This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document JOL_2007_300_R_0051_01
2007/739/EC: Council Decision of 22 October 2007 concerning the conclusion of an agreement between the European Community and the Russian Federation on trade in certain steel products# Agreement between the European Community and the Russian Federation on trade in certain steel products
2007/739/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 22 ta’ Ottubru 2007 li tikkonċerna l-konklużjoni ta’ Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Federazzjoni Russa dwar il-kummerċ ta’ ċerti prodotti ta’ l-azzar
Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Federazzjoni Russa dwar il-kummerċ ta’ ċerti prodotti ta’ l-azzar
2007/739/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 22 ta’ Ottubru 2007 li tikkonċerna l-konklużjoni ta’ Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Federazzjoni Russa dwar il-kummerċ ta’ ċerti prodotti ta’ l-azzar
Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Federazzjoni Russa dwar il-kummerċ ta’ ċerti prodotti ta’ l-azzar
ĠU L 300, 17.11.2007, p. 51–70
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
17.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 300/51 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-22 ta’ Ottubru 2007
li tikkonċerna l-konklużjoni ta’ Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Federazzjoni Russa dwar il-kummerċ ta’ ċerti prodotti ta’ l-azzar
(2007/739/KE)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 133, flimkien ma’ l-Artikolu 300(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,
Billi:
(1) |
Il-Ftehim ta’ Partenarjat u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom u l-Federazzjoni Russa (1), minn hawn ’il quddiem “il-PCA”, daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Diċembru 1997. |
(2) |
L-Artikolu 21(1) tal-PCA jipprevedi li l-kummerċ ta’ ċerti prodotti ta’ l-azzar jiġi rregolat mit-Titolu III ta’ dan il-Ftehim, għajr għall-Artikolu 15 tiegħu, u mid-dispożizzjonijiet ta’ ftehim dwar arranġamenti kwantitattivi. |
(3) |
Għas-snin 1995-2006, il-kummerċ ta’ ċerti prodotti ta’ l-azzar kien is-suġġett tal-ftehimiet bejn il-Partijiet għall-PCA. Għalhekk huwa xieraq li jiġi konkluż ftehim ġdid li jqis l-iżviluppi fir-relazzjoni bejn il-Partijiet. |
(4) |
Il-Ftehim għandu jkun approvat, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
1. Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Federazzjoni Russa dwar il-kummerċ ta’ ċerti prodotti ta’ l-azzar huwa b’dan approvat f’isem il-Komunità.
2. It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat jinnomina l-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim sabiex jorbot lill-Komunità.
Magħmula fil-Lussemburgu, 22 ta’ Ottubru 2007.
Għall-Kunsill
Il-President
J. SILVA
(1) ĠU L 327, 28.11.1997, p. 3.
FTEHIM
bejn il-Komunità Ewropea u l-Federazzjoni Russa dwar il-kummerċ ta’ ċerti prodotti ta’ l-azzar
IL-KOMUNITÀ EWROPEA,
minn naħa waħda, u
L-FEDERAZZJONI RUSSA,
min-naħa l-oħra,
li t-tnejn huma Partijiet għal dan il-Ftehim,
BILLI l-Ftehim ta’ Partenarjat u Kooperazzjoni (minn hawn ’il quddiem “il-PCA”) li jistabbilixxi partenarjat bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Federazzjoni Russa, min-naħa l-oħra (1), daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Diċembru 1997;
BILLI l-Partijiet jixtiequ jippromwovu l-iżvilupp ordnat u ekwu ta’ kummerċ ta’ l-azzar bejn il-Komunità Ewropea (minn hawn ’il quddiem “il-Komunità”) u l-Federazzjoni Russa (minn hawn ’il quddiem “ir-Russja”);
BILLI l-Artikolu 21 tal-PCA jipprevedi li l-kummerċ tal-prodotti ta’ l-azzar tal-Komunità Ewropea tal-Faħam u ta’ l-Azzar, minn hawn ’il quddiem “il-KEFA”, għandu jkun irregolat mit-Titolu III, minbarra l-Artikolu 15 tiegħu, u mid-dispożizzjonijiet ta’ ftehim.
BILLI dan il-Ftehim huwa l-ftehim imsemmi fl-Artikolu 21 tal-PCA;
META wieħed jikkunsidra l-proċess ta’ adeżjoni tar-Russja ma’ l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (il-WTO) u l-appoġġ tal-Komunità għall-integrazzjoni tar-Russja fis-sistema internazzjonali tal-kummerċ;
BILLI għas-snin 1995-2006 il-kummerċ ta’ ċerti prodotti ta’ l-azzar kien is-suġġett tal-ftehimiet; huwa xieraq li jiġi stabbilit ftehim ġdid li jqis l-iżviluppi fir-relazzjoni bejn il-Partijiet;
BILLI dan il-Ftehim għandu jkun akkumpanjat minn koperazzjoni bejn il-Partijiet fir-rigward ta’ l-industriji tagħhom ta’ l-azzar, inklużi skambji xierqa ta’ tagħrif, fi ħdan il-Grupp ta’ Kuntatt dwar il-faħam u l-azzar kif previst fil-Protokoll 1 għall-PCA,
FTIEHMU KIF ĠEJ:
Artikolu 1
1. Dan il-ftehim japplika għall-kummerċ tal-prodotti ta’ l-azzar ta’ dik li qabel kienet il-KEFA.
2. Il-kummerċ tal-prodotti ta’ l-azzar stipulat fl-Anness I jista’ jkun suġġett għal limiti kwantitattivi.
3. Il-kummerċ tal-prodotti ta’ l-azzar li mhuwiex stipulat fl-Anness I m’għandux ikun suġġett għal limiti kwantitattivi.
4. Fil-każ ta’ prodotti ta’ l-azzar u ta’ materji li mhumiex koperti b’dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-PCA għandhom japplikaw.
Artikolu 2
1. Il-Partijiet jaqblu li jistabbilixxu u jżommu għall-perjodu ta’ validità tal-Ftehim attwali għal kull sena kalendarja arranġamenti kwantitattivi li jiffissaw il-limiti stipulati fl-Anness II fuq l-esportazzjonijiet Russi lejn il-Komunità tal-prodotti stipulati fl-Anness I. Dawn l-esportazzjonijiet għandhom ikunu suġġetti għal sistema ta’ kontroll doppju kif speċifikat fil-Protokoll A mehmuż ma’ dan il-Ftehim.
2. Il-Partijiet jaqblu li l-importazzjonijiet fil-Komunità mir-Russja tal-prodotti inklużi fl-Anness I mill-1 ta’ Jannar 2007 sad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim għandhom jitnaqqsu mil-limiti kwantitattivi stipulati fl-Anness II.
3. L-importazzjonijiet ta’ kwantitajiet li jaqbżu dawk imsemmija fl-Anness II għandhom jiġu awtorizzati f’każ li l-industrija Komunitarja ta’ l-azzar ma tkunx tista’ tissodisfa d-domanda interna u tirriżulta f’nuqqas ta’ provvista għal wieħed jew aktar mill-prodotti elenkati fl-Anness I. Il-konsultazzjonijiet għandhom isiru mill-ewwel fuq talba ta’ waħda mill-Partijiet sabiex jiġi ddeterminat il-livell tan-nuqqas fuq il-bażi ta’ evidenza oġġettiva. Wara l-konklużjonijiet tal-konsultazzjonijiet, il-Komunità għandha tħaddem il-proċeduri interni tagħha sabiex iżżid il-limiti kwantitattivi stipulati fl-Anness II.
