Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document JOL_2009_088_R_0001_01

    2009/185/KE,Euratom: Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat- 22 ta' April 2008 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006, Taqsima I – il-Parlament Ewropew
    Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat- 22 ta’ April 2008 li tinkludi kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006, Taqsima I – il-Parlament Ewropew

    ĠU L 88, 31.3.2009, p. 1–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    31.3.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 88/1


    DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

    tat-22 ta' April 2008

    dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006, Taqsima I – il-Parlament Ewropew

    (2009/185/KE, Euratom)

    IL-PARLAMENT EWROPEW,

    wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006 (1),

    wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Komunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja 2006 – Volum I (SEC(2007) 1055 – C6-0363/2007) (2),

    wara li kkunsidra r-rapport dwar l-amministrazzjoni baġitarja u finanzjarja għas-sena finanzjarja, Taqsima I – Parlament Ewropew (3),

    wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Awditur Intern għas-sena finanzjarja 2006,

    wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2006, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet verifikati (4),

    wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet, kif ukoll il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom hija bbażata, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri skont l-Artikolu 248 tat-Trattat KE (5),

    wara li kkunsidra l-Artikoli 272(10) u 275 tat-Trattat KE kif ukoll l-Artikolu 179(a) tat-Trattat Euratom,

    wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (6), u b'mod partikolari l-Artikoli 145, 146 u 147 tiegħu,

    wara li kkunsidra l-Artikolu 13 tar-regoli interni dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Parlament Ewropew (7),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 147(1) tar-Regolament Finanzjarju skont liema kull Istituzzjoni Komunitarja għandha tieħu l-passi kollha xierqa biex twettaq l-osservazzjonijiet li jakkompanjaw id-deċiżjoni ta' kwittanza tal-Parlament Ewopew,

    wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tad-9 ta' Marzu 2005 dwar il-linji gwida għat-Taqsimiet II, IV, V, VI, VII, VIII(A) u VIII(B) u dwar l-abbozz preliminari ta' estimi tal-Parlament Ewropew (Taqsima I) għall-proċedura baġitarja 2006 (8),

    wara li kkunsidra l-Artikoli 71 u 74(3) u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0091/2008),

    A.

    billi l-verifika tal-Qorti tal-Awdituri nnotat li “(…) l-Istituzzjonijiet kollha kienu implimentaw qafas sodisfaċenti ta' sistemi ta' sorveljanza u kontroll kif mitlub mir-Regolament Finanzjarju u l-kampjun ittestjat ma wera l-ebda livell materjali ta' żball” (9);

    B.

    billi l-Qorti tal-Awdituri wriet insuffiċjenzi fil-qafas regolatorju stabbilit mill-Bureau u l-Kwesturi dwar il-ħlas tal-allowances ta' assistenza parlamentari, kif ukoll fl-implimentazzjoni li tirriżulta minnu;

    C.

    billi s-Segretarju Ġenerali fil-21 ta' Frar 2007 ċċertifika li għandu assigurazzjoni raġonevoli li l-baġit tal-Parlament Ewropew ġie implimentat b'konformità mal-prinċipji ta' amministrazzjoni finanzjarja fis-sod u li s-sistema ta' kontroll u ta' sorveljanza tagħti l-garanzija neċessarja dwar il-legalità u r-regularità tal-operazzjonijiet;

    1.

    Jagħti l-kwittanza lill-President tiegħu dwar l-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2006;

    2.

    Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

    3.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni u r-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Ombudsman Ewropew u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

    Il-Président

    Hans-Gert PÖTTERING

    Is-Segretarju Ġenerali

    Harald RØMER


    (1)  ĠU L 78, 15.3.2006.

    (2)  ĠU C 274, 15.11.2007, p. 1.

    (3)  ĠU C 318, 29.12.2007.

    (4)  ĠU C 273, 15.11.2007, p. 1.

    (5)  ĠU C 274, 15.11.2007, p. 130.

    (6)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

    (7)  PE 349.540/Bur/ann/def.

    (8)  ĠU C 320 E, 15.12.2005, p. 156.

    (9)  ĠU C 273, 15.11.2007, punt 10.6.


    RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

    tat-22 ta’ April 2008

    li tinkludi kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006, Taqsima I – il-Parlament Ewropew

    IL-PARLAMENT EWROPEW,

    wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006 (1),

    wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Komunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja 2006 – Volum I (SEC(2007) 1055 – C6-0363/2007) (2),

    wara li kkunsidra r-rapport dwar l-amministrazzjoni baġitarja u finanzjarja għas-sena finanzjarja, Taqsima I – Parlament Ewropew (3),

    wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Awditur Intern għas-sena finanzjarja 2006,

    wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2006, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet verifikati (4),

    wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet, kif ukoll il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom hija bbażata, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri skont l-Artikolu 248 tat-Trattat KE (5),

    wara li kkunsidra l-Artikoli 272(10) u 275 tat-Trattat KE kif ukoll l-Artikolu 179(a) tat-Trattat Euratom,

    wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (6), u b’mod partikolari l-Artikoli 145, 146 u 147 tiegħu,

    wara li kkunsidra l-Artikolu 13 tar-regoli interni dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Parlament Ewropew (7),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 147(1) tar-Regolament Finanzjarju skont liema kull Istituzzjoni Komunitarja għandha tieħu l-passi kollha xierqa biex twettaq l-osservazzjonijiet li jakkompanjaw id-deċiżjoni ta’ kwittanza tal-Parlament Ewopew,

    wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tad-9 ta’ Marzu 2005 dwar il-linji gwida għat-Taqsimiet II, IV, V, VI, VII, VIII(A) u VIII(B) u dwar l-abbozz preliminari ta’ estimi tal-Parlament Ewropew (Taqsima I) għall-proċedura baġitarja 2006 (8),

    wara li kkunsidra l-Artikoli 71 u 74(3) u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0091/2008),

    A.

    billi l-verifika tal-Qorti tal-Awdituri nnotat li “l-Istituzzjonijiet kollha kienu implimentaw qafas sodisfaċenti ta’ sistemi ta’ sorveljanza u kontroll kif mitlub mir-Regolament Finanzjarju u l-kampjun ittestjat ma wera l-ebda livell materjali ta’ żball” (9);

    B.

    billi l-Qorti tal-Awdituri wriet insuffiċjenzi fil-qafas regolatorju stabbilit mill-Bureau u l-Kwesturi dwar il-ħlas tal-allowances ta’ assistenza parlamentari, kif ukoll fl-implimentazzjoni li tirriżulta minnu;

    C.

    billi l-Qorti tal-Awdituri wriet li l-Bureau ma żgurax li r-regoli dwar il-ħlas tal-allowances għall-assistenza parlamentari li jeħtieġu l-preżentazzjoni ta’ dokumenti rilevanti xierqa ġew implimentati b’mod effettiv,

    D.

    billi s-Segretarju Ġenerali fil-21 ta’ Frar 2007 ċċertifika li għandu assigurazzjoni raġonevoli li l-baġit tal-Parlament Ewropew ġie implimentat b’konformità mal-prinċipji ta’ amministrazzjoni finanzjarja fis-sod u li s-sistema ta’ kontroll u ta’ sorveljanza tagħti l-garanzija neċessarja dwar il-legalità u r-regularità tal-operazzjonijiet;

    E.

    billi hu importanti li jiġi żgurat is-segwitu tar-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta’ Settembru 2006 (10) u tar-riżoluzzjoni tal-24 ta’ April 2007 (11) dwar il-kwittanza li tikkonċerna s-snin finanzjarji 2004 u 2005, u li jiġi evalwat il-progress miksub f’dak li jikkonċerna l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tiegħu,

    F.

    billi jikkunsidra l-prijoritajiet politiċi għas-sena finanzjarja 2006, jiġifieri: il-konsolidazzjoni tat-tkabbir 2004, il-preparazzjoni tat-tkabbir 2007, it-titjib tal-politika ta’ informazzjoni u ta’ komunikazzjoni u t-titjib tal-assistenza għall-Membri Parlamentari,

    1.

    Jilqa’ b’sodisfazzjon u jappoġġja l-impenn sod tal-President tiegħu li l-istatut tal-assistenti, li għandu jiġi propost mill-Kummissjoni u approvat mill-Kunsill, jidħol fis-seħħ fl-istess ħin bħall-Istatu tal-Membri (12);

    2.

    Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jikkoperaw bis-sħiħ mal-Parlament sabiex jiġi żgurat li l-istatut il-ġdid tal-assistenti jiġi adottat qabel l-elezzjonijiet Ewropej li jmiss f’Ġunju 2009;

    Il-kwittanza – eżerċizzju politiku

    3.

