This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document JOL_2008_187_R_0189_01
2008/539/EC: Decision of the European Parliament of 24 April 2007 on the discharge for implementation of the budget for the Sixth, Seventh, Eighth and Ninth European Development Funds for the financial year 2005#Resolution of the European Parliament of 24 April 2007 with observations forming an integral part of the Decision on the discharge for implementation of the budget for the Sixth, Seventh, Eighth and Ninth European Development Funds for the financial year 2005
2008/539/KE: Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew ta' l- 24 ta' April 2007 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-Sitt, is-Seba', it-Tmien u d-Disa' Fondi Ewropej għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2005
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l- 24 ta' April 2007 li tinkludi l-osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-Sitt, is-Seba', it-Tmien u d-Disa' Fondi Ewropej għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2005
2008/539/KE: Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew ta' l- 24 ta' April 2007 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-Sitt, is-Seba', it-Tmien u d-Disa' Fondi Ewropej għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2005
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l- 24 ta' April 2007 li tinkludi l-osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-Sitt, is-Seba', it-Tmien u d-Disa' Fondi Ewropej għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2005
ĠU L 187, 15.7.2008, p. 189–196
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
15.7.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 187/189 |
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
ta' l-24 ta' April 2007
dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-Sitt, is-Seba', it-Tmien u d-Disa' Fondi Ewropej għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2005
(2008/539/KE)
IL-PARLAMENT EWROPEW,
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għad-geċiżjonijiet tal-kwittanza ta' l-2004 (COM(2006) 0641) u l-anness tiegħu SEC(2006) 1376),
wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet finanzjarji u l-kontijiet ta' dħul u nfiq għas-Sitt, is-Seba', it-Tmien u d-Disa' Fondi Ewropej għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2005 (COM(2006) 0429 – C6-0264/2006) (1),
wara li kkunsidra r-rapport dwar il-ġestjoni finanzjarja tas-Sitt, is-Seba', it-Tmien u d-Disa' Fondi Ewropej għall-Iżvilupp għas-sena 2005 (COM(2006) 0405),
wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar l-attivitajiet iffinanzjati mis-Sitt, mis-Seba', mit-Tmien u mid-Disa' Fondi Ewropej għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2005, flimkien mat-tweġibiet ivverifikati ta' l-istituzzjonijiet (2),
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni għall-affidabilità tal-kontijiet u għal-legalità u għar-regolarità tat-tranżazzjonijiet bażiċi, ipprovduti mill-Qorti ta' l-Awdituri bi qbil ma' l-Artikolu 248 tat-Trattat KE (3),
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tas-27 ta' Frar 2007 (6061/2007 – C6-0094/2007, 6062/2007 – C6-0095/2007, 6063/2007 – C6-0096/2007, 6064/2007 – C6-0097/2007),
wara li kkunsidra l-Artikolu 33 tal-Ftehima Interna ta' l-20 ta' Diċembru 1995, bejn ir-rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri, li ltaqgħu fil-Kunsill, dwar l-iffinanzjar u l-amministrazzjoni ta' l-għajnuna Komunitarja taħt it-Tieni Protokoll Finanzjarju għar-raba' Konvenzjoni ACP-KE (4),
