9.2010, p. 94.


Top