    Jissottolinja li l-Parlament hu l-unika awtorità ta’ kwittanza (13) u li l-kwittanza hija deċiżjoni politika; iqis, sabiex jasal għal din id-deċiżjoni politika, b’konformità mal-Artikolu 276(1) u (2) tat-Trattat KE, barra d-dokumenti msemmija f’dawn l-artikoli, kwalunkwe informazzjoni li jqis neċessarja;

    4.

    Iqis li l-istituzzjonijiet u l-organi kollha msemmija fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu għandhom jiġu trattati b’mod ugwali skont l-istess prinċipji u l-istess proċeduri bħal dawk segwiti waqt l-eżerċizzju annwali ta’ kwittanza;

    5.

    Ifakkar li l-istituzzjonijiet u l-organi kollha jista’ jkollhom strutturi politiċi u/jew amministrattivi li jkunu adattati bl-aħjar mod għall-bżonnijiet tagħhom; jissottolinja li, bħala konsegwenza, sabiex jirrispetta dawn l-istrutturi differenti, il-Parlament għandu jagħti l-kwittanza lil dawn l-istituzzjonijiet u organi bħala dawk li jistgħu jkunu rrappreżentati minn persuna għall-finijiet li tiġi żgurata lilhom viżibilità;

    6.

    Jikkonferma li hija responsabilità kemm tal-Parlament kif ukoll ta’ kull istituzzjoni u organu li jidentifikaw il-livell ta’ responsabilità l-iktar adegwat biex jirrispondu għall-osservazzjonijiet magħmula mill-Parlament waqt il-proċedura ta’ kwittanza;

    7.

    Ifakkar li, fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta’ April 2007, kif imsemmija hawn fuq, il-Parlament iddikkjara li l-eżerċizzju ta’ kwittanza għandu wkoll ikopri d-deċiżjonijiet meħuda mill-President, mill-Bureau u mill-Konferenza tal-Presidenti, għaliex huma l-Membri eletti, u mhux l-uffiċjali, li huma responsabbli politikament; Jistieden, bħala konsegwenza, lill-President u lill-Viċi-President responsabbli mill-baġit biex jipparteċipaw fil-laqgħat tal-futur tal-Kumit għall-Kontroll tal-Baġit biex jinħoloq djalogu politiku;

    8.

    Ifakkar li l-plenarja tagħti kwittanza lill-Parlament, irrappreżentat mill-President tiegħu, b’konformità mal-Artikolu 71 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu;

    9.

    Jifraħ li l-President tal-Parlament aċċetta l-prinċipju ta’ djalogu politiku fil-kuntest tal-proċedura ta’ kwittanza u li, fuq talba tiegħu, il-Viċi-President tal-Parlament responsabbli mill-baġit u mill-kontroll baġitarju, li hu wkoll iċ-chairperson tal-Kumitat għas-Segwitu tal-Verifiki, ipparteċipa f’djalogu politiku mal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit waqt verifika pubblika fil-21 ta’ Jannar 2008; Jitlob li dan id-djalogu fil-futur ikun imsejjes fuq dokumentazzjoni bil-miktub li tinkludi d-deċiżjonijiet tal-Bureau u tal-Konferenza tal-Presidenti li jkollhom impatt finanzjarju;

    10.

    Jilqa’ bi pjaċir u jaċċetta l-offerta tas-Segretarju Ġenerali waqt is-seduta ta’ smigħ tal-21 ta’ Jannar 2008, li jsiru laqgħat regolari mal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, barra mill-proċedura annwali normali ta’ kwittanza, dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Parlament;

    11.

    Jinnota wkoll l-inizjattiva tal-President tal-Parlament li għandha l-għan li ssaħħaħ ir-rabtiet bejn il-Bureau u l-Kumitat għall-Baġits, minn naħa, u bejn il-Bureau u l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, min-naħa l-oħra, billi toħloq grupp ta’ ħidma b’mandat biex jikkonsolida dawn ir-rabtiet b’mod sostenibbli; jilqa’ l-ewwel diskussjoni konġunta li saret fl-14 ta’ Jannar 2008 u l-atmosfera ta’ fiduċja u kooperazzjoni bejn l-entitajiet ikkonċernati stabbilita f’din id-diskussjoni; jistenna li dawn id-deliberazzjonijiet ikomplu u jistenna l-konlużjonijiet tagħhom;

    12.

    Iqis li l-proċeduri baġitarji u ta’ kwittanza għandhom ikunu meqsjua bħala kumplimentari: baġit m’għandu qatt ikun adottat mingħajr ma jkunu ġew analizzati d-deċiżjonijiet ta’ kwittanza diġà adottati, u deċiżjoni ta’ kwittanza għandha tittieħed bil-konoxximent tal-objettivi politiċi ffissati waqt il-proċedura baġitarja għas-sena msemmija mill-kwittanza; Jitlob li l-interoperabilità tal-proċeduri baġitarji u ta’ kwittanza jkunu iktar profondi;

    Il-prijoritajiet baġitarji għas-sena finanzjarja 2006

    13.

    Jissottolinja li hu adotta l-prijoritajiet baġitarji li ġejjin għas-sena finanzjarja 2006 (14):

    li jkunu previsti l-postijiet ta’ xogħol għat-tkabbir u b’mod iktar partikulari numru biżżejjed ta’ interpreti u tradutturi kwalifikati fil-lingwi uffiċjali kollha sabiex il-Membri kollha jkunu jistgħu jipparteċipaw b’mod attiv fil-ħidmiet tal-Parlament,

    li tiġi stabbilita politika għall-informazzjoni u l-komunikazzjoni mmirata biex tressaq lill-Parlament iktar qrib iċ-ċittadin: li jiġu żviluppati iktar, f’dan il-kuntest, kemm l-irwol tal-uffiċċji esterni tal-Parlament kif ukoll il-kooperazzjoni mal-Kummissjoni,

    li jkun eżaminat jekk hux importanti li tiġi modifikata l-istruttura tal-amministrazzjoni tiegħu jew li jingħata appoġġ ikbar għall-attivitajiet bażiċi tiegħu sabiex jiġu ottimizzati l-ħidmiet tal-istituzzjoni,

    li tkun garantita l-eżistenza ta’ għajnuna suffiċjenti u l-preżenza ta’ esperti biex tkun żgurata l-kwalità tal-ħidmiet leġiżlattivi,

    li jinħolqu regoli tal-persunal għall-assistenti, u

    li jkun żgurat impenn finanzjarju sabiex ikopri l-ispejjeż ta’ parteċipazzjoni tad-delegazzjonijiet tal-Parlament fil-laqgħat organizzati barra r-rabtiet ta’ ħidma tagħhom;

    Il-preżentazzjoni tal-kontijiet tal-Parlament Ewropew

    14.

    Jinnota li fl-2006, il-Parlament sab dħul li jitla’ għal EUR 126 126 604 (EUR 112 393 557 fl-2005: +12,2 %);

    15.

    Jirreġistra l-figuri li fuq il-bażi tagħhom ingħalqu l-kontijiet tal-Parlament għas-sena finanzjarja 2006, jiġifieri:

    (EUR)

    L-użu tal-approprijazzjonijiet fl-2006 (15)

    I.

    Approprijazzjonijiet 2006

     

    approprijazzjonijiet inizjali

    1 321 600 000

    baġit li jemenda

    xejn

    approprijazzjonijiet finali

    1 321 600 000

    II.

    Approprijazzjonijiet finali 2006

     

    impenji

    1 306 325 432

    ( % tal-approprijazzjonijiet finali)

    (98,76  %)

    ħlasijiet

    1 117 578 610

    (f’ % tal-impenji)

    (85,49  %)

    III.

    Trasferimenti għall-2007

     

    trasferimenti awtomatiċi għall-2007

    188 746 822

    (f’ % otal-approprijazzjonijiet finali)

    (14,26  %)

    (f’ % tal-impenji)

    (14,43  %)

    trasferimenti mhux awtomatiċi (approprijazzjonijiet trasferiti mhux impenjati)

    4 817 000

    (f’ % tal-approprijazzjonijiet finali)

    (0,36  %)

    IV.

    Kanċellazzjoni

     

    approprijazzjonijiet ikkanċellati

    15 274 568

    (f’ % tal-approprijazzjonijiet finali)

    (1,15  %)

    V.

    Trasferimenti għall-2006

     

    trasferimenti awtomatiċi

    307 163 636

    ħlasijiet taħt dawn it-trasferimenti

    285 578 104

    (f’ % tat-trasferimenti)

    (92,95  %)

    rata ta’ kanċellazzjoni

    21 585 532

    VI.

    Approprijazzjonijiet minn dħul assenjat fl-2006

     

    approprijazzjonijiet minn dħul assenjat

    40 017 311

    impenji

    30 778 877

    (f’ % tal-approprijazzjonijiet minn dħul assenjat)

    (73,86  %)

    ħlasijiet

    5 858 229

    (f’ % tal-approprijazzjonijiet impenjati minn dħul assenjat)- approprijazzjonijiet disponibbli minn dħul assenjat

    (18,75  %)

    approprijazzjonijiet disponibbli minn dħul assenjat

    9 238 434

    VII.

