EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document JOL_2011_250_R_0023_01
2011/549/EU: Decision of the European Parliament of 10 May 2011 on discharge in respect of the implementation of the European Union general budget for the financial year 2009, Section II — Council#Resolution of the European Parliament of 10 May 2011 with observations forming an integral part of its Decision on discharge in respect of the implementation of the European Union general budget for the financial year 2009, Section II — Council
2011/549/UE: Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal- 10 ta’ Mejju 2011 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, Taqsima II — Il-Kunsill
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal- 10 ta’ Mejju 2011 li tinkludi osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-Deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, Taqsima II — Il-Kunsill
2011/549/UE: Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal- 10 ta’ Mejju 2011 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, Taqsima II — Il-Kunsill
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal- 10 ta’ Mejju 2011 li tinkludi osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-Deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, Taqsima II — Il-Kunsill
ĠU L 250, 27.9.2011, p. 23–30
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
27.9.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 250/23 |
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
tal-10 ta’ Mejju 2011
dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, Taqsima II — Il-Kunsill
(2011/549/UE)
IL-PARLAMENT EWROPEW,
— |
wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009 (1), |
— |
wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009 (SEC(2010) 963 — C7-0213/2010) (2), |
— |
wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kunsill lill-awtorità ta’ kwittanza dwar il-verifiki interni mwettqa fis-sena 2009, |
— |
wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2009, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet (3), |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet, kif ukoll il-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (4), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 272(10) u l-Artikoli 274, 275 u 276 tat-Trattat KE u l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikulari l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 190/2003 tas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill/ir-Rappreżentant Għoli għall-Politika Barranija u tas-Sigurtà Komuni dwar ir-rimborż tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar tad-delegati tal-Membri tal-Kunsill (6), |
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni tas-17 ta’ Mejju 2006, dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda (7), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0088/2011), |
1. |
Jipposponi d-deċiżjoni tiegħu li jagħti lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kunsill għas-sena finanzjarja 2009; |
2. |
Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt; |
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deċiżjoni u r-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Ombudsman Ewropew u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L). |
Il-President
Jerzy BUZEK
Is-Segretarju Ġenerali
Klaus WELLE
(2) ĠU C 308, 12.11.2010, p. 1.
(3) ĠU C 303, 9.11.2010, p. 1.
(4) ĠU C 308, 12.11.2010, p. 129.
(5) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(6) Deċiżjoni li toħroġ mir-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill tat-22 ta’ Lulju 2002 (ĠU L 230, 28.8.2002, p. 7).
(7) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
tal-10 ta’ Mejju 2011
li tinkludi osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-Deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, Taqsima II — Il-Kunsill
IL-PARLAMENT EWROPEW,
— |
wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009 (1), |
— |
wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009 (SEC(2010) 963 — C7-0213/2010) (2), |
— |
wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kunsill lill-awtorità ta’ kwittanza dwar il-verifiki interni mwettqa fis-sena 2009, |
— |
wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2009, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet (3), |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet, kif ukoll il-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (4), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 272(10) u l-Artikoli 274, 275 u 276 tat-Trattat KE u l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b'mod partikulari l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 190/2003 tas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill/ir-Rappreżentant Għoli għall-Politika Barranija u tas-Sigurtà Komuni dwar ir-rimborż tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar tad-delegati tal-Membri tal-Kunsill (6), |
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja soda (7) (IIA), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0088/2011), |
A. |
billi “ċ-ċittadini għandhom dritt ikun jafu kif qed jintefqu t-taxxi tagħhom u kif qed tintuża s-setgħa fdata lill-korpi politiċi” (8), |
B. |
billi l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta’ Kolonja tat-3 u l-4 ta’ Ġunju 1999 għandhom il-ħsieb li jagħtu kapaċitajiet operattivi lill-Kunsill fil-qasam ta’ politika Ewropea msaħħa għas-sigurtà u d-difiża komuni (PSDK), |
C. |
billi d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/197/PESK (9) stabbiliet mekkaniżmu għall-ġestjoni tal-finanzi tal-ispejjeż komuni ta’ operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea b'implikazzjonijiet militari jew ta’ difiża, bl-isem ATHENA, u billi dik id-Deċiżjoni, flimkien mad-Deċiżjoni 2004/582/KE tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri f'laqgħa fi ħdan il-Kunsill tat-28 ta’ April 2004 dwar il-privileġġi u l-immunitajiet mogħtija lil ATHENA (10), tagħti privileġġi u immunitajiet lil ATHENA kif ukoll setgħa operattiva lill-Kunsill, |
D. |
billi d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/178/PESK tat-28 ta’ Frar 2000 dwar ir-regoli applikabbli għall-esperti nazzjonali fil-qasam militari ssekondati mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill fil-perjodu interim (11) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/80/PESK tat-22 ta’ Jannar 2001 dwar l-istabbiliment tal-Persunal Militari tal-Unjoni Ewropea (12) jispeċifikaw li l-ispiża marbuta mal-issekondar tal-esperti militari għandha tinġarr mill-baġit tal-Kunsill, |
1. |
Jinnota li fl-2009 l-Kunsill kellu disponibbli approprjazzjonijiet għall-impenji li kienu jammontaw għal total ta’ EUR 642 000 000 (2008: EUR 743 000 000), b'rata ta’ użu ta’ 92,33 %, kważi bħall-2007 (93,31 %), u xorta taħt il-medja tal-istituzzjonijiet l-oħrajn (97,69 %); |
2. |
Jemmen li peress li l-Artikolu 335 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jagħraf li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom ċertu awtonomija amministrattiva fil-ħidma tagħhom, din l-awtonomija timplika grad ta’ responsabbiltà korrispondenti; billi l-Parlament hu l-unika entità li tiġi eletta b'mod dirett, u wieħed mill-kompiti tiegħu hu, filwaqt li jaġixxi fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill, li jagħti l-kwittanza rigward l-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni, iddeċieda li jirrifletti din l-awtonomija fil-proċedura tal-kwittanza, u jaqsam għalihom it-taqsimiet tal-baġit ġenerali li huma amministrati b'mod awtonomu mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni l-oħrajn, u biex jagħti l-kwittanza lil kull waħda minn dawk l-istituzzjonijiet; |
3. |
Jiddispjaċih rigward id-diffikultajiet li tqajmu fil-proċeduri ta’ kwittanza tal-2007 u l-2008, u jafferma mill-ġdid il-pożizzjoni tiegħu espressa fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta’ Ġunju 2010 (13) dwar il-kwittanza tal-Kunsill għas-sena finanzjarja 2008, partikolarment is-sejħa tagħha biex il-Kunsill jistabbilixxi flimkien mal-Parlament proċedura annwali fi ħdan il-proċedura tal-kwittanza bil-ħsieb li tiġi pprovduta l-informazzjoni kollha meħtieġa rigward l-eżekuzzjoni tal-baġit tal-Kunsill; |
