This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document JOL_2007_110_R_0027_01
2007/251/EC: Council Decision of 22 March 2007 on the signing and provisional application of a Protocol to the Partnership and Cooperation Agreement (PCA) between the European Communities and their Member States, of the one part, and Ukraine, of the other part, on the accession of the Republic of Bulgaria and Romania to the PCA - Protocol to the Partnership and Cooperation Agreement (PCA) between the European Communities and their Member States, of the one part, and Ukraine, of the other part, on accession of the Republic of Bulgaria and Romania to the PCA
2007/251/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 22 ta’ Marzu 2007 dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżjorja ta' Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni (PCA) bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Ukraina, min-naħa l-oħra, dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija mal-PCA
2007/251/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 22 ta’ Marzu 2007 dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżjorja ta' Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni (PCA) bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Ukraina, min-naħa l-oħra, dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija mal-PCA
ĠU L 110, 27.4.2007, p. 27–32
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 4M, 8.1.2008, p. 455–460
(MT)
8.1.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
455 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-22 ta’ Marzu 2007
dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżjorja ta' Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni (PCA) bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Ukraina, min-naħa l-oħra, dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija mal-PCA
(2007/251/KE)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 44(2), l-aħħar sentenza ta' l-Artikolu 47(2), u l-Artikoli 55, 57(2), 71, 80(2), 93, 94, 133 u 181a, flimkien mat-tieni sentenza ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(2) u l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra t-Trattat ta’ Adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija, u b’mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Att ta' l-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, u b'mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Billi:
(1) |
It-23 ta' Ottubru 2006, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex, f'isem il-Komunità u l-Istati Membri tagħha, tinnegozja ma' l-Ukraina Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom u l-Ukraina (1) sabiex jittieħed kont ta' l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija fl-Unjoni Ewropea. |
(2) |
Suġġett għall-konklużjoni possibbli tiegħu f'data aktar 'il quddiem, il-Protokoll inizjalat fit-2 ta' Marzu 2007 għandu jiġi ffirmat f'isem il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom. |
(3) |
Il-Protokoll għandu jkun applikat fuq bażi provviżorja mid-data tal-firma tiegħu, sakemm jitlestew il-proċeduri relattivi għall-konklużjoni formali tiegħu, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-President tal-Kunsill b'dan tingħatalu l-awtorità li jaħtar persuna/i bis-setgħa li jiffirma(w), f'isem il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, il-Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni (PCA) bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Ukraina, min-naħa l-oħra, dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-PCA, suġġett għall-konklużjoni possibbli tiegħu aktar 'il quddiem.
It-test tal-Protokoll huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Sakemm jidħol fis-seħħ, il-Protokoll għandu jkun applikat fuq bażi provviżorja mid-data tal-firma.
Magħmul fi Brussell, 22 ta’ Marzu 2007.
Għall-Kunsill
Il-President
W. TIEFENSEE
PROTOKOLL
għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni (PCA) bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Ukraina min-naħa l-oħra, dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija għall-PCA
IR-RENJU TAL-BELĠJU,
IR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA,
IR-REPUBBLIKA ĊEKA,
IR-RENJU TAD-DANIMARKA,
IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,
IR-REPUBBLIKA TA' L-ESTONJA,
IR-REPUBBLIKA ELLENIKA,
IR-RENJU TA' SPANJA,
IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,
L-IRLANDA,
IR-REPUBBLIKA TALJANA,
IR-REPUBBLIKA TA' ĊIPRU,
IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA,
IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA,
IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU,
IR-REPUBBLIKA TA' L-UNGERIJA,
IR-REPUBBLIKA TA' MALTA,
IR-RENJU TA' L-OLANDA,
IR-REPUBBLIKA TA' L-AWSTRIJA,
IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA,
IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,
IR-RUMANIJA,
IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA,
IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA,
IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,
IR-RENJU TA' L-IŻVEZJA,
IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA' FUQ,
minn issa ’l quddiem imsejħa l-“Istati Membri”, rappreżentati mill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea, u
IL-KOMUNITÀ EWROPEA U L-KOMUNITÀ EWROPEA TA’ L-ENERĠIJA ATOMIKA,
minn issa 'l quddiem imsejħa l-“Komunitajiet”, rappreżentati mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea, min-naħa l-waħda, u
L-UKRAINA
min-naħa l-oħra,
minn issa 'l quddiem imsejħa l-“Partijiet” għall-iskop ta' dan il-Protokoll,
WARA LI KKUNSIDRAW id-dispożizzjonijiet tat-Trattat bejn ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta' Spanja, ir-Repubblika Franċiża, l-Irlanda, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Renju ta' l-Olanda, ir-Repubblika ta' l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju ta' l-Iżvezja, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq (Stati Membri ta' l-Unjoni Ewropea), u bejn ir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija, dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija fl-Unjoni Ewropea, li ġie ffirmat fil-Lussemburgu l-25 ta' April 2005 u li daħal fis-seħħ l-1 ta' Jannar 2007,
FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW is-sitwazzjoni l-ġdida fir-relazzjonijiet bejn l-Ukraina u l-Unjoni Ewropea maħluqa bl-adeżjoni ta' żewġ Stati Membri ġodda fl-UE, li tiftaħ opportunitajiet u ġġib magħha sfidi għall-kooperazzjoni bejn l-Ukraina u l-Unjoni Ewropea,
FILWAQT LI JQISU x-xewqa tal-Partijiet li jiżguraw il-kisba u t-twettiq ta' l-għanijiet u tal-prinċipji tal-PCA,
FTIEHMU KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Ir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija se jkunu Partijiet fil-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni, li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Ukraina, min-naħa l-oħra, li ġie ffirmat fil-Lussemburgu fl-14 ta' Ġunju 1994 u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Marzu 1998 (minn issa 'l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”), u għandhom jadottaw u josservaw, bl-istess mod bħall-Istati Membri l-oħra tal-Komunita', it-testi tal-Ftehim, kif ukoll tad-Dikjarazzjonijiet Konġunti, id-Dikjarazzjonijiet u l-Iskambji ta' Ittri annessi ma' l-Att Finali ffirmat fl-istess data, u l-Protokoll għall-Ftehim ta' l-10 ta' April 1997, li daħal fis-seħħ fit-12 ta' Ottubru 2000, u l-Protokoll għall-Ftehim tad-29 ta' April 2004 li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Frar 2006.
Artikolu 2
Dan il-Protokoll għandu jifforma parti integrali mill-Ftehim.
Artikolu 3
1. Dan il-Protokoll għandu jiġi approvat mill-Komunitajiet, mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea f'isem l-Istati Membri, u mill-Ukraina, skond il-proċeduri tagħhom stess.
2. Il-Partijiet għandhom jgħarrfu lil xulxin bit-twettiq tal-proċeduri msemmija fil-paragrafu preċedenti. L-istrumenti ta' approvazzjoni għandhom jiġu depożitati mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
1. Dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum ta' l-ewwel xahar ta' wara d-data tad-depożitu ta’ l-aħħar strument ta’ approvazzjoni.
2. Sad-data tad-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu, dan il-Protokoll għandu japplika provviżorjament mid-data tal-firma tiegħu.
Artikolu 5
1. It-testi tal-Ftehim, l-Att Finali u d-dokumenti kollha mehmużin miegħu, kif ukoll il-Protokolli għall-Ftehim ta' l-10 ta' April 1997 u tad-29 ta' April 2004, huma mfassla bil-lingwa Bulgara u bil-lingwa Rumena.
2. Dawn it-testi jinsabu annessi ma’ dan il-Protokoll u huma ugwalment awtentiċi mat-testi fil-lingwi l-oħra li fihom huma mfassla l-Ftehim, l-Att Finali u d-dokumenti annessi miegħu, kif ukoll il-Protokolli għall-Ftehim ta' l-10 ta' April 1997 u tad-29 ta' April 2004.
Artikolu 6
Dan il-Protokoll huwa mfassal b'żewġ kopji bil-Bulgaru, Ċek, Daniż, Olandiż, Ingliż, Estonjan, Finlandiż, Franċiż, Ġermaniż, Grieg, Ungeriż, Taljan, Latvjan, Litwan, Malti, Pollakk, Portugiż, Rumen, Slovakk, Sloven, Spanjol, Żvediż u Ukrain, b'kull wieħed minn dawn it-testi jkun ugwalment awtentiku.
