This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document JOL_2007_334_R_0045_01
2007/819/EC: Council Decision of 8 November 2007 on the conclusion of the Agreement between the European Community and the Republic of Serbia on the readmission of persons residing without authorisation# Agreement between the European Community and the Republic of Serbia on the readmission of persons residing without authorisation
2007/819/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 8 ta'Novembru 2007 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tas-Serbja dwar ir-re-ammissjoni ta’ persuni residenti mingħajr awtorizzazzjoni
Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tas-Serbja dwar l-ammissjoni mill-ġdid ta’ persuni residenti mingħajr awtorizzazzjoni
2007/819/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 8 ta'Novembru 2007 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tas-Serbja dwar ir-re-ammissjoni ta’ persuni residenti mingħajr awtorizzazzjoni
Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tas-Serbja dwar l-ammissjoni mill-ġdid ta’ persuni residenti mingħajr awtorizzazzjoni
ĠU L 334, 19.12.2007, p. 45–64
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
19.12.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 334/45 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-8 ta'Novembru 2007
dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tas-Serbja dwar ir-re-ammissjoni ta’ persuni residenti mingħajr awtorizzazzjoni
(2007/819/KE)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, b’mod partikolari l-punt 3(b) ta’ l-Artikolu 63, flimkien ma’ l-ewwel sentenza ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300 (2) u l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300 (3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),
BILLI:
(1) |
Il-Kummissjoni nnegozjat f’isem il-Komunità Ewropea Ftehim mar-Repubblika tas-Serbja dwar ir-re-ammissjoni ta’ persuni residenti mingħajr awtorizzazzjoni. |
(2) |
Dan il-Ftehim ġie ffirmat, f’isem il-Komunità Ewropea, fit-18 ta’ Settembru 2007 suġġett għall-konklużjoni possibbli tiegħu f’data aktar tard, skond Deċiżjoni tal-Kunsill adottata fit-18 ta’ Settembru 2007. |
(3) |
Il-Ftehim għandu jiġi approvat. |
(4) |
Il-Ftehim jistabbilixxi Kumitat Konġunt dwar ir-re-ammissjoni li jista’ jadotta r-regoli tal-proċedura tiegħu. Huwa xieraq li tiġi pprovduta proċedura simplifikata għall-istabbiliment tal-pożizzjoni Komunitarja f’dan il-każ. |
(5) |
Skond l-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda, anness mat-Trattat dwar Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, ir-Renju Unit innotifika x-xewqa tiegħu li jieħu sehem fl-adozzjoni u fl-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni. |
(6) |
Skond l-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda, anness mat-Trattat dwar Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, l-Irlanda mhijiex ser tieħu sehem fl-adozzjoni u fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u għalhekk mhijiex marbuta minnha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha. |
(7) |
Skond l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka mehmuż mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka ma tieħux sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u għalhekk mhijiex marbuta minnha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tas-Serbja dwar ir-re-ammissjoni ta’ persuni residenti mingħajr awtorizzazzjoni huwa b’dan approvat f’isem il-Komunità.
It-test tal-ftehim huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill għandu jagħti n-notifika provduta fl-Artikolu 22 tal-Ftehim (2).
Artikolu 3
Il-Kummissjoni għandha tirrappreżenta lill-Komunità fil-Kumitat Konġunt dwar ir-re-ammissjoni stabbilit mill-Artikolu 18 tal-Ftehim.
Artikolu 4
Il-pożizzjoni tal-Komunità fi ħdan il-Kumitat Konġunt dwar ir-re-ammissjoni rigward l-adozzjoni tar-regoli tal-proċedura tiegħu kif meħtieġ skond l-Artikolu 18 (5) tal-Ftehim għandha tittieħed mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni ma’ kumitat speċjali maħtur mill-Kunsill.
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, 8 ta’ Novembru 2007.
Għall-Kunsill
Il-President
R. PEREIRA
(1) Opinjoni mogħtija fl-24 ta’ Ottubru 2007 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim se tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.
FTEHIM
bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tas-Serbja dwar l-ammissjoni mill-ġdid ta’ persuni residenti mingħajr awtorizzazzjoni
IL-PARTIJIET KUNTRAENTI L-GĦOLJIN,
IL-KOMUNITÀ EWROPEA minn hawn ‘il quddiem imsejħa “l-Komunità”,
u
R-REPUBBLIKA TAS-SERBJA, minn hawn ‘il quddiem imsejħa “Serbja”,
DETERMINATI li jsaħħu l-kooperazzjoni tagħhom sabiex jiġġieldu kontra l-immigrazzjoni illegali b’mod aktar effettiv,
FILWAQT LI JIXTIEQU jistabbilixxu, permezz ta’ dan il-Ftehim u fuq il-bażi tar-reċiproċità, proċeduri mgħaġġla u effettivi għall-identifikazzjoni u d-dħul lura sikur u ordinat ta’ persuni li ma jilħqux, jew li m’għadhomx jilħqu, il-kondizzjonijiet ta’ dħul, preżenza jew residenza fit-territorji tas-Serbja jew wieħed mill-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea, u biex jiffaċilitaw it-tranżitu ta’ dawn il-persuni bi spirtu ta’ kooperazzjoni;
FILWAQT LI JENFASIZZAW li dan il-Ftehim għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-drittijiet, l-obbligi u r-responsabbiltajiet tal-Komunità, l-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea u s-Serbja li jirriżultaw mil-Liġi Internazzjonali u, b’mod partikolari, mill-Konvenzjoni Ewropea ta’ l-4 ta’ Novembru 1950 għall-Protezzjoni tad-Drittijiet Umani u l-Libertajiet Fundamentali u l-Konvenzjoni tat-28 ta’ Lulju 1951 dwar l-Istatus tar-Refuġjati;
FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW li d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim, li jaqa’ fl-ambitu tat-Titolu IV tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, ma jgħoddux għad-Danimarka skond il-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka mehmuż mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
FTIEHMU KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Definizzjonijiet
Għall-għanijiet ta’ dan il-Ftehim:
(a) |
“Partijiet Kuntraenti” tfisser is-Serbja u l-Komunità; |
(b) |
“Persuna ta’ nazzjonalità tas-Serbja” tfisser kwalunkwe persuna li għandha nazzjonalità tar-Repubblika tas-Serbja, skond il-leġiżlazzjoni tagħha; |
(ċ) |
“Persuna ta’ nazzjonalità ta’ Stat Membru” tfisser kwalunkwe persuna li għandha nazzjonalità kif definit għal skopijiet Komunitarji, ta’ Stat Membru; |
(d) |
“Stat Membru” għandha tfisser kwalunkwe Stat Membru ta’ l-Unjoni Ewropea, ħlief ir-Renju tad-Danimarka; |
(e) |
“Persuna ta’ nazzjonalità ta’ pajjiż terz” tfisser kwalunkwe persuna li għandha nazzjonalità li mhijiex tas-Serbja jew ta’ wieħed mill-Istati Membri; |
(f) |
“Persuna mingħajr stat” tfisser kwalunkwe persuna li m’għandhiex nazzjonalità; |
(g) |
“Awtorizzazzjoni ta’ residenza” għandha tfisser permess uffiċjali ta’ kwalunkwe tip maħruġ mis-Serbja jew minn wieħed mill-Istati Membri li jintitola lill-persuna li toqgħod fit-territorju tagħha jew tiegħu. Dan ma jinkludix permessi temporanji biex il-persuna tibqa’ fit-territorju ta’ l-istati msemmija in konnessjoni ma’ l-ipproċessar ta’ applikazzjoni ta’ ażil jew applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ residenza; |
(h) |
“Viża” għandha tfisser awtorizzazzjoni maħruġa jew deċiżjoni meħuda mis-Serbja jew minn xi wieħed mill-Istati Membri, li hija meħtieġa biex persuna tidħol, jew tgħaddi mit-territorju tagħha jew tiegħu. Dan m’għandux jinkludi l-kategorija speċifika tal-viża ta’ tranżitu fl-ajruport; |
(i) |
“Stat li għamel it-talba” għandu jfisser l-Istat (Serbja jew wieħed mill-Istati Membri) li ssottometta applikazzjoni ta’ ammissjoni mill-ġdid skond l-Artikolu 7 jew jew applikazzjoni ta’ tranżitu skond l-Artikolu 14 ta’ dan il-Ftehim; |
(j) |
“Stat li lilu saret it-talba” għandu jfisser l-Istat (Serbja jew wieħed mill-Istati Membri) li lilu hija indirizzata applikazzjoni ta’ ammissjoni mill-ġdid skond l-Artikolu 7 jew applikazzjoni għal tranżitu skond l-Artikolu 14 ta’ dan il-Ftehim; |
(k) |
“L-Awtorità Kompetenti” għandha tfisser kull awtorità nazzjonali tas-Serbja jew wieħed mill-Istati Membri li għandha l-inkarigu li timplimenta dan il-Ftehim skond l-Artikolu 19 (1) (a) tiegħu. |
(l) |
“Reġjun fuq il-fruntiera” għandha tfisser żona li testendi sa 30 kilometru mill-fruntiera komuni fuq l-art bejn Stat Membru u s-Serbja, kif ukoll it-territorji ta’ l-ajruporti internazzjonali ta’ l-Istati Membri u s-Serbja. |
(m) |
“Tranżitu” għandu jfisser il-passaġġ ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat mit-territorju tal-pajjiż li saritlu t-talba waqt il-vjaġġ mill-Istat li għamel it-talba sal-pajjiż tad-destinazzjoni. |
TAQSIMA I.