4. Fil-każ fejn il-pajjiżi kandidati għas-sħubija fl-Unjoni Ewropea jissieħbu qabel it-tmiem ta’ dan il-Ftehim, il-Partijiet jiftiehmu li jikkunsidraw iż-żieda ta’ limiti kwantitattivi stipulati fl-Anness II.
Artikolu 3
1. L-importazzjonijiet fit-territorju doganali tal-Komunità għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa tal-prodotti stipulati fl-Anness I għandhom ikunu suġġetti għall-preżentazzjoni ta’ awtorizzazzjoni għall-importazzjoni maħruġa mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru bbażata fuq il-produzzjoni ta’ liċenzja ta’ l-esportazzjoni maħruġa mill-awtoritajiet tar-Russja, u għal prova ta’ l-oriġini skond id-dispożizzjonijiet tal-Protokoll A mehmuż ma’ dan il-Ftehim.
2. L-importazzjonijiet fit-territorju doganali tal-Komunità tal-prodotti stipulati fl-Anness I ma għandhomx ikunu suġġetti għal-limiti kwantitattivi stipulati fl-Anness II sakemm jiġu ddikjarati li huma għal esportazzjoni mill-ġdid ’il barra mill-Komunità fl-istess stat jew wara li jkunu ġew ipproċessati, fi ħdan is-sistema amministrattiva ta’ kontroll li teżisti fi ħdan il-Komunità.
3. Għal dawk il-limiti kwantitattivi li ma jkunux intużaw matul l-ewwel sena kalendarja, it-trasferiment għal-limiti kwantitattivi korrispondenti għas-sena kalendarja ta’ wara huwa awtorizzat sa 7 % tal-limitu kwantitattiv rilevanti kif stipulat fl-Anness II għall-grupp ta’ prodotti konċernat għal dik is-sena li fiha ma jkunx intuża. Ir-Russja għandha tinnotifika lill-Komunità sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu tas-sena ta’ wara jekk ikollha l-intenzjoni li tagħmel użu minn din id-dispożizzjoni.
4. Sa 7 % tal-limitu kwantitattiv għal grupp speċifiku ta’ prodotti jista’ jiġi ttrasferit lejn wieħed jew aktar gruppi oħra fl-istess kategorija ta’ prodotti, jiġifieri fil-kategoriji SA jew SB. Barra minn hekk, it-trasferimenti bejn il-kategoriji SA u SB jistgħu jsiru sa 25 000 tunnellata. Barra dan, sa massimu ta’ 25 000 tunnellata oħra jistgħu jiġu ttrasferiti bejn SA u SB wara ftehim bejn il-Partijiet. Wara t-talba tar-Russja għat-trasferiment ta’ dawn il-25 000 tunnellata addizzjonali, il-Komunità għandha tgħarraf lir-Russja bid-deċiżjoni tagħha f’perjodu raġonevoli ta’ żmien, possibbilment fi żmien 60 jum mid-data tar-riċezzjoni tat-talba. Dawn it-trasferimenti jistgħu jsiru darba matul sena kalendarja. Kull tibdil fil-limiti kwantitattivi li jirriżulta minn trasferimenti għandu jaffettwa biss is-sena kalendarja li qiegħda tiżvolġi. Ir-Russja għandha tinnotifika l-Komunità sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Mejju jekk ikollha l-intenzjoni li tagħmel użu minn din id-dispożizzjoni.
Artikolu 4
1. Bil-ħsieb li jrendu s-sistema ta’ kontroll doppju effettiva kemm jista’ jkun u sabiex inaqqsu kemm jistgħu l-possibbiltajiet ta’ abbuż u evażjoni:
— |
l-awtoritajiet tal-Komunità għandhom jgħarrfu lir-Russja sat-28 ta’ kull xahar bl-awtorizzazzjonijiet għall-importazzjoni maħruġa matul ix-xahar ta’ qabel; |
— |
l-awtoritajiet Russi għandhom jgħarrfu lill-Komunità sat-28 ta’ kull xahar bil-liċenzja ta’ l-esportazzjoni maħruġa matul ix-xahar ta’ qabel. |
Fil-każ ta’ diskrepanza sinifikanti li tqis il-fatturi taż-żmien involuti f’dak li għandu x’jaqsam ma’ dan it-tagħrif kull waħda miż-żewġ Partijiet tista’ titlob konsultazzjonijiet li għandhom isiru minnufih.
2. Bla ħsara għall-paragrafu 1 u bil-ħsieb li jiżguraw it-tħaddim effettiv ta’ dan il-Ftehim, il-Komunità u r-Russja jaqblu li jieħdu l-passi kollha meħtieġa sabiex jevitaw, jistħarrġu u jieħdu kull azzjoni legali u/jew amministrattiva meħtieġa kontra l-evażjoni, notevolment permezz tat-trasbord, rotta differenti, dikjarazzjoni falza li tikkonċerna l-pajjiż jew il-post ta’ oriġini, falsifikazzjoni ta’ dokumenti, dikjarazzjoni falza fir-rigward tal-kwantitajiet, id-deskrizzjoni jew il-klassifikazzjoni tal-merkanzija. Għalhekk, il-Komunità u r-Russja jaqblu li jistabbilixxu d-dispożizzjonijiet legali u l-proċeduri amministrattivi meħtieġa li jippermettu li tittieħed azzjoni effettiva kontra din l-evażjoni, li għandhom jinkludu l-adozzjoni ta’ miżuri korrettivi li jorbtu legalment kontra l-esportaturi u/jew l-importaturi involuti.
3. F’każ li l-Komunità tkun tal-fehma li fuq il-bażi tat-tagħrif disponibbli dan il-Ftehim ikun qiegħed jinħarab, il-Komunità tista’ titlob konsultazzjonijiet mar-Russja li għandhom isiru minnufih.
4. Fl-istennija tar-riżultati tal-konsultazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3, ir-Russja għandha, bħala miżura ta’ prekawzjoni, u jekk jintalab hekk mill-Komunità, tieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex tiżgura li, fejn ikun hemm prova suffiċjenti ta’ evażjoni, l-aġġustamenti tal-limiti kwantitattivi li jista’ jintlaħaq qbil dwarhom wara l-konsultazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3 għandhom jitwettqu għas-sena kalendarja li fiha saret it-talba għall-konsultazzjonijiet taħt il-paragrafu 3, jew għas-sena ta’ wara, jekk il-limitu għal dik is-sena kalendarja jiġi eżawrit.