4. |
Itenni li n-nefqa tal-Kunsill għandha tiġi eżaminata bl-istess mod bħall-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni, u jissuġġerixxi li l-iktar approċċ xieraq ikun kif indikat fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta’ Ġunju 2010, partikolarment li “eżami bħal dan ikun ibbażat fuq id-dokumenti miktuba li ġejjin li jitressqu mill-istituzzjonijiet kollha:
kif ukoll preżentazzjoni bil-fomm mogħtija waqt il-laqgħa tal-Kumitat responsabbli għall-proċedura tal-kwittanza”; |
5. |
Jiddispjaċih ħafna li l-Presidenza tal-Kunsill ċaħdet l-stediniet biex tattendi l-laqgħa tal-Kumitat responsabbli għall-proċedura ta’ kwittanza, fejn ġie ppjanat li tiġi diskussal-pożizzjoni tal-Presidenza tal-Kunsill dwar il-proċedura proposta u l-modalitajiet possibbli ta’ kooperazzjoni rigward il-kwittanza, u li s-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill ukoll irrifjuta li jattendi l-laqgħa tal-Kumitat responsabbli għall-proċedura ta’ kwittanza u l-iskambju ta’ opinjonijiet tal-proċedura ta’ kwittanza tal-Kunsill; |
6. |
Jinnota l-memorandum ta’ ftehim propost bejn il-Parlament u l-Kunsill dwar il-kooperazzjoni tagħhom matul il-proċedura annwali ta’ kwittanza tagħhom, kif anness mal-ittra tas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-4 ta’ Marzu 2011, u jieħu nota tal-fatt li l-Kunsill lest jittratta l-proċeduri ta’ kwittanza separatament mill-proċedura tal-baġit, iżda jtenni li għandha ssir distinzjoni fir-rigward tad-diversi rwoli tal-Parlament u l-Kunsill fil-proċedura tal-kwittanza u fl-ebda ħin u fl-ebda ċirkostanza l-Kunsill m'għandu jkun inqas minn responsabbli kompletament lill-pubbliku għall-fondi li jkunu taħt ir-responsabbiltà tiegħu; jiddispjaċih ħafna li l-Presidenza tal-Kunsill u s-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill irrifjutaw li jattendu l-laqgħa tal-Kumitat responsabbli għall-proċedura tal-kwittanza biex jipprovdu informazzjoni u tweġibiet għall-mistoqsijiet dwar il-kwittanza tal-Kunsill għas-sena finanzjarja 2009, u li naqsu wkoll milli jipprovdu tweġibiet bil-miktub għall-kwestjonarju kif ippreżentat mir-rapporteur; |
7. |
Jinnota r-rieda t-tajba tal-Presidenza Ungeriża u l-progress li nkiseb; jipproponi li, sabiex jiġi faċilitat l-iskambju ta’ informazzjoni fil-proċedura tal-kwittanza, jiġi segwit l-istess approċċ bħall-bqija tal-istituzzjonijiet, li l-elementi fundamentali tiegħu għandhom ikunu:
b'hekk iqis li l-idea tal-konklużjoni ta’ ftehim interistituzzjonali mal-Kunsill u l-kwittanza tal-Kunsill mhumiex meħtieġa; |
8. |
Iħeġġeġ lill-Qorti tal-Awdituri biex iwettqu valutazzjoni fil-fond tas-sistemi superviżorji u ta’ kontroll fil-Kunsill, simili għall-valutazzjonijiet li wettqet dwar il-Qorti tal-Ġustizzja, l-Ombudsman Ewropew u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data waqt it-tħejjija tar-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri rigward is-sena finanzjarja 2009; |
Raġunijiet għall-posponiment tad-deċiżjoni tal-kwittanza
9. |
Jindika li r-raġunijiet għall-posponiment huma kif ġej:
|
Azzjonijiet oħra li għandhom jittieħdu mill-Kunsill
10. |
Jitlob lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill jipprovdi lill-Kumitat tal-Parlament responsabbli mill-proċedura tal-kwittanza, sal-15 ta’ Ġunju 2011, tweġibiet bil-miktub komprensivi għall-mistoqsijiet li ġejjin:
|
Dokumenti li għandhom jiġu ppreżentati lill-Parlament
11. |
Jitlob lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill jipprovdi lill-Kumitat tal-Parlament responsabbli mill-proċedura tal-kwittanza, sal-15 ta’ Ġunju 2011:
|
(2) ĠU C 308, 12.11.2010, p. 1.
(3) ĠU C 303, 9.11.2010, p. 1.
(4) ĠU C 308, 12.11.2010, p. 129.
(5) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(6) Deċiżjoni li toħroġ mir-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill tat-22 ta’ Lulju 2002 (ĠU L 230, 28.8.2002, p. 7).
(7) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
(8) L-Inizjattiva Ewropea Favur it-Trasparenza.
(9) ĠU L 63, 28.2.2004, p. 68.
(10) ĠU L 261, 6.8.2004, p. 125.
(12) ĠU L 27, 30.1.2001, p. 7.