Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C:2022:115:FULL

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, C 115, 11 ta' Marzu 2022


Display all documents published in this Official Journal
 

ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 115

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 65
11 ta' Marzu 2022


Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 115/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10568 — IIF INTERNATIONAL HOLDING / G+E GETEC HOLDING) ( 1 )

1

2022/C 115/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10605 — MACQUARIE REAL ESTATE / CPG VAN OOSTROM BEHEER / EDGE) ( 1 )

2

2022/C 115/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10570 — ADVENT / PERMIRA / MCAFEE) ( 1 )

3

2022/C 115/04

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10609 — EURAZEO / PSPIB / FST HOTELS) ( 1 )

4


 

III   Atti preparatorji

 

IL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

2022/C 115/05

Opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-29 ta’ Diċembru 2021 dwar proposta għal regolament li jistabbilixxi regoli armonizzati dwar l-intelliġenza artifiċjali (CON/2021/40)

5


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

il–Kunsill

2022/C 115/06

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/411, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/408 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

12

2022/C 115/07

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni kkonċernati li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

14

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 115/08

Rata tal-kambju tal-euro — L-10 ta’ Marzu 2022

15

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2022/C 115/09

Informazzjoni li għandha tiġi pprovduta skont l-Artikolu 5(2) — Ħolqien ta’ Raggruppament Ewropew ta’ Kooperazzjoni Territorjali (REKT) (Regolament (KE) Nru 1082/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 ( ĠU L 210, 31.7.2006, p. 19 ))

16


 

V   Avviżi

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 115/10

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ isem skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

18


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

11.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 115/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.10568 — IIF INTERNATIONAL HOLDING / G+E GETEC HOLDING)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 115/01)

Fit 3 ta’ Marzu 2022, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32022M10568. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


11.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 115/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.10605 — MACQUARIE REAL ESTATE / CPG VAN OOSTROM BEHEER / EDGE)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 115/02)

Fit 4 ta’ Marzu 2022, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32022M10605. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


11.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 115/3


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.10570 — ADVENT / PERMIRA / MCAFEE)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 115/03)

Fit 24 ta’ Frar 2022, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32022M10570. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


11.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 115/4


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.10609 — EURAZEO / PSPIB / FST HOTELS)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 115/04)

Fit 25 ta’ Frar 2022, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32022M10609. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


III Atti preparatorji

IL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

11.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 115/5


OPINJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-29 ta’ Diċembru 2021

dwar proposta għal regolament li jistabbilixxi regoli armonizzati dwar l-intelliġenza artifiċjali

(CON/2021/40)

(2022/C 115/05)

Introduzzjoni u bażi legali

Fit-3 ta’ Novembru 2021 il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irċieva talba mingħand il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għal opinjoni dwar proposta (1) għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli armonizzati dwar l-intelliġenza artifiċjali (l-Att dwar l-Intelliġenza Artifiċjali) u li jemenda ċerti atti leġiżlattivi tal-Unjoni (minn hawn ’il quddiem ir-“regolament propost”).

Il-Kompetenza tal-BĊE li jagħti opinjoni hija bbażata fuq l-Artikoli 127(4) u 282(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea peress li r-regolament propost jinkludi dispożizzjonijiet li jaqgħu taħt l-oqsma ta’ kompetenza tal-BĊE, b’mod partikolari fir-rigward tal-kompiti tal-BĊE li jikkonċernaw is-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet tal-kreditu skont l-Artikolu 127(6) tat-Trattat. Skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 17.5 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni.

1.   Osservazzjonijiet ġenerali

1.1.

Il-BĊE jilqa’ l-objettiv tar-regolament propost li jtejjeb il-funzjonament tas-suq intern billi jistabbilixxi qafas legali uniformi għall-iżvilupp, il-kummerċjalizzazzjoni u l-użu ta’ intelliġenza artifiċjali (AI) affidabbli f’konformità mal-valuri tal-Unjoni. Il-BĊE jirrikonoxxi l-importanza li jiġu stabbiliti rekwiżiti armonizzati speċifiċi għas-sistemi tal-AI biex jiġi żgurat livell konsistenti u għoli ta’ protezzjoni ta’ raġunijiet prevalenti ta’ interess pubbliku bħas-saħħa, is-sikurezza u d-drittijiet fundamentali.

1.2.

Il-BĊE jirrikonoxxi wkoll l-importanza dejjem tikber tal-innovazzjoni abilitata bl-AI fis-settur bankarju. Filwaqt li jqis in-natura u l-opportunitajiet transfruntieri inerenti għall-innovazzjoni tal-AI fl-attivitajiet bankarji, il-BĊE, bħala l-awtorità superviżorja prudenzjali fil-livell tal-Unjoni, jappoġġa bil-qawwa l-ħtieġa li tiġi żgurata l-implimentazzjoni armonizzata tar-regolament propost mill-istituzzjonijiet tal-kreditu meta jkunu kkonċernati r-riskji u r-rekwiżiti prudenzjali. Bl-istess mod, u minħabba l-importanza dejjem akbar tal-AI, il-leġiżlatur tal-Unjoni huwa mistieden jikkunsidra fil-futur il-potenzjal li tiġi stabbilita awtorità indipendenti tal-AI fil-livell tal-Unjoni li tkun responsabbli għall-applikazzjoni armonizzata tar-regolament propost fis-suq uniku kollu fir-rigward ta’ kwistjonijiet speċifiċi għas-saħħa, is-sikurezza u d-drittijiet fundamentali.

1.3.

Fir-rigward tas-sistemi tal-AI b’riskju għoli li jkunu ipprovduti jew użati mill-istituzzjonijiet tal-kreditu, il-BĊE jifhem li r-regolament propost jintegra ċerti obbligi fil-proċeduri stabbiliti fid-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) (minn hawn ’il quddiem is- “CRD”). B’mod partikolari, ir-regolament propost għandu l-għan li jtejjeb il-konsistenza mas-CRD billi jintegra wħud mill-obbligi ta’ ġestjoni tar-riskju u ta’ governanza tal-fornituri u tal-utenti fis-sistema ta’ governanza interna tal-istituzzjonijiet tal-kreditu (3). Minħabba n-novità u l-kumplessità tal-AI, u l-istandards ta’ livell għoli tar-regolament propost, hija meħtieġa gwida ulterjuri biex jiġu ċċarati l-aspettattivi superviżorji fir-rigward tal-obbligi b’rabta mal-governanza interna.

1.4.

Il-BĊE jilqa’ l-intenzjoni tar-regolament propost li jevita d-duplikazzjoni mal-qafas leġiżlattiv eżistenti billi jinkorpora xi wħud mid-dispożizzjonijiet tiegħu fid-dispożizzjonijiet rilevanti tas-CRD (4). F’dan ir-rigward il-BĊE jilqa’ l-fatt li l-obbligu tal-fornituri ta’ sistemi tal-AI li jkunu istituzzjonijiet tal-kreditu li jdaħħlu fis-seħħ sistema ta’ ġestjoni tal-kwalità u l-obbligu tal-utenti ta’ sistemi tal-AI b’riskju għoli li jkunu istituzzjonijiet tal-kreditu li jimmonitorjaw it-tħaddim tas-sistema għandhom jitqiesu li ġew issodisfati billi jikkonformaw mar-regoli dwar l-arranġamenti, il-proċessi u l-mekkaniżmi ta’ governanza interna stabbiliti fid-dispożizzjonijiet rilevanti tas-CRD (5).

1.5.

