Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document JOL_2006_340_R_0113_01

2006/839/KE: Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas- 27 ta' April 2006 dwar l-għeluq tal-kontijiet ta' l-Eurojust għas-sena finanzjarja 2004
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew b'kummenti li huma parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Eurojust għas-sena finanzjarja 2004

ĠU L 340, 6.12.2006, p. 113–116 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)

6.12.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

113


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2006

dwar l-għeluq tal-kontijiet ta' l-Eurojust għas-sena finanzjarja 2004

(2006/839/KE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2004 (1),

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti ta' l-Awdituri fuq il-kontijiet annwali finali tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2004, flimkien mat-tweġibiet tal-Eurojust (2),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' l-14 ta' Marzu 2006 (5972/2006 — C6 -0093/2006),

wara li kkunsidra t-Trattat tal-KE, b'mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu, u t-Trattat ta' l-UE, b'mod partikulari l-Artikolu 41 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3), u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/JHA tat-28 ta' Frar 2002 li biha twaqqfet l-Eurojust bil-ħsieb li ssaħħaħ il-ġlieda kontra l-kriminalità serja (4), u partikularment l-Artikolu 36 ta' l-istess Deċiżjoni,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regola 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0092/2006),

1.

Jinnota l-figuri li ġejjin għall-kontijiet ta' l-Eurojust għas-snin finanzjarji 2004 u 2003:

Kont tad-dħul u ta' l-infiq għas-snin finanzjarji 2004 u 2003

(f' EUR 1000)

 

2004

2003 (6)

Dħul

Sussidji Komunitarji

8 726

6 441

Dħul ieħor

397

12

Total (a)

9 123

6 453

Nefqa

Xiri ta' merkanzija u servizzi

4 476

3 228

Nefqiet tal-persunal

4 142

2 112

Deprezzament

332

211

Total (b)

8 950

5 551

Riżultat ekonomiku għas-sena finanzjarja (a – b)

173

902

2.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet ta' l-Eurojust għas-sena finanzjarja 2004;

3.

Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Amministrattiv tal-Eurojust, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta' l-Awdituri u sabiex tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Josep BORRELL FONTELLES

Is-Segretarju Ġenerali

Julian PRIESTLEY


(1)  ĠU C 269, 28.10.2005, p. 33.

(2)  ĠU C 332, 28.12.2005, p. 68.

(3)  ĠU L 248, 16.9.2002, p 1.

(4)  ĠU L 63, 6.3.2002, p. 1. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2003/659/JHA (ĠU L 245, 29.9.2003, p. 44).

(5)  ĠU L 357, 13.12.2002, p. 72. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1261/2005 (ĠU L 201, 2.8.2005, p. 3).

(6)  L-istqarrijiet finanzjarji għall 2003 ġew mogħtija mill-ġdid sabiex jieħdu in konsiderazzjoni l-ammonti li jitħallsu lura minħabba r-rizultat pożittiv tal-baġit lill Kummissjoni Ewropea għas-snin 2003 u 2002.


RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

b'kummenti li huma parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Eurojust għas-sena finanzjarja 2004

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2004 (1),

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti ta' l-Awdituri fuq il-kontijiet annwali finali tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2004, flimkien mat-tweġibiet tal-Eurojust (2),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' l-14 ta' Marzu 2006 (5972/2006 — C6 -0093/2006),

wara li kkunsidra t-Trattat tal-KE, b'mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu, u t-Trattat ta' l-UE, b'mod partikulari u l-Artikolu 41 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3), u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/JHA tat-28 ta' Frar 2002 li biha twaqqfet l-Eurojust bil-ħsieb li ssaħħaħ il-ġlieda kontra l-kriminalità serja (4), u partikularment l-Artikolu 36 ta' l-istess Deċiżjoni,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regola 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0092/2006),

A.

billi l-Qorti ta' l-Awdituri stqarret li kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2004 kienu ta' min joqgħod fuqhom u li t-transazzjonijiet sottostanti, meta meqjusa flimkien, kienu legali u regolari,

B.

billi l-Qorti ta' l-Awdituri ddikjarat li kisbet assigurazzjoni raġonevoli mill-aġenziji kollha, minbarra r-riżervi espliċiti għas-sena finanzjarja 2004 fir-rigward ta' l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni, iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Vokazzjonali, il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ, iċ-Ċentru Ewropew tal-Monitoraġġ tar-Razziżmu u l-Ksenofobija u l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà ta' l-Ikel,

1.