    Approprijazzjonijiet minn dħul assenjat trasferiti għall-2007

     

    approprijazzjonijiet minn dħul assenjat trasferiti

    34 831 297

    VIII.

    Approprijazzjonijiet minn dħul assenjat trasferiti għall-2007

     

    approprijazzjonijiet minn dħul assenjat trasferiti

    32 288 714

    impenji

    32 054 298

    ħlasijiet

    31 086 918

    (f’ % tal-impenji)

    (96,36  %)

    16.

    Jinnota li l-preżentazzjoni tal-kontijiet, kif jidhru fir-rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja, inbidlet meta mqabbla mas-sena preċedenti; Jixtieq li l-amministrazzjoni tistabbilixxi u żżomm preżentazzjoni li tippermetti li wieħed jikkompara faċilment l-implimentazzjoni tal-baġit matul is-snin;

    17.

    Jinnota li fl-2006, 98,76 % tal-krediti mdaħħla fil-baġit tal-Parlament ġew impenjati, jiġifieri rata ta’ kanċellazzjoni ta’ 1,15 %, u li, bħal għas-snin finanzjarji preċedenti, intlaħaq livell għoli ħafna ta’ implimentazzjoni baġitarja;

    18.

    Ifakkar, madankollu, li dan il-livell għoli ta’ implimentazzjoni hu parzjalment dovut għall-prattika regolari mill-1992 ta’ kklerjar, operazzjoni li tikkonsisti fit-trasferiment tal-krediti kollha disponibbli fl-aħħar tas-sena għall-punti baġitarji dwar il-bini, b’mod partikulari biex ikun hemm dħul antiċipat tal-kapital sabiex jitnaqqsu l-ħlasijiet futuri ta’ interessi; Jinnota li, f’dan il-kuntest, EUR 37 246 425 inġabru fl-2007;

    19.

    Jinnota li fl-2006 ammont ta’ EUR 124 071 425 (71,4 % mit-trasferimenti) intuża biex isaħħaħ ċertu numru ta’ punti baġitarji fil-qasam tal-politika tal-bini (minn dan l-ammont EUR 38 603 580 ġejjin mill-krediti proviżorji); Ifakkar li l-krediti li kienu inizjalment imdaħħla fil-punti baġitarji 2 0 0 1 – 2 0 0 8 kienu biss EUR 14,287887;

    20.

    Ifakkar ukoll li, bħala total, ġew awtorizzatti 37 trasferiment li kienu marbuta ma’ EUR 173 751 700 (jiġifieri 13 % tal-krediti definittivi; fil-Kummissjoni, it-trasferimenti jirrappreżentaw bejn wieħed u ieħor 4 % mill-krediti ta’ ħlas); Josserva li numru għoli ta’ ħlasijiet jistgħu jikkompromettu l-prinċipji baġitarji;

    Osservazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri dwar is-sena finanzjarja 2006

    21.

    Jinnota li l-Qorti tal-Awdituri sabet li “l-Istituzzjonijiet kollha kienu implimentaw qafas sodisfaċenti ta’ sistemi ta’ sorveljanza u kontroll kif mitlub mir-Regolament Finanzjarju u l-kampjun ittestjat ma wera l-ebda livell materjali ta’ żball” (16);

    22.

    Jirrimarka li l-Qorti tal-Awdituri semmiet id-dgħjufija li ġejja fl-għoti tal-allowances ta’ assistenza parlamentari: “Il-Qorti tinnota (…) li l-Uffiċċju ma żgurax l-implimentazzjoni effettiva tar-regoli li jeħtieġu s-sottomissjoni ta’ dokumentazzjoni ta’ sostenn adegwata (…) L-Uffiċċju għandu jieħu azzjoni sabiex jikseb id-dokumenti kkunsidrati bħala essenzjali biex jagħtu prova li n-nefqa kienet iġġustifikata” (17);

    23.

    Jagħti dettall tal-kummenti tiegħu dwar dan is-suġġett, billi jqis ir-rimarki tal-awdituri intern fil-paragrafi 56 sa 68;

    Ir-rapporti annwali tal-awditur intern

    24.

    Jinnota li fl-2006 is-servizz tal-verifika interna adotta jew ippubblika fil-forma ta’ abbozz, 16-il rapport ta’ verifika; fost dawn ir-rapporti hemm il-verifika tal-proċeduri ta’ akkwist tal-kuntratti, il-verifika tal-allowance ta’ assistenza parlamentari u s-segwitu tal-452 azzjoni individwali li joħorġu mill-eżami tal-mekkaniżmu ta’ kontroll intern imwettaq fuq l-iskala tal-istituzzjoni;

    25.

    Jilqa’ b’sodisfazzjoni l-fatt li l-awditur intern seta’ jippreżenta b’mod uffiċjali l-konklużjonijiet tar-rapport annwali tiegħu għall-2006 lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, filwaqt li ġie indikat mill-kumitat stess li r-rapport tiegħu jikkostitwixxi mhux biss strument ta’ ġestjoni interna imma wkoll element ta’ referenza importanti għall-eżerċizzju annwali ta’ kwittanza;

    26.

    Hu tal-istess opinjoni tal-awditur intern dwar l-importanza miksuba li hemm bżonn li tingħata lill-implimentazzjoni ta’ mekkaniżmu ta’ kontroll intern effikaċi; Jinnota, f’dan il-kuntest, il-miżuri li għandhom l-għan li jtejbu l-osservanza tan-normi u tal-objettivi ta’ kontroll; Jinnota li l-implimentazzjoni tal-20 azzjoni ta’ natura determinanti msemmija mill-awditur intern fl-ewwel verifika tiegħu ta’ segwitu se tkun suġġetta għat-tieni segwitu fl-2008; Jieħu nota tal-indikazzjonijiet tal-amministrazzjoni li 18 minn dawn l-20 azzjoni ġew implimentati u li l-implimentazzjoni taż-żewġ azzjonijiet li fadal qiegħda titwettaq bħalissa;

    27.

    Jilqa’ b’sodisfazzjon il-progressi nnotifikati mill-amministrazzjoni fil-qasam tal-proċeduri ta’ akkwist ta’ kuntratti, u b’mod iktar partikulari fil-ħolqien ta’ forum għall-kuntratti pubbliċi; jinnota li l-awditur intern fl-2008 se jagħmel verifika ġdida dwar is-segwitu tal-implimentazzjoni tal-144 azzjoni individwali li toħroġ mill-verifika tal-proċeduri ta’ akkwist ta’ kuntratti;

    L-amministrazzjoni finanzjarja tal-Parlament u r-rapporti ta’ attività tad-Diretturi Ġenerali

    28.

    Ifakkar lill-korpi kompetenti tiegħu fid-deċiżjoni (18) tiegħu li “ħlasijiet għal bini (…) għandhom ikunu parti mill-istrateġija baġitarja”; jiddispjaċih mill-fatt li l-korpi kompetenti tiegħu qatt ma wettqu d-deċiżjonijiet tas-sessjoni plenarja u komplew bil-prattika tagħhom ta’ nuqqas ta’ bbaġittjar għall-politika għall-proprjetà tal-Parlament għal akkwist fil-futur (il-linja tal-baġit “akkwisti ta’ proprjetà immobbli’ tinkludi biss entrati”pro memoria’ għall-2005, 2006 u 2007);

    29.

    Jinnota li waqt laqgħa pubblika tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-21 ta’ Jannar 2008, is-Segretarju Ġenerali ħabbar pjan strateġiku għall-politika għall-bini tal-Parlament; jitlob li s-Segretarju Ġenerali jressaq dan il-pjan quddiem il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit waqt il-proċedura ta’ kwittanza għas-sena 2007;

    30.

    Itenni t-talba tiegħu għal modifika fl-Artikolu 16 tar-Regoli Interni għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Parlament sabiex il-proġetti kollha ta’ bini li jkollhom impatt finanazjarju importanti fuq il-baġit tal-Parlament jiġu sottomessi għall-approvazzjoni tal-Kumitat għall-Baġits;

    31.

    Jilqa’ b’sodisfazzjoni l-fatt li s-Segretarju Ġenerali u d-Diretturi Ġenerali kollha stqarrew li għandom assigurazzjoni raġonevoli li r-riżorsi allokati għall-attivitajiet rispettivi tagħhom ġew użati għall-iskopijiet previsti u b’konformità mal-prinċipju ta’ amministrazzjoni finanazjarja tajba; jinnota b’sodisfazzjon li huma stqarrew ukoll li l-proċeduri ta’ kontroll implimentati jagħtu garanziji biżżejjed rigward il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet bażiċi tagħhom;

    32.