L-OBBLIGI TA’ AMMISSJONI MILL-ĠDID MIS-SERBJA
Artikolu 2
L-ammissjoni mill-ġdid tal-persuni ta’ nazzjonalità tas-Serbja
1. Is-Serbja għandha tħalli tidħol mill-ġdid, wara applikazzjoni minn Stat Membru u mingħajr formalitajiet ulterjuri minbarra dawk provduti f’dan l-Ftehim, kull persuna li ma tissodisfax jew m’għadhiex tissodisfa l-kondizzjonijiet tad-dħul, preżenza jew residenza fit-territorju ta’ l-Istat Membru li jagħmel it-talba sakemm huwa stabbilit jew jista’ jiġi assunt b’mod validu fuq bażi ta’ provi prima facie li jkunu ġew provduti, li għandha n-nazzjonalità tas-Serbja.
2. Is-Serbja għandha wkoll tħalli jidħlu mill-ġdid:
— |
ulied minorenni mhux miżżewġa tal-persuni msemmija fil-paragrafu 1, irrispettivament mill-post tat-twelid jew ta’ nazzjonalità tagħhom, kemm-il darba m’għandhomx dritt indipendenti ta’ residenza fl-Istat Membru li jkun għamel it-talba; |
— |
konjuġi, li għandhom nazzjonalità oħra, tal-persuni msemmija fil-paragrafu 1, kemm-il darba għandhom id-dritt li jidħlu u joqogħdu fit-territorju tas-Serbja, kemm-il darba m’għandhomx dritt indipendenti ta’ residenza fl-Istat Membru li jkun għamel it-talba. |
3. Is-Serbja għandha wkoll tħalli jidħlu mill-ġdid lil persuni li rrinunzjaw in-nazzjonalità tas-Serbja minn meta daħlu fit-territorju ta’ Stat Membru, kemm-il darba dawn il-persuni ma ġewx għall-inqas imwiegħda n-naturalizzazzjoni minn xi wieħed mill-Istati Membri.
4. Wara li s-Serbja tkun tat risposta pożittiva għall-applikazzjoni ta’ lqugħ mill-ġdid, il-Missjoni Diplomatika jew l-Uffiċċju Konsulari kompetenti tas-Serbja għandha u minnufih u mhux aktar tard minn tlitt ijiem ta’ xogħol, t/joħroġ id-dokument ta’ l-ivjaġġar meħtieġ biex il-persuna li se titħalla tidħol mill-ġdid tmur lura, b’validità ta’ mhux inqas minn 3 xhur. Jekk għal raġunijiet legali jew fattwali, il-persuna kkonċernata ma tistax tiġi trasferita waqt il-perjodu ta’ validità tad-dokument ta’ l-ivjaġġar li nħareġ inizjalment, il-Missjoni Diplomatika jew Uffiċċju Konsulari kompetenti tas-Serbja għandha/u, fi żmien 14-il jum tal-kalendarju, t/joħroġ dokument ta’ l-ivjaġġar ġdid bl-istess perjodu ta’ validità. Jekk fi żmien 14-il jum tal-kalendarju s-Serbja ma tkunx ħarġet id-dokument ta’ l-ivjaġġar ġdid, hija titqies li tkun aċċettat l-użu tad-dokument ta’ l-ivjaġġar standard ġdid ta’ l-UE għall-iskopijiet ta’ tkeċċija (1).
5. Fil-każ li l-persuna li se tkun titħalla tidħol mill-ġdid ghandha nazzjonalità ta’ stat terz minbarra n-nazzjonalità Serbjana, l-Istat Membru li jagħmel it-talba għandu jqis ir-rieda tal-persuna li se tkun titħalla tidħol mill-ġdid fl-istat fejn hija tippreferi.
Artikolu 3
L-ammissjoni mill-ġdid ta’ persuni pajjiżi terzi u persuni mingħajr stat
1. Is-Serbja għandha tħalli jidħlu mill-ġdid, wara applikazzjoni minn Stat Membru u mingħajr ebda formalità oħra ħlief dawk provduti f’dan il-Ftehim, lill-persuni kollha ta’ nazzjonalità ta’ pajjiż terz jew persuni mingħajr stat li ma tissodisfax, jew m’għadhiex tissodisfa l-kondizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dħul, il-preżenza jew ir-residenza fit-territorju ta’ l-Istat Membru li jagħmel it-talba kemm-il darba ma jiġix ippruvat, jew jista’ jiġi assunt b’mod validu fuq il-bażi ta’ provi prima facie provduti, li dawn il-persuni
(a) |
għandhom fil-pussess tagħhom, jew fil-ħin tad-dħul kellhom fil-pussess tagħhom, viża jew awtorizzazzjoni ta’ residenza valida maħruġa mis-Serbja; jew |
(b) |
daħlu illegalment u direttament fit-territorju ta’ l-Istati Membri wara li jkunu qagħdu fi, jew għamlu tranżitu mit-territorju tas-Serbja. |
2. L-obbligu ta’ l-ammissjoni mill-ġdid ipprovdut fil-paragrafu 1 m’għandux jgħodd jekk
(a) |
il-persuna ta’ nazzjonalità ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat kienet biss fi tranżitu bl-ajru minn Ajruport Internazzjonali tas-Serbja; jew |
(b) |
l-Istat Membru li għamel it-talba ħareġ lill-persuna ta’ nazzjonalità ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat viża jew awtorizzazzjoni ta’ residenza sakemm
|
3. Is-Serbja għandha wkoll tħalli jidħlu mill-ġdid, wara applikazzjoni minn Stat Membru, lil persuni li qabel kellhom nazzjonalità ta’ dik li qabel kienet ir-Repubblika Soċjalista Federali tal-Jugoslavja li ma kisbu ebda nazzjonalità oħra u li l-post tat-twelid tagħhom, u l-post ta’ residenza permanenti tagħhom fis-27 ta’ April 1992, kienu fit-territorju tas-Serbja.
4. Wara li s-Serbja tagħti tweġiba pożittiva għall-applikazzjoni għall-ammissjoni mill-ġdid, l-Istat Membru li jkun Għamel it-Talba joħroġ lill-persuna li l-ammissjoni mill-ġdid tagħha ġie aċċettat id-dokument ta’ l-ivjaġġar standard ta’ l-UE għall-iskopijiet ta’ tkeċċija (1).
TAQSIMA II.
L-OBBLIGI TA’ L-AMMISSJONI MILL-ĠDID MILL-KOMUNITÀ
Artikolu 4
L-ammissjoni mill-ġdid ta’ ċittadini ta’ l-Istati Membri
1. Stat Membru għandu jħalli tidħol mill-ġdid, wara applikazzjoni mis-Serbja u mingħajr formalitajiet ulterjuri ħlief dawk provduti f’dan l-Ftehim, kull persuna li ma tissodisfax jew m’għadhiex tissodisfa l-kondizzjonijiet tad-dħul, preżenza jew residenza fit-territorju tas-Serbja li jagħmel it-talba sakemm huwa stabbilit jew jista’ jiġi assunt b’mod validu fuq bażi ta’ provi prima facie li jkunu ġew provduti, li għandha n-nazzjonalità ta’ dak l-Istat Membru.