Il-BĊE jenfasizza li r-regolament propost għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi prudenzjali aktar speċifiċi jew strinġenti tal-istituzzjonijiet tal-kreditu stabbiliti fir-regolamentazzjoni settorjali u ssupplimentati minn gwida superviżorja. Pereżempju, l-obbligi ta’ governanza interna skont is-CRD (6) tal-utenti tas-sistemi tal-AI li jkunu istituzzjonijiet tal-kreditu jestendu għall-kontroll effettiv tal-arranġamenti ta’ esternalizzazzjoni, inklużi l-identifikazzjoni, il-valutazzjoni u l-mitigazzjoni tar-riskji assoċjati kollha, kif infurmati aktar mil-Linji Gwida tal-EBA dwar l-arranġamenti ta’ esternalizzazzjoni (7). Filwaqt li r-regolament propost jalloka obbligi differenti lill-fornituri u lill-utenti ta’ sistemi tal-AI b’riskju għoli, il-Linji Gwida tal-EBA dwar l-arranġamenti ta’ esternalizzazzjoni ma jagħmlu l-ebda distinzjoni bħal din fil-kuntest tal-esternalizzazzjoni bejn fornituri terzi ta’ soluzzjonijiet teknoloġiċi u istituzzjonijiet tal-kreditu. F’dan ir-rigward, l-esternalizzazzjoni ma tnaqqasx l-obbligu tal-istituzzjonijiet tal-kreditu li jikkonformaw mar-rekwiżiti regolatorji, u s-superviżur prudenzjali jibqa’ kompetenti biex jissorvelja r-riskji prudenzjali maħluqa mill-funzjonijiet esternalizzati. F’dan l-isfond, il-BĊE jilqa’ aktar kjarifiki dwar ir-rekwiżiti applikabbli u l-awtoritajiet kompetenti fir-rigward tal-esternalizzazzjoni minn utenti ta’ sistemi tal-AI b’riskju għoli li jkunu istituzzjonijiet tal-kreditu.

1.6.

Ir-rwol tal-BĊE taħt ir-regolament propost għandu jiġi ċċarat, b’mod partikolari fir-rigward ta’: (1) il-kompetenzi superviżorji prudenzjali tal-BĊE b’mod ġenerali, u b’rabta mas-sorveljanza tas-suq u l-valutazzjoni tal-konformità; u (2) l-applikazzjoni tar-regolament propost għat-twettiq tal-kompiti tal-BĊE taħt it-Trattat.

1.7.

Il-BĊE jibqa’ impenjat favur approċċ teknoloġikament newtrali fis-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet tal-kreditu. Ir-rwol tiegħu huwa li jiżgura s-sikurezza u s-sodezza tal-istituzzjonijiet tal-kreditu, filwaqt li jżomm standard għoli ta’ superviżjoni prudenzjali irrispettivament mill-applikazzjoni ta’ xi soluzzjoni teknoloġika partikolari. Il-BĊE għandu l-għan li jżomm kundizzjonijiet ekwi għas-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet tal-kreditu, skont il-prinċipju gwida ta’ “l-istess attività, l-istess riskji, l-istess superviżjoni” (8).

2.   Ir-rwol tal-BĊE taħt ir-regolament propost

2.1.   Kjarifika tal-kompetenzi superviżorji prudenzjali tal-BĊE fir-rigward tas-sorveljanza tas-suq

2.1.1.

Ir-regolament propost jipprevedi li r-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) japplika għas-sistemi tal-AI koperti mir-regolament propost (10), u li kwalunkwe referenza għal prodott taħt ir-Regolament (UE) 2019/1020 għandha tinftiehem li tinkludi s-sistemi kollha tal-AI li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-regolament propost (11). F’dan ir-rigward, il-BĊE jinnota li l-objettiv tar-Regolament (UE) 2019/2020 huwa li jtejjeb il-funzjonament tas-suq intern billi jsaħħaħ is-sorveljanza tas-suq tal-prodotti kopertimil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni biex jiżgura li jitqiegħdu fis-suq tal-Unjon biss dawk il-prodotti konformi li jissodisfaw ir-rekwiżiti li jipprovdu livell għoli ta’ protezzjoni tal-interessi pubbliċi, bħas-saħħa u s-sigurtà inġenerali, is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, il-protezzjoni tal-konsumatur, il-protezzjoni tal-ambjent u s-sigurtà pubblika u kwalunkwe interess pubbliku ieħor protett mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni (12).

2.1.2.

Ir-regolament propost jiddefinixxi l-awtorità tas-sorveljanza tas-suq bħala l-awtorità nazzjonali li twettaq l-attivitajiet u tieħu l-miżuri skont ir-Regolament (UE) 2019/1020 (13). Ir-Regolament (UE) 2019/1020 min-naħa tiegħu jiddefinixxi l-awtorità tas-sorveljanza tas-suq bħala awtorità maħtura minn Stat Membru skont ir-Regolament (UE) 2019/1020 bħala responsabbli għat-twettiq tas-sorveljanza tas-suq fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru (14). Barra minn hekk, il-premessa 9 tar-Regolament (UE) 2019/1020 tiċċara li r-responsabbiltà għall-infurzar tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni għandha tkun f’idejn l-Istati Membri, u l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tagħhom għandhom ikunu meħtieġa jiżguraw li jkun hemm konformità sħiħa mal-leġiżlazzjoni (15). Fuq dik il-bażi, il-BĊE jifhem li, skont ir-regolament propost, il-BĊE bl-ebda mod ma huwa awtorità tas-sorveljanza tas-suq.

2.1.3.

Madankollu, ir-regolament propost jipprevedi wkoll li għas-sistemi tal-AI imqiegħda fis-suq, imqiegħda f’servizz jew użati mill-istituzzjonijiet finanzjarji rregolati mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-servizzi finanzjarji, l-awtorità tas-sorveljanza tas-suq għall-fini tar-regolament propost għandha tkun l-awtorità rilevanti responsabbli għas-superviżjoni finanzjarja ta’ dawk l-istituzzjonijiet skont dik il-leġiżlazzjoni (16). Barra minn hekk, il-premessa 80 tar-regolament propost tiċċara li l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-servizzi finanzjarji tinkludi regoli u rekwiżiti dwar il-governanza interna u l-ġestjoni tar-riskju li huma applikabbli għall-istituzzjonijiet finanzjarji regolati matul il-forniment ta’ dawk is-servizzi, inkluż meta jagħmlu użu mis-sistemi tal-AI. Tiċċara wkoll li sabiex jiġu żgurati applikazzjoni u infurzar koerenti tal-obbligi skont ir-regolament propost u r-regoli u r-rekwiżiti rilevanti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-servizzi finanzjarji, l-awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni u l-infurzar tal-leġiżlazzjoni dwar is-servizzi finanzjarji, inkluż fejn applikabbli l-BĊE, jenħtieġ li jinħatru bħala awtoritajiet kompetenti għall-fini tas-superviżjoni tal-implimentazzjoni tar-regolament propost, inkluż għal attivitajiet ta’ sorveljanza tas-suq, fir-rigward tas-sistemi tal-AI pprovduti jew użati minn istituzzjonijiet finanzjarji regolati u taħt superviżjoni. F’dan ir-rigward, issir referenza wkoll għall-ħtieġa li tissaħħaħ aktar il-konsistenza bejn ir-regolament propost u r-regoli applikabbli għall-istituzzjonijiet tal-kreditu regolati skont is-CRD.

2.1.4.

