This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document JOL_2006_340_R_0129_01
2006/845/EC: Decision of the European Parliament of 27 April 2006 on the closure of the accounts of the the European Aviation Safety Agency for the financial year 2004#Resolution of the European Parliament with comments forming an integral part of the decision on the discharge for the implementation of the budget of the European Aviation Safety Agency for the financial year 2004
2006/845/KE: Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas- 27 ta' April 2006 dwar l-għeluq tal-kontijiet ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza ta' l-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2004
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew b'kummenti li huma parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza ta' l-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2004
2006/845/KE: Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas- 27 ta' April 2006 dwar l-għeluq tal-kontijiet ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza ta' l-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2004
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew b'kummenti li huma parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza ta' l-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2004
ĠU L 340, 6.12.2006, p. 129–133
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
6.12.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
129 |
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
tas-27 ta' April 2006
dwar l-għeluq tal-kontijiet ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza ta' l-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2004
(2006/845/KE)
IL-PARLAMENT EWROPEW,
— |
wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza ta' l-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2004 (1), |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza ta' l-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2004, flimkien mat-tweġibiet ta' l-Aġenzija (2), |
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' l-14 ta' Marzu 2006 (5972/2006 — C6-0093/2006), |
— |
wara li kkunsidra t-Trattat tal-KE, u b'mod partikolari l-Artikolu 276 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1592/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2002 dwar regoli komuni fil-qasam ta' l-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza ta' l-Avjazzjoni (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 49 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju qafas għall-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-Regola 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0104/2006), |
1. |
Jinnota ċ-ċifri li ġejjin għall-kontijiet ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza ta' l-Avjazzjoni għas-snin finanzjarji 2004 u 2003: Kont tad-dħul u l-infiq għas-snin finanzjarji 2004 u 2003 (6)
|
2. |
Japprova l-għeluq tal-kontijiet ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza ta' l-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2004; |
3. |
Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza ta' l-Avjazzjoni, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta' l-Awdituri u biex tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (serje L). |
Il-President
Josep BORRELL FONTELLES
Is-Segretarju Ġenerali
Julian PRIESTLEY
(1) ĠU C 269, 28.10.2005, p. 5.
(2) ĠU C 332, 28.12.2005, p. 1.
(3) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(4) ĠU L 240, 7.9.2002, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1701/2003 (ĠU L 243, 27.9.2003, p. 5).
(5) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1261/2005 (ĠU L 201, 2.8.2005, p. 3).
(6) Id-dejta għas-sena finanzjarja 2003 ġew ippreżentati mill-ġdid biex ikunu jistgħu jiġu mqabbla, wara t-tranżizzjoni għas-sistema ta' l-’accruals-based accounting’.
RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
b'kummenti li huma parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza ta' l-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2004
IL-PARLAMENT EWROPEW,
— |
wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza ta' l-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2004 (1), |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza ta' l-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2004, flimkien mat-tweġibiet ta' l-Aġenzija (2), |
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' l-14 ta' Marzu 2006 (5972/2006 – C6-0093/2006), |
— |