5. Jekk il-Partijiet matul il-konsultazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3 ma jkunux jistgħu jilħqu soluzzjoni reċiproka sodisfaċenti, il-Komunità jkollha d-dritt:
(a) |
fejn ikun hemm prova suffiċjenti li l-prodotti koperti minn dan il-Ftehim li joriġinaw mir-Russja kienu importati b’evażjoni ta’ dan il-Ftehim, tattribwixxi l-kwantitajiet rilevanti għal-limiti kwantitattivi stabbiliti skond il-Ftehim; |
(b) |
fejn ikun hemm prova suffiċjenti li turi dikjarazzjoni falza li tikkonċerna kwantitajiet, deskrizzjoni jew klassifikazzjoni, li tirrifjuta l-importazzjoni tal-prodott konċernat. |
6. Il-Partijiet jaqblu li jikkoperaw bis-sħiħ sabiex iwaqqfu u jindirizzaw b’mod effettiv il-problemi kollha li jinbtu mill-evażjoni ta’ dan il-Ftehim.
Artikolu 5
1. Il-limiti kwantitattivi stabbiliti skond dan il-Ftehim fuq l-importazzjonijiet fil-Komunità tal-prodotti ta’ l-azzar stipulati fl-Anness I ma għandhomx jinqasmu mill-Komunità f’ishma reġjonali.
2. Il-Partijiet għandhom jikkoperaw sabiex iżommu milli jseħħu bidliet f’daqqa u li jkunu ta’ ħsara fil-flussi tradizzjonali tal-kummerċ lejn il-Komunità. F’każ li sseħħ bidla f’daqqa u li tkun ta’ ħsara fil-flussi tradizzjonali tal-kummerċ (inkluża konċentrazzjoni reġjonali jew it-telfa ta’ klijenti tradizzjonali), il-Komunità se tkun intitolata li titlob konsultazzjonijiet sabiex issib soluzzjoni sodisfaċenti għall-problema. Dawn il-konsultazzjonijiet għandhom isiru minnufih.
3. Ir-Russja għandha tagħmel ħilitha sabiex tiżgura li l-esportazzjonijiet lejn il-Komunità ta’ prodotti stipulati fl-Anness I jinfirxu b’mod uniformi kemm jista’ jkun matul is-sena. F’każ li sseħħ żieda qawwija f’daqqa u li tkun ta’ ħsara, il-Komunità se tkun intitolata li titlob konsultazzjonijiet sabiex issib soluzzjoni sodisfaċenti għall-problema. Dawn il-konsultazzjonijiet għandhom isiru minnufih.
4. Minbarra l-obbligu li jinsab fil-paragrafu 3, fejn il-liċenzji maħruġa mill-awtoritajiet Russi jilħqu d-90 % tal-limiti kwantitattivi għas-sena kalendarja konċernata, kull waħda mill-Partijiet tista’ titlob li jsiru konsultazzjonijiet dwar il-limiti kwantitattivi għal dik is-sena. Dawn il-konsultazzjonijiet għandhom isiru minnufih. Fl-istennija tar-riżultat ta’ dawn il-konsultazzjonijiet l-awtoritajiet Russi jistgħu jkomplu joħorġu l-liċenzji ta’ l-esportazzjoni għall-prodotti stipulati fl-Anness I sakemm ma jaqbżux il-kwantitajiet stipulati fl-Anness II.
Artikolu 6
1. F’każ li kwalunkwe prodott stipulat fl-Anness I qiegħed jiġi importat fil-Komunità mir-Russja taħt dawn il-kundizzjonijiet b’tali mod li jikkawża jew jhedded li jikkawża ħsara sostanzjali lill-produtturi tal-Komunità ta’ prodotti simili, il-Komunità għandha tipprovdi lir-Russja bit-tagħrif rilevanti kollu bil-ħsieb li tfittex soluzzjoni aċċettabbli għaż-żewġ Partijiet. Il-Partijiet għandhom jibdew il-konsultazzjonijiet minnufih.
2. F’każ li l-konsultazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ma jirnexxilhomx iwasslu għal ftehim fi żmien 30 jum mit-talba tal-Komunità għall-konsultazzjonijiet, il-Komunità tista’ tuża d-dritt li tieħu azzjoni fir-rigward tal-miżuri ta’ salvagwardja skond id-dispożizzjonijiet tal-PCA.
3. Minkejja d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 18 tal-PCA għandhom japplikaw.
Artikolu 7
1. Il-klassifikazzjoni tal-prodotti koperti minn dan il-Ftehim huwa bbażat fuq in-nomenklatura tat-tariffi u l-istatistika tal-Komunità, minn hawn ’il quddiem “in-nomenklatura magħquda”, jew fil-forma mqassra “NM”. Kull emenda lin-nomenklatura magħquda (NM) li saret skond il-proċeduri fis-seħħ fil-Komunità dwar il-prodotti stipulati fl-Anness I jew kull deċiżjoni marbuta mal-klassifikazzjoni tal-merkanzija ma għandhiex ikollha l-effett li tnaqqas il-limiti kwantitattivi tal-prodotti stipulati fl-Anness II.
2. L-oriġini tal-prodotti koperti minn dan il-Ftehim għandha tiġi ddeterminata skond ir-regoli fis-seħħ fil-Komunità. Kull emenda lil dawn ir-regoli ta’ oriġini għandha tiġi kkomunikata lir-Russja u ma għandhiex ikollha l-effett li tnaqqas il-limiti kwantitattivi ta’ dan il-Ftehim. Il-proċeduri għall-kontroll ta’ l-oriġini tal-prodotti msemmija hawn fuq huma stipulati fil-Protokoll A mehmuż ma’ dan il-Ftehim.
Artikolu 8
1. Bla ħsara għall-iskambju perjodiku ta’ tagħrif dwar liċenzji ta’ l-esportazzjoni u awtorizzazzjonijiet għall-importazzjoni skond l-Artikolu 4 (1), il-Partijiet jaqblu li jsir skambju tat-tagħrif disponibbli dwar l-istatistika marbuta mal-kummerċ tal-prodotti stipulati fl-Anness I f’intervalli xierqa, li jqisu l-iqsar perjodi li fihom jitħejja t-tagħrif konċernat, li għandu jkopri l-liċenzji ta’ l-esportazzjoni u l-awtorizzazzjonijiet ta’ l-importazzjoni maħruġa skond l-Artikolu 3 u l-istatistika ta’ importazzjonijiet u esportazzjonijiet fir-rigward tal-prodotti konċernati.
2. Kull waħda mill-Partijiet tista’ titlob li jsiru konsultazzjonijiet fil-każ ta’ xi diskrepanza sinifikanti fir-rigward tat-tagħrif skambjat.
Artikolu 9
1. Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-konsultazzjonijiet previsti fir-rigward ta’ ċirkustanzi speċifiċi fl-Artikoli preċedenti, għandhom isiru konsultazzjonijiet dwar kull problema li tinbet mill-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim fuq talba ta’ kull waħda mill-Partijiet. Kull konsultazzjoni għandha sseħħ fi spirtu ta’ koperazzjoni u b’xewqa li jkunu rrikonċiljati d-differenzi bejn il-Partijiet.
2. Fil-każ fejn il-Ftehim jipprovdi li l-konsultazzjonijiet għandhom isiru minnufih, il-Partijiet jimpenjaw ruħhom li jużaw il-mezzi kollha raġjonevoli sabiex jiżguraw li dan jintlaħaq.