Skont l-Artikolu 127(6) tat-Trattat, il-Kunsill jista’ b’mod unanimu jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-BĊE fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet tal-kreditu u istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn bl-eċċezzjoni ta’ impriżi tal-assigurazzjoni. Fuq dik il-bażi, ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 (17) (minn hawn ‘il quddiem ir-“Regolament MSU”) jikkonferixxi lill-BĊE kompiti speċifiċi fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet tal-kreditu, bil-għan li jikkontribwixxu għas-sikurezza u s-sodezza tal-istituzzjonijiet tal-kreditu u l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fl-Unjoni u kull Stat Membru, b’rigward sħiħ u bid-dover ta’ attenzjoni għall-unità u l-integrità tas-suq intern abbażi ta’ trattament ugwali tal-istituzzjonijiet tal-kreditu bil-għan li jiġi prekluż l-arbitraġġ regolatorju (18). F’dan ir-rigward, il-BĊE huwa esklużivament kompetenti, għal finijiet superviżorji prudenzjali, biex jiżgura konformità mal-atti rilevanti kollha tal-Unjoni, li jimponu rekwiżiti fuq l-istituzzjonijiet tal-kreditu biex ikollhom fis-seħħ, inter alia, proċessi robusti ta’ ġestjoni tar-riskju u mekkaniżmi ta’ kontroll intern (19). Ir-rwol superviżorju prudenzjali tal-BĊE f’dan ir-rigward huwa limitat li jiżgura li l-istituzzjonijiet tal-kreditu jimplimentaw politiki u proċessi biex jevalwaw u jiġġestixxu l-iskopertura tagħhom għar-riskju prudenzjali, inklużi riskji relatati ma’ aspetti differenti tal-mudelli tan-negozju tal-banek, il-governanza u r-riskju operazzjonali, u li jirriżultaw mill-użu ta’ soluzzjonijiet teknoloġiċi biex jiġu żgurati s-sikurezza u s-sodezza tal-istituzzjonijiet tal-kreditu u l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja (20).

2.1.5.

Is-sorveljanza tas-suq ma għandhiex l-għan li tiżgura s-sikurezza u s-sodezza tal-istituzzjonijiet tal-kreditu, iżda minflok tiffoka fuq il-protezzjoni tal-interessi tal-individwi li potenzjalment jistgħu jiġu affettwati minn sistemi abbużivi tal-AI billi tiżgura li tali sistemi jissodisfaw ir-rekwiżiti meħtieġa biex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tal-interessi pubbliċi bħas-saħħa u s-sikurezza tal-persuni. Konsegwentement, il-BĊE jifhem li l-leġiżlatur tal-Unjoni ma għandux l-intenzjoni li l-BĊE jaġixxi bħala awtorità tas-sorveljanza tas-suq fir-rigward tal- istituzzjonijiet tal-kreditu taħt is-superviżjoni tiegħu skont ir-regolament propost. Din il-konklużjoni hija konformi mal-premessi tar-Regolament MSU, li jiċċaraw li l-awtoritajiet nazzjonali huma kompetenti biex jiżguraw livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur (21).

2.1.6.

Fuq dik il-bażi, il-BĊE jissuġġerixxi li, biex ikun konsistenti mal-kompetenzi superviżorji prudenzjali tal-BĊE skont l-Artikolu 127(6) tat-Trattat u r-Regolament MSU, it-test tar-regolament propost għandu jiċċara mingħajr ambigwità li l-BĊE ma huwiex maħtur bħala awtorità tas-sorveljanza tas-suq jew fdat bi kwalunkwe kompitu ta’ sorveljanza tas-suq.

2.1.7.

Filwaqt li l-kompiti tas-sorveljanza tas-suq ma ġewx ikkonferiti lill-BĊE, jista’ jkun il-każ li ċerti Stati Membri jikkunsidraw il-ħatra tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti involuti fis-superviżjoni tal-istituzzjonijiet tal-kreditu bħala responsabbli għas-sorveljanza tas-suq fil-kuntest tar-regolament propost, sa fejn dan ikun permess mill-mandat tagħhom u mill-inqas sal-punt li l-kompiti ta’ sorveljanza tas-suq japplikaw għal sitwazzjonijiet li fihom sistema tal-AI titqiegħed f’servizz għall-użu proprju. Il-ħatra tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti attwalment involuti fis-superviżjoni tal-istituzzjonijiet tal-kreditu bħala responsabbli għal tali sorveljanza tas-suq tista’ titqies li tissalvagwardja l-koerenza u l-kosteffettività tar-riżultati superviżorji filwaqt li tikkapitalizza fuq l-għarfien espert użat minn dawn l-awtoritajiet fl-użu tas-setgħat investigattivi u superviżorji tagħhom fir-rigward tal-istituzzjonijiet tal-kreditu.

2.1.8.

Fl-aħħar nett, il-BĊE jinnota li d-dispożizzjonijiet dwar is-sorveljanza tas-suq tar-regolament propost ma jindirizzawx b’mod adegwat is-sitwazzjonijiet li fihom sistema tal-AI titqiegħed f’servizz għall-użu proprju. Pereżempju, is-setgħa tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq skont ir-regolament propost li jsejħu lura jew jirtiraw sistema tal-AI tista’ ma twassalx b’suċċess għall-waqfien ta’ dik is-sistema f’sitwazzjonijiet ta’ użu proprju (22). Il-leġiżlatur tal-Unjoni huwa għalhekk mistieden jiċċara liema miżuri restrittivi u liema setgħat tal-awtoritajiet kompetenti relatati għandhom japplikaw għal sitwazzjonijiet ta’ użu proprju.

2.2.   Kjarifika tal-kompetenzi superviżorji prudenzjali tal-BĊE fil-qasam tal-valutazzjoni tal-konformità

2.2.1.

Ir-Regolament propost jipprevedi (23) li għas-sistemi tal-AI b’riskju għoli maħsuba biex jintużaw għall-evalwazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja ta’ persuni fiżiċi jew jiġi stabbilit il-punteġġ tal-kreditu tagħhom (24), u li jitqiegħdu fis-suq jew jitqiegħdu f’servizz minn istituzzjonijiet tal-kreditu, għandha titwettaq valutazzjoni tal-konformità bħala parti mill-proċess ta’ reviżjoni u evalwazzjoni superviżorji (SREP) (25). Ir-Regolament propost jiddefinixxi (26) l-valutazzjoni tal-konformità bħala l-proċess biex jiġi vverifikat jekk ir-rekwiżiti obbligatorji għas-sistemi tal-AI b’riskju għoli stabbiliti fir-regolament propost (27) ġewx issodisfati.

2.2.2.

Kif ġie nnotat qabel, il-Kunsill, skont l-Artikolu 127(6) tat-Trattat, ikkonferixxa lill-BĊE kompiti speċifiċi li jikkonċernaw politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet tal-kreditu, bil-ħsieb li jikkontribwixxi, inter alia, għas-sikurezza u s-sodezza tal-istituzzjonijiet tal-kreditu u l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fi ħdan l-Unjoni u kull Stat Membru (28). Sabiex jevita li jmur lil hinn mill-kompiti kkonferiti lilu mit-Trattat, il-BĊE jenfasizza li jista’ jkun f’pożizzjoni li jissorvelja l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti rilevanti fil-kuntest tas-SREP filwaqt li jiffoka fuq ir-riskji prudenzjali li l-istituzzjonijiet tal-kreditu jistgħu jkunu esposti għalihom. F’dan ir-rigward, il-leġiżlatur tal-Unjoni huwa mistieden jikkunsidra l-punt sa fejn diversi elementi tal-valutazzjoni tal-konformità jistgħu ma jkunux ta’ natura prudenzjali inkwantu fil-biċċa l-kbira jikkonċernaw il-valutazzjoni teknika tas-sistemi tal-AI għas-salvagwardjar tas-saħħa u s-sikurezza tal-persuni u jiżguraw li d-drittijiet fundamentali jiġu rispettati billi jiġi minimizzat ir-riskju ta’ proċessi assistiti mill-AI li jkunu żbaljati jew preġudikati. B’mod partikolari, id-dispożizzjonijiet relevanti tar-regolament propost jeħtieġu li s-sistemi tal-AI ta’ riskju għoli ikunu ddisinnjati jew ddisinnjati u żviluppati (1) fuq il-bażi ta’ taħriġ, validazzjoni u ttestjat ta’ settijiet ta’ data li jissodisfaw ċerti kriterji tal-kwalità fejn jużaw tekniki li jinvolvu t-taħriġ ta’ mudelli bid-data; (2) b’kapaċitajiet li jippermettu r-rekordjar awtomatiku ta’ avvenimenti (“logs”) biex jiġi żgurat livell ta’ traċċabilità tal-funzjonament tas-sistema matul iċ-ċirklu tal-ħajja tagħha li jkun xieraq għall-għan intenzjonat tagħha; (3) b’mod li jiġi żgurat li dawn ikunu ssorveljati effettivament minn persuni fiżiċi, inklużi għodod ta’ interfaċċa bejn il-bniedem u magna, sabiex jiġu preklużi jew imminimizzati r-riskji għas-saħħa, is-sikurezza jew id-drittijiet fundamentali li jistgħu jirriżultaw meta tintuża sistema tal-AI ta’ riskju għoli; u (4) għall-iskop li jinkiseb livell xieraq ta’ akkuratezza, robustezza u ċibersigurtà (29). Kif iċċarat fil-premessi tar-regolament propost, dawn ir-rekwiżiti dwar il-kwalità tas-settijiet tad-data użati, id-dokumentazzjoni teknika u ż-żamma tar-rekords, it-trasparenza u l-għoti ta’ informazzjoni lill-utenti, is-sorveljanza umana, u r-robustezza, l-akkuratezza u ċ-ċibersigurtà huma meħtieġa biex jittaffew b’mod effettiv ir-riskji għas-saħħa, għas-sikurezza u għad-drittijiet fundamentali (30).