Ifakkar li, taħt l-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju, il-Parlament għandu jagħti kwittanza għall-implimentazzoni tal-baġits tal-korpi mwaqqfa mill-Komunitajiet u li jkollhom personalità ġuridika u li tabilħaqq jirċievu għotjiet li jitħallsu mill-baġit; madankollu, josserva li mhux dawn il-korpi kollha huma kompletament, jew ukoll parzjalment, iffinanzjati minn għotjiet li jitħallsu sussidji mill-baġit; jisħaq li għaldaqstant id-deċiżjoni li jagħti kwittanza tapplika kemm għall-finanzjament baġitarju u u kemm għall-finanazjament mhux baġitarju ta' dawn il-korpi; jikkunsidra inaċċettabbli l-fatt li wħud minn dawn il-korpi imwaqqfa mill-Unjoni jridu jagħtu rendikont ta' l-infiq tad-dħul minn sorsi oħra li ma jkunux mill-baġit, waqt li oħrajn li ma jirċevux sussidju mill-baġit, ma jagħmlux dan; jisħaq fuq il-prinċipju li l-agenziji kollha tal-Komunità, kemm jekk issussidjati u kemm jekk le, huma suġġetti għall-kwittanza mil-Parlament, ukoll meta awtorità oħra ta' kwittanza tintervjeni skond it-testi bażiċi tagħhom; hu tal-fehma hemm il-ħtieġa li jiġu riveduti t-testi kostituttivi kollha li jmorru kontra dan il-prinċipju;

2.

Isib ta' valur kbir it-tabella 1 tar-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri li ġiet introdotta għall-ewwel darba matul l-eżerċizzju tal-kwittanza ta' l-2003, li tagħti sommarju tal-poteri, ir-responsabbiltajiet, it-tmexxija, ir-riżorsi, l-attivitajiet u s-servizzi pprovduti tal-Eurojust; jinnnota li l-informazzjoni li hemm fit-tabella 1 hija pprovduta mill-Eurojust; jitlob lill-Qorti ta' l-Awdituri biex tivverifika l-kontenut tat-tabella 1;

3.

Jinsisti li l-aġenziji mhux biss għandhom jonfqu l-flus b'mod xieraq, iżda għandhom ukoll jagħmlu mill-aħjar biex jonfqu l-flus bl-iktar mod effiċjenti u effettiv possibbli; jistieden lill-Qorti ta' l-Awdituri biex tikkunsidra l-possibiltà li jiġu estiżi r-rapporti annwali speċifiċi dwar l-aġenziji biex jinkludu eżami tal-prestazzjoni u tal-kisba ta' l-objettivi; f'dan il-kuntest u skond ir-riżoluzzjonijiet li jinsabu fil-kwittanza ta' l-2003, jinsisti li jitqisu l-aspetti li ġejjin: id-dublikazzjoni tax-xogħol fost l-aġenziji għandu jiġi evitat kemm jista' jkun, u l-miżuri maħsuba biex jititejbu t-trasparenza u l-komunikazzjoni mal-pubbliku għandhom jiġu ċċarati, flimkien ma' miżuri Komunitarji għal azzjoni pożittiva fil-livelli kollha tar-reklutaġġ, tat-taħriġ u ta' l-assenjazzjoni ta' responsabiltajiet;

4.

Jinnota li l-aġenziji Komunitarji mhux dejjem ikollhom reputazzjoni tajba jew rapporti tajbin fl-istampa u li ħafna minnhom ma jistħoqqilhomx din ir-reputazzjoni negattiva; josserva li ċ-ċittadini ta' l-UE għandhom jiġu mgħarrfa dwar dan bl-użu ta' mezzi xierqa biex jiġu spjegati għal kemm il-darba jkun meħtieġ ir-raġuni għall-eżistenza ta' l-aġenziji u l-kisbiet tagħhom; jitlob lill-Kummissjoni biex tieħu azzjoni skond dan, bl-użu ta' dawk il-mezzi li tħoss li huma meħtieġa;

5.