    Jitlob li l-amministrazzjoni tiegħu tirrispetta l-prinċipji baġitarji u tfassal abbozz ta’ baġit li jiggaranrixxi li l-ammonti ppreżentati f’dan l-abbożż ta’ baġit jirriflettu aħjar il-ħtiġijiet reali tas-setturi ta’ attività differenti tal-Parlament; jitlob lill-uffiċjali ta’ awtorizzazzjoni b’delega biex jindikaw b’mod ċar fir-rapporti tal-attività annwali tagħhom permezz ta’ sommarju f’tabella separata fil-bidu tar-rapporti tagħhom, l-approprijazzjonijiet ta’ impenn, il-ħlasijiet, il-bilanċi, l-approprijazzjonijiet kanċellati u l-ammont li d-Direttorat Ġenerali jqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ trasferimenti ta’ kklerjar (mopping up);

    33.

    Jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li d-Diretturi Ġenerali rrevedew mill-ġdid il-kuntratti għal żmien twil;

    34.

    Jitlob lid-Diretturi Ġenerali tiegħu sabiex jagħmlu sforzi akbar sabiex ir-rapporti tagħhom ma jkunux limitati biss għal struttura komuni, imma jkun fihom ukoll elementi li jkunu jistgħu jiġu mqabbla ma’ xulxin biex ikunu jistgħu jinqraw aħjar;

    35.

    Jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li l-Awditur Intern u s-servizzi laħqu ftehim dwar l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ azzjoni li għandhom l-iskop li jfornu lill-Parlament b’qafas effettiv ta’ kontroll intern; f’dan il-kuntest, ġew deċiżi 452 azzjoni individwali fl-2003 u l-2004; jinnota li minn dawn l-452 azzjoni, 225 minnhom ġew imwettqa kollha u 121 ġew imwettqa parzjalment fl-2006; jinnota wkoll li l-Awditur Intern kien identifika 20 azzjoni “ta’ natura kritika” f’oqsma esposti għal riskju għoli; jieħu nota li f’dan l-istadju l-amministrazzjoni tiddikjara li 18 minn dawn l-20 azzjoni ġew implimentati u jinnota li l-Awditur Intern sejjer ikompli jeżaminahom f’verifika oħra fl-2008;

    L-għoti ta’ kuntratti

    36.

    Ifakkar li skont l-Artikoli 54 u 119 tar-regoli ta’ implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju (19), l-istituzzjonijiet għandhom iressqu lill-awtorità baġitarja r-rapporti dwar proċeduri nnegozjati u dwar kuntratti li ma jaqgħux taħt direttivi ta’ akkwist pubbliku; ifakkar ukoll li lista ta’ kuntratturi li ngħataw kuntratti li jiswew aktar minn EUR 50 000 iżda inqas mil-limitu minimu skont id-direttivi msemmija, hija ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali, u kuntratti li jiswew bejn EUR 13 800 u EUR 50 000 jiġu ppubblikati fil-websajts tal-istituzzjonijiet;

    37.

    Jinnota li r-rapport annwali fih l-informazzjoni li ġejja dwar kuntratti li ngħataw fl-2006:

    Tip ta’ kuntratt

    Numru

    [2005 in ()]

    Perċentwal

    [2005 in ()]

    Somma f’EUR

    [2005 in ()]

    Perċentwal

    [2005 in ()]

    Servizzi

    199 (199)

    69 % (64 %)

    67 315 809

    (89 551 639 )

    23 % (44 %)

    Fornimenti

    56 (53)

    20 % (17 %)

    61 441 090

    (29 036 604 )

    21 % (14 %)

    Xogħlijiet

    31 (48)

    11 % (15 %)

    20 026 192

    (13 763 856 )

    7 % (7 %)

    Proprjetà

    1 (12)

    0 % (4 %)

    143 125 000

    (73 149 658 )

    49 % (35 %)

    Total

    287 (312)

    100 %

    291 908 091

    (205 501 756 )

    100 %

    38.

    Jinnota li d-distribuzzjoni tal-kuntratti mogħtija fl-2006 (minbarra kuntratti ta’ proprjetà mogħtija bi proċedura neġozjata – ix-xiri ta’ bini fi Strasburgu -, li jirrapreżentaw valur ta’ EUR 143 125 000) jinqasmu skont it-tip ta’ proċedura kif ġej:

    Tip ta’ proċedura

    Numru

    [2005 in ()]

    Perċentwal

    [2005 in ()]

    Somma f’EUR

    [2005 in ()]

    Perċentwal

    [2005 in ()]

    Ammont medju.

    [2005 in ()]

    MIftuħa

    73 (64)

    25 % (21 %)

    93 681 193

    (94 187 176 )

    62 % (71 %)

    1 283 304

    (1 471 675 )

    Ristretta

    84 (112)

    30 % (37 %)

    7 044 607

    (26 676 276 )

    5 % (20 %)

    83 863

    (238 181 )

    Negozjata

    129 (124)

    45 % (42 %)

    48 057 291

    (11 488 646 )

    33 % (9 %)

    372 537

    (92 650 )

    Total

    286 (300)

    100 %

    148 783 091

    (132 352 098 )

    100 %

    520 220

    (441 174 )

    39.

    Jinnota li fl-2006 ġew mogħtija 128 kuntratt li kienu jiswew talanqas EUR 50 000 u 159 kuntratt li kienu jiswew bejn EUR 13 800 u EUR 50 000; jenfasizza li l-figuri juru li l-kuntratti ta’ anqas minn EUR 50 000 jirrapreżentaw biss 1,7 % tal-valur totali, iżda 55 % tan-numru totali ta’ kuntratti mogħtija mill-Parlament;

    40.

    Jinnota li f’termini ta’ valur, 67 % tal-kuntratti gew mogħtija skont proċeduri miftuħin (62 %) u proċeduri ristretti (5 %); jiddispjaċih madankollu li f’termini ta’ valur, 33 % tal-kuntratti ġew mogħtija skont proċedura negozjata; jitlob lis-Segretarju Ġenerali sabiex jispjega din iż-żieda meta mqabbla mas-snin mgħoddija;

    41.

    Jinnota madankollu li għall-2006 ma jistax issir tqabbil, kif jitlob l-Artikolu 54 tal-regoli ta’ implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju, bejn in-numru ta’ kuntratti mogħtija tul is-sena n u s-sena n-1 mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b’delega, minħabba l-modifiki tar-regolamenti li saru tul is-sena konċernata, modifiki li ma jirrigwardawx il-kuntratti maħruġa mit-22 ta’ Awwissu ’l hawn; fl-2006 l-Parlament irrikorra għall-proċedura negozjata għal 74 kuntratt (2005: 136 kuntratt);

    42.

    Ifakkar li l-Awditur Intern għamel verifika tal-proċeduri tal-għoti tal-kuntratti fil-livell tal-istituzzjonijiet; jinnota bi pjaċir il-ftehim li ntlaħaq bejn l-Awditur Intern u s-servizzi dwar pjan ta’ azzjoni vast li jinkludi l-implimentazzjoni ta’ 144 azzjoni individwali; jinnota b’sodisfazzjon li wieħed mill-impenji prinċipali ta’ dan il-programm ta’ ħidma tal-Awditur Intern għall-2008 huwa li ssir verifika oħra tal-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti sabiex jiġi eżminat il-progress li jkun sar;

    43.

    Jitlob lis-Segretarju Ġenerali sabiex jispjega l-istat avvanzat tal-implimentazzjoni ta’ database rigward il-kuntratti skont l-Artikolu 95 tar-Regolament Finanzjarju; jinnota wkoll li r-Regolament Finanzjarju rivedut jipprevedi l-ħolqien ta’ bażi waħda ta’ data ċentrali amministrata mill-Kummissjoni għall-istituzzjonijiet kollha;

    Gruppi politiċi (eżami tal-kontijiet u proċeduri – Punt 4000 tal-baġit)

    44.

    Jerġa’ jisħaq li l-gruppi politiċi huma responsabbli għall-amministrazzjoni u l-użu tal-approprijazzjonijiet tal-baġit tal-Parlament li jingħataw u li l-ambitu ta’ azzjoni tas-servizz ta’ adwitjar intern tal-Parlament ma jestendix ruħu biex jinkludi l-kundizzjonijiet ta’ użu ta’ approprijazzjonijiet tal-Punt 4 0 0 0 tal-baġit;

    45.

    Jilqa’ b’sodisfazzjon li l-gruppi politiċi ppubblikaw ir-rapporti tar-reviżjoni esterna u l-kontijiet ta’ bilanċ għall-2006 fuq is-sit tal-intranet tal-Parlament;

    46.