2.2.3.

F’dan l-isfond, il-leġiżlatur tal-Unjoni huwa mistieden jirrifletti aktar dwar il-ħtieġa li jinħatru awtoritajiet kompetenti rilevanti bħala responsabbli għas-superviżjoni tal-valutazzjoni tal-konformità mwettqa mill-istituzzjonijiet tal-kreditu fejn huma kkonċernati kwistjonijiet speċifiċi għas-saħħa, is-sikurezza u d-drittijiet fundamentali, u biex jikkunsidra l-ħtieġa li tiġi żgurata l-applikazzjoni armonizzata tar-regolament propost fis-suq uniku kollu billi fil-futur tiġi stabbilita awtorità tal-AI fil-livell tal-Unjoni.

2.2.4.

Barra minn hekk, ċerti rekwiżiti għas-sistemi tal-AI b’riskju għoli ma humiex kompletament ċari jew speċifiċi biżżejjed biex jipprovdu fehim suffiċjenti biex jinfurmaw l-aspettattivi superviżorji. Pereżempju, jista’ jkun meħtieġ li jiġi ċċarat aktar ir-rekwiżit li s-settijiet tad-data dwar it-taħriġ, il-validazzjoni u l-ittestjar għandhom ikunu rilevanti, rappreżentattivi, ħielsa minn żbalji u kompluti (31). Meta jitqies il-kamp ta’ applikazzjoni wiesa’ tal-mandat mogħti lil organizzazzjonijiet tal-istandardizzazzjoni Ewropej (32) u għalhekk ir-riskju potenzjali li jiddgħajfu n-normi stabbiliti bir-regolament propost, ir-rekwiżiti li jappartjenu għal sistemi tal-AI ta’ riskju għoli stabbiliti fir-regolament propost għandhom ikunu speċifiċi biżżejjed.

2.2.5.

Fl-aħħar nett, il-BĊE jifhem li l-valutazzjoni tal-konformità għas-sistemi tal-AI pprovduti mill-istituzzjonijiet tal-kreditu biex jevalwaw l-affidabbiltà kreditizja ta’ persuni fiżiċi jew biex jistabbilixxu l-punteġġ tal-kreditu tagħhom hija parti minn kontroll intern ex ante mwettaq mill-istituzzjoni tal-kreditu (33).. F’dan ir-rigward, ir-regolament propost (34) għandu jiġi emendat biex jirrifletti n-natura ex post tal-valutazzjoni speċifika li għandha titwettaq mis-superviżur prudenzjali bħala parti mis-SREP.

2.3.   Kjarifika tal-kompetenzi superviżorji prudenzjali tal-BĊE, b’mod ġenerali

Il-BĊE jista’ jitqies bħala awtorità kompetenti biss sa fejn ikun meħtieġ biex iwettaq il-kompiti kkonferiti lilu skont ir-Regolament MSU. Sabiex tiġi evitata l-inċertezza legali dwar jekk ir-regolament propost jagħtix kompiti ġodda lill-BĊE, il-BĊE jissuġġerixxi li, minflok jirreferi direttament lill-BĊE bħala awtorità kompetenti, ir-regolament propost għandu jirreferi għall-awtoritajiet kompetenti kif definiti fl-atti rilevanti tad-dritt tal-Unjoni, bħas-CRD. Imbagħad isegwi mir-Regolament MSU li l-BĊE għandu jitqies bħala awtorità kompetenti biss għall-fini li jwettaq il-kompiti superviżorji prudenzjali tiegħu (35).

2.4.   Kjarifika tal-indipendenza tal-BĊE fit-twettiq tal-kompiti tiegħu skont it-Trattat

Il-BĊE jifhem li meta jaġixxi bħala fornitur li jqiegħed fis-suq jew iqiegħed f’servizz sistemi tal-AI fl-Unjoni, jew bħala utent tas-sistemi tal-AI li jinsabu fl-Unjoni, huwa stess jista’ jkun soġġett għar-regolament propost (36). L-istess jgħodd għall-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi). Ir-regolament propost jipprevedi li, meta l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD) għandu jaġixxi bħala l-awtorità kompetenti għas-superviżjoni tagħhom u bħala l-awtorità tas-sorveljanza tas-suq tagħhom (37). Il-BĊNi jistgħu jkunu taħt is-superviżjoni tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti (38). F’dan ir-rigward huwa importanti li jiġi enfasizzat li l-BĊE u l-BĊNi għandhom ikunu f’pożizzjoni li jwettqu b’mod indipendenti l-kompiti kkonferiti lilu mit-Trattat (39), pereżempju meta jużaw kwalunkwe applikazzjoni tal-intelliġenza artifiċjali biex jiddefinixxu u jimplimentaw il-politika monetarja u biex jippromwovu l-operat bla xkiel tas-sistemi ta’ ħlas (40). Madankollu, għandu jiġi rrikonoxxut li l-indipendenza tas-SEBĊ fit-twettiq tal-kompiti tagħha ma teżentahiex minn kull regola tad-dritt tal-Unjoni (41). Il-BĊE jifhem li kwalunkwe superviżjoni potenzjali tal-BĊE mill-KEPD u mill-BĊNi mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tkun limitata għal kontrolli xierqa u governanza ta’ sistema tal-AI, u bl-ebda mod ma tkun maħsuba biex taffettwa l-kapaċità tal-BĊE u tal-BĊNi li jwettqu b’mod indipendenti l-kompiti kkonferiti lilhom mit-Trattat.

3.   Klassifikazzjoni tas-sistemi tal-AI

3.1.

Ir-regolament propost għandu l-għan li jiżgura qafas regolatorju proporzjonat fir-rigward tal-objettivi tiegħu billi jadotta approċċ ibbażat fuq ir-riskju li jimponi piżijiet regolatorji biss meta sistema tal-AI x’aktarx li toħloq riskji għoljin għad-drittijiet fundamentali u s-sikurezza. Madankollu, ir-regolament propost, li jantiċipa żviluppi futuri fit-teknoloġija tal-AI, jiddefinixxi s-softwer li jikkwalifika bħala sistema tal-AI b’mod wiesa’. B’riżultat ta’ dan, is-software li jiġi żviluppat biex jiġġenera outputs bħal kontenut, tbassir, rakkomandazzjonijiet, jew deċiżjonijiet, bl-użu ta’ approċċi ta’ tagħlim statistiku u awtomatiku, kif ukoll metodi ta’ tiftix u ottimizzazzjoni, jikkostitwixxi sistema tal-AI (42). Din id-definizzjoni wiesgħa tkopri varjetà ta’ attivitajiet imwettqa minn istituzzjonijiet tal-kreditu, b’mod partikolari fir-rigward ta’ sistemi maħsuba biex jistabbilixxu l-punteġġ tal-kreditu ta’ persuni fiżiċi.