3. Kull konsultazzjoni oħra għandha tiġi rregolata mid-dispożizzjonijiet li ġejjin:
— |
kull talba għall-konsultazzjonijiet għandha tiġi nnotifikata bil-miktub lill-Parti l-oħra, |
— |
fejn xieraq, it-talba għandha tkun segwita fi żmien perjodu raġjonevoli b’rapport li jistipula r-raġunijiet għall-konsultazzjonijiet, |
— |
il-konsultazzjonijiet għandhom jibdew fi żmien xahar mid-data tat-talba, |
— |
l-għan tal-konsultazzjonijiet huwa li jintlaħaq riżultat li jkun aċċettabbli għaż-żewġ naħat fi żmien xahar minn meta jinbdew, sakemm il-perjodu ma jkunx estiż permezz ta’ ftehim bejn il-Partijiet. |
Artikolu 10
1. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ l-iffirmar tiegħu. Għandu jibqa’ fis-seħħ sal-31 ta’ Diċembru 2008 u jkun suġġett għal kull modifika miftiehma mill-Partijiet u sakemm ma jiġix iddenunzjat jew itterminat skond id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 3 jew 4. Wara l-31 ta’ Diċembru 2008 dan il-Ftehim għandu jiġġedded awtomatikament sena b’sena sakemm l-ebda Parti ma tagħti lill-Parti l-oħra avviż bil-miktub tad-denunzja tal-Ftehim mill-inqas sitt xhur qabel ma jiskadi. ma’ kull tiġdid kull sena, il-kwantitajiet ta’ kull grupp ta’ prodotti għandhom jiżdiedu bi 2.5 %.
2. Kull waħda mill-Partijiet tista’ f’kull ħin tipproponi modifiki lil dan il-Ftehim, u dawn se jkunu jeħtieġu l-kunsens reċiproku tal-Partijiet u jidħlu fis-seħħ fid-data li jaqblu dwarha.
3. Kull waħda mill-partijiet tista’ tiddenunzja dan il-Ftehim, sakemm tingħata notifika ta’ mill-inqas sitt xhur. F’dan il-każ, il-Ftehim għandu jintemm meta jiskadi l-perjodu tan-notifika u l-limiti stabbiliti b’dan il-Ftehim għandhom jitnaqqsu fuq bażi pro rata sad-data li fiha sseħħ id-denunzja sakemm il-Partijiet ma jiddeċidux mod ieħor.
4. F’każ li r-Russja tingħaqad mad-WTO qabel jiskadi dan il-Ftehim, il-Ftehim għandu jiġi tterminat mid-data ta’ adeżjoni.
5. L-Annessi, il-minuti miftiehma, id-dikjarazzjonijiet u l-Protokoll A mehmuż ma’ dan il-Ftehim għandhom jifformaw parti integrali minnu.
Dan il-Ftehim għandu jiġi mfassal f’żewġ kopji bil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Olandiża, Ingliża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ungeriża, Taljana, Latvjana, Litwana, Maltija, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Żvediża u Russa, b’kull wieħed minn dawn it-testi jkun ugwalment awtentiku.
Изготвено в Мафра на двадесет и шести октомври, две хиляди и седма година.
Hecho en Mafra, el veintiseis de octubre de dos mil siete.
V Mafře dne dvacátého šestého října dva tisíce sedm.
Udfærdiget i Mafra, den seksogtyvende oktober to tusind og syv.
Geschehen zu Mafra am sechsundzwanzigsten Oktober zweitausendsieben.
Sõlmitud Mafras kahekümne kuuendal oktoobril kahe tuhande seitsmendal aastal.
Έγινε στη Μάφρα, στις είκοσι έξι Οκτωβρίου δύο χιλιάδες επτά.
Done at Mafra on the twenty-sixth day of October in the year two thousand and seven.
Fait à Mafra, le vingt-six octobre deux mille sept.
Fatto a Mafra, addì ventisei ottobre duemilasette.
Mafrā, divi tūkstoši septītā gada divdesmit sestajā oktobrī.
Priimta Mafroje, du tūkstančiai septintųjų metų spalio dvidešimt šeštą dieną.
Kelt Mafrában, a kétezer-hetedik év október havának huszonhatodik napján.
Magħmul f'Mafra, fis-sitta u għoxrin jum ta' Ottubru fis-sena elfejn u sebgħa.
Gedaan te Mafra, de zesentwintigste oktober tweeduizendzeven.
Sporządzono w Mafrze dnia dwudziestego szóstego października dwa tysiące siódmego roku.
Feito em Mafra, em vinte e seis de Outubro de dois mil e sete.
Întocmit la Mafra la douăzeci și șase octombrie două mii șapte.
V Mafre dvadsiateho šiesteho októbra dvetisícsedem.
V Mafri, šestindvajsetega oktobra leta dva tisoč sedem.
Tehty Mafrassa kahdentenakymmenentenäkuudentena päivänä lokakuuta vuonna kaksituhattaseitsemän.
Som skedde i Mafra den tjugosjätte oktober år tjugohundrasju.
Совершено в г. Мафра двадцать шестого октября 2007 г.
За Европейската общност
Por la Comunidad Europea
Za Evropské společenství
For Det Europæiske Fællesskab
Für die Europäische Gemeinschaft
Euroopa Ühenduse nimel
Για την Ευρωπαϊκή Κοινότητα
For the European Community
Pour la Communauté européenne
Per la Comunità europea
Eiropas Kopienas vārdā
Europos bendrijos vardu
Az Európai Közösség részéről
Għall-Komunitá Ewropea
Voor de Europese Gemeenschap
W imieniu Wspólnoty Europejskiej
Pela Comunidade Europeia
Pentru Comunitatea Europeană
Za Európske spoločenstvo
Za Evropsko skupnost
Euroopan yhteisön puolesta
På Europeiska gemenskapens vägnar
За Европейскoe coобщнeстbo
За Руската Федерация
Por la Federación de Rusia
Za Ruskou federaci
For Den Russiske Føderation
Für die Russische Föderation
Venemaa Föderatsiooni nimel
Για τη Ρωσική Ομοσπονδία
For the Russian Federation
Pour la Fédération de Russie
Per la Federazione russa
Krievijas Federācijas vārdā
Rusijos Federacijos vardu
Az Orosz Föderáció részéről
Għall-Federazzjoni Russa
Voor de Russische Federatie
W imieniu Federacji Rosyjskiej
Pela Federação da Rússia
Pentru Federația Rusă
Za Ruskú federáciu
Za Rusko federacijo
Venäjän federaation puolesta
På ryska federationen vägnar
За Pоссийскую Федерацико
(1) ĠU L 327, 28.11.1997, p. 3.