    Jinnota li fl-2006 l-approprijazzjonijiet imdaħħla taħt il-Punt 4 0 0 0 tal-baġit intużaw kif ġej:

    (f’eluf ta’ EUR)

    Total disponibbli skont il-baġit 2006

    70 900

    Membri mhux affiljati

    1 644

    Ammonti disponibbli għall-gruppi

    69 256

    Grupp

    Approprijazzjonijiet allokati mill-baġit tal-Parlament

    Riżorsi proprji tal-gruppi u approprijazzjonijiet trasferiti

    Nefqa fl-2006

    Rata ta’ utilizzazzjoni tal-approprijazzjonijiet disponibbli

    Limitu massimu ta’ trasferimenti (*)

    Ammonti trasferiti għas-sena 2007

    PPE-DE

    18 088

    7 203

    16 345

    64,6  %

    9 044

    8 947

    PSE

    13 989

    6 934

    14 191

    67,8  %

    6 995

    6 732

    ELDR/ALDE

    6 526

    3 145

    6 383

    66,1  %

    3 263

    3 263

    Verts/ALE

    2 836

    1 157

    2 716

    68,0  %

    1 418

    1 278

    GUE/NGL

    2 582

    1 265

    3 189

    77,5  %

    1 426

    928

    UEN

    1 896

    454

    1 863

    79,3  %

    948

    487

    IND/DEM

    2 034

    875

    1 912

    65,7  %

    1 017

    997

    NI

    1 384

    260

    1 222

    74,3  %

    692

    136

    Total

    49 606

    21 294

    47 821

    67,4  %

    24 803

    22 767

    47.

    Jinnota li l-awdituri esterni tal-partiti kkonfermaw li l-kontijiet tal-gruppi politiċi kienu konformi mad-dispożizzjonijiet statutorji, kif ukoll mal-istandards ta’ kontabilità internazzjonali;

    48.

    Jinnota li l-gruppi politiċi ma użax għajr medja ta’ 67,4 % tal-approprijazzjonijiet li kellhom għad-dispożizzjoni tagħhom (kontra s-66 % tal-2005 u l-74 % tal-2004);

    49.

    Jinnota li, fit-9 ta’ Lulju 2007, il-Bureau eżamina r-rapporti tal-gruppi politiċi dwar l-implimentazzjoni tal-baġit, kif ukoll ir-rapporti tal-awdituri rispettivi; jinnota f’dan il-kuntest li l-Bureau inkariga lill-uffiċjali responsabbli biex jiġbru rimbors mill-Grupp ALDE ta’ EUR 25 403,77 mill-approprijazzjonijiet li ma ntużawx billi dawn l-ammonti ma setgħux jiġu trasferiti;

    Il-partiti politiċi fil-livell Ewropew

    50.

    Jinnota li l-għeluq tal-kontijiet għas-sena baġitarja 2006 huwa kif jidher hawn taħt:

    (EUR)

    Partit (**)

    Riżorsi proprji

    Sussidji totali mill-PE

    Dħul totali

    Sussidji bħala % ta’ infiq eleġibbli (massimu 75 %)

    PPE

    1 106 891,41

    2 914 059,56

    4 020 950,97

    72,5  %

    PSE

    932 781,81

    2 580 000,00

    3 512 781,81

    71,49  %

    ELDR

    340 782,87

    883 500,00

    1 224 282,87

    71,97  %

    EFGP

    240 204,29

    581 000,00

    821 204,29

    71,20  %

    GE

    172 875,00

    439 018,54

    611 893,54

    71,82  %

    PDE

    55 189,84

    163 570,75

    218 760,59

    75 %

    AEN

    49 385,00

    144 808,81

    194 193,81

    74,57  %

    ADIE

    59 513,36

    125 016,22

    184 529,58

    75 %

    EFA

    69 665,67

    220 913,67

    290 579,34

    75 %

    EUD

    47 597,22

    29 670,24

    77 267,46

    62,59  %

    Total

    3 074 886,47

    8 081 557,78

    11 156 444,25

    72,13  %

    51.

    Jenfasizza li l-fatt li l-awdituri esterni kkonfermaw li l-kontijiet tal-partiti kienu konformi mad-dispożizzjonijiet statutorji msemmijin fl-Artikoli 6, 7, 8 u 10 tar-Regolament (KE) Nru 2004/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 dwar ir-regolamenti li jirregolaw il-partiti politiċi Ewropew u r-regoli dwar il-finanzjament tagħhom (20), u li l-kontijiet ippreżentaw stampa vera u fidila tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-partiti politiċi fi tmiem is-sena finanzjarja 2006;

    52.

    Jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li l-partiti politiċi fil-livell Ewropew laħqu livell għoli ta’ użu tal-approprijazzjonijiet disponibbli għalihom;

    53.

    Jinnota, madankollu li l-uffiċjal responsabbli ġie inkarigat sabiex:

    jiġbor is-surplus ta’ EUR 248 953,91 mingħand il-PDE, EUR 215 498,59 mingħand l-AEN u EUR 69 317,14 mingħand l-ADIE u surplus ta’ EUR 24 799,11 mingħand l-EUD,

    u jiġbor lura EUR 121 670,10 mingħand l-EUD u EUR 70 902,64 mingħand l-ADIE minħabba nuqqas ta’ konformità mal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 2004/2003;

    54.

    Jistaqsi lis-Segretarju Ġenerali jekk dawn l-ammonti ġewx miġbura;

    55.

    Jinnota li l-awditur intern irreveda l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw il-kontribuzzjonijiet għall-partiti politiċi fil-livell Ewropew u ħareġ ir-rapport tiegħu dwar dan f’Awwissu 2007; jinnota b’sodisfazzjon li dan wassal għal pjan ta’ azzjoni dettaljat li ġie aċċettat mill-amministrazzjoni; jitlob li r-riżultati ta’ din ir-reviżjoni jagħmlu parti mill-proċedura ta’ kwittanza 2007;

    56.

    Jinnota li l-baġit ta’ partit politiku Ewropew sa mill-2008 jista’ jiġi ffinanzjat sa 85 % mill-baġit tal-Parlament Ewropew (sa 75 % sa tmien l-2007); jenfasizza li dan il-livell ta’ sussidju mill-Parlament jitfa’ fuq il-partiti responsabbiltà akbar rigward l-attivitajiet tagħhom;

    L-allowances ta’ assistenza parlamentari

    57.

    Jinnota li l-Qorti tal-Awdituri sabet u kkritikat nuqqasijiet fil-qafas regolamentarju mwaqqaf mill-Bureau u li l-parti l-kbira tal-ammonti mogħti lill-Membri tal-Parlament permezz tal-allowances ta’ assistenza parlamentari ma ġietx appoġġjata aktar tard b’dokumenti ġustifikattivi suffiċjenti bħala evidenza tal-ispejjeż magħmula f’isem id-deputat; jirrikonoxxi, fl-istess waqt, l-isforz magħmul mill-Bureau u mill-amministrazzjoni fl-2007 biex tiġi indirizzata s-sitwazzjoni: Jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li, għas-sena 2006, l-amministrazzjoni tindika li sal-aħħar tal-2007 irċeviet aktar minn 99 % tad-dokumenti ġustifikattivi;

    58.

    Josserva, madankollu, li għas-snin 2004 u 2005, l-amministrazzjoni setgħet tikseb biss 57 % u 51 % rispettivament tad-dokumenti meħtieġa; jinnota, f’dan il-kuntest, id-deċiżjoni politika li tiġi applikata r-regolamentazzjoni adottata fit-13 ta’ Diċembru 2006 retrospettivament għall-perjodu 2004-2005;

    59.

    Jixtieq li, rigward l-obbligu tagħhom li jipprovdu d-dokumenti ġustifikattivi għall-użu tal-allowances ta’ assistenza parlamentari tagħhom fl-2004 u fl-2005, il-Membri kollha jirċievu komunikazzjoni li tgħid jekk għadhomx iridu jippreżentaw dokumenti ġustifikattivi lill-amministrazzjoni għal dan il-perjodu jew jekk il-fajl tagħhom huwiex komplut;

    60.

    Jitlob lill-amministrazzjoni tiegħu biex tapplika b’mod korrett u konsistenti r- Regoli dwar il-ħlas tal-ispejjeż u l-allowances lill-Membri tal-Parlament Ewropew (21), u biex tidentifika malajr u b’mod immedjat kwalunkwe irregolaritajiet u qtugħ barra;

    61.

    Jitlob lill-ammnistrazzjoni biex tistabbilixxi proċedura b’komunikazzjoni mal-Membri li tkun aħjar u aktar viżibbli, li l-iskadenzi biex jintbagħtu d-dokumenti ġustifikattivi, kif stabbiliti fir-Regoli dwar il-ħlas tal-ispejjeż u l-allowances lill-Membri tal-Parlament Ewropew, jiġu rrispettati b’mod sistematiku, sabiex ikun assigurat li jingħataw b’mod li jikkonforma mal-proċedura u mal-kalendarju obbligatorju tal-Qorti tal-Awdituri għall-abbozzar tar-rapport annwali tiegħu, u konferma finali lill-Membri ladarba jkun ingħalaq il-fajl tagħhom;

    62.