3.2.

Skont ir-regolament propost (43), il-maġġoranza l-kbira tal-attivitajiet ta’ punteġġ tal-kreditu li jagħmlu użu mis-sistemi tal-AI jkunu awtomatikament soġġetti għar-rekwiżiti minimi orizzontali imposti fuq is-sistemi tal-AI b’riskju għoli. Konsegwentement, diversi attivitajiet, inkluża l-akkwiżizzjoni mmirata għall-kummerċjalizzazzjoni, l-immudellar tal-kollezzjonijiet u mudelli standard ta’ punteġġ tal-kreditu (eż. tabella ta’ valutazzjoni bl-użu ta’ rigressjoni loġistika), ikollhom jikkonformaw mal-istess rekwiżiti. Biex tissaħħaħ iċ-ċarezza fl-aspettattivi superviżorji u f’konformità mal-approċċ teknoloġikament newtrali tal-BĊE, huwa ssuġġerit li s-sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw biex tiġi evalwata l-affidabbiltà kreditizja ta’ persuni fiżiċi jew biex jiġi stabbilit il-punteġġ tal-kreditu tagħhom u liema ingranaġġ fuq l-użu awtonomu ta’ rigressjoni lineari jew loġistika jew siġar tad-deċiżjonijiet taħt is-superviżjoni tal-bniedem m’għandhomx jiġu kklassifikati bħala sistemi tal-AI b’riskju għoli, dment li l-impatt ta’ tali approċċi għall-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja jew tal-punteġġ tal-kreditu tal-persuni fiżiċi jkun minuri.

3.3.

Peress li l-attivitajiet ta’ punteġġ tal-kreditu jitwettqu regolarment mill-istituzzjonijiet tal-kreditu fil-prattika ta’ kuljum, il-BĊE jissuġġerixxi li d-dħul fis-seħħ ta’ rekwiżiti relatati mal-kwalifika tas-sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw biex tiġi evalwata l-affidabbiltà kreditizja ta’ persuni fiżiċi jew biex jiġi stabbilit il-punteġġ tal-kreditu tagħhom bħala “sistemi tal-AI b’riskju għoli” għandu jiddewwem sakemm il-Kummissjoni tadotta speċifikazzjonijiet komuni (44) dwar il-kwistjoni. B’mod partikolari, dawn l-ispeċifikazzjonijiet komuni għandhom jispjegaw il-kundizzjonijiet li taħthom is-sistemi tal-AI b’riskju għoli f’dan il-qasam se jkunu preżunti konformi mar-rekwiżiti applikabbli, kif ukoll jiddefinixxu meta s-sistemi tal-AI għandhom jitqiesu bħala “mqiegħda fis-servizz minn fornituri fuq skala żgħira għall-użu tagħhom stess”, u għalhekk jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-eċċezzjoni mill-kwalifika bħala sistema tal-AI ta’ riskju għoli (45). F’dan l-isfond, il-BĊE għandu jiġi inkluż fil-lista ta’ korpi kkonsultati qabel l-adozzjoni ta’ tali speċifikazzjonijiet komuni, fejn dawn jikkonċernaw sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw biex tiġi evalwata l-affidabbiltà kreditizja ta’ persuni fiżiċi jew jiġi stabbilit il-punteġġ tal-kreditu tagħhom (46).

3.4.

Fl-aħħar nett, il-BĊE jilqa’ l-possibbiltà li tiġi aġġornata l-lista ta’ sistemi tal-AI b’riskju għoli inkluża fl-Anness III tar-regolament propost (47), u jinsab lest li jikkoopera mal-Kummissjoni u jiġi kkonsultat minnha dwar l-identifikazzjoni ta’ riskji potenzjali ulterjuri tas-sistemi tal-AI li jistgħu joħolqu riskju ta’ ħsara għas-saħħa u s-sikurezza, jew riskju ta’ impatt negattiv fuq id-drittijiet fundamentali. Minbarra s-sistemi tal-AI użati għall-evalwazzjoni tal-punteġġ tal-kreditu jew l-affidabbiltà kreditizja ta’ persuni fiżiċi, ir-regolament propost ma jiddeżinjax sistemi oħra b’riskju għoli li jistgħu jitqiegħdu fis-servizz speċifikament minn istituzzjonijiet tal-kreditu. Madankollu, l-istituzzjonijiet tal-kreditu qed jiżviluppaw jew jikkunsidraw l-iżvilupp u l-użu tal-immudellar tad-data tal-AI li jorbot id-data tal-bejgħ, tat-tranżazzjonijiet u tal-prestazzjoni biex jiżguraw ħarsa ġenerali ċara tar-riskju tal-kondotta f’ċertu qasam. Bl-istess mod, is-sistemi tal-AI jistgħu jintużaw fil-monitoraġġ f’ħin reali tal-pagamenti, jew fit-tfassil ta’ profili tal-klijenti jew tat-tranżazzjonijiet, għall-finijiet tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu.

Fejn il-BĊE jirrakkomanda li d-direttiva proposta tiġi emendata, qed tiġi prevista proposta ta’ abbozzar speċifika f’dokument ta’ ħidma tekniku separat flimkien ma’ test spjegattiv għal dan il-għan. Id-dokument ta’ ħidma tekniku huwa disponibbli bl-Ingliż fuq EUR-Lex.

Magħmul fi Frankfurt am Main, id-29 ta’ Diċembru 2021.

Il-President tal-BĊE

Christine LAGARDE


(1)  COM(2021) 206 final.

(2)  Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet tal-kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet tal-kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).

(3)  Ara l-Artikoli 9(9), 18(2), 20(2) u 29(5) tar-regolament propost u l-Artikolu 74 tas-CRD.

(4)  Ara l-Artikolu 74 tas-CRD.

(5)  Ara l-Artikoli 17(3) u 29(4) tar-regolament propost.

(6)  Ara l-Artikolu 74 tas-CRD.

(7)  Ara l-Linji Gwida tal-EBA dwar l-Arranġamenti ta’ Esternalizzazzjoni (https://www.eba.europa.eu/regulation-and-policy/internal-governance/guidelines-on-outsourcing-arrangements).

(8)  Ara Andrea Enria, President tal-Bord Superviżorju tal-BĊE, “A binary future? How digitalisation might change banking”, De Nederlandsche Bank, Amsterdam, 11 ta’ Marzu 2019, disponibbli fuq is-sit web tas-Superviżjoni Bankarja tal-BĊE fuq www.bankingsupervision.europa.eu.

(9)  Ir-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar is-sorveljanza tas-suq u l-konformità tal-prodotti u li jemenda d-Direttiva 2004/42/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 765/2008 u (UE) Nru 305/2011 (ĠU L 169, 25.6.2019, p.1).

(10)  Ara l-Artikolu 63(1) tar-regolament propost.

(11)  Ara l-Artikolu 63(1)(b) tar-regolament propost.

(12)  Ara l-Artikolu 1(1) tar-Regolament (UE) Nru 2019/1020.

(13)  Ara l-Artikolu 3(26) tar-regolament propost.

(14)  Ara l-Artikolu 3(4) tar-Regolament (UE) 2019/1020.

(15)  Ara l-premessa 9 tar-Regolament (UE) 2019/1020.

(16)  Ara l-Artikolu 63(4) tar-regolament propost.

(17)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63).

(18)  Ara l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 1 tar-Regolament MSU.

(19)  Ara l-Artikolu 4(1)(e) tar-Regolament MSU.

(20)  Ara l-premessa 30 tar-Regolament MSU, kif ukoll il-paġni 53 u 54 tar-“rispons tas-SEBĊ/superviżjoni bankarja Ewropea għall-konsultazzjoni pubblika tal-Kummissjoni Ewropea dwar strateġija ġdida għall-finanzi diġitali għall-Ewropa/pjan ta’ azzjoni tal-FinTech” (Awwissu 2020), disponibbli fuq is-sit web tas-Superviżjoni Bankarja tal-BĊE.

