This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document JOL_2006_340_R_0118_01
2006/841/EC: Decision of the European Parliament of 27 April 2006 on the closure of the accounts of the European Training Foundation for the financial year 2004#Resolution of the European Parliament with comments forming an integral part of the decision on the discharge for the implementation of the budget of the European Training Foundation for the financial year 2004
2006/841/KE: Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas- 27 ta' April 2006 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2004
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew b'kummenti li huma parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2004
2006/841/KE: Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas- 27 ta' April 2006 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2004
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew b'kummenti li huma parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2004
ĠU L 340, 6.12.2006, p. 118–122
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
6.12.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
118 |
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
tas-27 ta' April 2006
dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2004
(2006/841/KE)
IL-PARLAMENT EWROPEW,
— |
wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2004 (1), |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2004, flimkien mat-tweġibiet tal-Fondazzjoni (2), |
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' l-14 ta' Marzu 2006 (5972/2006 — C6- 0093/2006), |
— |
wara li kkunsidra t-Trattat KE, b'mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3), u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1360/90 tas-7 ta' Mejju 1990 li jistabbilixxi Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (4), u b'mod partikulari l-Artikolu 11 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0102/2006), |
1. |
Jinnota ċ-ċifri li ġejjin għall-kontijiet tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-snin finanzjarji 2004 u 2003: Kont tad-dħul u ta' l-infiq għas-snin finanzjarji 2004 u 2003 (6)
|
2. |
Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2004; |
3. |
Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta' l-Awdituri u biex tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (serje L). |
Il-President
Josep BORRELL FONTELLES
Is-Segretarju Ġenerali
Julian PRIESTLEY
(1) ĠU C 269, 28.10.2005, p. 36.
(2) ĠU C 332, 28.12.2005, p. 75.
(3) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(4) ĠU L 131, 23.5.1990, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1648/2003 (ĠU L 245, 29.9.2003, p. 22)
(5) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1261/2005 (ĠU L 201, 2.8.2005, p. 3).
(6) Il-kont tad-dħul u l-infiq u l-karta tal-bilanċ iqisu biss l-attivitajiet speċifiċi tal-Fondazzjoni: huma ma jinkludux programmi mmaniġġjati f'isem il-Kummissjoni.
RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
b'kummenti li huma parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2004
IL-PARLAMENT EWROPEW,
— |
wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2004 (1), |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2004, flimkien mat-tweġibiet tal-Fondazzjoni (2), |
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' l-14 ta' Marzu 2006 (5972/2006 – C6- 0093/2006), |
— |
wara li kkunsidra t-Trattat KE, b'mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3), u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1360/90 tas-7 ta' Mejju 1990 li jistabbilixxi Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (4), u b'mod partikulari l-Artikolu 11 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0102/2006), |
A. |