2. Stat Membru għandu wkoll iħalli jidħlu mill-ġdid:
— |
ulied minorenni mhux miżżewġa tal-persuni msemmija fil-paragrafu 1, irrispettivament mill-post tat-twelid jew ta’ nazzjonalità tagħhom, kemm-il darba m’għandhomx dritt indipendenti ta’ residenza fis-Serbja; |
— |
konjuġi, li għandhom nazzjonalità oħra, tal-persuni msemmija fil-paragrafu 1, kemm-il darba għandhom id-dritt li jidħlu u joqogħdu fit-territorju tas-Serbja, kemm-il darba m’għandhomx dritt indipendenti ta’ residenza fis-Serbja; |
3. Stat Membru għandu wkoll iħalli jidħlu mill-ġdid lil persuni li rrinunzjaw in-nazzjonalità ta’ Stat Membru minn meta daħlu fit-territorju tas-Serbja, kemm-il darba dawn il-persuni ma ġewx għall-inqas imwiegħda n-naturalizzazzjoni mis-Serbja.
4. Wara li l-Istat Membru li lilu saret it-talba ta tweġiba pożittiva għall-applikazzjoni għall-ammissjoni mill-ġdid, il-Missjoni Diplomatika jew l-Uffiċċju Konsulari kompetenti ta’ dak l-Istat Membru għandha/u minnufih u mhux aktar tard minn tlitt ijiem ta’ xogħol, t/joħroġ id-dokument ta’ l-ivjaġġar meħtieġ biex il-persuna li se titħalla tidħol mill-ġdid tmur lura, b’validità ta’ mhux inqas minn 3 xhur. Jekk għal raġunijiet legali jew fattwali, il-persuna kkonċernata ma tistax tiġi trasferita waqt il-perjodu ta’ validità tad-dokument ta’ l-ivjaġġar li nħareġ inizjalment, il-Missjoni Diplomatika jew Uffiċċju Konsulari kompetenti ta’ dak l-Istat Membru għandha/u, fi żmien 14-il jum tal-kalendarju, t/joħroġ dokument ta’ l-ivjaġġar ġdid bl-istess perjodu ta’ validità.
5. Fil-każ li l-persuna li se tkun titħalla tidħol mill-ġdid ghandha nazzjonalità ta’ stat terz minbarra n-nazzjonalità ta’ l-Istat Membru li lilu tkun saret it-talba, is-Serbja għandha tqis ir-rieda tal-persuna li se tkun titħalla tidħol mill-ġdid fl-istat fejn hija tippreferi.
Artikolu 5
L-ammissjoni mill-ġdid ta’ persuni ta’ nazzjonalità ta’ pajjiżi tezi u persuni mingħajr stat
1. Stat Membru għandu jħalli tidħol mill-ġdid, wara applikazzjoni mis-Serbja u mingħajr formalitajiet ulterjuri minbarra dawk provduti f’dan l-Ftehim, iċ-ċittadini kollha ta’ nazzjonalità ta’ pajjiż terz jew persuni mingħajr stat li ma tissodisfax jew m’għadhiex tissodisfa l-kondizzjonijiet legali tad-dħul, il-preżenza jew ir-residenza fit-territorju tas-Serbja kemm-il darba huwa stabbilit jew jista’ jiġi assunt b’mod validu fuq bażi ta’ provi prima facie li jkunu ġew provduti, li dawn il-persuni
(a) |
għandhom fil-pussess tagħhom, jew fil-ħin tad-dħul kellhom fil-pussess tagħhom, viża jew awtorizzazzjoni ta’ residenza valida maħruġa mill-Istat Membru li lilu saret it-talba; jew |
(b) |
daħlu illegalment u direttament fit-territorju tas-Serbja wara li jkunu qagħdu fi, jew għamlu tranżitu mit-territorju ta’ l-Istat Membru li lilu saret it-talba. |
2. L-obbligu ta’ l-ammissjoni mill-ġdid ipprovdut fil-paragrafu 1 m’għandux jgħodd jekk
(a) |
il-persuna ta’ nazzjonalità ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat kienu biss fi tranżitu bl-ajru minn Ajruport Internazzjonali ta’ l-Istat Membru li lilu saret it-talba; jew |
(b) |
is-Serbja ħarġet lill-persuna ta’ nazzjonalità ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat viża jew awtorizzazzjoni ta’ residenza qabel jew wara d-dħul fit-territorju tagħha, kemm-il darba
|
3. L-obbligu ta’ l-ammissjoni mill-ġdid fil-paragrafu 1 huwa għall-Istat Membru li ħareġ viża jew awtorizzazzjoni ta’ residenza. Jekk żewġ Stati Membri jew aktar ikunu ħarġu viża jew awtorizzazzjoni ta’ residenza, l-obbligu ta’ l-ammissjoni mill-ġdid fil-paragrafu 1 jaqa’ fuq l-Istat Membru li ħareġ id-dokument b’perjodu ta’ validità itwal jew, jekk wieħed jew bosta jkunu diġà skadew, id-dokument li għadu validu. Jekk id-dokumenti kollha jkunu skadew, l-obbligu ta’ l-ammissjoni mill-ġdid fil-paragrafu 1 jaqa’ fuq l-Istat Membru li ħareġ id-dokument bid-data ta’ l-iskadenza l-aktar riċenti. Jekk ma jistgħux jiġu ppreżentati dawk id-dokumenti, l-obbligu ta’ l-ammissjoni mill-ġdid fil-paragrafu 1 jaqa’ fuq l-Istat Membru ta’ l-aħħar ħruġ.
4. Wara li l-Istat Membru jkun ta tweġiba pożittiva għall-applikazzjoni għall-ammissjoni mill-ġdid, is-Serbja toħroġ lill-persuna li l-ammissjoni mill-ġdid tagħha jkun ġie aċċettat, id-dokument ta’ l-ivjaġġar meħtieġ biex din tmur lura.
TAQSIMA III.
IL-PROĊEDURA TA’ LQUGĦ MILL-ĠDID
Artikolu 6
Prinċipji
1. Suġġett għall-paragrafu 2, kwalunkwe trasferiment ta’ persuna li għandha titħalla tidħol mill-ġdid fuq il-bażi ta’ wieħed mill-obbligi li jinsabu fl-Artikoli 2 sa 5 għandha teħtieġ is-sottomissjoni ta’ applikazzjoni ta’ lqugħ mill-ġdid lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat li lilu saret it-talba.
2. M’għandha tkun meħtieġa ebda applikazzjoni ta’ lqugħ mill-ġdid fejn il-persuna li għandha titħalla tidħol mill-ġdid għandha fil-pussess tagħha dokument ta’ l-ivjaġġar validu u, fil-każ li dik il-persuna hija persuna ta’ nazzjonalità ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat, għandha wkoll viża jew awtorizzazzjoni ta’ residenza validi ta’ l-Istat li lilu tkun saret it-talba.
3. Jekk persuna ġiet imwaqqfa fir-reġun tal-fruntiera (inklużi l-ajruporti) ta’ l-Istat li għamel it-talba wara li din tkun qasmet il-fruntiera illegalment hija u ġejja direttament mit-territorju ta’ l-Istat Membru li lilu saret it-talba, l-Istat li jagħmel it-talba jista’ jissottometti applikazzjoni għall-ammissjoni mill-ġdid fi żmien jumejn ta’ xogħol wara li din il-persuna tkun ġiet imwaqqfa (il-proċedura aċċellerata).
Artikolu 7
L-applikazzjoni ta’ lqugħ mill-ġdid
1. Sa fejn possibbli, kull applikazzjoni ta’ lqugħ mill-ġdid għandu jkun fiha din l-informazzjoni li ġejja:
(a) |
id-dettalji tal-persuna li għandha tiġi ammessa mill-ġdid (eż. ismijet, kunjomijiet, data u post tat-twelid u l-aħħar post ta’ residenza) u, fejn xieraq, id-dettalji ta’ l-ulied minorenni mhux miżżewġa u/jew tal-konjuġi; |
(b) |
dokumenti fuq il-bażi ta’ liema għandha tiġi pprovata n-nazzjonalità u indikazzjoni tal-mezzi li bihom l-evidenza prima facie tan-nazzjonalità, tat-tranżitu, il-kondizzjonijiet għall-ammissjoni mill-ġdid ta’ persuni ta’ nazzjonalità ta’ pajjiżi terzi u persuni mingħajr stat u d-dħul u r-residenza illegali se tiġi pprovduta. |
(ċ) |
ritratt tal-persuna li għandha titħalla tidħol mill-ġdid. |
2. Sa fejn hu possibbli, l-applikazzjoni għall-ammissjoni mill-ġdid għandu jkollha wkoll l-informazzjoni li ġejja:
(a) |
dikjarazzjoni li tindika li l-persuna li għandha tkun trasferita jista’ jkollha bżonn għajnuna jew kura, sakemm il-persuna kkonċernata tkun tat il-kunsens espliċitu tagħha għal din l-istqarrija; |
(b) |
kull miżura oħra ta’ protezzjoni jew sigurtà, jew informazzjoni dwar is-saħħa tal-persuna, li tista’ tkun meħtieġa fil-każ individwali ta’ trasferiment. |
3. Formola komuni li għandha tintuża fl-applikazzjonijiet ta’ lqugħ mill-ġdid hija mehmuża bħala l-Anness 6 ta’ dan il-Ftehim.