wara li kkunsidra l-Artikolu 32 tal-Ftehima Interna tat-18 ta' Settembru 2000, bejn ir-rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri li ltaqgħu fil-Kunsill, dwar l-iffinanzjar u l-amministrazzjoni ta' l-għajnuna Komunitarja taħt il-Protokoll Finanzjarju għall-Ftehima ta' Sħubija bejn l-Istati ta' l-Afrika, tal-Karibew u tal-Paċifiku u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha ffirmata f'Cotonou (Benin) fit-23 ta' Ġunju 2000, u l-allokazzjoni ta' għajnuna finanzjarja għal Pajjiżi u Territorji Barranin li tapplika għalih ir-Raba' Parti tat-Trattat KE (5),
wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE,
wara li kkunsidra l-Artikolu 74 tar-Regolament Finanzjarju tas-16 ta' Ġunju 1998 applikabbli għal koperazzjoni fl-iffinanzjar ta' l-iżvilupp taħt ir-raba' Konvenzjoni ACP-KE (6),
wara li kkunsidra l-Artikolu 119 tar-Regolament Finanzjarju tas-27 ta' Marzu 2003 applikabbli għad-Disa' Fond Ewropew għall-Iżvilupp (7),
wara li kkunsidra l-Artikoli 70 u 71, t-tielet inċiż, u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A6-0115/2007),
A. |
billi, fid-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar il-Fondi Ewropej ta' l-Iżvilupp (EDFs), il-Qorti ta' l-Awdituri kkonkludiet li, ħlief għal ċerti eċċezzjonijiet, il-kontijiet għas-sena finanzjarja 2005 jirriflettu b'mod affidabbli d-dħul u l-infiq għas-sena finanzjarja u l-qagħda finanzjarja fl-aħħar tas-sena, |
B. |
billi l-konklużjoni tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet bażiċi hija bbażata, inter alia, fuq il-verifika ta' kampjun ta' tranżazzjonijiet, |
C. |
billi l-Qorti ta' l-Awdituri, fuq il-bażi tad-dokumentazzjoni eżaminata, hija ta' l-opinjoni li d-dħul imniżżel fil-kontijiet, l-allokazzjonijiet għall-EDF u l-impenji u l-ħlasijiet, meta jitqiesu kollha kemm huma, huma legali u regolari, |
1. |
Jagħti kwittanza lill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-Sitt, is-Seba', it-Tmien u d-Disa' Fondi Ewropej għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2005; |
2. |
Jagħti l-osservazzjonijiet tiegħu fir-riżoluzzjoni hawn taħt; |
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni, u r-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja, lill-Qorti ta' l-Awdituri u lill-Bank Ewropew ta' l-Investiment, u sabiex dawn jippubblikawhom fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (Serje L). |
Il-President
Hans-Gert PÖTTERING
Is-Segretarju Ġenerali
Harald RØMER
(1) ĠU C 265, 31.10.2006, p. 1.
(2) ĠU C 263, 31.10.2006, p. 205.
(3) ĠU C 263, 31.10.2006, p. 213.
(4) ĠU L 156, 29.5.1998, p. 108.
(5) ĠU L 317, 15.12.2000, p. 355.
(6) ĠU L 191, 7.7.1998, p. 53.
RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
ta' l-24 ta' April 2007
li tinkludi l-osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-Sitt, is-Seba', it-Tmien u d-Disa' Fondi Ewropej għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2005
IL-PARLAMENT EWROPEW,
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għad-deċiżjonijiet tal-kwittanza ta' l-2004 (COM(2006) 0641 u l-anness tiegħu SEC(2006) 1376),
wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet finanzjarji u l-kontijiet ta' dħul u nfiq għas-Sitt, is-Seba', it-Tmien u d-Disa' Fondi Ewropej għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2005 (COM(2006) 0429 – C6-0264/2006) (1),
wara li kkunsidra r-rapport dwar il-ġestjoni finanzjarja tas-Sitt, is-Seba', it-Tmien u d-Disa' Fondi Ewropej għall-Iżvilupp għas-sena 2005 (COM(2006) 0405),
wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar l-attivitajiet iffinanzjati mis-Sitt, mis-Seba', mit-Tmien u mid-Disa' Fondi Ewropej għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2005, flimkien mat-tweġibiet ivverifikati ta' l-istituzzjonijiet (2),
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni għall-affidabilità tal-kontijiet u għal-legalità u għar-regolarità tat-tranżazzjonijiet bażiċi, ipprovduti mill-Qorti ta' l-Awdituri bi qbil ma' l-Artikolu 248 tat-Trattat KE (3),