(21)  Il-premessi 28 u 29 tar-Regolament MSU.

(22)  Ara l-Artikolu 3, il-punti (16) u (17), l-Artikolu 65(2), it-tieni subparagrafu, u l-Artikoli 65(5) u 67(1) tar-regolament propost.

(23)  Ara l-Artikoli 19(2) u 43(2) tar-regolament propost.

(24)  Ara l-punt 5(b) tal-Anness III tar-regolament propost.

(25)  L-Artikoli 97 sa 101 tas-CRD jittrattaw dwar is-SREP.

(26)  Ara l-Artikolu 3(20) tar-regolament propost.

(27)  Ara l-Artikoli 8 sa 15 tal-Kapitolu 2 tat-Titolu III tar-regolament propost.

(28)  Ara l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 1 tal-Regolament MSU.

(29)  Ara l-Artikoli 10, 12, 14 u 15 tar-regolament propost.

(30)  Ara l-premessa 43 tar-regolament propost.

(31)  Ara l-Artikolu 10(3) tar-regolament propost.

(32)  Ara l-Artikolu 40 u l-premessa 61 tar-regolament propost.

(33)  Ara l-ewwel sentenza tal-Artikolu 43(2) u l-Anness VI tar-regolament propost.

(34)  Ara l-Artikolu 19(2) u b’mod partikolari t-tieni sentenza tal-Artikolu 43(2) tar-regolament propost.

(35)  Ara l-Artikolu 6 tar-Regolament MSU.

(36)  Ara l-Artikolu 2 tar-regolament propost.

(37)  Ara l-Artikoli 59(8) u 63(6) tar-regolament propost.

(38)  Ara l-Artikolu 59(2) tar-regolament propost.

(39)  Ara l-Artikolu 130 tat-Trattat.

(40)  Ara l-ewwel u r-raba’ inċiżi tal-Artikolu 127(2) tat-Trattat.

(41)  Ara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta’ Lulju 2003, C-11/00 Il-Kummissjoni vs Il-Bank Ċentrali Ewropew, ECLI:EU:C:2003:3, il-punti 130 sa 135.

(42)  Ara l-Artikolu 3(1) u l-Anness I tar-regolament propost.

(43)  Ara l-punt 5(b) tal-Anness III tar-regolament propost.

(44)  Ara l-Artikolu 41(1) tar-regolament propost.

(45)  Skont il-punt 5(b) tal-Anness III tar-regolament propost.

(46)  Ara l-Artikolu 41(2) tar-regolament propost.

(47)  Ara l-Artikolu 7(1) tar-regolament propost.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

il–Kunsill

11.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 115/12


Avviż għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/411, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/408 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

(2022/C 115/06)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/411 (2), u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 (3), kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/408 (4) dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, wara li rrieżamina l-lista ta’ persuni u entitajiet deżinjati fl-Annessi msemmija hawn fuq, iddetermina li l-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2014/145/PESK u fir-Regolament (UE) Nru 269/2014 jenħtieġ li jkomplu japplikaw għal dawk il-persuni u l-entitajiet.

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti web fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 269/2014, sabiex jiksbu awtorizzazzjoni biex jużaw il-fondi ffriżati għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (irreferi għall-Artikolu 4 tar-Regolament).

Il-persuni u l-entitajiet ikkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien ma’ dokumentazzjoni ta’ sostenn, biex id-deċiżjoni li huma jiġu inklużi fil-lista msemmija hawn fuq tiġi kkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz li ġej qabel l-1 ta’ Ġunju 2022:

Council of the European Union

General Secretariat

RELEX.1

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Email: sanctions@consilium.europa.eu

L-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati qed tinġibed ukoll għall-possibbiltà li jikkontestaw id-Deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f’konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 275, u r-raba’ u s-sitt paragrafi tal-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 78, 17.03.2014, p. 16.

(2)  ĠU L 84, 11.03.2022, p. 28.

(3)  ĠU L 78, 17.03.2014, p. 6.

(4)  ĠU L 84, 11.03.2022, p. 2.


11.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 115/14


Avviż għall-attenzjoni tal-persuni kkonċernati li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

(2022/C 115/07)

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-informazzjoni li ġejja f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

Il-bażijiet legali għal din l-operazzjoni ta’ pproċessar huma d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK (2), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/411 (3), u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 (4), kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/408 (5).

Il-kontrollur ta’ din l-operazzjoni ta’ pproċessar huwa d-Dipartiment RELEX.1.C fid-Direttorat Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni - RELEX tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill (SĠK), li jista’ jiġi kkuntattjat f’dan l-indirizz:

Council of the European Union

General Secretariat

RELEX.1

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Email: sanctions@consilium.europa.eu

L-Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Data tas-SĠK jista’ jiġi kkuntattjat f’dan l-indirizz:

Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data

data.protection@consilium.europa.eu

L-għan tal-operazzjoni ta’ pproċessar huwa l-istabbiliment u l-aġġornament tal-lista ta’ persuni soġġetti għal miżuri restrittivi f’konformità mad-Deċiżjoni 2014/145/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni (PESK) 2022/411, u r-Regolament (UE) Nru 269/2014, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/408.

Il-persuni kkonċernati huma l-persuni fiżiċi li jissodisfaw il-kriterji għall-elenkar fil-lista kif stabbiliti fid-Deċiżjoni 2014/145/PESK u r-Regolament (UE) Nru 269/2014.

Id-data personali miġbura tinkludi d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni korretta tal-persuna kkonċernata, id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet u kwalunkwe data oħra relatata ma’ dan.

Id-data personali miġbura tista’ titqassam skont kif ikun meħtieġ lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u lill-Kummissjoni.

Mingħajr preġudizzju għar-restrizzjonijiet skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2018/1725, l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-persuni kkonċernati bħad-dritt għal aċċess, kif ukoll id-drittijiet għal rettifika jew għal oġġezzjoni ser jingħata f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725.

Id-data personali ser tinżamm għal ħames snin minn meta l-persuna kkonċernata tkun tneħħiet mil-lista ta’ persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi jew il-validità tal-miżura tkun skadiet, jew sakemm ikunu fis-seħħ il-proċedimenti tal-qorti f’każ li dawn ikunu nbdew.

Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rimedju ġudizzjarju, amministrattiv jew mhux ġudizzjarju, il-persuni kkonċernati jistgħu jressqu lment quddiem il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 (edps@edps.europa.eu).


(1)  ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39.

(2)  ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16.

(3)  ĠU L 84, 11 ta’ Marzu 2022, p. 28.

(4)  ĠU L 78, 17.3.2014, p. 6.

(5)  ĠU L 84, 11 ta’ Marzu 2022, p. 2.