Artikolu 8
Mezzi ta’ prova dwar in-nazzjonalità
1. Il-prova dwar in-nazzjonalità skond l-Artikolu 2 (1) u l-Artikolu 4 (1) tista’ b’mod partikolari tiġi pprovduta permezz tad-dokumenti elenkati fl-Anness 1 ta’ dan il-Ftehim, anki meta l-perjodu ta’ validità tagħhom ikun skada. Jekk dokumenti bħal dawn ikunu ppreżentati, l-Istati Membri u s-Serbja għandhom jirrikonoxxu reċiprokament in-nazzjonalità mingħajr ebda ħtieġa ta’ verifika ulterjuri. Il-prova ta’ nazzjonalità ma tistax tiġi provduta permezz ta’ dokumenti foloz.
2. Il-prova prima facie dwar in-nazzjonalità skond l-Artikolu 2 (1) u l-Artikolu 4 (1) tista’ b’mod partikolari tiġi pprovduta permezz tad-dokumenti elenkati fl-Anness 2 ta’ dan il-Ftehim, anki meta l-perjodu ta’ validità tagħhom ikun skada. Jekk dokumenti bħal dawn ikunu ppreżentati, l-Istati Membri u s-Serbja għandhom iqisu li n-nazzjonalità ġiet stabbilita, kemm-il darba ma jkunux jistgħu jippruvaw mod ieħor. Il-prova prima facie dwar in-nazzjonalità ma tistax tiġi provduta permezz ta’ dokumenti foloz.
3. Jekk l-ebda wieħed mid-dokumenti elenkati fl-Annessi 1 jew 2 ma jkun jista’ jiġi ppreżentat, ir-rappreżentanzi diplomatiċi u konsulari ta’ l-Istat li lilu saret it-talba għandhom fuq talba, jagħmlu l-arranġamenti biex tintervista lill-persuna li se titħalla tidħol mill-ġdid mingħajr dewmien żejjed, u mhux aktar tard minn tlitt ijiem ta’ xogħol mid-data tat-talba, sabiex tiġi stabbilita n-nazzjonalità tagħha.
Artikolu 9
Mezzi ta’ prova dwar persuni ta’ nazzjonalità ta’ pajjiżi terzi u persuni mingħajr stat
1. Il-prova dwar il-kondizzjonijiet ta’ l-ammissjoni mill-ġdid ta’ persuni ta’ nazzjonalità ta’ pajjiżi terzi u persuni mingħajr stat skond l-Artikolu 3 (1) u l-Artikolu 5 (1) għandha tingħata b’mod partikolari permezz ta’ l-evidenza elenkata fl-Anness 3 ta’ dan il-Ftehim; ma tistax tiġi provduta permezz ta’ dokumenti foloz. Tali prova għandha tiġi rikonoxxuta reċiprokament mill-Istati Membri u mis-Serbja mingħajr ħtieġa ta’ ebda investigazzjoni ulterjuri.
2. Il-prova prima facie dwar il-kondizzjonijiet ta’ l-ammissjoni mill-ġdid ta’ persuni ta’ nazzjonalità ta’ pajjiżi terzi u persuni mingħajr stat skond l-Artikolu 3 (1) u l-Artikolu 5 (1) għandha tingħata b’mod partikolari permezz ta’ l-evidenza elenkata fl-Anness 4 ta’ dan il-Ftehim; ma tistax tiġi provduta permezz ta’ dokumenti foloz. Fejn hija ppreżentata din l-evidenza prima facie, l-Istati Membri u s-Serbja għandhom iqisu li l-kondizzjonijiet ġew stabbiliti, kemm-il darba ma jkunux jistgħu jipprovaw mod ieħor.
3. L-illegalità tad-dħul, preżenza jew residenza għandha tkun stabbilita permezz ta’ dokumenti tal-vjaġġ tal-persuna kkonċernata li fihom hija nieqsa l-viża neċessarja jew l-awtorizzazzjoni ta’ residenza għat-territorju ta’ l-Istat li għamel it-talba. Stqarrija mill-Istat li għamel it-talba li l-persuna kkonċernata nstabet li ma kellhiex id-dokumenti tal-vjaġġ, il-viża jew l-awtorizzazzjoni ta’ residenza neċessarji għandha wkoll tkun evidenza prima facie tad-dħul, tal-preżenza jew tar-residenza illegali.
4. Il-prova dwar il-kondizzjonijiet ta’ l-ammissjoni mill-ġdid ta’ persuni li qabel kellhom nazzjonalità ta’ dik li qabel kienet ir-Repubblika Soċjalista Federali tal-Jugoslavja stabbiliti fl-Artikolu 3 (3) għandha tingħata b’mod partikolari permezz ta’ l-evidenza elenkata fl-Anness 5a ta’ dan il-Ftehim; ma tistax tiġi provduta permezz ta’ dokumenti foloz. Is-Serbja għandha tirrikonoxxi reċiprokament tali prova mingħajr ma titlob investigazzjoni ulterjuri.
5. Il-prova prima facie dwar il-kondizzjonijiet ta’ l-ammissjoni mill-ġdid ta’ persuni li qabel kellhom nazzjonalità ta’ dik li qabel kienet ir-Repubblika Soċjalista Federali tal-Jugoslavja stabbiliti fl-Artikolu 3 (3) għandha tingħata b’mod partikolari permezz ta’ l-evidenza elenkata fl-Anness 5b ta’ dan il-Ftehim; ma tistax tiġi provduta permezz ta’ dokumenti foloz. Fejn hija ppreżentata din l-evidenza prima facie, is-Serbja għandha tqis li l-kondizzjonijiet ġew stabbiliti, kemm-il darba ma tkunx tista’ tipprova mod ieħor.
6. Jekk l-ebda wieħed mid-dokumenti elenkati fl-Anness 5a u fl-Anness 5b ma jkun jista’ jiġi ppreżentat, ir-rappreżentanzi diplomatiċi u konsulari kompetenti tas-Serbja għandhom, fuq talba, jagħmlu l-arranġamenti biex jintervistaw lill-persuna li se titħalla tidħol mill-ġdid mingħajr dewmien, u mhux aktar tard minn tlitt ijiem ta’ xogħol mid-data tat-talba, sabiex tiġi stabbilita n-nazzjonalità tagħha.
Artikolu 10
Termini
1. L-applikazzjoni għall-ammissjoni mill-ġdid għandha tkun sottomessa lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat li lilu saret it-talba mhux aktar tard minn sena wara li l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat li għamel it-talba tkun saret taf li persuna ta’ nazzjonalità ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat ma tilħaqx, jew m’għadhiex tilħaq, il-kondizzjonijiet fis-seħħ għad-dħul, il-preżenza jew ir-residenza. Fejn hemm ostakoli legali jew fattwali għas-sottomissjoni ta’ l-applikazzjoni fil-ħin, it-terminu għandu, fuq talba ta’ l-Istat li għamel it-talba, jiġi estiż iżda biss sakemm jieqfu jeżistu l-ostakoli.
2. Għandha tingħata tweġiba bil-miktub għall-applikazzjoni ta’ ammissjoni mill-ġdid
— |
fi żmien jumejn ta’ xogħol jekk l-applikazzjoni tkun saret taħt il-proċedura aċċellerata (l-Artikolu 6(3)); |
— |
fi żmien għaxart ijiem tal-kalendarju fil-każijiet l-oħrajn kollha. |
Dawn it-termini jibdew jgħoddu mid-data meta hija rċevuta t-talba għall-ammissjoni mill-ġdid. Jekk ma jkun hemm ebda risposta f’dan it-terminu, it-trasferiment jitqies li ġie mammissjoni.