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tas-27 ta' Frar 2007 (6061/2007 – C6-0094/2007, 6062/2007 – C6-0095/2007, 6063/2007 – C6-0096/2007, 6064/2007 – C6-0097/2007),
wara li kkunsidra l-Artikolu 33 tal-Ftehima Interna ta' l-20 ta' Diċembru 1995, bejn ir-rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri, li ltaqgħu fil-Kunsill, dwar l-iffinanzjar u l-amministrazzjoni ta' l-għajnuna Komunitarja taħt it-Tieni Protokoll Finanzjarju għar-raba' Konvenzjoni ACP-KE (4),
wara li kkunsidra l-Artikolu 32 tal-Ftehima Interna tat-18 ta' Settembru 2000, bejn ir-rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri li ltaqgħu fil-Kunsill, dwar l-iffinanzjar u l-amministrazzjoni ta' l-għajnuna Komunitarja taħt il-Protokoll Finanzjarju għall-Ftehima ta' Sħubija bejn l-Istati ta' l-Afrika, tal-Karibew u tal-Paċifiku u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha ffirmata f'Cotonou (Benin) fit-23 ta' Ġunju 2000, u l-allokazzjoni ta' għajnuna finanzjarja għal Pajjiżi u Territorji Barranin li tapplika għaliha r-Raba' Parti tat-Trattat KE (5),
wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE,
wara li kkunsidra l-Artikolu 74 tar-Regolament Finanzjarju tas-16 ta' Ġunju 1998 applikabbli għal koperazzjoni fl-iffinanzjar ta' l-iżvilupp taħt ir-raba' Konvenzjoni ACP-KE (6),
wara li kkunsidra l-Artikolu 119 tar-Regolament Finanzjarju tas-27 ta' Marzu 2003 applikabbli għad-Disa' Fond Ewropew għall-Iżvilupp (7),
wara li kkunsidra l-Artikoli 70 u 71, t-tielet inċiż, u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A6-0115/2007),
A. |
billi l-Artikolu 119 tar-Regolament Finanzjarju tas-27 ta' Marzu 2003 jesiġi li l-Kummissjoni tieħu l-passi kollha xierqa biex taġixxi fuq l-osservazzjonijiet mehmużin mad-deċiżjoni li tagħti kwittanza u biex tirrapporta, fuq talba tal-Parlament Ewropew, dwar il-miżuri li ttieħdu fid-dawl ta' dawk l-osservazzjonijiet u kummenti, |
B. |
billi l-Ftehima ta' Sħubija bejn il-Membri tal-Grupp ta' l-Istati Afrikani, tal-Karibew u Paċifiċi minn naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha minn naħa l-oħra, iffirmata f'Kotonu fit-23 ta' Ġunju 2000 (8), ġiet riveduta bil-ftehima ffirmata fil-Lussemburgu fil-25 ta' Ġunju 2005 (9), |
Id-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni
1. |
Jinnota li minkejja l-problemi msemmija fid-dettall hawn taħt, il-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri (ECA) hija ta' l-opinjoni li l-kontijiet jirriflettu b'mod affidabbli d-dħul u l-infiq relatati mas-Sitt, mas-Seba', mat-Tmien u mad-Disa' Fondi Ewropej għall-Iżvilupp (EDFs):
|
2. |
Jinnota li, fir-rigward tat-tranżazzjonijiet sottostanti, l-Qorti ta' l-Awdituri hija ta' l-opinjoni li d-dħul, l-allokazzjonijiet ta' l-EDF, l-impenji u l-ħlasijiet huma, meta jitqiesu kollha kemm huma, legali u regolari; |
3. |
Ifakkar li madwar nofs l-allokazzjonijiet totali jikkonsistu f'għajnuna programmabbli mmirata lejn l-implimentazzjoni ta' proġetti; josserva li dawn il-fondi jiġu implimentati f'żewġ fażijiet: il-Kummissjoni tieħu d-deċiżjoni dwar l-iffinanzjar – li tidher fil-kontijiet bħala impenn finanzjarju; il-konklużjoni tal-kuntratti – li tidher fil-kontijiet bħala impenji legali individwali – u l-awtorizzazzjoni ta' ħlasijiet isiru mill-uffiċjal nazzjonali li jawtorizza (NAO) tal-pajjiż ikkonċernat, skond il-ftehim dwar l-iffinanzjar bejn il-Kummissjoni u dak il-pajjiż partikulari; |
4. |