ANNESS I
SA Prodotti rrumblati ċatt (flat-rolled)
SA1. Koljaturi
|
7208100000 |
|
7208250000 |
|
7208260000 |
|
7208270000 |
|
7208360000 |
|
7208370010 |
|
7208370090 |
|
7208380010 |
|
7208380090 |
|
7208390010 |
|
7208390090 |
|
7211140010 |
|
7211190010 |
|
7219110000 |
|
7219121000 |
|
7219129000 |
|
7219131000 |
|
7219139000 |
|
7219141000 |
|
7219149000 |
|
7225303010 |
|
7225401510 |
|
7225502010 |
|
7225301000 |
|
7225309000 |
SA2. Pjonċi Tqal
|
7208400010 |
|
7208512010 |
|
7208512091 |
|
7208512093 |
|
7208512097 |
|
7208512098 |
|
7208519100 |
|
7208519810 |
|
7208519891 |
|
7208519899 |
|
7208529100 |
|
7208521000 |
|
7208529900 |
|
7208531000 |
|
7211130000 |
SA3. Prodotti oħra rrumblati ċatti
|
7208400090 |
|
7208539000 |
|
7208540000 |
|
7208908010 |
|
7209150000 |
|
7209161000 |
|
7209169000 |
|
7209171000 |
|
7209179000 |
|
7209181000 |
|
7209189100 |
|
7209189900 |
|
7209250000 |
|
7209261000 |
|
7209269000 |
|
7209271000 |
|
7209279000 |
|
7209281000 |
|
7209289000 |
|
7209908010 |
|
7210110010 |
|
7210122010 |
|
7210128010 |
|
7210200010 |
|
7210300010 |
|
7210410010 |
|
7210490010 |
|
7210500010 |
|
7210610010 |
|
7210690010 |
|
7210701010 |
|
7210708010 |
|
7210903010 |
|
7210904010 |
|
7210908091 |
|
7211140090 |
|
7211190090 |
|
7211233091 |
|
7211238091 |
|
7211290010 |
|
7211908010 |
|
7212101000 |
|
7212109011 |
|
7212200011 |
|
7212300011 |
|
7212402010 |
|
7212402091 |
|
7212408011 |
|
7212502011 |
|
7212503011 |
|
7212504011 |
|
7212506111 |
|
7212506911 |
|
7212509013 |
|
7212600011 |
|
7212600091 |
|
7219211000 |
|
7219219000 |
|
7219221000 |
|
7219229000 |
|
7219230000 |
|
7219240000 |
|
7219310000 |
|
7219321000 |
|
7219329000 |
|
7219331000 |
|
7219339000 |
|
7219341000 |
|
7219349000 |
|
7219351000 |
|
7219359000 |
|
7225401290 |
|
7225409000 |
SA4. Prodotti llegati
|
7226200010 |
|
7226912000 |
|
7226919100 |
|
7226919900 |
|
7226997010 |
SA5. Folji quarto llegati
|
7225401230 |
|
7225404000 |
|
7225406000 |
|
7225990010 |
SA6. Pjanċi llegati rrumblati fil-kiesaħ u miksijin
|
7225508000 |
|
7225910010 |
|
7225920010 |
|
7226920010 |
Prodotti twal SB
SB1. Travi
|
7207198010 |
|
7207208010 |
|
7216311000 |
|
7216319000 |
|
7216321100 |
|
7216321900 |
|
7216329100 |
|
7216329900 |
|
7216331000 |
|
7216339000 |
SB2. Vireg tal-wajer
|
7213100000 |
|
7213200000 |
|
7213911000 |
|
7213912000 |
|
7213914100 |
|
7213914900 |
|
7213917000 |
|
7213919000 |
|
7213991000 |
|
7213999000 |
|
7221001000 |
|
7221009000 |
|
7227100000 |
|
7227200000 |
|
7227901000 |
|
7227905000 |
|
7227909500 |
SB3. Oħrajn twal
|
7207191210 |
|
7207191291 |
|
7207191299 |
|
7207205200 |
|
7214200000 |
|
7214300000 |
|
7214911000 |
|
7214919000 |
|
7214991000 |
|
7214993100 |
|
7214993900 |
|
7214995000 |
|
7214997100 |
|
7214997900 |
|
7214999500 |
|
7215900010 |
|
7216100000 |
|
7216210000 |
|
7216220000 |
|
7216401000 |
|
7216409000 |
|
7216501000 |
|
7216509100 |
|
7216509900 |
|
7216990010 |
|
7218992000 |
|
7222111100 |
|
7222111900 |
|
7222118100 |
|
7222118900 |
|
7222191000 |
|
7222199000 |
|
7222309710 |
|
7222401000 |
|
7222409010 |
|
7224900289 |
|
7224903100 |
|
7224903800 |
|
7228102000 |
|
7228201010 |
|
7228201091 |
|
7228209110 |
|
7228209190 |
|
7228302000 |
|
7228304100 |
|
7228304900 |
|
7228306100 |
|
7228306900 |
|
7228307000 |
|
7228308900 |
|
7228602010 |
|
7228608010 |
|
7228701000 |
|
7228709010 |
|
7228800010 |
|
7228800090 |
|
7301100000 |
ANNESS II
LIMITI KWANTITATTIVI
(tunnellati) |
||
Prodotti |
Is-Sena 2007 |
Is-Sena 2008 |
SA. Prodotti ċatti |
||
SA1. Koljaturi |
1 042 090 |
1 035 000 |
SA2. Pjanċi tqal |
270 820 |
275 000 |
SA3. Prodotti ċatti oħra |
565 770 |
595 000 |
SA4. Prodotti llegati |
94 860 |
105 000 |
SA5. Folji quarto llegati |
20 460 |
25 000 |
SA6. Pjanċi llegati rrumblati fil-kiesaħ u miksijin |
105 000 |
110 000 |
SB. Prodotti twal |
||
SB1. Travi |
55 800 |
55 000 |
SB2. Vireg tal-wajer |
275 000 |
324 000 |
SB3. Prodotti oħra twal |
474 200 |
507 000 |
Nota: SA u SB huma kategoriji ta’ prodotti SA1 sa SA6 u SB1 sa SB3 huma gruppi ta’ prodotti |
MINUTA MIFTIEHMA
Fil-kuntest ta’ dan il-Ftehim, il-Partijiet jaqblu li:
— |
skond l-iskambju tat-tagħrif previst fl-Artikolu 4(1) dwar il-liċenzji ta’ l-esportazzjoni u l-awtorizzazzjonijiet għall-importazzjoni, il-Partijiet se jipprovdu dak it-tagħrif b’referenza għall-Istati Membri flimkien mal-Komunità bħala ħaġa waħda, |
— |
jekk il-Partijiet ma jirnexxilhomx jilħqu soluzzjoni sodisfaċenti matul il-konsultazzjonijiet previsti fl-Artikolu 5(2), ir-Russja se tikkoopera, jekk jintalab hekk mill-Komunità, billi ma toħroġx liċenzji ta’ l-esportazzjoni għal destinazzjoni konkreta fejn l-importazzjonijiet relatati ma’ dawn il-liċenzji jistgħu jiggravaw il-problemi li jirriżultaw minn bidliet f’daqqa u li jkunu ta’ ħsara fil-flussi tradizzjonali tal-kummerċ, dejjem b’dan ikun mifhum li r-Russja tista’ tkompli toħroġ liċenzji għal destinazzjonijiet oħra fil-Komunità, |
— |
il-Partijiet se jikkoperaw mill-qrib sabiex iżommu milli jseħħu bidliet f’daqqa u li jkunu ta’ ħsara fil-flussi tradizzjonali tal-kummerċ fir-rigward ta’ koljaturi (grupp ta’ prodotti SA1); ir-Russja se tagħti prijorità lil kunsinni ta’ dawn il-prodotti lill-klijenti tradizzjonali tagħha sabiex tevita li tfixkel is-suq Komunitarju, u ż-żewġ Partijiet se jgħarrfu lil xulxin minnufih f’każ li jinbtu xi problemi, u |
— |
ir-Russja se tqis kif xieraq in-natura sensittiva tas-swieq reġjonali żgħar fil-Komunità kemm dwar il-ħtiġijiet tradizzjonali tagħhom għall-provvisti kif ukoll sabiex ikunu evitati konċentrazzjonijiet reġjonali. |
DIKJARAZZJONI Nru 1
F’każ li l-operaturi Russi kellhom joħolqu ċentri ta’ servizz fil-Komunità li jkomplu jipproċessaw il-prodotti importati mir-Russja u koperti minn dan il-Ftehim, ir-Russja tiddikjara li tista’ titlob żieda tal-limiti kwantitattivi msemmija fl-Anness II. F’dan il-każ, il-Komunità se teżamina din it-talba għal żieda u l-Partijiet se jikkonsultaw lil xulxin jekk ikun meħtieġ.