3. Fejn hemm ostakoli legali jew fattwali biex issir risposta għall-applikazzjoni fi żmien għaxart ijiem tal-kalendarju, dan it-terminu jista’, fuq talba motivata kif xieraq, jiġi estiż b’mhux aktar minn sitt ijiem tal-kalendarju. Jekk ma hemm ebda risposta fit-terminu estiż, it-trasferiment jitqies li ġie mammissjoni.
4. Għandhom jingħataw raġunijiet għaċ-ċaħda ta’ talba għall-ammissjoni mill-ġdid.
5. Wara li jkun ingħata l-qbil jew, fejn xieraq, wara li jiskadi t-terminu stabbilit fil-paragrafu 2, il-persuna kkonċernata għanda tiġi ttrasferita fi żmien tliet xhur. Fuq talba ta’ l-Istat li għamel it-talba, dan it-terminu jista’ jiġi estiż biż-żmien li hemm bżonn biex jiġu ttrattati l-ostakoli legali jew prattiċi.
Artikolu 11
Modalitajiet tat-trasferiment u l-mezzi tat-trasport
1. Qabel ma tintbagħat lura persuna, l-awtoritajiet kompetenti tas-Serbja u ta’ l-Istat Membru kkonċernat għandhom jagħmlu l-arranġamenti bil-miktub minn qabel dwar id-data tat-trasferiment, il-punt tad-dħul, il-possibbiltà ta’ skorta, u informazzjoni oħra rilevanti għat-trasferiment.
2. It-trasport jista’ jsir bl-ajru jew l-art. Ir-ritorn bl-ajru m’għandux ikun limitat għall-użu tat-trasportaturi bl-ajru nazzjonali tas-Serbja jew l-Istati Membri u jista’ jsir bl-użu ta’ titjiriet skedati jew b’titjiriet ta’ ajruplani mikrija. Fil-każ ta’ ritorn bl-iskorta, dawn l-iskorti m’għandhomx ikunu limitati għal persuni awtorizzati ta’ l-Istat li għamel it-talba, kemm-il darba huma persuni awtorizzati mis-Serbja jew minn kwalunkwe Stat Membru.
Artikolu 12
Lqugħ mill-ġdid bi żball
L-Istat li għamel it-talba għandu jieħu lura lil kwalunkwe persuna li tħalliet tidħol mill-ġdid mill-Istat li lilu saret it-talba, jekk jiġi stabbilit, fi żmien tliet xhur wara t-trasferiment tal-persuna kkonċernata, li r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 2 sa 5 ta’ dan il-Ftehim ma ntlaħqux.
F’dawn il-każijiet id-dispożizzjonijiet proċedurali ta’ dan il-Ftehim għandhom jgħoddu mutatis mutandis u għandha tiġi pprovduta l-informazzjoni kollha disponibbli dwar l-identità u n-nazzjonalità attwali tal-persuna li se tittieħed lura.
TAQSIMA IV.
OPERAZZJONIJIET TA’ TRANŻITU
Artikolu 13
Prinċipji
1. L-Istati Membri u s-Serbja għandhom jillimitaw it-tranżitu ta’ persuni ta’ nazzjonalità ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat għall-każijiet fejn dawn il-persuni ma jistgħux jintbagħtu lura direttament lejn l-Istat ta’ destinazzjoni.
2. Is-Serbja għandha tippermetti t-tranżitu ta’ persuni ta’ nazzjonalità ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat jekk Stat Membru jitlob dan, u Stat Membru għandu jawtorizza t-tranżitu ta’ persuni ta’ nazzjonalità ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat jekk is-Serbja titlob dan, jekk ikunu assigurati l-vjaġġ lejn id-destinazzjoni li jgħaddi minn Stati ta’ tranżitu oħrajn possibbli u l-ammissjoni mill-ġdid mill-Istat ta’ destinazzjoni.
3. It-tranżitu jista’ jiġi rrifjutat mis-Serbja jew minn Stat Membru
(a) |
jekk il-persuna ta’ nazzjonalità ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat hija f’riskju li tkun suġġetta għat-tortura jew trattament jew kastig inuman jew degradanti jew il-piena tal-mewt jew persekuzzjoni minħabba r-razza, ir-reliġjon, in-nazzjonalità, is-sħubija f’xi grupp soċjali partikolari jew konvinzjoni politika tagħha fl-Istat ta’ destinazzjoni jew Stat ieħor ta’ tranżitu; jew |
(b) |
jekk il-persuna ta’ nazzjonalità ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat ikun suġġett għal sanzjonijiet kriminali fl-Istat li lilu tkun saret it-talba jew f’xi Stat ieħor ta’ tranżitu; jew |
(ċ) |
minħabba raġunijiet ta’ saħħa pubblika, sigurtà domestika, ordni pubblika jew interessi oħra nazzjonali ta’ l-Istat li lilu saret it-talba. |
4. Is-Serbja jew Stat Membru jistgħu jirrevokaw kull awtorizzazzjoni maħruġa jekk jinqalgħu jew jitfaċċaw iċ-ċirkustanzi li saret referenza għalihom fil-paragrafu 3 li jżommu milli ssir l-operazzjoni ta’ tranżitu, jew jekk il-vjaġġ lejn id-destinazzjoni lejn Stati possibbli ta’ tranżitu jew l-ammissjoni mill-ġdid mill-Istat ta’ destinazzjoni ma jibqgħux assigurat. F’dan il-każ, l-Istat li għamel it-talba għandu jieħu lura lill-persuna ta’ nazzjonalità ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat, kif meħtieġ u mingħajr dewmien.
Artikolu 14
Proċedura tat-tranżitu
1. Applikazzjoni għall-operazzjonijiet ta’ tranżitu għandha tkun sottomessa lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat li lilu saret it-talba bil-miktub u għandu jkollha l-informazzjoni li ġejja:
(a) |
it-tip ta’ tranżitu (bl-ajru jew l-art), Stati oħra possibbli ta’ tranżitu u d-destinazzjoni finali ppjanata; |
(b) |
id-dettalji tal-persuna kkonċernata (per eżempju l-isem, il-kunjom, l-isem ta’ xebba, l-ismijiet oħra użati/li bihom kienet magħrufa jew psewdonimi, id-data tat-twelid u — fejn possibbli — il-post tat-twelid, in-nazzjonalità, il-lingwa, it-tip u n-numru ta’ dokument tal-vjaġġ); |
(ċ) |
fejn hu maħsub li ser ikun il-punt tad-dħul u l-użu possibbli ta’ l-iskorti; |
(d) |
dikjarazzjoni li fil-fehma ta’ l-Istat li għamel it-talba il-kondizzjonijiet taħt l-Artikolu 13 (2) intlaħqu, u ma hija magħrufa ebda raġuni għar-rifjut skond l-Artikolu 13 (3). |
Formola komuni li għandha tintuża fl-applikazzjonijiet ta’ tranżitu hija mehmuża ma’ Anness 7 ta’ dan il-Ftehim.
2. Fi żmien ħamest ijiem tal-kalendarju l-Istat li lilu saret it-talba għandu jinforma bil-miktub lill-Istat li għamel it-talba dwar l-ammissjoni, jikkonferma l-punt tad-dħul u l-punt ippjanat ta’ l-ammissjoni, jew jinfurmah dwar ir-rifjut ta’ l-ammissjoni u r-raġunijiet għal dan ir-rifjut.
3. Jekk l-operazzjoni ta’ tranżitu ssir bl-ajru, il-persuna li tkun ser tintlaqa’ u l-iskorti possibbli jkunu eżentati milli jkollhom viża ta’ tranżitu ta’ l-ajruport.
4. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat li lilu saret it-talba għandhom, wara konsultazzjonijiet reċiproċi, jgħinu fl-operazzjonijiet ta’ tranżitu, b’mod partikolari permezz ta’ sorveljanza tal-persuni kkonċernati u l-għoti ta’ amenitajiet xierqa għal dak l-iskop.
TAQSIMA V.
SPEJJEŻ
Artikolu 15
Spejjeż tat-trasport u t-tranżitu
Bla preġudizzju għad-dritt ta’ l-awtoritajiet kompetenti li jiġbru lura l-ispejjeż marbuta ma’ l-ammissjoni mill-ġdid mingħand il-persuna li ser tiddaħħal lura jew partijiet terzi, l-ispejjeż kollha tat-trasport marbuta ma’ l-ammissjoni mill-ġdid u t-tranżitu sal-fruntiera ta’ l-Istat tad-destinazzjoni finali, għandhom jitħallsu mill-Istat li għamel it-talba.
TAQSIMA VI.