Jinnota li t-tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea fl-2004 affettwa f'ħafna modi l-istrutturi u l-metodi ta' l-operat ta' l-aġenziji Komunitarji, u li bosta mill-aġenziji jiġbdu l-attenzjoni għal dan fir-rapporti ta' ħidma tagħhom u jiffokaw b'mod partikulari fuq iż-żieda fin-numru ta' amministratturi; jitlob lill-Kummissjoni biex tevalwa l-problemi reali jew maħsuba li tiltaqa' magħhom u biex tirrakkomanda l-bidliet regulatorji meħtieġa;

6.

Jinnota li l-Kummissjoni impenjat ruħha biex tarmonizza l-mod kif ir-rapporti ta' ħidma li jikkonċernaw id-direttorati ġenerali jiġu ppreżentati; isejjaħ għal approċ simili fir-rigward tar-rapporti ta' ħidma ta' l-aġenziji tal-Komunitajiet, li jvarjaw b'mod sinifikattiv f'termini ta' kontenut; jitlob lill-Kummissjoni biex tindika lill-aġenziji tal-Komunitajiet t-tagħrif u l-indikaturi ta' ħidma li jeħtiegu jippreżentaw;

7.

Bi pjaċir jinnota li l-Qorti ta' l-Awdituri rnexxiela tikseb assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2004 huma ta' min joqgħod fuqhom u li t-transazzjonijiet sottostanti, meta meqjusa flimkien, kienu legali u regolari,

8.

Jixtieq li jinżamm aġġornat kontinwament dwar l-intenzjonijiet ta' l-awtoritajiet ospitanti Olandiżi dwar is-sit ġdid għall-Ewrojust; partikolarment jixtieq li jiġi mgħarraf dwar il-possibilità li kemm l-Eurojust kif ukoll l-Europol jużaw l-istess sit, u dwar xi jkunu l-kundizzjonijiet kieku kellu jsir hekk u l-appoġġ finanzjarju li l-pajjiż ospitanti jagħti lill-Eurojust għal dan il-għan;

9.

Jinnota li l-Eurojust implimentat baġit differenti minn dak li ffissat l-Awtorità Baġitarja; jinsisti li l-Eurojust isegwi l-proċedura ġusta u li fil-futur jistenna l-approvazzjoni ta' l-Awtorità tal-Baġit qabel ma' jimplimenta kwalunkwe bidla bħal din;

10.

Jisħaq li l-prinċipju li għandu jkun hemm firda bejn id-dmir ta' l-uffiċjal li jawtorizza u d-dmir ta' l-uffiċjal tal-kontabilità, għandu jiġi rrispettat u li m'għandux ikun hemm ripetizzjoni tas-sitwazzjoni li ġrat fl-2004 meta membru ta' l-istaff okkuppa ż-żewġ karigi;

11.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tgħin lill-aġenziji jsegwu mill-iktar viċin possibbli l-pjan tax-xogħol li sar qbil dwaru għas-sena li tkun ġejja, biex b'hekk jippermettu li l-attivitajiet jiġu ppjanati u implimentati b'mod xieraq, u partikolarment biex jevitaw bidliet kbar u ta' l-aħħar minuta fl-ammont tax-xogħol;

12.

Jitlob lill-Kummissjoni sabiex ittejjeb is-sinerġiji bejn l-aġenziji billi tagħmel il-koperazzjoni iżjed effettiva, tevita d-dublikazzjoni tax-xogħol u tindirizza n-nuqqasijiet, b'mod partikulari fir-rigward ta' oqsma komuni bħat-taħriġ, l-implimentazzjoni tal-politiki kollha tal-Komunità, l-użu ta' l-aħħar sistemi ta' mmaniġjar u s-soluzzjoni ta' problemi relatati ma' l-immaniġġjar tajjeb tal-baġit.


(1)  ĠU C 269, 28.10.2005, p. 33.

(2)  ĠU C 332, 28.12.2005, p. 68.

(3)  ĠU L 248, 16.9.2002, p 1.

(4)  ĠU L 63, 6.3.2002, p. 1. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2003/659/JHA (ĠU L 245, 29.9.2003, p. 44).

(5)  ĠU L 357, 13.12.2002, p. 72. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1261/2005 (ĠU L 201, 2.8.2005, p. 3).


Top