wara li kkunsidra t-Trattat tal-KE, u b'mod partikolari l-Artikolu 276 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1592/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2002 dwar regoli komuni fil-qasam ta' l-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza ta' l-Avjazzjoni (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 49 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju qafas għall-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-Regola 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0104/2006), |
A. |
billi l-Qorti ta' l-Awdituri stqarret li kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2004 kienu ta' min joqgħod fuqhom u li t-transazzjonijiet sottostanti, meta meqjusa flimkien, kienu legali u regolari, |
B. |
billi l-Qorti ta' l-Awdituri ddikjarat li kisbet assigurazzjoni raġonevoli mill-aġenziji kollha, minbarra r-riżervi espliċiti għas-sena finanzjarja 2004 fir-rigward ta' l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni, iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Professjonali, il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ, iċ-Ċentru Ewropew tal-Monitoraġġ tar-Razziżmu u l-Ksenofobija u l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà ta' l-Ikel, |
1. |
Ifakkar li, taħt l-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju, il-Parlament għandu jagħti kwittanza għall-implimentazzoni tal-baġits tal-korpi mwaqqfa mill-Komunitajiet u li jkollhom personalità ġuridika u li tabilħaqq jirċievu għotjiet li jitħallsu mill-baġit; madankollu, josserva li mhux dawn il-korpi kollha huma kompletament, jew ukoll parzjalment, iffinanzjati minn għotjiet li jitħallsu sussidji mill-baġit; jisħaq li għaldaqstant id-deċiżjoni li jagħti kwittanza tapplika kemm għall-finanzjament baġitarju u u kemm għall-finanazjament mhux baġitarju ta' dawn il-korpi; jikkunsidra inaċċettabbli l-fatt li wħud minn dawn il-korpi imwaqqfa mill-Unjoni jridu jagħtu rendikont ta' l-infiq tad-dħul minn sorsi oħra li ma jkunux mill-baġit, waqt li oħrajn li ma jirċevux sussidju mill-baġit, ma jagħmlux dan; jisħaq fuq il-prinċipju li l-agenziji kollha tal-Komunità, kemm jekk issussidjati u kemm jekk le, huma suġġetti għall-kwittanza mil-Parlament, ukoll meta awtorità oħra ta' kwittanza tintervjeni skond it-testi bażiċi tagħhom; hu tal-fehma hemm il-ħtieġa li jiġu riveduti t-testi kostituttivi kollha li jmorru kontra dan il-prinċipju; |
2. |
Isib ta' valur kbir it-tabella 1 tar-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri li ġiet introdotta għall-ewwel darba matul l-eżerċizzju tal-kwittanza ta' l-2003, li tagħti sommarju tal-poteri, ir-responsabbiltajiet, it-tmexxija, ir-riżorsi, l-attivitajiet u s-servizzi pprovduti tal-Eurojust; jinnnota li l-informazzjoni li hemm fit-tabella 1 hija pprovduta mill-Eurojust; jitlob lill-Qorti ta' l-Awdituri biex tivverifika l-kontenut tat-tabella 1; |
3. |
Jinsisti li l-aġenziji mhux biss għandhom jonfqu l-flus b'mod xieraq, iżda għandhom ukoll jagħmlu mill-aħjar biex jonfqu l-flus bl-iktar mod effiċjenti u effettiv possibbli; jistieden lill-Qorti ta' l-Awdituri biex tikkunsidra l-possibbiltà li jiġu estiżi r-rapporti annwali speċifiċi dwar l-aġenziji biex jinkludu eżami tal-prestazzjoni u tal-kisba ta' l-objettivi; f'dan il-kuntest u skond ir-riżoluzzjonijiet li jinsabu fil-kwittanza ta' l-2003, jinsisti li jitqisu l-aspetti li ġejjin: id-dublikazzjoni tax-xogħol fost l-aġenziji għandu jiġi evitat kemm jista' jkun, u l-miżuri maħsuba biex jititejbu t-trasparenza u l-komunikazzjoni mal-pubbliku għandhom jiġu ċċarati, flimkien ma' miżuri Komunitarji għal azzjoni pożittiva fil-livelli kollha tar-reklutaġġ, tat-taħriġ u ta' l-assenjazzjoni ta' responsabiltajiet; |
4. |
Jinnota li l-aġenziji Komunitarji mhux dejjem ikollhom reputazzjoni tajba jew rapporti tajbin fl-istampa u li ħafna minnhom ma jistħoqqilhomx din ir-reputazzjoni negattiva; josserva li ċ-ċittadini ta' l-UE għandhom jiġu mgħarrfa dwar dan bl-użu ta' mezzi xierqa biex jiġu spjegati għal kemm il-darba jkun meħtieġ ir-raġuni għall-eżistenza ta' l-aġenziji u l-kisbiet tagħhom; jitlob lill-Kummissjoni biex tieħu azzjoni skond dan, bl-użu ta' dawk il-mezzi li tħoss li huma meħtieġa; |
5. |
Jinnota li t-tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea fl-2004 affettwa f'ħafna modi l-istrutturi u l-metodi ta' l-operat ta' l-aġenziji Komunitarji, u li bosta mill-aġenziji jiġbdu l-attenzjoni għal dan fir-rapporti ta' ħidma tagħhom u jiffokaw b'mod partikulari fuq iż-żieda fin-numru ta' amministratturi; jitlob lill-Kummissjoni biex tevalwa l-problemi reali jew maħsuba li tiltaqa' magħhom u biex tirrakkomanda l-bidliet regulatorji meħtieġa; |