KLAWŻOLA TAL-PROTEZZJONI TAD-DATA U TAN-NUQQAS TA’ EFFETT
Artikolu 16
Protezzjoni tad-Data
Il-komunikazzjoni ta’ data personali għandha sseħħ biss jekk komunikazzjoni bħal din hija meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim mill-awtoritajiet kompetenti tas-Serbja jew ta’ Stat Membru skond il-każ. L-ipproċessar u t-trattament ta’ data personali f’każ partikolari għandhom ikunu suġġetti għal-liġijiet domestiċi tas-Serbja u, fejn il-kontrollur huwa awtorità kompetenti ta’ Stat Membru, għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 95/46/KE (2)u tal-liġi nazzjonali ta’ dak l-Istat Membru adottati skond id-direttiva. Għandhom jgħoddu wkoll il-prinċipji li ġejjin:
(a) |
id-data personali għandha tiġi proċessata b’mod ġust u legali; |
(b) |
id-data personali għandha tinġabar għall-iskop speċifikat, espliċitu u leġittimu ta’ l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim u ma tiġix ipproċessata aktar mill-awtorità li tikkomunikaha jew mill-awtorità li tirċeviha b’mod mhux kompatibbli ma’ dan l-iskop; |
(ċ) |
id-data personali għandha tkun adegwata, relevanti u mhux eċċessiva b’relazzjoni ma’ l-għan li għalih tinġabar u/jew tkun ipproċessata aktar; b’mod partikolari, id-data personali komunikata tista’ tkun biss dwar dan li ġej:
|
(d) |
id-data personali għandha tkun eżatta u, fejn meħtieġ, tinżamm aġġornata. |
(e) |
id-data personali għandha tinżamm b’mod li jippermetti l-identifikazzjoni tas-suġġetti tad-data għal mhux iktar mill-perjodu neċessarju għall-iskop li għalih inġabret id-data jew li kompliet tiġi proċessata; |
(f) |
kemm l-awtorità li tikkomunika d-data personali kif ukoll l-awtorità li tirċeviha għandhom jieħdu kull pass raġonevoli biex jiżguraw kif xieraq il-korrezzjoni, it-tħassir jew l-imblukkar tad-data personali fejn l-ipproċessar tagħha ma jħarisx id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-artikoli, b’mod partikolari għaliex dik id-data mhijiex xierqa, rilevanti, preċiża jew għaliex hija eċċessiva fir-rigward ta’ l-iskop ta’ l-ipproċessar. Dan jinkludi n-notifika ta’ kull korrezzjoni, tħassir jew imblukkar ta’ data bħal din lill-Parti l-oħra; |
(g) |
fuq talba, l-awtorità li tirċievi għandha tinforma lill-awtorità li komunikanti dwar l-użu tad-data komunikata u r-riżultati miksuba minn dan. |
(h) |
id-data personali tista’ tkun komunikata biss lill-awtoritajiet kompetenti. Komunikazzjoni ulterjuri lil entitajiet oħrajn teħtieġ kunsens minn qabel ta’ l-awtorità kompetenti kumunikanti. |
(i) |
l-awtorità kompetenti kumunikanti u l-awtorità kompetenti li tirċievi huma obbligati li jirreġistraw bil-miktub il-komunikazzjoni u l-wasla tad-data personali. |
Artikolu 17
Klawżola ta’ nuqqas ta’ effett
1. Dan il-ftehim għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-drittijiet, l-obbligi u r-responsabbiltajiet tal-Komunità, l-Istati Membri u s-Serbja li jirriżultaw mil-Liġi Internazzjonali u, b’mod partikolari, minn
— |
il-Konvenzjoni tat-28 ta’ Lulju 1951 dwar l-Istat tar-Refuġjati kif emendata bil-Protokoll tal-31 ta’ Jannar 1967 dwar l-Istat tar-Refuġjati; |
— |
il-konvenzjonijiet internazzjonali li jiddeterminaw l-Istat responsabbli li jeżamina l-applikazzjoni għall-kenn li jkunu ġew sottomessi; |
— |
il-Konvenzjoni Ewropea ta’ l-4 ta’ Novembru 1950 dwar il-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali; |
— |
il-Konvenzjoni ta’ l-10 ta’ Diċembru 1984 kontra t-Tortura u Trattament jew Kastig ieħor Kiefer, Inuman jew Degradanti; |
— |
il-konvenzjonijiet internazzjonali dwar l-estradizzjoni; |
— |
il-konvenzjonijiet u l-ftehimiet internazzjonali multilaterali dwar l-ammissjoni mill-ġdid ta’ persuni ta’ nazzjonalità barranija. |
2. Xejn f’dan il-Ftehim m’għandu jrażżan ir-ritorn ta’ persuna taħt arranġamenti oħrajn formali jew informali.
TAQSIMA VII.
IMPLIMENTAZZJONI U L-APPLIKAZZJONI
Artikolu 18
Kumitat konġunt ta’ l-ammissjoni mill-ġdid
1. Il-Partijiet Kuntraenti għandhom jipprovdu għajnuna reċiproka fl-applikazzjoni u l-interpretazzjoni ta’ dan il-Ftehim. Għal dan l-iskop, għandhom jaħtru kumitat konġunt ta’ l-ammissjoni mill-ġdid (minn hawn ‘il quddiem magħruf bħala “il-Kumitat”) li se jkollu b’mod partikolari l-kompitu
(a) |
li jissorvelja l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim; |
(b) |
li jiddeċiedi dwar l-arranġamenti neċessarji għall-applikazzjoni b’mod uniformi ta’ dan il-Ftehim; |
(ċ) |
li jkollu skambju regolari ta’ informazzjoni dwar il-Protokolli ta’ implimentazzjoni mfassla mill-Istati Membri individwali u s-Serbja skond l-Artikolu 19; |
(d) |
li jagħmel rakkomandazzjonijiet għal emendi għal dan il-Ftehim u l-annessi tiegħu. |
2. Id-deċiżjonijiet tal-Kumitat għandhom jorbtu lill-Partijiet Kuntraenti.
3. Il-Kumitat għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-Komunità u tas-Serbja; il-Komunità għandha tkun rappreżentata mill-Kummissjoni.
4. Il-Kumitat għandu jiltaqa’ meta meħtieġ fuq talba ta’ waħda mill-Partijiet Kuntraenti.
5. Il-Kumitat għandu jistabbilixxi r-regoli tiegħu ta’ proċedura.
Artikolu 19
Protokolli ta’ Implimentazzjoni
1. Fuq talba ta’ Stat Membru jew tas-Serbja, is-Serbja u Stat Membru għandhom ifasslu Protokoll ta’ Implimentazzjoni li għandu jkopri regoli dwar
(a) |
il-ħatra ta’ l-awtoritajiet kompetenti, il-punti fejn tinqasam il-fruntiera u l-iskambju ta’ punti ta’ kuntatt; |
(b) |
il-modalitajiet għar-ritorn taħt il-proċedura aċċellerata; |
(ċ) |
il-kondizzjonijiet ta’ ritorni skortati, inkluż it-tranżitu ta’ persuni ta’ nazzjonalità ta’ pajjiżi terzi u persuni mingħajr stat li jkollhom skorta magħhom; |
(d) |
mezzi u dokumenti minbarra dawk elenkati fl-Annessi 1 sa 5 ta’ dan il-ftehim. |
2. Il-Protokolli ta’ Implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jidħlu fis-seħħ biss wara li jiġi notifikat il-Kumitat ta’ l-ammissjoni mill-ġdid imsemmi fl-Artikolu 18.
3. Is-Serbja taqbel li tapplika kull dispożizzjoni ta’ Protokoll ta’ Implimentazzjoni mfassal ma’ Stat Membru wieħed ukoll fir-relazzjonijiet tagħha ma’ xi Stat Membru ieħor, fuq talba ta’ dan ta’ l-aħħar.
Artikolu 20
Relazzjoni ta’ l-Istati Membri ma’ ftehimiet jew arranġamenti bilaterali dwar l-ammissjoni mill-ġdid
Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim għandhom jieħdu preċedenza fuq id-dispożizzjonijiet ta’ kwalunkwe ftehim jew arranġament bilaterali dwar l-ammissjoni mill-ġdid ta’ persuni li residenti mingħajr awtorizzazzjoni li kienu, jew jistgħu jiġu skond l-Artikolu 19, konklużi bejn Stati Membri individwali u s-Serbja, sa fejn id-dispożizzjonijiet ta’ dawn ta’ l-aħħar huma inkompatibbli ma’ dawk ta’ dan il-Ftehim.