Jenfasizza li l-Qorti ta' l-Awdituri nnotat żieda fir-riskju li jsiru żbalji li jaffettwaw tranżazzjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tan-NAOs; jinnota li, fir-rigward ta' impenji legali individwali, l-iżbalji skoperti kienu jikkonċernaw pereżempju l-użu ta' proċeduri xierqa għas-sejħiet ta' l-offerti, b'mod partikulari fl-istimi ta' programmi u ftehimiet dwar għotjiet, garanziji bankarji u n-nuqqas li jintlaħqu l-iskadenzi għall-bidu ta' l-implimentazzjoni ta' programmi; josserva li, fir-rigward ta' ħlasijiet, l-iżbalji kienu jikkonċernaw l-ammonti tal-ħlasijiet u żbalji oħrajn bħal nuqqas ta' konformità ma' l-obbligi kuntrattwali; |
5. |
Jirrikonoxxi, f'konformità ma' l-ECA, l-isforzi tal-Kummissjoni biex tibni l-kapaċità ta' mmaniġġjar ta' l-NAOs billi tipprovdilhom għajnuna teknika, tagħmir u taħriġ; madankollu huwa mħasseb li l-ECA tista' tiġġudika r-riżultati ta' dawn l-isforzi bħala wieħed varjabbli; jitlob li l-Kummissjoni tirfina l-istrateġija ta' appoġġ tagħha fir-rigward ta' każijiet problematiċi; |
It-tisħiħ tar-responsabbilità fl-immaniġġjar tal-Kummissjoni tal-fondi EDF
6. |
Ifakkar li fir-riżoluzzjoni ta' kwittanza preċedenti, il-Parlament talab lill-Kummissjoni biex tikkjarifika t-tqassim indikattiv tar-responsabilitajiet tal-Kummissjoni fir-rigward ta' l-EDF u ta' l-għajnuna esterna; huwa konxju tal-pożizzjoni tal-Kummissjoni, li t-tqassim ta' responsabilitajiet, minkejja li teżisti ċerta kumplessità minħabba l-ħtieġa għal koordinazzjoni ta' servizzi differenti tal-Kummissjoni, jaħdem tajjeb fil-prattika; madankollu, jistieden lill-Kummissjoni biex tirrifletti fuq modi possibbli kif tista' tissimplifika l-istruttura ta' ġestjoni attwali sabiex ikun minimizzat l-periklu ta' ambigwitajiet fir-rigward tar-responsabilitajiet għall-EDF; |
Tisħiħ tal-kontroll demokratiku tal-fondi ta' l-EDF immaniġġjati mill-Bank Ewropew ta' l-Investiment
7. |
Jinnota li, mill-allokazzjoni inizjali totali tad-Disa' EDF, li tammonta għal EUR 13 800 miljun, il-Bank Ewropew ta' l-Investiment (EIB) huwa responsabbli għal EUR 2 200 miljun, li jintefqu permezz tal-faċilità ta' investiment ta' l-EDF; josserva li l-faċilità ta' investiment mhix koperta mid-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni ta' l-ECA u lanqas mill-proċedura ta' kwittanza tal-Parlament; |
8. |
Jipproponi li l-EIB jagħti rendikont ta' l-immaniġġjar tiegħu tal-faċilità ta' investiment ta; l-EDF lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament u jenfasizza li, skond it-Titolu VII tar-Regolament Finanzjarju applikabbli għad-Disa' EDF, il-kontijiet ta' l-EDF immaniġġjati mill-EIB huma suġġetti għal eżami mill-ECA; |
9. |
Jerġa jtenni l-opinjoni mir-riżoluzzjonijiet dwar kwittanza preċedenti li hemm ċerta diskrepanza fir-regolament finanzjarju ta' l-EDF attwali fir-rigward tal-kontijiet ta' l-EDF: waqt li matul il-proċedura ta' kwittanza, il-Kummissjoni tippreżenta l-kontijiet ikkonsolidati ta' l-EDF lill-Parlament inklużi d-dikjarazzjonijiet finanzjarji u t-tagħrif mogħti mill-EIB, sussegwentement il-Parlament jeżamina biss il-kontijiet u jeskludi l-informazzjoni mogħtija mill-EIB; |
10. |
Ifakkar li l-ECA, fl-opinjoni tagħha Nru. 12/2002 (10), iddispjaċiha li l-operazzjonijiet ta' l-EDF immaniġġjati mill-EIB ma kinux suġġetti għal proċedura ta' kwittanza li tinvolvi l-Parlament u l-Kunsill; jappoġġja l-argumenti ta' l-ECA li dawk l-operazzjonijiet twettqu mill-bank f'isem il-Komunità u b'riskju tal-Komunità, u li fil-bidu dawn il-fondi kienu kontribuzzjoni ta' l-Ewropej li jħallsu taxxi u mhux tas-swieq finanzjarji; |
11. |
Huwa konvint li t-trasparenza u l-kontroll demokratiku tal-fondi ta' l-EDF immaniġġjati mill-EIB kienu jissaħħu li kieku dawn l-operazzjonijiet kienu suġġetti għal proċedura ta' kwittanza li tinvolvi l-Parlament u l-Kunsill; jistieden lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni u lill-EIB biex jindirizzaw din il-kwistjoni waqt ir-reviżjoni li ġejja tar-Regolament Finanzjarju ta' l-EDF; |