Съставено в Брюксел на двадесет и седми март две хиляди и седма година.
Hecho en Bruselas, el veintisiete de marzo de dos mil siete.
V Bruselu dne dvacátého sedmého března dva tisíce sedm.
Udfærdiget i Bruxelles den syvogtyvende marts to tusind og syv.
Geschehen zu Brüssel am siebenundzwanzigsten März zweitausendsieben.
Kahe tuhande seitsmenda aasta märtsikuu kahekümne seitsmendal päeval Brüsselis.
Έγινε στις Βρυξέλλες, στις είκοσι επτά Μαρτίου δύο χιλιάδες επτά.
Done at Brussels on the twenty-seventh day of March in the year two thousand and seven.
Fait à Bruxelles, le vingt-sept mars deux mille sept.
Fatto a Bruxelles, addì ventisette marzo duemilasette.
Briselē, divtūkstoš septītā gada divdesmit septītajā martā.
Priimta du tūkstančiai septintųjų metų kovo dvidešimt septintą dieną Briuselyje.
Kelt Brüsszelben, a kettőezer-hatodik év március havának huszonhetedik napján.
Magħmul fi Brussel, fis-sebgħa u għoxrin jum ta' Marzu tas-sena elfejn u sebgħa.
Gedaan te Brussel, de zevenentwintigste maart tweeduizend zeven.
Sporządzono w Brukseli, dnia dwudziestego siódmego marca roku dwa tysiące siódmego.
Feito em Bruxelas, em vinte e sete de Março de dois mil e sete.
Adoptat la Bruxelles, douăzeci și cinci martie două mii șapte.
V Bruseli dvadsiateho siedmeho marca dvetisícsedem.
V Bruslju, sedemindvajsetega marca leta dva tisoč sedem.
Tehty Brysselissä kahdentenakymmenentenäseitsemäntenä päivänä maaliskuuta vuonna kaksituhattaseitsemän.
Som skedde i Bryssel den tjugosjunde mars tjugohundrasju.
Зa държaвите-членки
Por los Estados miembros
Za členské státy
For medlemsstaterne
Für die Mitgliedstaaten
Liikmesriikide nimel
Για τα кράτη μέλη
For the Member States
Pour les États membres
Per gli Stati membri
Dalībvalstu vārdā
Valstybių narių vardu
A tagállamok részéről
Għall-Istati Membri
Voor de lidstaten
W imieniu państw członkowskich
Pelos Estados-Membros
Pentru statele membre
Za členské štáty
Za države članice
Jäsenvaltioiden puolesta
På medlemsstaternas vägnar
Зa Εврoпейската общност
Por las Comunidades Europeas
Za Evropská společenství
For De Europæiske Fællesskaber
Für die Europäischen Gemeinschaften
Euroopa ühenduste nimel
Για τις Ευρωπαϊκές Kοινότητες
For the European Communities
Pour les Communautés européennes
Per le Comunità europee
Eiropas Kopienu vārdā
Europos Bendrijų vardu
Az Európai Közösségek részéről
Għall-Komunitajiet Ewropej
Voor de Europese Gemeenschappen
W imieniu Wspόlnot Europejskich
Pelas Comunidades Europeias
Pentru Comunitatea Europeanā
Za Európske spoločenstvá
Za Evropske skupnosti
Euroopan yhteisöjen puolesta
På Europeiska gemenskapernas vägnar
3a Yкраиа
Por Ucrania
Za Ukrajinu
For Ukraine
Für die Ukraine
Ukraina nimel
Για την Оυκραία
For Ukraine
Pour l’Ukraine
Per l’Ucraina
Ukrainas vārdā
Ukrainos vardu
Ukrajna részéről
Għall-Ukraina
Voor Oekraϊne
W imieniu Ukrainy
Pela Ucrânia
Pentru Ucraina
Za Ukrajinu
Za Ukrajino
Ukrainan puolesta
På Ukrainas vägnar