DIKJARAZZJONI Nru 2
Il-Partijiet jiddikjaraw li l-għan tagħhom huwa l-liberalizzazzjoni sħiħa tal-kummerċ tal-prodotti ta’ l-azzar. Iż-żewġ Partijiet jagħrfu wkoll li hija kundizzjoni importanti għall-promozzjoni tal-kummerċ bejniethom, li l-kompetizzjoni, l-għajnuna statali u d-dispożizzjonijiet dwar l-ambjent applikabbli għal kull Parti għandhom ikunu kompatibbli. Għal dan il-għan, u fuq talba tar-Russja, il-Komunità għandha tipprovdi għajnuna teknika, fil-limiti baġitarji rilevanti assenjati, sabiex tgħin lir-Russja tadotta u timplimenta d-dispożizzjonijiet leġiżlattivi li jkunu kompatibbli ma’ dawk adottati u applikati fil-Komunità. L-għajnuna teknika għandha tasal permezz ta’ proġetti dettaljati miftiehma bejn iż-żewġ Partijiet.
DIKJARAZZJONI Nru 3
Il-Partijiet jaqblu li ma għandhomx japplikaw fir-rigward tal-Parti l-oħra restrizzjonijiet kwantitattivi, dazji doganali, spejjeż jew xi miżuri simili fuq l-esportazzjoni ta’ skart u fdal ta’ ħadid taħt l-intestatura 7204 tan-Nomenklatura Magħquda tal-KE, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 19 tal-PCA.
Bla ħsara għall-paragrafu ta’ qabel, ir-Russja attwalment tapplika taxxa fuq esportazzjonijiet ta’ skart u fdal ta’ ħadid taħt l-intestatura 7204 tan-Nomenklatura Magħquda tal-KE. It-taxxa attwalment hija stabbilita għal 15 % iżda mhux inqas minn € 15 għal kull tunnellata għall-prodotti kollha taħt l-intestatura 7204, għajr għall-prodott 7204 41 00 fejn it-taxxa hija stabbilita għal 5 %.
Il-Partijiet jaqblu li jkomplu d-diskussjoni sabiex isibu soluzzjoni sodisfaċenti. Barra minn hekk, huwa mifhum li l-limiti kwantitattivi stipulati fl-Anness II tal-Ftehim jiżdiedu bi 12 % jekk ir-Russja tneħħi t-taxxa kompletament jew b’perċentwali iżgħar li għandha tiġi ddeterminata jekk din it-taxxa titnaqqas, sakemm l-ebda miżuri oħra li jikkostitwixxu ostaklu għall-esportazzjoni ħielsa ma jiġu introdotti mir-Russja.
Il-prodotti ta’ interess partikolari għall-Komunità huma: 7204 10 00, 7204 21 10, 7204 41 10, 7204 49 10, 7204 49 30, 7204 49 91 u 7204 49 99.
PROTOKOLL A
TITOLU I
KLASSIFIKAZZJONI
Artikolu 1
L-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità jimpenjaw ruħhom li jgħarrfu lir-Russja b’kull tibdil fin-nomenklatura magħquda (NM) b’deskrizzjoni sħiħa tal-prodotti koperti minn dan il-Ftehim mill-inqas xahar qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tagħhom fil-Komunità.
TITOLU II
ORIĠINI
Artikolu 2
1. Il-prodotti koperti minn dan il-Ftehim li joriġinaw mir-Russja (oriġini kif iddefinita mir-Regolamenti Komunitarji rilevanti) u li se jiġu esportati lejn il-Komunità skond l-arranġamenti stabbiliti minn dan il-Ftehim għandhom ikunu akkumpanjati b’ċertifikat ta’ l-oriġini Russa li jikkonforma mal-mudell li jinsab anness ma’ dan il-Protokoll.
2. Iċ-ċertifikat ta’ l-oriġini għandu jiġi ċċertifikat mill-organizzazzjonijiet Russi kompetenti li jkunu awtorizzati taħt il-leġiżlazzjoni Russa dwar jekk il-prodotti konċernati jistgħux jitqiesu bħala prodotti li joriġinaw minn dan il-pajjiż.
Artikolu 3
Iċ-ċertifikat ta’ l-oriġini għandu jinħareġ biss meta ssir applikazzjoni bil-miktub mill-esportatur jew, taħt ir-responsabbiltà ta’ l-esportatur, mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu. L-organizzazzjonijiet Russi kompetenti li jkunu awtorizzati taħt il-leġiżlazzjoni Russa għandhom jiżguraw li ċ-ċertifikat ta’ l-oriġini jimtela kif suppost u għal dan il-għan huma għandhom jitolbu kull prova dokumentata meħtieġa jew iwettqu l-kontrolli kollha li jqisu xierqa.
Artikolu 4
Is-sejba ta’ diskrepanzi żgħar bejn id-dikjarazzjonijiet li jkunu saru fiċ-ċertifikat ta’ l-oriġini u dawk magħmula fid-dokumenti murija lill-uffiċċju doganali bl-għan li jitwettqu l-formalitajiet meħtieġa għall-importazzjoni ta’ prodotti m’għandhiex ipso facto titfa’ dubju fuq id-dikjarazzjonijiet fiċ-ċertifikat.
TITOLU III
IS-SISTEMA TA’ KONTROLL DOPPJU GĦAL PRODOTTI SUĠĠETTI GĦAL LIMITI KWANTITATTIVI
TAQSIMA I
Esportazzjoni
Artikolu 5
L-awtoritajiet xierqa tal-Gvern Russu għandhom joħorġu l-liċenzja ta’ l-esportazzjoni fir-rigward tal-kunsinni kollha ta’ prodotti ta’ l-azzar mir-Russja li jkunu koperti mill-Ftehim sal-limiti kwantitattivi rilevanti fl-Anness II tal-Ftehim.