billi l-Qorti ta' l-Awdituri stqarret li kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2004 kienu ta' min joqgħod fuqhom u li t-transazzjonijiet sottostanti, meta meqjusa flimkien, kienu legali u regolari, |
B. |
billi l-Qorti ta' l-Awdituri ddikjarat li kisbet assigurazzjoni raġonevoli mill-aġenziji kollha, minbarra r-riżervi espliċiti għas-sena finanzjarja 2004 fir-rigward ta' l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni, iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Professjonali, il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ, iċ-Ċentru Ewropew tal-Monitoraġġ tar-Razziżmu u l-Ksenofobija u l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà ta' l-Ikel, |
C. |
billi fit-12 ta' April 2005 il-Parlament ta kwittanza lid-Direttur rigward l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni għas-sena finanzjarja 2003 (6), u fir-riżoluzzjoni tiegħu bil-kummenti li takkumpanja d-deċiżjoni tal-kwittanza (7), huwa innota inter alia li l-Qorti ta' l-Awdituri kienet reġgħet ikkritikat lill-Fondazzjoni minħabba li ma rnexxiliex tippreżenta kif suppost fil-kontijiet tagħha n-nefqa relatata mal-programm Tempus u kienet qed tistenna li tkun infurmata b'mod sħiħ fir-rapport ta' attività annwali 2004 tal-Fondazzjoni dwar soluzzjoni, miftiehma mal-Kummissjoni, rigward il-preżentazzjoni korretta ta' din in-nefqa fil-kontijiet, |
1. |
ifakkar li, taħt l-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju, il-Parlament għandu jagħti kwittanza għall-implimentazzoni tal-baġits tal-korpi mwaqqfa mill-Komunitajiet u li jkollhom personalità ġuridika u li tabilħaqq jirċievu għotjiet li jitħallsu mill-baġit; madankollu, josserva li mhux dawn il-korpi kollha huma kompletament, jew ukoll parzjalment, iffinanzjati minn għotjiet li jitħallsu sussidji mill-baġit; jisħaq li għaldaqstant id-deċiżjoni li jagħti kwittanza tapplika kemm għall-finanzjament baġitarju u u kemm għall-finanazjament mhux baġitarju ta' dawn il-korpi; jikkunsidra inaċċettabbli l-fatt li wħud minn dawn il-korpi imwaqqfa mill-Unjoni jridu jagħtu rendikont ta' l-infiq tad-dħul minn sorsi oħra li ma jkunux mill-baġit, waqt li oħrajn li ma jirċevux sussidju mill-baġit, ma jagħmlux dan; jisħaq fuq il-prinċipju li l-agenziji kollha tal-Komunità, kemm jekk issussidjati u kemm jekk le, huma suġġetti għall-kwittanza mil-Parlament, ukoll meta awtorità oħra ta' kwittanza tintervjeni skond it-testi bażiċi tagħhom; hu tal-fehma hemm il-ħtieġa li jiġu riveduti t-testi kostituttivi kollha li jmorru kontra dan il-prinċipju; |
2. |
Isib ta' valur kbir it-tabella 1 tar-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri li ġiet introdotta għall-ewwel darba matul l-eżerċizzju tal-kwittanza ta' l-2003, li tagħti sommarju tal-poteri, ir-responsabbiltajiet, it-tmexxija, ir-riżorsi, l-attivitajiet u s-servizzi pprovduti tal-Eurojust; jinnnota li l-informazzjoni li hemm fit-tabella 1 hija pprovduta mill-Eurojust; jitlob lill-Qorti ta' l-Awdituri biex tivverifika l-kontenut tat-tabella 1; |
3. |
Jinsisti li l-aġenziji mhux biss għandhom jonfqu l-flus b'mod xieraq, iżda għandhom ukoll jagħmlu mill-aħjar biex jonfqu l-flus bl-iktar mod effiċjenti u effettiv possibbli; jistieden lill-Qorti ta' l-Awdituri biex tikkunsidra l-possibbiltà li jiġu estiżi r-rapporti annwali speċifiċi dwar l-aġenziji biex jinkludu eżami tal-prestazzjoni u tal-kisba ta' l-objettivi; f'dan il-kuntest u skond ir-riżoluzzjonijiet li jinsabu fil-kwittanza ta' l-2003, jinsisti li jitqisu l-aspetti li ġejjin: id-dublikazzjoni tax-xogħol fost l-aġenziji għandu jiġi evitat kemm jista' jkun, u l-miżuri maħsuba biex jititejbu t-trasparenza u l-komunikazzjoni mal-pubbliku għandhom jiġu ċċarati, flimkien ma' miżuri Komunitarji għal azzjoni pożittiva fil-livelli kollha tar-reklutaġġ, tat-taħriġ u ta' l-assenjazzjoni ta' responsabiltajiet; |