    Iħeġġeġ lill-grupp ta’ ħidma tal-Bureau dwar l-Istatut tal-Membri biex jippreżenta l-konklużjonijiet tiegħu bil-għan li malajr ikun jista’ jingħata segwitu xieraq għall-osservazzjonijiet magħmula mill-awditur intern fir-rapport tiegħu dwar l-allowances ta’ assistenza parlamentari; Jikkonferma, fid-dawl tal-ħidma ta’ dan il-grupp u fil-kuntest ta’ regolamentazzjoni ġdida li għandha titwaqqaf mill-entitajiet politiċi konċernati, ir-responsabilità tal-amministrazzjoni li tiżgura li l-allowances ta’ assistenza parlamentari jingħataw b’rispett tal-prinċipji tal-immaniġġjar finanzjarju tajjeb, tal-legalità u tar-regolarità; Hu konxju tal-problemi u d-diffikultajiet biex l-allowances ta’ assistenza parlamentari jiġu armonizzati mal-leġiżlazzjoni soċjali u fiskali ta’ kull wieħed mis-27 Stat Membru; Jitlob li immedjatament jibdew in-negozjati meħtieġa mal-Istati Membri u mal-Gvern tal-Belġju; Jeżiġi li din l-operazzjoni kumplessa ma xxekkilx l-implimentazzjoni parallela ta’ regolamentazzjoni ġdida għall-allowances ta’ assistenza parlamentari;

    63.

    Jinnota li r-rapport tal-awditur intern jirrakkomanda evoluzzjoni f’żewġ stadji tal-kundizzjonijiet ta’ impjieg tal-assistenti parlamentari: fl-ewwel stadju, ir-relazzjoni kontrattwali bejn l-assistent(i) u l-Membru tkun ibbażata b’mod sistematiku fuq kuntratt ta’ impjieg li juża mudell ta’ kuntratt obbligatorju mtejjeb; fit-tieni stadju, l-għan ikun li jiġu integrati l-assistenti fil-kategorija ta’ staff koperti mis-sistema applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Komunitajiet Ewropej;

    64.

    Jiġbed l-attenzjoni li l-assistenza għall-membri titlob aktar flessibilità u mobilità, filwaqt li l-istatut il-ġdid għall-assistenti għandu jistipula standards minimi ta’ paga u drittijiet soċjali f’konformità mal-leġiżlazzjoni Ewropea applikabbli;

    65.

    Jieħu nota tad-deċiżjonijiet meħuda b’mod unanimu tal-Konferenza tal-Presidenti u tal-Bureau tas-6 u tal-10 ta’ Marzu 2008 rispettivament li

    jistiednu lill-amministrazzjoni tiegħu biex tiżgura l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni konsistenti tar-regoli interni tal-Parlament dwar ir-rimbors tal-ispejjeż tal-assistenza parlamentari,

    jagħtu lis-Segretarju Ġenerali l-mandat biex jagħmel kuntatt mal-Kummissjoni u mal-Kunsill bl-għan li jiżgura l-possibilità ta’ sett ġdid ta’ regoli għall-assistenti tal-Membri permezz ta’ sistema emendata għall- istaff kuntrattwali, filwaqt li jippreserva l-libertà tal-Membri li jimpjegaw l-assistenti tagħhom u li jiddeterminaw b’mod indipendenti l-livell tas-salarju tagħhom,

    jinkarigaw lill-grupp ta’ ħidma tiegħu dwar l-Assistenti u l-Fond għall-Pensjonijiet tal-Membri biex jevalwa, bħala kwistjoni ta’ urġenza, it-tħaddim tar-regoli eżistenti fid-dettall u, minħabba l-importanza tal-kwistjoni, biex iressaq proposti għal bidliet għar-regoli li hu jqis neċessarji;

    Jinsisti li Membru tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli għall-kwittanza, għandu jkun parti minn dan il-grupp ta’ ħidma bħala osservatur; Ifakkar lill-Bureau, f’dan il-kuntest, dwar il-kummenti tiegħu fir-rigward tat-Taqsima I – Parlament Ewropew magħmula fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta’ Ottubru 2007 dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008 (22), u r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta’ Settembru 2006 b’kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2004, Taqsima I – Parlament Ewropew (23); jitlob lill-awtoritajiet kompetenti biex jirrapportaw lura lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit dwar il-progress miksub qabel it-tmiem tal-2008;

    66.

    Jinsisti b’mod partikolari li

    bi qbil mal-paragrafu 76 tar-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta’ Settembru 2006 msemmija hawn fuq, il-Parlament għandu jikkonkludi kuntratti qafas esklussivament ma’ intrapriżi fl-Istati Membri speċjalizzati fl-immaniġġjar, bi qbil mal-liġi nazzjonali applikabbli, ta’ kwistjonijiet fiskali u ta’ sigurtà soċjali relatati mal-kuntratti ta’ xogħol, u jistenna mill-amministrazzjoni tiegħu li tistabbilixxi skeda għall-implimentazzjoni sħiħa ta’ dak il-paragrafu sal-1 ta’ Settembru 2008;

    peress li d-defiċjenzi skoperti mill-verifika interna jikkonċernaw primarjament kuntratti ma’ fornituri tas-servizz, temporanjament, sakemm tinstab soluzzjoni permanenti, il-kuntratti ma’ fornituri tas-servizz jiġu trattati mill-aġenti li jħallsu fl-Istati Membri; li l-aġenti li jħallsu jkunu responsabbli li l-kuntratti tal-fornituri tas-servizz josservaw il-leġiżlazzjoni fiskali u dwar is-sigurtà soċjali tal-Istat Membru kkonċernat, u mar-Regoli dwar il-ħlas tal-ispejjeż u l-allowances lill-Membri tal-Parlament Ewropew, filwaqt li dawn tal-aħħar għad iridu jiġu mmodifikati għal dan l-iskop; u li l-ebda kuntratt tal-fornitur tas-servizz li ma josservax dawn id-dispożizzjonijiet ma jkun aċċettat;

    l-amministrazzjoni tiegħu tkun f’pożizzjoni fejn tkun tista’ tipprova lill-Qorti tal-Awdituri liema ammonti ġew imħallsa mill-Membri lill-assistenti, lill-aġenti li jħallsu u lill-fornituri tas-servizz tagħhom, u b’liema kundizzjonijiet;

    ma jiġux impjegati qraba tal-Membri;

    in-nuqqas ta’ osservanza mal-leġiżlazzjoni nazzjonali jew mar- Regoli dwar il-ħlas tal-ispejjeż u l-allowances lill-Membri tal-Parlament Ewropew iwassal awtomatikament għas-sospensjoni tal-ħlasijiet u għall-irkupru ta’ ammonti mħallsa li ma kellhomx jitħallsu;

    67.

    Jitlob li l-miżuri ta’ applikazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew (24) li għandhom effett finanzjarju jiġu ppreżentati uffiċjalment lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit għal opinjoni preliminari;

    68.

    Jilqa’ b’sodisfazzjoni il-fatt li l-Bureau, fil-25 ta’ Settembru 2006, approva l-Kodiċi dwar l-assistenti u t-trainees parlamentari fil-Parlament Ewropew u li l-Membri kollha rċevew kopja ta’ dan il-Kodiċi;

    69.

    Jitlob lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jinforma lill-Kumitat għall-Kontrol tal-Baġit sa tmiem Settembru 2008 bl-għadd ta’ ordnijiet ta’ rkupru maħruġa u bl-ammont totali involuti;

    Fond ta’ pensjoni volontarja

    70.

    Jinnota li, f’Novembru 2006, il-Fond ta’ pensjoni voluntarja kellu 659 membru; jinnota li l-ħlas ta’ kull xahar fil-fond għal kull Membru tela’ għal EUR 3 354,21 u kien magħmul minn: terz, jiġifieri EUR 1 118,07, imħallas mill-Membru u bħalissa mnaqqas mill-allowance tiegħu għall-ispejjeż; u żewġ terzi, jiġifieri EUR 2 236,14 imħallsa mill-Parlament;

    71.

    Jiġbed l-attenzjoni għall-punti rigward it-trasparenza u s-sorsi tad-dħul imqajma fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta’ April 2007 msemmija hawn fuq;

    72.