Indirizzar ta' limitazzjonijiet fir-riżorsi
12. |
Jikkonkludi għal darba oħra li l-integrazzjoni ta' l-EDF fil-baġit ta' l-UE isaħħaħ il-konsistenza globali tal-koperazzjoni Ewropea fl-iżvilupp, tiżgura aktar trasparenza u effettività u tiffaċilità l-iskrutinju demokratiku; |
13. |
Huwa mħasseb li l-Kummissjoni, fir-rapport tagħha dwar l-immaniġġjar finanzjarju, indikat li minħabba limitazzjonijiet fir-riżorsi xi oqsma ta' kontroll finanzjarju ġew traskurati, fosthom, bħala eżempji xierqa, insibu l-monitoraġġ ta' programmi Stabex u l-implimentazzjoni ta' kontrolli ex post; barra minn hekk jinnota li kemm ir-rapporti ta' attività annwali tad-DĠ AIDCO (EuropeAid) kif ukoll dawk tad-DĠ Żvilupp ibassru nuqqas fin-numru ta' staff meta x-xogħol jiżdied b'mod sinifikattiv fis-snin li ġejjin; |
14. |
Jinnota li l-Kummissjoni tuża punti ta' referenza li joriġinaw mit-taqbil li jsir ma' donaturi oħrajn, u li l-Kummissjoni fasslet għaliha nnifisha mira li żżomm rata ta' 4,5 membri ta' staff għal kull EUR 10 miljun għajnuna; huwa ta' l-opinjoni li l-fatt li tintlaħaq rata ġenerali ta' staff għal kull EUR 10 miljun ta' għajnuna ma jistax fih innifsu jagħti lill-awtorità ta' kwittanza l-assigurazzjoni meħtieġa li l-implimentazzjoni u l-kontroll finanzjarju ma jbatux minn nuqqas attwali ta' staff kif ġie rikonoxxut mill-Kummissjoni stess; |
15. |
Jitlob, f'konformità ma' l-ECA, li l-Kummissjoni, fir-rapport tagħha dwar l-immaniġġjar finanzjarju għall-2006, tindika l-prijoritajiet li ġew stabbiliti bħala riżultat tal-limitazzjonijiet attwali fir-riżorsi u l-impatt fuq l-implimentazzjoni ta' l-EDFs; |
16. |
Jistieden lill-Kummissjoni, biex tirrevedi l-istrateġija ta' verifika tagħha u torganizza mill-ġdid l-istrutturi ta' verifika u l-istaff u, mhux biss minħabba l-limitazzjonijiet attwali fir-riżorsi, biex tikkunsidra koperazzjoni aktar mill-qrib ma' l-esperti nazzjonali mill-amministrazzjonijiet ta' l-Istati Membri fl-immaniġġjar finanzjarju tal-fondi ta' l-EDF b'mod ġenerali u l-użu estiż ta' impriżi privati magħrufa u b'reputazzjoni tajba mill-Istati Membri fit-twettiq ta' programmi u proġetti individwali; |
Il-bini ta' sistemi sodi ta' teknoloġija ta' l-informatika għall-finijiet ta' kontabilità u mmaniġġjar
17. |
Jikkondividi t-tħassib ta' l-ECA fir-rigward tal-fatt li s-sistema ta' kontabilità attwali ma pprovdietx it-tagħrif komplet dwar il-kontijiet għas-sena finanzjarja 2005 u li, għalhekk, il-kontijiet kellhom jiġu kumplimentati b'mod manwali sabiex ikunu konformi mal-prinċipji tal-kontabilità tad-dovut (accrual accounting); |
18. |
Huwa mħasseb dwar ir-riżultat ta' verifika tas-sistema lokali tat-teknoloġija ta' l-informatika tal-EuropeAid li saret bis-saħħa tal-kapaċità għal verifika interna tal-EuropeAid, li ddikjarat li l-kontrolli ta' l-applikazzjoni kienu adegwati, iżda li l-amministrazzjoni u sigurtà tas-sistema laħqu biss l-istandards minimi skond “prattiki prinċipali”; |
19. |
Jinnota li l-immaniġġjar tal-fondi ta' l-EDF se jitmexxa għall-istess sistema tat-teknoloġija ta' l-informatika użata għall-immaniġġjar ta' l-għajnuna għall-iżvilupp iffinanzjata mill-baġit ġenerali (CRIS – ABAC); josserva li kien hemm dewmien fil-migrazzjoni li issa hija skedata li ssir sa l-aħħar ta' l-2007, fil-ħin għall-bidu ta' l-Għaxar EDF fl-2008; jistieden lill-Kummissjoni biex tgħarraf lill-Parlament dwar ir-riżultati tal-proċess ta' migrazzjoni; jistenna li l-Kummissjoni tiżgura li waqt il-proċess ta' migrazzjoni jkun provdut tagħrif komplut u ta' min joqogħod fuqu dwar iż-żamma tal-kontijiet lill-ECA u lill-awtorità ta' kwittanza; |
20. |