Il-Kummissjoni Ewropea

11.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 115/15


Rata tal-kambju tal-euro (1)

L-10 ta’ Marzu 2022

(2022/C 115/08)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1084

JPY

Yen Ġappuniż

128,54

DKK

Krona Daniża

7,4401

GBP

Lira Sterlina

0,84175

SEK

Krona Żvediża

10,7073

CHF

Frank Żvizzeru

1,0270

ISK

Krona Iżlandiża

145,50

NOK

Krona Norveġiża

9,9190

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,316

HUF

Forint Ungeriż

381,63

PLN

Zloty Pollakk

4,8239

RON

Leu Rumen

4,9491

TRY

Lira Turka

16,5740

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5109

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4189

HKD

Dollaru ta’ Hong Kong

8,6688

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6185

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5058

KRW

Won tal-Korea t’Isfel

1 360,48

ZAR

Rand ta’ l-Afrika t’Isfel

16,7264

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,0063

HRK

Kuna Kroata

7,5665

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 824,95

MYR

Ringgit Malażjan

4,6414

PHP

Peso Filippin

57,825

RUB

Rouble Russu

 

THB

Baht Tajlandiż

36,710

BRL

Real Brażiljan

5,5958

MXN

Peso Messikan

23,3153

INR

Rupi Indjan

84,6070


(1)  Sors: rata tal-kambju ta’ referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

11.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 115/16


Informazzjoni li għandha tiġi pprovduta skont l-Artikolu 5(2)

Ħolqien ta’ Raggruppament Ewropew ta’ Kooperazzjoni Territorjali (REKT)

(Regolament (KE) Nru 1082/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 (ĠU L 210, 31.7.2006, p. 19))

(2022/C 115/09)

I.1)   

Isem, indirizz u punt ta’ kuntatt

Isem uffiċjali: Parc naturel européen Plaines Scarpe-Escaut

Sede: Rue des Sapins 31, 7603 Bon-Secours, il-Belġju

Punt ta’ kuntatt: Isabelle Zarlenga, Direttur

Indirizz elettroniku tar-Raggruppament: https://plaines-scarpe-escaut.eu

I.2)   

It-tul taż-żmien tar-Raggruppament:

It-tul taż-żmien tar-Raggruppament: indefinit

Data tar-reġistrazzjoni: 6 ta’ Settembru 2021

Data tal-pubblikazzjoni: 28 ta’ Ottubru 2021

II.   OBJETTIVI

L-għan mhux għall-profitt tar-Raggruppament, kemm fil-Belġju kif ukoll barra mill-pajjiż, f’ismu jew f’isem il-membri tiegħu, huwa li jiffaċilita, jippromovi u jmexxi l-kooperazzjoni transfruntiera bejn il-membri tiegħu fit-territorju definit fl-Artikolu 3 tal-Istatut.

Għalhekk, ir-Raggruppament iwettaq proġetti fl-ambitu tal-kompiti tal-membri tiegħu kif iddefiniti fil-Karta tal-Park Naturali Reġjonali Scarpe-Escaut imġedda bid-Digriet Ministerjali Nru 2010-1021 tat-30 ta’ Awwissu 2010 u l-pjan ta’ ġestjoni tal-Park Naturali ta’ Plaines de l’Escaut adottat mill-Ministru tal-Wallonja għall-Agrikoltura, in-Natura u l-Affarijiet Rurali fl-1 ta’ April 2015.

Dawn il-proġetti għandhom l-għan li jsaħħu l-identità transfruntiera tat-territorju kkonċernat. Ir-Raggruppament ifassal u jimplimenta pjan ta’ azzjoni.

Ir-Raggruppament huwa awtorizzat biex iwettaq xogħlijiet jew li jkun l-iżviluppatur tax-xogħlijiet meħtieġa sabiex iwettaq l-għan tiegħu u fit-territorju definit fl-Artikolu 3. Ir-Raggruppament jista’ jikkonkludi kuntratti jew ftehimiet. Ir-Raggruppament jista’ wkoll ifittex kull tip ta’ finanzjament, pubbliku, privat u b’mod partikolari finanzjament Komunitarju, biex jimplimenta programmi u proġetti ta’ kooperazzjoni territorjali. Ir-Raggruppament jikkoordina l-implimentazzjoni tal-proġetti kofinanzjati b’dan il-mod.

Bħala regola ġenerali, ir-Raggruppament għandu kapaċità ġuridika sħiħa biex iwettaq l-atti u t-tranżazzjonijiet kollha direttament jew indirettament relatati mal-għan tiegħu jew li jkunu tali li jiffaċilitaw, direttament jew indirettament, kompletament jew parzjalment, il-kisba ta’ dak l-għan.

III.   DETTALJI ADDIZZJONALI DWAR ISEM IR-RAGGRUPPAMENT

Isem bl-Ingliż: European Natural Park Plaines Scarpe Scheldt

Isem bil-Franċiż: Parc naturel européen Plaines Scarpe-Escaut

IV.   MEMBRI

IV.1)

Numru totali ta’ membri fir-Raggruppament: 2

IV.2)

Nazzjonalitajiet tal-membri tar-Raggruppament: FR, BE

IV.3)

Informazzjoni dwar il-membri (1)

Isem uffiċjali: ASBL Commission de gestion du Parc naturel des Plaines de l’Escaut

Indirizz: Rue des Sapins 31, 7603 Bon-Secours, il-Belġju

Indirizz elettroniku: http://plainesdelescaut.be

Tip ta’ membru: raggruppament magħmul minn 8 awtoritajiet lokali

Isem uffiċjali: Syndicat mixte de gestion du Parc naturel régional Scarpe-Escaut

Indirizz: 59731 Saint-Amand-les-Eaux, Franza

Indirizz elettroniku: http://www.pnr-scarpe-escaut.fr/

Tip ta’ membru: korp regolat mil-liġi pubblika


(1)  Jekk jogħġbok żid għal kull membru.


V Avviżi

ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

11.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 115/18


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ isem skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2022/C 115/10)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien tliet xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.

DOKUMENT UNIKU

“Derecske alma”

Nru tal-UE: PGI-HU-02586 – 4 ta’ Settembru 2019

DOP ( ) IĠP (X)

1.   Isem/ismijiet

“Derecske alma”

2.   Stat Membru jew pajjiż terz

L-Ungerija

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.6: Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)

L-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Derecske alma” tista’ tintuża għat-tuffieħ għall-konsum fi stat frisk tal-varjetajiet tat-tuffieħ Braeburn, Gala, Golden Delicious Reinders, Granny Smith, Jonagold, Idared, Pinova u Topaz tal-ispeċi Malus domestica u l-varjetajiet l-oħra kollha tal-frotta mkabbra fiż-żona ġeografika, li jissodisfaw il-karatteristiċi tal-kwalità li ġejjin:

Kontenut ta’ kalċju: minimu ta’ 75 mg/kg

Kontenut ta’ manjeżju: minimu ta’ 75 mg/kg

Sodezza tal-laħam tal-frotta: 6.5–7.5 kg/cm2

Aċidità espressa bħala aċidu tat-tuffieħ: 2–4.1 g/kg

Livell ta’ zokkor: minimu ta’ 10° Brix (Gala, Golden Delicious Reinders, Jonagold, Pinova, Granny Smith, Braeburn); minimu ta’ 8° Brix (Idared, Topaz);

Proporzjon ta’ zokkor/aċidu: minimu ta’ 28 (Gala, Golden Delicious Reinders, Jonagold, Pinova); massimu ta’ 24 (Braeburn, Granny Smith, Idared, Topaz).

Daqs: dijametru ta’ bejn 65 u 85 mm (skont il-varjetà)

Il-laħam tad-“Derecske alma” għandu kontenut għoli ta’ kalċju, u għalhekk huwa sod ħafna. Dan ifisser li t-tuffieħ iqarmeċ ħafna u jista’ jinħażen fit-tul.

Minħabba l-kontenut għoli ta’ zokkor u l-aċidità baxxa tiegħu, id-“Derecske alma” għandu togħma kemxejn ħelwa.

Skont il-varjetà partikolari, il-qoxra tad- “Derecske alma” hija ta’ kulur isfar perċettibbilment intens (Golden Delicious Reinders, Gala, Pinova, Topaz), aħmar intens (Braeburn, Idared, Jonagold) jew aħdar intens (Granny Smith).

3.3.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

3.4.   Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita

Id-“Derecske alma” jitkabbar u jinħasad esklussivament fiż-żona ġeografika ddefinita fil-punt 4.

3.5.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Id-“Derecske alma” jitkabbar fil-konfini amministrattivi tal-belt ta’ Derecske u l-villaġġi ta’ Sáránd, Hajdúbagos, Konyár u Tépe fil-kontea ta’ Hajdú-Bihar.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

Ir-rabta tad-“Derecske alma” maż-żona ġeografika hija bbażata fuq il-kwalità.