TAQSIMA VIII.
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 21
L-applikazzjoni territorjali
1. Bla ħsara għall-paragrafu 2, dan il-Ftehim għandu japplika għat-territorju fejn jgħodd it-Trattat li Jistabbilixxi l-Komuntià Ewropea u fit-territorju tas-Serbja (3).
2. Dan il-Ftehim m’għandux japplika għat-territorju tar-Renju tad-Danimarka.
Artikolu 22
Dħul fis-seħħ, it-terminu u t-terminazzjoni
1. Dan il-Ftehim għandu jiġi rratifikat jew approvat mill-Partijiet skond il-proċeduri rispettivi tagħhom.
2. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara d-data li fiha l-Partijiet Kuntraenti jinnotifikaw lil xulxin li l-proċeduri msemmija fl-ewwel paragrafu ġew konklużi.
3. Dan il-Ftehim huwa konkluż għal żmien illimitat.
4. Kull Parti Kontraenti tista tiddenunċja, kompletament jew parzjalment, dan il-Ftehim billi tinnotifika lill-Parti Kontraenti l-oħra u wara li tkun l-ewwel ikkonsultat lill-kumitat imsemmi fl-Artikolu 18, tissospendi temporanjament, għal kollox jew parzjalment, l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim fir-rigward ta’ persuni ta’ nazzjonalità ta’ pajjiżi terzi u persuni mingħajr nazzjonalità, għal raġunijiet ta’ sigurtà, il-protezzjoni ta’ l-ordni pubblika jew is-saħħa pubblika. Is-sospensjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tieni jum wara l-jum tan-notifika.
5. Kull Parti Kontraenti tista tiddenunċja dan il-Ftehim billi tinnotifika lill-Parti Kontraenti l-oħra b’mod uffiċjali. Dan il-Ftehim jieqaf jgħodd sitt xhur wara d-data ta’ din in-notifika.
Artikolu 23
Annessi
L-Annessi 1 sa 7 għandhom jiffurmaw parti integrali minn dan il-Ftehim.
Magħmul fi Brussell fit-tmintax-il jum ta’ Settembru tas-sena elfejn u sebgħa f’żewġ oriġinali bil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Olandiża, Ingliża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ungeriża, Taljana, Latvjana, Litwana, Maltija, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Żvediża u Serba, u kull wieħed minn dawn it-testi huma awtentiċi indaqs.
За Европейската общност
Por la Comunidad Europea
Za Evropské společenství
For Det Europæiske Fællesskab
Für die Europäische Gemeinschaft
Euroopa Ühenduse nimel
Για την Ευρωπαϊκή Κοινότητα
For the European Community
Pour la Communauté européenne
Per la Comunità europea
Eiropas Kopienas vārdā
Europos bendrijos vardu
Az Európai Közösség részéről
Għall-Komunitá Ewropea
Voor de Europese Gemeenschap
W imieniu Wspólnoty Europejskiej
Pela Comunidade Europeia
Pentru Comunitatea Europeană
Za Európske spoločenstvo
Za Evropsko skupnost
Euroopan yhteisön puolesta
För Europeiska gemenskapen
За Европску зајелницу
За Република Сърбия
Por la República de Serbia
Za Republiku Srbsko
For Republikken Serbien
Für die Republik Serbien
Serbia Vabariigi nimel
Για τη Δημοκρατία της Σερβίας
For the Republic of Serbia
Pour la République de Serbie
Per la Repubblica di Serbia
Serbijas Republikas vārdā
Serbijos Respublikos vardu
A Szerb Köztársaság részéről
Għar-Repubblika tas-Serbja
Voor de Republiek Servië
W imieniu Republiki Serbii
Pela República da Sérvia
Pentru Republica Serbia
Za Srbskú republiku
Za Republiko Srbijo
Serbian tasavallan puolesta
För Republiken Serbien
За Република Србиjу
(1) 5. Skond il-forma stabbilita fir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta’ l-UE tat-30 ta’ Novembru 1994.
(2) 7. Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-24 ta’ Ottubru, 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU L 281 of 23.11.1995, p. 31).
(3) . L-ambitu ta’ l-applikabbiltà territorjali dwar is-Serbja jiġi definit fin-negozjati mingħajr preġudizzju għar Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1244 ta’ l-10 ta’ Ġunju 1999.
ANNESS 1
LISTA TA’ DOKUMENTI LI L-PREŻENTAZZJONI TAGĦHOM TITQIES PROVA TA’ NAZZJONALITÀ
(ARTIKOLI 2 (1), 4 (1) U 8 (1))
Fejn l-Istat li lilu saret it-talba huwa wieħed mill-Istati Membri:
— |
passaporti ta’ kwalunkwe tip (passaporti nazzjonali, passaporti diplomatiċi, passaporti tas-servizz, passaporti kollettivi u inklużi l-passaporti tat-tfal); |
— |
karti ta’ l-identità ta’ kwalunkwe tip (inklużi dawk temporanji u dawk provviżorji). |
Fejn l-Istat li lilu saret it-talba huwa s-Serbja:
— |
passaporti ta’ kwalunkwe tip (passaporti nazzjonali, passaporti diplomatiċi, passaporti tas-servizz, passaporti kollettivi inklużi l-passaporti tat-tfal) maħruġa wara s-27 ta’ Lulju 1996 skond il-Liġi dwar id-Dokumenti tal-Vjaġġ tal-Persuni ta’ Nazzjonalità Jugoslava ta’ l-1996 kif ukoll l-emendi leġiżlattivi sussegwenti wara l-adozzjoni tal-Liġi l-ġdida dwar id-Dokumenti tal-Vjaġġ tas-Serbja; |
— |
karti ta’ l-identità maħruġa wara l-1 ta’ Jannar 2000. |
ANNESS 2
LISTA TA’ DOKUMENTI LI L-PREŻENTAZZJONI TAGĦHOM TITQIES PROVA PRIMA FACIE TA’ NAZZJONALITÀ
(ARTIKOLI 2 (1), 4 (1) U 8 (2))
Fejn l-Istat li lilu saret it-talba huwa xi wieħed mill-Istati Membri jew is-Serbja:
— |
fotokopji ta’ kwalunkwe mid-dokumenti elenkati fl-Anness 1 ta’ dan il-Ftehim; |
— |
kotba tas-servizz u karti ta’ l-identità militari; |
— |
kotba tar-reġistrazzjoni tal-baħħara u karti tas-servizz ta’ kaptani; |
— |
ċertifikati taċ-ċittadinanza u dokumenti oħrajn uffiċjali li jsemmu jew li jindikaw iċ-ċittadinanza b’mod ċar; |
— |
liċenzji tas-sewqan jew fotokopji tagħhom; |
— |
ċertifikati tat-twelid jew fotokopji tagħhom; |
— |
karti ta’ l-identità tal-kumpanniji jew fotokopji tagħhom; |
— |
dikjarazzjonijiet ta’ xhieda; |
— |
dikjarazzjonijiet magħmula mill-persuna kkonċernata u l-lingwa li titkellem, inkluż permezz ta’ riżultat ta’ test uffiċjali; |
— |
kwalunkwe dokument ieħor li jista’ jgħin biex tiġi stabbilita n-nazzjonalità tal-persuna kkonċernata. |
Fejn l-Istat li lilu saret it-talba huwa s-Serbja:
— |
passaporti ta’ kwalunkwe tip (passaporti nazzjonali, passaporti diplomatiċi, passaporti tas-servizz, passaporti kollettivi inklużi l-passaporti tat-tfal) maħruġa bejn is-27 ta’ April 1992 u s-27 ta’ Lulju 1996 u fotokopji tagħhom; |
— |
karti ta’ l-identità ta’ kwalunkwe tip maħruġa bejn is-27 ta’ April 1992 u l-1 ta’ Jannar 2000 u fotokopji tagħhom. |
ANNESS 3
LISTA KOMUNI TA’ DOKUMENTI LI JITQIESU PROVA TAL-KONDIZZJONIJIET GĦALL-AMMISSJONI MILL-ĠDID TA’ PERSUNI TA’ NAZZJONALITÀ TA’ PAJJIŻI TERZI JEW PERSUNI MINGĦAJR STAT
(ARTIKOLI 3 (1), 5 (1) U 9 (1))
— |