4. |
Jinnota li l-aġenziji Komunitarji mhux dejjem ikollhom reputazzjoni tajba jew rapporti tajbin fl-istampa u li ħafna minnhom ma jistħoqqilhomx din ir-reputazzjoni negattiva; josserva li ċ-ċittadini ta' l-UE għandhom jiġu mgħarrfa dwar dan bl-użu ta' mezzi xierqa biex jiġu spjegati għal kemm il-darba jkun meħtieġ ir-raġuni għall-eżistenza ta' l-aġenziji u l-kisbiet tagħhom; jitlob lill-Kummissjoni biex tieħu azzjoni skond dan, bl-użu ta' dawk il-mezzi li tħoss li huma meħtieġa; |
5. |
Jinnota li t-tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea fl-2004 affettwa f'ħafna modi l-istrutturi u l-metodi ta' l-operat ta' l-aġenziji Komunitarji, u li bosta mill-aġenziji jiġbdu l-attenzjoni għal dan fir-rapporti ta' ħidma tagħhom u jiffokaw b'mod partikulari fuq iż-żieda fin-numru ta' amministratturi; jitlob lill-Kummissjoni biex tevalwa l-problemi reali jew maħsuba li tiltaqa' magħhom u biex tirrakkomanda l-bidliet regulatorji meħtieġa; |
6. |
Jinnota li l-Kummissjoni impenjat ruħha biex tarmonizza l-mod kif ir-rapporti ta' ħidma li jikkonċernaw id-direttorati ġenerali jiġu ppreżentati; isejjaħ għal approċ simili fir-rigward tar-rapporti ta' ħidma ta' l-aġenziji tal-Komunitajiet, li jvarjaw b'mod sinifikattiv f'termini ta' kontenut; jitlob lill-Kummissjoni biex tindika lill-aġenziji tal-Komunitajiet t-tagħrif u l-indikaturi ta' ħidma li jeħtiegu jippreżentaw; |
7. |
B'diżappuntat jinnota li l-Fondazzjoni għadha ma solvietx il-problema rigward il-preżentazzjoni korretta fil-kontijiet tagħha tan-nefqa relatata mal-programm Tempus; jinnota li din il-problema ppersistiet minkejja l-kritiki ripetuti mill-Qorti ta' l-Awdituri fir-rapporti annwali sa mill-1999, u li bħala konsegwenza, il-Qorti ta' l-Awdituri issa għamlet riżerva fuq il-kontijiet tal-Fondazzjoni; jinsisti li l-kontijiet tal-Fondazzjoni jirrispettaw il-prinċipji ta' unità u ta' eżattezza baġitarja; |
8. |
Jinsisti li l-Aġenzija għandha tikkonforma b'mod sħiħ mad-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar il-pubblikazzjoni ta' baġit suddiviż f'artikoli u punti u li jinkludi pjan tal-persunal; madankollu ser iżomm f'moħħu l-kummenti ta' l-Aġenzija dwar l-ispiża sproporzjonata tal-pubblikazzjoni u ta' l-assigurazzjonijiet ta' trasparenza meta jkun qed jikkunsidra r-reviżjonijiet għar-Regolament Finanzjarju; |
9. |
Jilqa' l-informazzjoni dettaljata pprovduta dwar l-iżvilupp ta' verifika interna mill-Fondazzjoni inkluża fir-Rapport ta' Attività Annwali ta' l-2004; jistenna b'ħerqa għal rapport dwar il-progress fir-Rapport ta' Attività Annwali ta' l-2005 u għar-rapport fil-qosor dwar verifiki interni fl-2005 kif inhu mitlub mill-Artikolu 72(5) tar-Regolament Finanzjarju ta' qafas 2343/2002; |
10. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex tgħin lill-aġenziji jsegwu mill-aktar viċin possibbli l-pjan ta' ħidma li sar qbil dwaru għas-sena ta' wara, biex b'hekk jippermettu li l-attivitajiet ikunu ppjanati u implimentati b'mod xieraq, u b'mod partikulari biex jevitaw bidliet kbar u ta' l-aħħar minuta fil-volum ta' xogħol; |
11. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex ittejjeb is-sinerġiji bejn l-aġenziji billi tagħmel il-koperazzjoni iktar effettiva, tevita x-xogħol doppju u tindirizza nuqqasijiet, b'mod partikulari fir-rigward ta' oqsma komuni bħat-taħriġ, l-implimentazzjoni tal-politiki kollha tal-Komunità, l-użu tas-sistemi tat-tmexxija l-aktar moderni u s-soluzzjoni ta' problemi dwar it-tmexxija tajba tal-baġit. |
(1) ĠU C 269, 28.10.2005, p. 36.
(2) ĠU C 332, 28.12.2005, p. 75.
(3) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(4) ĠU L 131, 23.5.1990, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1648/2003 (ĠU L 245, 29.9.2003, p. 22)
(5) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1261/2005 (ĠU L 201, 2.8.2005, p. 3).