Artikolu 6
1. Il-liċenzja ta’ l-esportazzjoni għandha tkun konformi mal-mudell li jinsab anness ma’ dan il-Protokoll u għandha tkun valida għall-esportazzjonijiet fit-territorju doganali kollu tal-Komunità.
2. Kull liċenzja ta’ l-esportazzjoni għandha tiċċertifika inter alia li l-kwantità tal-prodott konċernat ġiet attribwita għal-limitu kwantitattiv rilevanti stabbilit għall-prodott konċernat fl-Anness II tal-Ftehim.
Artikolu 7
L-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità għandhom jiġu mgħarrfa minnufih bit-tneħħija jew bil-modifika ta’ kull liċenzja ta’ l-esportazzjoni li tkun diġà nħarġet.
Artikolu 8
1. L-esportazzjonijiet għandhom jiġu attribwiti għal-limiti kwantitattivi stabbiliti għas-sena li fiha tkun saret il-kunsinna tal-merkanzija anke jekk il-liċenzja ta’ l-esportazzjoni tkun inħarġet qabel din il-kunsinna.
2. Sabiex jiġi applikat il-paragrafu 1, il-kunsinna tal-merkanzija titqies li tkun saret fid-data li fiha ġiet mgħobbija fuq il-mezz ta’ trasport użat għall-esportazzjoni kif jidher mill-polza tat-tagħbija tagħha jew xi dokument ieħor ta’ trasport.
TAQSIMA II
Importazzjoni
Artikolu 9
Ir-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità tal-prodotti koperti mill-Ftehim għandu jkun suġġett għall-preżentazzjoni ta’ awtorizzazzjoni għall-importazzjoni.
Artikolu 10
1. L-importatur għandu jippreżenta l-liċenzja ta’ l-esportazzjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu tas-sena ta’ wara s-sena li fiha tkun intbagħtet il-merkanzija koperta mill-liċenzja.
2. L-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità għandhom joħorġu l-awtorizzazzjoni għall-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 9, fi żmien għaxart ijiem ta’ xogħol minn meta l-importatur ikun ippreżenta l-oriġinal tal-liċenzja ta’ l-esportazzjoni korrispondenti.
3. L-awtorizzazzjonijiet għall-importazzjoni għandhom ikunu validi għal erba’ xhur mid-data tal-ħruġ tagħhom għall-importazzjoni fit-territorju doganali kollu tal-Komunità.
4. L-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità għandhom jikkanċellaw l-awtorizzazzjoni għall-importazzjoni li diġà tkun inħarġet kull meta l-liċenzja ta’ l-esportazzjoni korrispondenti tkun ġiet irtirata.
Madankollu, jekk l-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità jiġu nnotifikati dwar it-tneħħija jew il-kanċellazzjoni tal-liċenzja ta’ l-esportazzjoni wara li jkun diġà seħħ ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa tal-prodotti fil-Komunità, il-kwantitajiet rilevanti għandhom jiġu attribwiti għal-limiti stabbiliti għall-prodott.
Artikolu 11
Jekk l-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità jsibu li l-kwantità totali tal-prodotti koperti mil-liċenzji ta’ l-esportazzjoni maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti tar-Russja taqbeż il-limiti stipulati fl-Anness II tal-Ftehim, l-awtoritajiet tal-Komunità għandhom jissospendu l-ħruġ ulterjuri ta’ awtorizzazzjonijiet għall-importazzjoni. F’dan il-każ, l-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità għandhom jgħarrfu minnufih lill-awtoritajiet kompetenti tar-Russja u għandhom jinbdew minnufih konsultazzjonijiet skond l-Artikolu 9(2) tal-Ftehim.
TITOLU IV
FORMA U PRODUZZJONI TAL-LIĊENZJI GĦALL-ESPORTAZZJONI U ĊERTIFIKATI TA’ L-ORIĠINI, U DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI LI GĦANDHOM X’JAQSMU MA’ L-ESPORTAZZJONIJIET FIL-KOMUNITÀ
Artikolu 12
1. Il-liċenzja ta’ l-esportazzjoni u ċ-ċertifikat ta’ l-oriġini jistgħu jinkludu kopji addizzjonali indikati kif xieraq bħala tali. Għandhom jinkitbu bl-Ingliż. Jekk isiru bl-idejn, il-kliem għandu jkun bil-linka u b’ittri stampati.
Dawn id-dokumenti għandu jkollhom daqs ta’ 210 × 297 mm. Il-karta użata għandha tkun karta bajda għall-kitba, imdaqqsa, mingħajr polpa mekkanika, u tiżen mhux inqas minn 25 g/m2. Jekk id-dokumenti jkollhom ħafna kopji, il-kopja ta’ fuq nett biss, li hi l-oriġinali, għandha tkun stampata bl-isfond b’disinn guilloche. Din il-kopja għandha tkun immarkata b’mod ċar bħala “oriġinali” u l-kopji l-oħra bħala “kopji”. L-oriġinali biss għandha tkun aċċettata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità bħala valida għall-iskop ta’ esportazzjoni lejn il-Komunità skond id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim.
2. Kull dokument għandu juri numru tas-serje standardizzat, kemm jekk stampat kif ukoll jekk le, li bih jista’ jiġi identifikat.
Dan in-numru għandu jkun kompost mill-elementi li ġejjin:
— |
żewġ ittri li jidentifikaw il-pajjiż esportatur kif ġej: RU, |
— |
żewġ ittri li jidentifikaw l-Istat Membru li fih maħsub li jsir ir-rilaxx doganali kif ġej:
|
— |
numru b’ċifra waħda li jidentifika s-sena konċernata li turi l-aħħar ċifra fis-sena, eż għas-sena 2007, |
— |
numru b’żewġ ċifri minn 01 sa 99, li jidentifika l-uffiċċju partikolari konċernat li joħroġ il-liċenzji fil-pajjiż esportatur, |
— |
numru b’ħames ċifri li jsegwi b’mod konsekuttiv minn 00001 sa 99999 li jkun allokat lill-Istat Membru li fih maħsub li jsir ir-rilaxx doganali. |
Artikolu 13
Il-liċenzja ta’ l-esportazzjoni u ċ-ċertifikat ta’ l-oriġini jistgħu jinħarġu wara l-kunsinna tal-prodotti li huma jirreferu għalihom. F’dawn il-każijiet, għandu jkollhom il-kliem “maħruġ/a retrospettivament”’.
Artikolu 14
1. F’każ ta’ serq, telf jew qerda tal-liċenzja ta’ l-esportazzjoni jew taċ-ċertifikat ta’ l-oriġini, l-esportatur jista’ japplika għand l-awtoritajiet Russi kompetenti li jkunu ħarġu d-dokument sabiex joħorġu kopja abbażi tad-dokumenti ta’ l-esportazzjoni fil-pussess tiegħu. It-tieni kopja taċ-ċertifikat jew tal-liċenzja maħruġa b’dan il-mod għandha turi l-kelma “duplikata”.