timbri tad-dħul/tluq jew endorsjar simili fid-dokument tal-vjaġġ tal-persuna kkonċernata jew evidenza oħra tad-dħul/ħruġ (eż. fotografika); |
— |
dokumenti bl-isem, ċertifikati u kontijiet ta’ kwalunkwe tip (eż. kontijiet tal-lukandi, karti ta’ l-appuntament għat-tobba/dentisti, karti ta’ dħul għal istituzzjonijiet pubbliċiprivati, ftehimiet tal-kiri tal-karozzi, irċevuti tal-karti tal-kreditu, eċċ.) li juru b’mod ċar li l-persuna kkonċernata qagħdet fit-territorju ta’ l-Istat li lilu saret it-talba; |
— |
biljetti bl-isem u/jew listi tal-passiġġiera ta’ passaġġi bl-ajru, bil-ferrovija, bil-kowċ jew bil-baħar li juru l-preżenza ta’ l-itinerarju tal-persuna kkonċernata fit-territorju ta’ l-Istat li lilu saret it-talba; |
— |
informazzjoni li turi li l-persuna kkonċernata użat is-servizzi ta’ messaġġier jew aġenzija ta’ l-ivjaġġar; |
— |
dikjarazzjonijiet uffiċjali magħmula, b’mod partikolari, mill-impjegati ta’ l-awtorità tal-fruntieri li jistgħu jixhdu li l-persuna kkonċernata qasmet il-fruntiera. |
ANNESS 4
LISTA KOMUNI TA’ DOKUMENTI LI JITQIESU PROVA PRIMA FACIE TAL-KUNDIZZJONIJIET GĦALL-AMMISSJONI MILL-ĠDID TA’ PERSUNI TA’ NAZZJONALITÀ TA’ PAJJIŻI TERZI JEW PERSUNI MINGĦAJR STAT
(ARTIKOLI 3 (1), 5 (1) U 9 (2))
— |
dikjarazzjoni uffiċjali tal-persuna kkonċernata fi proċeduri ġudizzjarji jew amministrattivi; |
— |
xhieda li jistgħu jixhdu li l-persuna qasmet il-fruntiera; |
— |
deskrizzjoni maħruġa mill-awtoritajiet rilvanti ta’ l-Istat li jagħmel it-talba, tal-post u ċ-ċirkostanzi taħt liema l-persuna kkonċernata ġiet interċettata wara li tkun daħlet fit-territorju ta’ dak l-Istat; |
— |
informazzjoni dwar l-identità u/jew żjara ta’ persuna li tkun ġiet provduta minn Organizzazzjoni Internazzjonali (eż. UNHCR); |
— |
rapporti/konferma ta’ informazzjoni minn membri tal-familja, sħab fil-vjaġġ, eċċ.; |
— |
dikjarazzjoni tal-persuna kkonċernata. |
ANNESS 5
LISTA TA’ DOKUMENTI LI JITQIESU BĦALA PROVA JEW PROVA PRIMA FACIE TAL-KUNDIZZJONIJIET TA’ L-AMMISSJONI MILL-ĠDID TA’ PERSUNI LI QABEL KELLHOM NAZZJONALITÀ TA’ DIK LI QABEL KIENET IR-REPUBBLIKA SOĊJALISTA FEDERALI TAL-JUGOSLAVJA
(ARTIKOLI 3 (3), 9 (4) U 9 (5))
Anness 5a (Dokumenti meqjusa bħala prova)
— |
ċertifikati tat-twelid jew fotokopji tagħhom maħruġa minn dik li qabel kienet ir-Repubblika Soċjalista Federali tal-Jugoslavja; |
— |
dokumenti pubbliċi, inklużi karti ta’ l-identità, jew fotokopji tagħhom maħruġa mis-Serbja, minn dik li qabel kienet ir-Repubblika Federali tal-Jugoslavja, minn dik li qabel kienet l-Unjoni ta’ l-Istati ta’ Serbja u Montenegro, jew dik li qabel kienet ir-Repubblika Federalista Soċjalista tal-Jugoslavja li jispeċifikaw il-post tat-twelid u/jew il-post tar-residenza permanenti kif meħtieġ mill-Artikolu 3(3). |
Anness 5b (Dokumenti meqjusa bħala prova prima facie)
— |
Dokumenti jew ċertifikati oħrajn jew fotokopji tagħhom li jindikaw il-post tat-twelid u/jew il-post tar-residenza permanenti fit-territorju tas-Serbja; |
— |
Dikjarazzjoni uffiċjali mill-persuna kkonċernata fi proċeduri ġudizzjarji jew amministrattivi. |
DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR IR-REINTEGRAZZJONI
Il-Partijiet Kuntraenti jagħrfu l-ħtieġa ta’ reintegrazzjoni soċjo-ekonomika effiċjenti, effettiva u sostenibbli taċ-ċittadini ripatrijati tar-Repubblika tas-Serbja. Huma jikkonfermaw l-intenzjoni tagħhom li jżidu l-isforzi tagħhom, finanzjarjament ukoll, biex jappoġġjaw din ir-reintegrazzjoni, filwaqt li jqisu l-għajnuna finanzjarja Komunitarja disponibbli għal dan l-għan.
DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR L-ARTIKOLI 2(3) U 4(3)
Il-Partijiet Kuntraenti jinnutaw li, skond il-liġijiet dwar in-nazzjonalità tar-Repubblika tas-Serbja u ta’ l-Istati Membri, mhuwiex possibbli għal ċittadin tar-Repubblika tas-Serbja jew ta’ l-Unjoni Ewropea li jiġi mċaħħad min-nazzjonalità tiegħu jew tagħha.
Il-Partijiet jaqblu li jikkonsultaw lil xulxin fi żmien xieraq, jekk tinbidel din is-sitwazzjoni legali.
DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR L-ARTIKOLI 3 U 5
Il-partijiet se jippruvaw jibagħtu lura kull persuna ta’ nazzjonalità ta’ pajjiż terz li ma jissodisfax, jew li m’għadux jissodisfa l-kondizzjonijiet legali fis-seħħ għal dħul, preżenza jew residenza fit-territorji rispettivi tagħhom, lill-pajjiż ta’ l-oriġini tagħha.
DIKJARAZZJONI MIR-REPUBBLIKA TAS-SERBJA DWAR IĊ-ĊITTADINANZA
Ir-Repubblika tas-Serbja tiddikjara li skond il-Liġi taċ-Ċittadinanza tar-Repubblika tas-Serbja (Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tas-Serbja Nru 135/04), iċ-ċittadinanza tar-Repubblika tas-Serbja li jkollu ċittadin tar-Repubblika tas-Serbja ma tistax tiġi mitmuma b’rinunzja, jekk din il-persuna tonqos li tipprovdi l-evidenza li tipprova li se tiġi ammessa għal ċittadinanza barranija fil-mument meta tissottometti t-talba għar-rinunzja għaċ-ċittadinanza tar-Repubblika tas-Serbja.
DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR ID-DANIMARKA
Il-Partijiet jinnutaw li dan il-Ftehim ma jgħoddx għat-territorju tar-Renju tad-Danimarka u lanqas għall-persuni ta’ nazzjonalità tar-Renju tad-Danimarka. F’dawn iċ-ċirkostanzi jidher xieraq li s-Serbja u d-Danimarka jikkonkludu ftehim dwar l-ammissjoni mill-ġdid taħt l-istess kondizzjonijiet bħal dan il-Ftehim.
DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR L-IŻLANDA U N-NORVEĠJA
Il-Partijiet jinnutaw ir-relazzjoni mill-viċin bejn il-Komunità Ewropea u n-Norveġja u l-Iżlanda, b’mod partikolari bis-saħħa tal-Ftehim tat-18 ta’ Mejju 1999 dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn il-pajjiżi ma’ l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l-acquis ta’ Schengen. F’dawn iċ-ċirkostanzi jidher xieraq li s-Serbja tikkonkludi ftehim dwar l-ammissjoni mill-ġdid ma’ l-Iżlanda u n-Norveġja taħt l-istess kundizzjonijiet bħal dan il-Ftehim.
DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR L-IŻVIZZERA
Il-Partijiet jinnutaw li l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Iżvizzera ffirmaw ftehim dwar l-assoċjazzjoni ta’ l-Iżvizzera ma’ l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l-acquis ta’ Schengen. Ladarba dan il-ftehim ta’ assoċjazzjoni jidħol fis-seħħ, jidher xieraq li s-Serbja tikkonkludi ftehim dwar l-ammissjoni mill-ġdid ma’ l-Iżvizzera taħt l-istess kondizzjonijiet bħal dan il-Ftehim.