Jilqa' b'sodifazzjon il-fatt li l-Kummissjoni lesta tinforma lill-Parlament dwar l-integrazzjoni ta' l-amministrazzjoni finanzjarja ta' l-EDF fis-Sistema Komuni ta' Informazzjoni RELEX (CRIS) f'Lulju u mbagħad f'Settembru; |
21. |
Jappoġġja l-intenzjoni tal-Kummissjoni li ttejjeb is-sistema ta' l-informatika tal-EuropeAid mhux biss fir-rigward ta' l-iffunzjonar tagħha bħala għodda tal-kontabilità iżda wkoll bħala għodda ta' tmexxija; f'dan il-kuntest, jitlob lill-Kummissjoni biex tqis b'attenzjoni partikulari segwitu mtejjeb u koerenti tas-sejbiet tal-verifika; |
Evalwazzjoni ta' l-impatt ta' l-iffinanzjar mill-UE għall-għajnuna għall-iżvilupp permezz ta' l-EDF
22. |
Huwa konvint li l-kejl tal-kontribut ta' għajnuna għall-iżvilupp ta' l-UE ffinanzjata permezz ta' l-EDF hemm bżonn – bħala l-ewwel pass – li l-Kummissjoni taħdem ma' l-imsieħba fil-pajjiżi benefiċċjarji sabiex jitfasslu objettivi kemm jista' jkun preċiżi li jippermettu li l-progress jiġi kkalkulat b'mod faċli u preċiż f'kull stadju ta' l-implimentazzjoni; |
23. |
Jinnota li l-Kummissjoni, fis-segwitu tagħha għall-kwittanza ta' l-2004 li ġiet ippreżentata f'Ottubru 2006, indikat li, fir-rigward tar-rawnd ta' programmar tal-pajjiżi għall-perjodu 2007-2013, hija fil-proċess li tiżviluppa rakkomandazzjonijiet għall-użu ta' indikaturi rilevanti f'kull wieħed mill-oqsma koperti mid-dokumenti ta' programmar; |
24. |
Jaħseb li huwa importanti li indikaturi rilevanti tal-prestazzjoni għandhom ikunu inklużi fil-proċess ta' programmar mill-bidu nett; jistieden lill-Kummissjoni biex tindika, fir-rapport dwar l-immaniġġjar finanzjarju għall-2006, sa liema punt ġew implimentati fil-ħin ir-rakkomandazzjonijiet għall-istabbiliment ta' indikaturi tal-prestazzjoni fil-proċess ta' programmar għall-perjodu 2007-13; |
25. |
Jistenna li l-Kummissjoni tagħti istruzzjonijiet lid-delegazzjonijiet tagħha fil-pajjiżi benefiċċjarji bħala regola ġenerali biex fir-rapporti tagħha tiddefinixxi r-riżultati prattiċi tat-tqassim tal-fondi ta' l-UE sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tikkalkula u tippubblika r-riżultati tal-koperazzjoni ta' l-UE fl-iżvilupp; |
Aktar titjib fl-implimentazzjoni tal-fondi ta' l-EDF
26. |
Hu fiduċjuż li sseħħ il-previżjoni fl-evalwazzjoni tal-prestazzjoni li tgħid li l-fondi kollha tad-Disa' EDF se jkunu impenjati sa l-aħħar ta' l-2007 meta jiskadi d-Disa' EDF; jitlob lill-Kummissjoni biex tinforma lill-Parlament, f'ħin waqtu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2006, dwar l-evoluzzjoni ta' l-impenji fir-rigward tad-Disa' EDF, is-sitwazzjoni fir-rigward ta' l-EDFs preċedenti u s-sitwazzjoni fir-rigward ta' ħlasijiet; |
27. |
Ifakkar li t-tnaqqis ta' impenji pendenti (reste à liquider (RAL)) kien għal żmien twil suġġett tat-tħassib tal-Parlament f'eżerċizzji ta' kwittanza preċedenti; jappoġġja l-inizjattivi riċenti tal-Kummissjoni biex tnaqqas ir-RAL; jinnota li fl-2006 ir-RAL tnaqqas għall-ewwel darba u issa jammonta għal EUR 10 324 miljun; jinnota li r-RAL “l-antik”, jiġifieri impenji li ilhom iktar minn 5 snin, tnaqqas minn EUR 1,62 biljun għal EUR 867 miljun; jinnota li l-impenji inattivi, jiġifieri dawk li għalihom ma kienx iffirmat l-ebda kuntratt u li għalihom ma sarux l-ebda ħlasijiet f'dawn l-aħħar sentejn, tnaqqsu minn EUR 350 miljun għal EUR 285 miljun; jitlob lill-Kummissjoni biex tagħmel sforzi biex tnaqqas ir-RAL u biex tirrapporta, fid-dettall, lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-progress li sar; |
28. |
Jinnota li r-rapport dwar l-immaniġġjar finanzjarju għas-sena finanzjarja 2005 tressaq tard; jistenna li l-Kummissjoni tipprovdi, fir-rapport ta' l-immaniġġjar finanzjarju tagħha għas-sena finanzjarja 2006, informazzjoni aktar dettaljata kif mitlub mill-ECA, b'mod partikulari informazzjoni dwar l-istrateġija biex jitnaqqas il-livell ta' impenji inattivi; |