2. It-tieni kopja għandha turi d-data tal-liċenzja ta’ l-esportazzjoni jew taċ-ċertifikat ta’ l-oriġini oriġinali.
TITOLU V
KOPERAZZJONI AMMINISTRATTIVA
Artikolu 15
Il-Komunità u r-Russja għandhom jikkoperaw mill-qrib fl-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Protokoll. Għal dan il-għan, il-kuntatti u l-iskambji ta’ fehmiet, inkluż dawk dwar materji tekniċi, għandhom jiġu ffaċilitati miż-żewġ Partijiet.
Artikolu 16
Sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni korretta ta’ dan il-Protokoll, il-Komunità u r-Russja qed joffru għajnuna reċiproka sabiex jiġu vverifikati l-awtentiċità u l-eżattezza tal-liċenzji ta’ l-esportazzjoni u taċ-ċertifikati ta’ l-oriġini maħruġa jew ta’ kull dikjarazzjoni li tkun saret fit-termini ta’ dan il-Protokoll.
Artikolu 17
Ir-Russja għandha tibgħat lill-Komunità (il-Kummissjoni Ewropea) l-ismijiet u l-indirizzi ta’ l-awtoritajiet kompetenti tal-Gvern Russu li huma awtorizzati li joħorġu u jivverifikaw il-liċenzji ta’ l-esportazzjoni u ta’ l-organizzazzjonijiet Russi kompetenti li huma awtorizzati taħt il-leġiżlazzjoni Russa li joħorġu ċ-ċertifikati ta’ l-oriġini flimkien ma’ kampjuni tat-timbri u l-firem li jużaw. Ir-Russja għandha wkoll tinnotifika lill-Komunità (il-Kummissjoni Ewropea) dwar kull tibdil f’dawn il-partikularitajiet.
Artikolu 18
1. Għandha ssir verifika sussegwenti taċ-ċertifikati ta’ l-oriġini jew tal-liċenzji ta’ l-esportazzjoni b’mod każwali, jew kull meta l-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità jkollhom dubju raġjonevoli rigward l-awtentiċità taċ-ċertifikat jew tal-liċenzja jew dwar l-eżattezza tat-tagħrif rigward l-oriġini vera tal-prodotti konċernati.
2. F’dawn il-każijiet, l-awtoritajiet kompetenti fil-Komunità għandhom jibagħtu lura ċ-ċertifikat ta’ l-oriġini jew il-liċenzja ta’ l-esportazzjoni jew kopja ta’ dawn lill-awtoritajiet Russi kompetenti, u fejn hu xieraq jagħtu r-raġunijiet tal-forma jew is-sustanza li jiġġustifikaw l-inkjesta. Jekk il-fattura ntbagħtet, it-tali fattura jew kopja tagħha għandha tkun mehmuża maċ-ċertifikat jew mal-liċenzja jew mal-kopji tagħhom. L-awtoritajiet għandhom ukoll jibagħtu kull tagħrif li jkun inkiseb u li jissuġġerixxi li l-partikularitajiet mogħtija fuq iċ-ċertifikat jew il-liċenzja msemmija m’humiex eżatti.
3. Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 għandhom ukoll japplikaw għall-verifiki sussegwenti taċ-ċertifikati ta’ l-oriġini previsti fl-Artikolu 2 ta’ dan il-Protokoll.
4. Ir-riżultati tal-verifiki sussegwenti li saru skond il-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu kkomunikati lill-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità sa mhux aktar tard minn tliet xhur. It-tagħrif li jiġi kkomunikat għandu jindika jekk iċ-ċertifikat jew il-liċenzja li jkun hemm dubju dwarha tapplikax għall-merkanzija li tkun ġiet esportata tassew u jekk din il-merkanzija tistax tiġi esportata skond l-arranġamenti stabbiliti mill-Ftehim. It-tagħrif għandu jinkludi wkoll, fuq talba tal-Komunità, kopji ta’ kull dokumentazzjoni meħtieġa sabiex jiddetermina bi sħiħ il-fatti, u b’mod partikolari l-oriġini vera tal-merkanzija.
5. Għall-għan ta’ verifiki sussegwenti taċ-ċertifikati ta’ l-oriġini, il-kopji taċ-ċertifikati kif ukoll kull dokument ta’ l-esportazzjoni li jirreferi għalihom għandhom jinżammu mill-organizzazzjonijiet Russi kompetenti għal mill-inqas sena wara t-tmiem tal-Ftehim.
6. Ir-rikors għall-proċedura ta’ verifika b’mod każwali speċifikata f’dan l-Artikolu m’għandux joħloq ostaklu għar-rilaxx tal-prodotti konċernati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa.
Artikolu 19
1. Fejn il-proċedura ta’ verifika msemmija fl-Artikolu 18 jew fejn l-informazzjoni disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità jew tar-Russja turi jew tidher li turi li d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim qegħdin jinħarbu jew jinkisru, iż-żewġ Partijiet għandhom jikkoperaw mill-qrib u bl-urġenza xierqa sabiex jevitaw evażjoni jew ksur ta’ dan it-tip.
2. Għal dan il-għan, l-awtoritajiet Russi kompetenti għandhom, fuq inizjattiva tagħhom stess jew fuq talba tal-Komunità, iwettqu l-inkjesti xierqa, jew jagħmlu arranġamenti sabiex jitwettqu dawn l-inkjesti, dwar operati li jkunu, jew lilll-Komunità jidhrilha li jkunu, qed jaħarbu jew jiksru dan il-Protokoll. Ir-Russja għandha tikkomunika r-riżultati ta’ dawn l-inkjesti lill-Komunità, inkluż kull tagħrif pertinenti ieħor li jippermetti li tiġi stabbilita l-kawża ta’ l-evażjoni jew tal-ksur, inkluża l-oriġini vera tal-merkanzija.
3. Bi ftehim bejn il-Komunità u r-Russja, l-uffiċjali maħtura mill-Komunità jistgħu jkunu preżenti waqt l-inkjesti msemmija fil-paragrafu 2.
4. Skond il-koperazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità u tar-Russja għandhom jaqsmu bejniethom kull tagħrif meqjus minn kull waħda mill-Partijiet bħala bżonnjuż sabiex jiġu evitati l-evażjoni jew il-ksur tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim. Dawn l-iskambji jistgħu jinkludu tagħrif dwar il-kummerċ tat-tip ta’ prodotti koperti minn dan il-Ftehim bejn ir-Russja u l-pajjiżi terzi, b’mod partikolari fejn il-Komunità jkollha bażi raġjonevoli sabiex tqis li l-prodotti konċernati jistgħu jkunu fi tranżitu fit-territorju tar-Russja qabel ma jkunu ġew importati fil-Komunità. Dan it-tagħrif jista’ jinkludi, fuq talba tal-Komunità, kopji tad-dokumenti rilevanti kollha, fejn ikunu disponibbli.
5. Fejn ikun hemm prova suffiċjenti ta’ l-evażjoni jew tal-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Protokoll, l-awtoritajiet kompetenti tar-Russja u tal-Komunità jistgħu jaqblu li jieħdu kull miżura meħtieġa sabiex dan il-ksur jew din l-evażjoni ma terġax tirrepeti ruħha.
Test ta 'immaġni
Test ta 'immaġni
Test ta 'immaġni
Test ta 'immaġni