    Jinnota li d-defiċit attwarjali tal-Fond ta’ pensjoni voluntarja (li ilu jeżisti mill-2001) niżel minn ta’ EUR 43 756 745 fl-2004 u EUR 28 875 471 fl-2005 għal EUR 26 638 000 fl-2006, u b’hekk itejbet il-qagħda tal-iffinanzjar attwarjali (76,8 % fl-2004, 86,1 % fl-2005 u 88,4 % fl-2006); jenfasizza li, matul dawn l-aħħar snin, il-boroż kienu instabbli ħafna u li, għalhekk, ma hemm l-ebda ċertezza dwar id-direzzjoni li se jieħu d-defiċit attwarjali tal-fond; f’dan il-kuntest, jenfasizza li l-fond investa sa 73 % f’ishma; jiġbed l-attenzjoni li d-defiċit attwarjali kellu jiġi aġġornat mill-amministraturi tal-fond sal-aħħar ta’ Diċembru 2007, qabel il-15 ta’ Marzu 2008;

    73.

    Jiġbed l-attenzjoni tal-Bureau tiegħu dwar il-paragrafu 84 tar-riżoluzzjoni msemmija hawn fuq tal-24 ta’ April 2007, li jgħid li ġie adottat wara d-dħul fis-seħħ tal-Istatut tal-Membri Parlamentari, il-fond ta’ pensjoni voluntarja kellu jillimita ruħu li jonora d-drittijiet eżistenti (miksuba f’Ġunju 2009), li jfisser la l-Membru attwali u lanqas l-imsieħba l-oħra m’huma se jkunu jistgħu jibqgħu iħallsu l-kontribut tagħhom fil-fond;

    74.

    Kien sorpriż bir-rakkomandazzjoni riċenti tal-Konferenza tal-Presidenti tat-13 ta’ Marzu 2008, wara li kienet ikkonsultata mill-grupp ta’ ħidma tal-Bureau dwar l-Istatut tal-Membri, l-assistenti u l-fond ta’ pensjoni, li l-membri tal-Fond tal-Pensjoni Volontarja xorta jistgħu jiksbu drittijiet ġodda għal pensjoni ladarba l-Istatut tal-Membru jidħol fis-seħħ; ifakkar lill-Bureau, bħala l-korp li jieħu d-deċiżjonijiet f’din iz-zona ta’ volontà politika tal-Parlament, kif wera fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Parlament għas-snin finanzjarji 52004 u 2005, li l-attivitajiet tal-Fond ta’ Pensjoni Volontarja għandhom jitneħħew bil-mod b’mod effettiv u jiġu limitati għall-onorar ta’ drittijiet miksuba ladarba l-Istatut tal-Membri jidħol fis-seħħ; jinsisti li l-grupp ta’ ħidma tal-Bureau jipprepara l-miżuri neċessarji skont id-deċiżjonijiet tal-Parlament;

    It-tħejjija tal-implimentazzjoni tat-Trattat ta’ Liżbona

    75.

    Ifakkar li fl-2006 l-Parlament ried “li jkun eżaminat jekk jaqbilx li tiġi modifikata l-istruttura tal-amministrazzjoni tiegħu jew li jingħata appoġġ ikbar għall-attivitajiet bażiċi tiegħu sabiex jiġu ottimizzati l-ħidmiet tal-istituzzjoni” (25); Ifakkar ukoll li fl-istess waqt, huwa qies “li ż-żieda tar-responsabiltajiet tal-Parlament Ewropew fid-deċiżjonijiet leġiżlattivi teħtieġ l-appoġġ ta’ riżorsi ferm aktar importanti għal din l-attività ċentrali” (26);

    76.

    Jinnota r-reazzjoni tal-amministrazzjoni tiegħu dwar l-implimentazzjoni tal-ftehima interistituzzjonali dwar regolamentazzjoni aħjar;

    77.

    Jisħaq, barra minn dan, li t-Trattat ta’ Liżbona jwessa’ l-kamp ta’ applikazzjoni tal-kodeċiżjoni b’mod konsiderevoli, u se ssir il-proċedura leġiżlattiva standard, u li l-Parlament, b’hekk, se jsir ko-leġiżlatur, fuq l-istess livell, għal 95 % tal-leġiżlazzjoni Ewropea;

    78.

    Jitlob lill-amministrazzjoni, fid-dawl ta’ dan, biex, qabel it-30 ta’ Novembru 2008, tippreżenta:

    tabella ta’ persuni li jaħdmu fil-Parlament (uffiċjali u aġenti oħra) skont il-grad, id-direttorat ġenerali, in-nazzjonalità u s-sess, flimkien ma’ evalwazzjoni,

    analiżi tal-mod li bih il-baġit għall-istħarriġ intuża fid-direttorati ġenerali;

    79.

    Ifakkar li matul il-proċedura baġitarja tal-2007, il-Parlament Ewropew stieden lill-Kummissjoni biex twettaq evalwazzjoni fuq medda ta’ żmien medju tal-ħtiġijiet tagħha rigward l-istaff u biex tipprovdi rapport dettaljat dwar l-istaff ta’ appoġġ tagħha u l-funzjonijiet ta’ koordinazzjoni tiegħu; Jistieden lill-amministrazzjoni tiegħu sabiex twettaq evalwazzjoni tal-istaff tagħha fuq din il-bażi u billi tuża l-istess strumenti; Jixtieq li jsir rapport ta’ evalwazzjoni u li jiġi indirizzat lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit f’mument li jkun opportun għall-kwittanza tal-2007; Jixtieq, f’dan il-kuntest, li jkun jaf kemm huwa l-għadd ta’ uffiċjali u ta’ aġenti oħra li għandhom l-irwol li jgħinu lill-Parlamentari fil-ħidma tagħhom ta’ ko-leġiżlaturi, kemm huwa l-għadd ta’ aġenti li jaħdmu għad-delegazzjonijiet parlamentari u ta’ dawk li jiżguraw l-appoġġ amministrattiv tal-Parlament;

    Segwitu għall-kwittanza tal-2005

    80.

    Jilqa’ b’sodisfazzjon it-tnaqqis fl-istima tal-ispejjeż tal-operat minħabba l-ħtieġa ta’ manutenzjoni ta’ aktar minn post wieħed tax-xogħol, minn EUR 203 000 000 għall-2002 għal EUR 155 000 000 għall-2007; jenfasizza li dan jirrappreżenta tnaqqis ta’ kważi 24 % fuq il-perjodu ta’ ħames snin; jistieden lill-amministrazzjoni tiegħu biex tkompli bil-proċess ta’ razzjonalizzazzjoni; jisħaq li r-rekwiżit biex jinżammu diversi postijiet tax-xogħol hu stipulat fit-Trattati; iqis li għandu jkun hemm koordinazzjoni mill-aqwa bejn dawn il-postijiet tax-xogħol; jenfasizza li ċ-ċittadini ma jifhmux għaliex il-Parlament għandu jżomm tliet postijiet tax-xogħol;

    81.

    Jinnota t-tweġiba tal-amministrazzjoni tiegħu (27) dwar il-possibilità li tinħoloq awtorità Ewropea għall-bini li tistqarr li l-ħolqien ta’ uffiċċju wieħed kbir li jibni u jiġbor fih il-lokali tal-istituzzjonijiet u l-organi lokali tal-istituzzjonijiet u organi tal-Unjoni Ewropea ma jesprimix ix-xewqat murija li jkun hemm ekonomija u amministrazzjoni aħjar; jisħaq, fl-istess ħin, li hemm ix-xewqa għal kooperazzjoni iktar mill-qrib;

    82.

    Jinnota li ebda progress ma seta’ jsir dwar żvilupp fin-negozjati mal-Gvern Belġjan dwar l-art okkupata mill-bini D4 u D5 u l-futur tagħha; jitlob lill-Viċi-President responsabbli għall-bini biex jikkuntattja lill-Gvern Belġjan il-ġdid mill-iktar fis possibbli;

    83.

    Jinnota l-progress li sar biex ikun hemm segwitu għat-talbiet biex jinħoloq pjan Kjoto-Plus; ifakkar li fit-18 ta’ Ġunju 2007 l-Bureau:

    stieden lis-Segretarju Ġenerali biex iniedi sejħa għall-offerti biex issir evalwazzjoni tal-ammont ta’ CO2 ikkawżat mill-Parlament Ewropew,

    ħa nota u approva r-reviżjoni mid-Direttorat tal-miri ambjentali u ta’ attivitajiet kruċjali għall-ġejjieni,

    adotta l-kalendarju tal-fażijiet futuri tal-EMAS,

    talab lis-Segretarju biex jistabbilixxi pjan ta’ azzjoni dettaljat,

    iddeċieda li jinħoloq grupp ta’ ħidma responsabbli biex jimmoniterja l-emmissjonijiet ta’ CO2 u li dan ikun magħmul minn żewġ membri tal-Bureau li jinħatru fi stadju aktar tard tal-proċess EMAS,

    approva l-prinċipju li jiġu inklużi fl-EMAS l-inizjattivi kollha ambjentali u jaqbel mal-ħtiega li tiġi żgurata d-disponibilità ta’ riżorsi biex l-EMAS titjib;

    84.