29. |
Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li s-sehem tal-fondi ta' l-UE minfuqa fuq is-setturi tas-saħħa bażika u ta' l-edukazzjoni bażika tela' minn 4,98 % għal 6,83 %; madanakollu, jiddispjaċih li dan is-sehem għadu 'l bogħod ħafna mill-mira ta' 20 % li ġiet ffissat fil-baġit ta' l-2005; ma jistax jaċċetta l-fatt li l-Kummissjoni qed tuża l-objettiv leġittimu u meħtieġ ta' koordinazzjoni aħjar tad-donaturi u l-kondiviżjoni tax-xogħol fosthom bħala skuża għal-livell wisq baxx ta' investiment fis-setturi tas-saħħa bażika u ta' l-edukazzjoni bażika u jħeġġiġha sabiex tadotta miżuri sabiex tikseb il-mira ta' 20 % u sabiex tinforma lill-Parlament bil-miktub ta' l-anqas darbtejn fis-sena dwar il-progress ta' l-implimentazzjoni u dwar il-fatturi meqjusa fil-kalkoli; |
30. |
Jiddipjaċih dwar il-fatt li l-Kummissjoni għadha ma żviluppatx strateġija komprensiva flimkien mal-pajjiżi benefiċjarji sabiex is-setturi tas-saħħa u ta' l-edukazzjoni jkunu prijorità fl-istrateġiji ġodda tal-pajjiżi; |
31. |
Jesprimi dispjaċir ukoll li, minkejja li l-kummissjoni tat l-assigurazzjonijiet tagħha, id-dokumenti ta' strateġiji nazzjonali li bħalissa qed jiġu ppreparati huma nieqsa minn profil ċar ta' Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millenju (MDG), biex ma nsemmux in-nuqqas ta' miri u skedi speċifiċi għall-kisba ta' kull MDG u jonqsu milli jitrattaw b'mod xieraq il-kontribuzzjoni tal-Komunità għall-kisba tagħhom; |
32. |
Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tikkontrolla aktar mill-qrib l-emigrazzjoni ta' xogħol tas-snajja mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw lejn l-UE u sabiex tipproponi miżuri xierqa li jippermettu lill-persuni mħarrġa li ġejjin minn pajjiżi li qed jiżviluppaw, li jibqgħu jew jerġgħu jirritornaw lejn pajjiżhom sabiex azzjoni mid-donaturi, eżempju fis-setturi tas-saħħa u ta' l-edukazzjoni, tista' tkun fit-tul u effettiva fil-ġlieda kontra l-faqar fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw; |
33. |
Jilqa' b'sodisfazzjon l-isforzi tal-Kummissjoni sabiex timplimenta l-istrateġija sabiex l-ambjent jiġi inkorporat fil-koperazzjoni għall-iżvilupp, u jistieden lill-Kummissjoni sabiex tkompli miexja 'l quddiem bid-dimensjoni ambjentali fil-politika għall-iżvilupp, inklużi miżuri li jippromwovu l-forniment ta' enerġija li tirrispetta l-ambjent; |
L-Iżgurar ta' mmaniġġjar finanzjarju sod fir-rigward ta' l-appoġġ għall-baġit
34. |
Josserva li l-Kummissjoni tikkunsidra l-appoġġ għall-baġit mogħti lill-pajjiżi benefiċjarji bħala għodda dejjem aktar importanti għat-twassil effiċjenti ta' politiki ta' l-iżvilupp; jinnota li s-sehem ta' impenji ta' l-EDF fil-qasam ta' l-appoġġ għall-baġit ġenerali u settorjali żdied b'mod konsiderevoli, minn 18 % fl-2004 għal 32 % fl-2005; |
35. |
Jirrimarka li s-setgħat ta' kontroll ta' l-ECA fil-qasam ta' l-appoġġ għall-baġit huma limitati; jagħti bħala eżempju, fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet bażiċi, li l-ECA tista' tivverifika biss li l-kundizzjonijiet rilevanti ġew evalwati b'mod xieraq mill-Kummissjoni; għalhekk, jappoġġja b'mod qawwi t-talba ta' l-ECA li l-Kummissjoni għandha tfassal b'mod strutturat u dettaljat, fir-rapport tagħha dwar l-immaniġġjar finanzjarju għas-sena 2006, il-kriterji li wasslu għall-konklużjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-eliġibilità tal-pajjiż relevanti għal appoġġ tal-baġit; jilqa' l-impenn tal-Kummissjoni biex tipprovdi l-informazzjoni mitluba; |
36. |