Il-kundizzjonijiet tal-ħamrija u tal-klima fir-reġjun ta’ Derecske flimkien mal-għarfien espert uman jitwaħħdu biex tiġi prodotta l-kwalità għolja tad-“Derecske alma”.

Peress li għandhom kontenut għoli ta’ kalċju (min. 75 mg/kg) u ta’ manjeżju (min. 75 mg/kg), il-laħam tad- “Derecske alma” huwa sod (6.5–7.5 kg/cm2) u għandu togħma kemxejn ħelwa minħabba l-aċidità baxxa tiegħu, espressa bħala aċidu tat-tuffieħ (2–4.1 g/kg), u kontenut għoli ta’ zokkor (minimu ta’ 8 jew 10° Brix, skont il-varjetà). Il-qoxra tiegħu hija wkoll ta’ lewn perċettibbilment intens, li jvarja skont il-varjetà. Dawn il-karatteristiċi huma dovuti għall-fatturi naturali speċifiċi taż-żona ġeografika u għall-ħiliet tal-bniedem.

Iż-żona tal-produzzjoni tad-“Derecske alma” hija pjanura alluvjali miksija b’ħama loess fil-parti tal-Lvant tal-Pjanura l-Kbira. Għandha tip ta’ ħamrija loess chernozem sewda, b’saff ta’ karbonat fil-livelli aktar fondi tagħha, li jfisser li l-ħamrija hija kemxejn alkalina. Minħabba s-saff tal-karbonat, għandha provvista tajba ta’ kalċju, ta’ manjeżju u ta’ fosforu. L-għeruq tas-siġra tal-frott jikbru l-aħjar fil-ħamrija b’ammont moderat ta’ materjal organiku, mhix iebsa wisq u li hija tal-loess ramlija, li tisħon malajr, li għandha skular tajjeb tal-ilma u saff tal-wiċċ fond b’konsistenza mrammla. Il-provvista ta’ ossiġenu tal-ħamrija hija ideali għat-tkabbir tas-siġar tat-tuffieħ.

Iż-żona ġeografika kollha għandha klima kontinentali xotta b’temperaturi moderatament sħan. Tgawdi għadd kbir ta’ sigħat ta’ xemx kull sena, bejn 1 960 u 2 000 siegħa.

It-temperaturi medji annwali huma bejn 10 u 11-il °C. It-temperatura medja waqt l-istaġun tat-tkabbir hija ta’ 17-il °C. Minħabba l-influwenzi klimatiċi kontinentali, iż-żona tal-produzzjoni tal-frott hija kkaratterizzata minn varjazzjonijiet għolja fit-temperaturi ta’ kuljum, b’mod partikolari matul il-perjodu tas-sajf. Dawn l-aħħar snin, il-varjazzjonijiet għolja tat-temperaturi ta’ kuljum fix-xhur tas-sajf varjat bejn 7 °C u 17 °C.

Il-ħiliet tal-bniedem għandhom influwenza deċiżiva fuq il-kwalità tat-tuffieħ fil-kultivazzjoni tad-“Derecske alma”. L-ewwel żbir regolari huwa segwit miż-żbir tal-għeruq f’Marzu/April. Ħmistax wara l-ħsad, is-siġar isirilhom żbir tat-taħfif

Is-sistema ta’ tisqija bil-qatra hija kkonċentrata b’mod li tipprovdi lill-għeruq tas-siġar b’mod regolari b’ammonti żgħar ta’ ilma kemxejn alkalin b’kontenut baxx ta’ melħ maħlul. Minħabba li l-ilma huwa biss parzjalment saturat, il-kontenut għoli ta’ kalċju u ta’ manjeżju fil-ħamrija jinħall aktar faċilment, u għalhekk is-siġra tat-tuffieħ tkun tista’ tassorbi u tuża dawn in-nutrijenti faċilment. Għaldaqstant, id-“Derecske alma” fih ħafna manjeżju u kalċju.

Minħabba li fih kontenut għoli ta’ kalċju, id-“Derecske alma” għandu laħam sod u li jqarmeċ, u għalhekk jista’ jinħażen għal perjodi twal li qajla jħallu impatt fuq il-kwalitajiet naturali tiegħu.

Il-kontenut għoli ta’ manjeżju fil-ħamrija jgħin ukoll biex jiġi assorbit il-fosforu, u b’hekk is-siġra jkollha provvista suffiċjenti ta’ enerġija.

Bi provvisti tajbin ta’ manjeżju u fosforu, is-siġra jkollha sistema ta’ għeruq żviluppata sew, li tgħin biex il-kalċju jiġi inkorporat aħjar fit-tuffieħ. It-tkabbir tas-siġar huwa konsiderevolment aktar armonjuż bis-saħħa tas-sistema tal-għeruq żviluppata, l-istruttura tal-ħamrija u ż-żbir tal-għeruq. Il-proporzjon bejn il-weraq u l-frotta jiġi ottimizzat permezz taż-żbir, u dan jgħin biex tiġi bbilanċjata l-produzzjoni. Dawn il-fatturi jikkontribwixxu għall-kisba ta’ frott bi kwalitajiet li jkunu aħjar mill-medja.

Il-ħamrija, li fiha ħafna manjeżju, tipprovdi lis-siġra b’kontenut għoli ta’ manjeżju u, flimkien mas-sigħat twal ta’ dawl tax-xemx, tikkontribwixxi għal fotosinteżi attiva. Flimkien, dawn jippromwovu l-produzzjoni taz-zokkor, li jżid il-kontenut ta’ zokkor fit-tuffieħ.

Il-fatt li fil-perjodu ta’ tkabbir it-temperaturi billejl jinżlu b’mod sinifikanti jikkontribwixxi wkoll għat-togħma kemxejn ħelwa u għall-kontenut ogħla ta’ zokkor fid-“Derecske alma”. Fil-perjodu tat-tkabbir (normalment bejn it-1 u l-20 ta’ Awwissu), id-differenza bejn it-temperaturi ta’ binhar u ta’ billejl hija tipikament ta’ 12–16 °C. Kif jibda jiffriska l-lejl, is-siġra ma tassorbix l-assimilati prodotti matul il-jum, li, min-naħa tiegħu, jippromwovi l-iżvilupp tal-frott. Il-frisk ta’ billejl inaqqas it-temperatura tal-ħamrija u b’riżultat ta’ dan, il-funzjoni tal-għeruq tibqa’ stabbli. Funzjoni tal-għeruq stabbli toffri provvista aħjar ta’ nutrijenti u għalhekk kontenut nutrizzjonali mtejjeb.

Minbarra dan, iż-żbir tat-taħfif ta’ qabel il-ħsad jikkontribwixxi għat-togħma kemxejn ħelwa u għall-kulur tal-qoxra intens ħafna tipiku tal-varjetà “Derecske alma”. Dan għandu l-għan li jżid il-luminożità tat-tuffieħ, filwaqt li jagħtihom il-kulur intens u l-livell ogħla ta’ zokkor tagħhom. L-iżvilupp tal-kulur intens tal-qoxra tal-varjetajiet differenti huwa megħjun ukoll permezz tal-użu ta’ xbieki għal kontra s-silġ matul il-kultivazzjoni. Ix-xbieki joħolqu mikroklima magħluqa favorevoli u għandhom influwenza diretta fuq il-kulur tal-frott.

Id-“Derecske alma” rebaħ premjijiet prestiġjużi għall-kultura tal-kultivazzjoni (il-Hortico Debrecen Product Grand Prix fl-2006 u l-Greennovation Grand Prix fl-2014) u għall-kwalità speċifika tiegħu (il-“Kitüntetett Minġségi Termék” (il-Premju għal Prodott ta’ Kwalità) fl-2011 u l-“Kiváló Magyar Élemiszer” (Ikel ta’ Kwalità mill-Ungerija) fl-2011).

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott

https://gi.kormany.hu/foldrajzi-arujelzok


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.


Top