    Jitlob li kull progress ieħor li jsir jiġi mgħarraf bih il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit;

    Il-multilingwiżmu

    85.

    Jenfasizza l-importanza akbar ta’ kodiċi ta’ kondotta dwar il-multilingwiżmu fix-xogħol parlamentari tal-Membri; jinsab imħaseb dwar il-fatt li ż-żewġ rapporti ta’ kull sitt xhur tal-2006 dwar l-implimentazzjoni tal-kodiċi ta’ kondotta kixfu nuqqasijiet fl-użu effikaċi tas-servizz tal-interpretazzjoni; Jinnota, għalhekk, li l-approprijazzjonijiet disponibbli ma ntużawx bl-aktar mod ekonomiku u li s-setturi l-aktar milquta minn dan in-nuqqas kienu l-kumitati u d-delegazzjonijiet parlamentari, kif ukoll il-gruppi politiċi; jitlob, f’dan il-kuntest u fid-dawl tar-rapport dwar il-multilingwiżmu adottat fil-5 ta’ Settembru 2006, għalhekk lis-Segretarju Ġenerali sabiex isib soluzzjoni komuni mal-utenti;

    Il-politika għall-informazzjoni u għall-komunikazzjoni

    86.

    Ifakkar li fil-qafas tal-politika għall-informazzjoni u għall-komunikazzjoni tal-Parlament, l-attivitajiet infirxu aktar u li nħolqu strumenti ġodda ta’ informazzjoni li kellhom impatt finanzjarju konsiderovoli fuq il-Baġit 2006 (ċentru għall-viżitaturi, Web TV, stallazzjonijiet awdjoviżwali); jitlob lis-Segretarju Ġenerali sabiex jippreżenta rapport dwar l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-politika għall-informazzjoni u l-komunikazzjoni u li dan isir qabel tmiem ix-xahar ta’ Lulju 2008;

    It-teknoloġiji tal-informazzjoni

    87.

    Jenfasizza l-importanza tat-teknoloġiji tal-informazzjoni għall-Parlament b’mod ġenerali u b’mod partikulari għax-xogħol tal-Parlament; jiddispjaċih li t-titjib li sar kien iffukat fuq il-preżentazzjoni tal-istituzzjoni fuq l-Internet u l-intranet, aktar milli fuq il-possibilità li jagħmel aktar komdu u effikaċi x-xogħol ta’ leġiżlazzjoni;

    Affarijiet oħra

    88.

    Jitlob lis-Segretarju Ġenerali biex jibgħat lill-Kumitat għall-Baġits u lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit kopji tar-rapporti kollha tal-Bureau, inklużi r-rapporti tal-gruppi ta’ ħidma, kif ukoll tal-Konferenza tal-Presidenti, li jkollhom impatt finanzjarju;

    89.

    Jinnota li ġiet solvuta l-kwistjoni dwar id-differenza ta’ 4 136 125 Franki Belġjani li nstabet fl-1982 bejn flus kontanti u l-ammonti korrispondenti u għalhekk din se tagħmel parti mill-kwittanza għall-baġit tal-2007;

    Konklużjonijiet tad-diskussjonijiet dwar l-abbozz ta’ rapport fil-kumitat

    90.

    Jerġa’ jiġbed l-attenzjoni għall-importanza tal-prijoritajiet tal-baġit għall-proċedura tal-kwittanza u jkompli jqis li, fl-istess ħin, l-effett tal-proċedura tal-kwittanza hu ta’ importanza kbira għall-proċedura baġitarja; jilqa’ b’sodisfazzjon, għalhekk, il-fatt li l-kooperazzjoni mill-qrib bejn il-Kumitat għall-Baġits u l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tkompli tikber fl-importanza bit-Trattat ta’ Liżbona;

    91.

    Jilqa’ b’sodisfazzjon il-progress li sar fl-implimentazzjoni tal-prijoritajiet tal-baġit għall-2006; Se jkompli jara, madankollu, kif jiżgura li jintlaħqu l-prijoritajiet kollha;

    92.

    Jinnota r-rapport (kunfidenzjali) tal-Awditur Intern dwar il-PAA, li jeżamina s-sistema interna ta’ kontroll f’dan il-qasam u jissuġġerixxi xi titjib li jista’ jsir; jenfasizza li l-amministrazzjoni tiegħu kkooperat bis-sħiħ u bil-miftuħ mar-rapporteur fil-fażijiet kollha tal-produzzjoni tal-abbozz ta’ rapport; jenfasizza, barra minn hekk, li l-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (l-OLAF) u l-Qorti tal-Awdituri ġew mistiedna biex jeżaminaw ir-rapport tal-verifika interna u biex jieħdu azzjoni xierqa dwar il-konklużjonijiet tagħhom; jiddispjaċih għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ kunfidenzjalità stipulati fir-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament u għall-pubblikazzjoni ta’ interpretazzjonijiet personali u politiċi ta’ informazzjoni kunfidenzjali; iqis dawk l-interpretazzjonijiet bħala li jagħtu impressjoni qarrieqa tal-għanijiet u l-konklużjonijiet tar-rapport;

    93.

    Jitlob lill-korpi kompetenti tiegħi biex jieħdu l-miżuri xierqa bl-għan li, bi qbil mal-Anness VII, Taqsima A, paragrafu 1, subparagrafu 4 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament, ir-regoli dwar l-ipproċessar amministrattiv ta’ dokumenti kunfidenzjali, approvati mill-Burearu fit-13 ta’ Novembru 2006, jiġu adottati mill-plenarja sal-proċedura ta’ kwittanza fir-rigward tas-sena finanzjarja 2007;

    94.

    Jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta’ progress fin-negozjati mal-Gvern Belġjan dwar l-art għall-Binjiet D4 u D5 u għall-iżvilupp tas-sit; iħeġġeġ lill-Gvern Belġjan biex jirrispetta l-impenn politiku sod li ta lill-Parlament.


    (1)  ĠU L 78, 15.3.2006.

    (2)  ĠU C 274, 15.11.2007, p. 1.

    (3)  ĠU C 318, 29.12.2007.

    (4)  ĠU C 273, 15.11.2007, p. 1.

    (5)  ĠU C 274, 15.11.2007, p. 130.

    (6)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

    (7)  PE 349.540/Bur/ann/def.

    (8)  ĠU C 320 E, 15.12.2005, p. 156.

    (9)  ĠU C 273, 15.11.2007, punt 10.6.

    (10)  ĠU L 177, 6.7.2007, p. 3.

    (11)  ĠU L 187, 15.7.2008, p. 3.

    (12)  Deċiżjoni 2005/684/KE, Euratom tal-Parlament Ewropew tat-28 ta’ Settembru 2005 li tadotta l-Istatut għall-Membru tal-Parlament Ewropew (ĠU L 262, 7.10.2005, p. 1).

    (13)  L-Artikolu 276(1) tat-Trattat tal-KE.

    (14)  ĠU C 320 E, 15.12.2005, p. 156.

    (15)  ĠU C 318, 29.12.2007, p. 3.

    (16)  ĠU C 273, 15.11.2007, punt 10.6.

    (17)  ĠU C 273, 15.11.2007, punt 10.12.

    (18)  Paragrafu 5 tar-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta’ April 2007 msemmija hawn fuq.

    (19)  Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1).

    (*)  bi qbil mal-Artikolu 2(1)(6) tar-Regoli dwar l-użu tal-approprijazzjonijiet mill-punt baġitarju 4 0 0 0.

    (**)  PPE: Partit Popolari Ewropew; PSE: Partit tas-Soċjalisti Ewropej: ELDR: Partit Ewropew tal-Liberali, Demokratiċi u Riformisti; EFPG: Alleanza Ħielsa tal-Ħodor Ewropej; GE: Partit tax-Xellug Ewropew; PDE: Partit Demokratiku Ewropew; AEN: Unjoni għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet; ADIE: Alleanza tad-Demokratiċi Indipendenti Ewropej; EFA: Alleanza Ħielsa Ewropea; EUD: Demokratiċi tal-UE.

    (20)  ĠU L 297, 15.11.2003, p. 1.

    (21)  Dokument PE 113.116/BUR./rev. XXIV/03-2007 tal-1 ta’ Marzu 2007.

    (22)  Testi Adottati, P6_TA(2007)0474, speċjalment il-paragrafi 23 u 24.

    (23)  ĠU L 177, 6.7.2007, p. 3, paragrafi 73 sa 79.

    (24)  PE 388.087/BUR/GT/REV 10.

    (25)  ĠU C 320 E, 15.12.2005, p. 156, paragrafu 19.

    (26)  ĠU C 320 E, 15.12.2005, p. 156, paragrafu 20.

    (27)  Ittra tas-Segretarju Ġenerali tat-29 ta’ Ottubru 2007 (317 124).


    Top