Jerġa' jtenni li l-Parlament, f'konformità ma' l-ECA, tagħti importanza kbira l-irwol ta' l-istituzzjonijiet superjuri nazzjonali ta' verifika (SAIs) fil-pajjiżi li jirċievu apoġġ għall-baġit; jinsisti li jirċievi, kif kien mitlub fir-riżoluzzjoni ta' kwittanza preċedenti, l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni tal-possibilitajiet differenti għall-Komunità Ewropea biex tikkopera ma' dawk l-SAIs; |
37. |
Jilqa' l-inizjattiva tal-Kummissjoni biex tappoġġja proġetti ta' ġemellaġ li jinvolvu esperti nazzjonali mill-SAIs ta' l-Istati Membri u SAIs fil-pajjiżi li qed jirċievu l-appoġġ għall-baġit, bħall-koperazzjoni bejn l-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Awditjar tar-Renju Unit u l-Uffiċċju ta' l-Awditjar tal-Gana; jitlob lill-Kummissjoni sabiex tindaga aktar dwar l-użu tal-kompetenza tas-SAIs ta' l-Istati Membri sabiex jissaħħaħ il-kontroll finanzjarju pubbliku fil-pajjiżi msieħba; |
Sistemi ta' superviżjoni u ta' kontroll
38. |
Jinnota l-opinjoni ta' l-ECA li għadha ma ġietx stabbilita strateġija koerenti u globali ta' kontroll fir-rigward ta' l-immaniġġjar tal-fondi ta' l-EDF u ta' l-għajnuna esterna; jilqa' r-rakkomandazzjonijiet konkreti ta' l-ECA li jiġu inklużi xi elementi f'din l-istrateġija; josserva li l-Pjan ta' Azzjoni tal-Kummissjoni lejn qafas Integrat ta' Kontroll Intern (11) jaħseb għal linji gwida komuni li għandhom ikunu stabbiliti għal kull grupp ta' politiki u li dan għandu jirriżulta f'rappurtaġġ aktar ċar u koerenti fir-rapporti ta' attività annwali; jirrikonoxxi r-rieda tal-Kummissjoni li ttejjeb aktar is-sistemi superviżorji u ta' kontroll u l-miżuri konkreti proposti biex dan isir; jitlob lill-Kummissjoni biex tirrapporta, fid-dawl tar-rakkomandazzjonijiet konkreti ta' l-ECA, dwar il-progress li jsir fir-rapporti ta' attività annwali li ġejjin; |
39. |
Jilqa' l-fatt li l-ECA irreġistrat titjib fis-sistemi ta' superviżjoni u ta' kontroll tal-Kummissjoni; madankollu jiddispjaċih mill-fatt li dan it-titjib ma jestendix għas-superviżjoni, l-kontroll u l-verifika ta' l-istituzzjonijiet ta' implimentazzjoni; jikkunsidra mhux aċċettabbli li, bħala riżultat, jibqa' jsir numru kbir ta' żbalji materjali f'punt ċentrali fil-katina bejn l-Ewropew li jħallas it-taxxa u l-benefiċjarju finali fil-pajjiż li qed jiżviluppa; |
40. |
Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tiżviluppa u timplimenta metodu komprensiv lejn is-superviżjoni, il-kontroll u l-verifika ta' l-organizzazzjonijiet ta' implimentazzjoni sabiex tiżgura l-applikazzjoni xierqa ta' proċeduri kuntrattwali mill-organizzazzjonijiet ta' implimentazzjoni, li ħafna drabi s'issa ma kienx il-każ; |
41. |
Jistieden lill-Kummissjoni sabiex, bil-għan li ttejjeb is-superviżjoni finanzjarja, tiżgura li l-EuropeAid tipprovdi appoġġ aħjar għall-istaff finanzjarju operattiv fid-delegazzjonijiet u fis-servizzi ċentrali, tagħmel arranġamenti għal analiżi ta' riskju aħjar u li jiffoka fuq is-setturi ta' riskju għoli partikulari u tagħmel aktar żjarat ta' monitoraġġ, tikseb superviżjoni ċentrali aħjar tal-prestazzjoni u ssegwi l-verifiki esterni mibdija mid-delegazzjonijiet u mis-servizzi ċentrali u tibda anqas verifiki ex post filwaqt li fl-istess ħin ittejjeb l-iskop, il-ħin u l-kontroll tal-kwalità tagħhom; |
42. |
Ġeneralment, jappoġġa bil-qawwa t-talba ta' l-ECA li l-Kummissjoni għandha tippreżenta fid-dettall il-mod kif segwiet is-sejbiet tal-verifiki ta' l-ECA fir-rapporti ta' attività annwali u fir-rapporti dwar l-immaniġġjar finanzjarju tal-fondi ta' l-EDF. |
(1) ĠU C 265, 31.10.2006, p. 1.
(2) ĠU C 263, 31.10.2006, p. 205.
(3) ĠU C 263, 31.10.2006, p. 213.
(4) ĠU L 156, 29.5.1998, p. 108.
(5) ĠU L 317, 15.12.2000, p. 355
(6) ĠU L 191, 7.7.1998, p. 53.
(8) ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.
(9) ĠU L 287, 28.10.2005, p. 4.