6. |
Jinnota li l-Kummissjoni impenjat ruħha biex tarmonizza l-mod kif ir-rapporti ta' ħidma li jikkonċernaw id-direttorati ġenerali jiġu ppreżentati; isejjaħ għal approċ simili fir-rigward tar-rapporti ta' ħidma ta' l-aġenziji tal-Komunitajiet, li jvarjaw b'mod sinifikattiv f'termini ta' kontenut; jitlob lill-Kummissjoni biex tindika lill-aġenziji tal-Komunitajiet t-tagħrif u l-indikaturi ta' ħidma li jeħtiegu jippreżentaw; |
7. |
Jilqa' l-fatt li l-Qorti ta' l-Awdituri sabet li l-kontijiet ta' l-Aġenzija għall-2004 huma ta' min jorbot fuqhom u li t-tranżazzjonijiet bażiċi meta kkunsidrati fis-sħuħija tagħhom huma legali u regolari; |
8. |
Jinnota r-rimarka tal-Qorti ta' l-Awdituri li l-baġit inizjali ta' l-Aġenzija u li l-baġits ta' emenda kif ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ma jagħtux dettalji ta' l-approprjazzjonijiet skond l-artikoli u l-punti kif meħtieġa mill-Artikolu 22 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002; ifakkar lill-Aġenzija fil-prinċipju ta' l-ispeċifikazzjoni u jħeġġiġa biex tirrispetta dan il-prinċipju biex tippermetti l-implimentazzjoni ċara u trasparenti tal-baġits stabbiliti mill-Awtorità Baġitarja; |
9. |
Jinnota li l-Aġenzija ma rreġistratx it-telf fuq il-baġit ta' l-2003 bħala baġit ta' emenda fl-2004 skond ir-regoli; jistenna li l-Aġenzija, fil-futur, tinkludi bilanċi negattivi fl-aħħar tas-sena f'baġits ta' emenda fis-sena finanzjarja li jmiss; |
10. |
Hu mħasseb bl-anomaliji nnutati mill-Qorti ta' l-Awdituri fit-tmexxija baġitarja, inkluż nuqqas ta' kwalunkwe indikazzjoni fil-baġits ta' emenda dwar trasferimenti magħmula jew dwar ir-raġunijiet għal dawn it-trasferimenti u l-fatt li naqas milli jinforma lill-Bord tat-Tmexxija dwar trasferimenti u pagament fuq self barra l-baġit; jilqa' l-passi meħuda mill-Aġenzija biex ittejjeb it-tmexxija baġitarja; |
11. |
Jinnota li fl-2004 l-Aġenzija kienet għadha ma adottatx ir-regoli ta' implimentazzjoni għar-regolament finanzjarju tagħha u kienet għadha ma wettqitx analiżi tar-riskju jew ippreparat standards ta' kontroll intern; jilqa' l-adozzjoni finali f'Ġunju 2005 mill-Aġenzija tar-regoli ta' implimentazzjoni għar-regolament finanzjarju tagħha u r-reklutaġġ ta' meniġer tar-riskju/awditur intern; |
12. |
Jinnota li l-proċeduri fl-Aġenzija għas-selezzjoni ta' membri ta' l-istaff varjaw bejn grupp ta' selezzjoni u ieħor u jħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija biex jaqblu dwar proċedura trasparenti u koerenti ta' reklutaġġ konsistenti mal-ħtiġijiet ta' l-Aġenzija f'dak li għandu x'jaqsam ma' ħaddiema speċifikament ikkwalifikati; |
13. |
Jinnota bi pjaċir l-assigurazzjoni ta' l-Aġenzija li l-proċeduri ta' reklutaġġ ser isiru formali billi jitfasslu kotba ta' proċedura biex tittejjeb it-trasparenza ta' deċiżjonijiet meħuda f'dan ir-rigward u biex ikunu evitati varjazzjonijiet li jidhru arbitrarji fil-proċeduri tas-selezzjoni ta' membri ta' l-istaff, kif enfasizzat il-Qorti ta' l-Awdituri; |
14. |
Jinnota li 'l fuq minn 70 % tas-sussidju tal-Kummissjoni lill-Aġenzija kien implimentat skond it-Titoli I u II, li jikkonċernaw biss l-ispejjeż tal-ħaddiema u dawk amministrattivi, u li, fl-infiq ta' l-operat, l-Aġenzija nefqet biss madwar 10 % tas-sussidju tal-Kummissjoni; jinnota wkoll li ż-żieda bejn l-2003 u l-2004 fl-infiq fuq il-ħaddiema u l-amministrazzjoni kienet ħafna ogħla miż-żieda fl-infiq ta' l-operat; |
15. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex tgħin lill-aġenziji jsegwu kemm jista' jkun mill-qrib il-pjan ta' ħidma li jiġi miftiehem għas-sena ta' wara, biex l-attivitajiet ikunu jistgħu jiġu ppjanati u implimentati sew, u b'mod partikolari biex jiġu evitati bidliet kbar u fl-aħħar minuta fil-volum tax-xogħol. |
16. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex ittejjeb is-sinerġiji bejn l-aġenziji billi tagħmel il-koperazzjoni iktar effettiva, billi tevita x-xogħol ripetut u billi tindirizza nuqqasijiet, b'mod partikulari fir-rigward ta' oqsma komuni bħat-taħriġ, l-implimentazzjoni tal-politiki kollha tal-Komunità, l-użu tas-sistemi tat-tmexxija l-iktar moderni u s-soluzzjoni ta' problemi dwar it-tmexxija tajba tal-baġit. |
(1) ĠU C 269, 28.10.2005, p. 5.
(2) ĠU C 332, 28.12.2005, p. 1.
(3) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(4) ĠU L 240, 7.9.2002, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1701/2003 (ĠU L 243, 27.9.2003, p. 5).
(5) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1261/2005 (ĠU L 201, 2.8.2005, p. 3).