EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C:2018:422:FULL

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, C 422, 22 ta' Novembru 2018


Display all documents published in this Official Journal
 

ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 422

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 61
22 ta' Novembru 2018


Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 422/01

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni li temenda l-Linji Gwida għall-eżami tal-Għajnuna mill-Istat għas-settur tas-sajd u tal-akkwakultura

1

2018/C 422/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8984 — HG/Vista/Allocate) ( 1 )

4

2018/C 422/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9132 — ICF Novedis/CDC Habitat/Swiss Life REIM/Foncière Vesta) ( 1 )

4


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 422/04

Rata tal-kambju tal-euro

5

2018/C 422/05

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

6

 

INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

 

Awtorità ta' Sorveljanza EFTA

2018/C 422/06

Festi pubbliċi fl-2019: Stati taż-ŻEE-EFTA u l-istituzzjonijiet taż-ŻEE

7


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Qorti tal-EFTA

2018/C 422/07

Sentenza tal-Qorti tas-27 ta’ Ottubru 2017 fil-Kawża E-21/16 — Pascal Nobile vs DAS Rechtsschutz-Versicherungs AG (Id-Direttiva 87/344/KEE — Artikolu 201(1)(a) tad-Direttiva 2009/138/KE — Assigurazzjoni għall-ispejjeż legali — Libertà ta’ għażla tal-avukat)

9


 

Rettifika

2018/C 422/08

Rettifika tas-sejħa għall-proposti skont il-programm ta’ ħidma tal-2018 għal għajnuna finanzjarja fil-qasam tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF) — Is-settur tat-telekomunikazzjonijiet, għall-perjodu 2014–2020 (Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2018)568) — Is-sejħa CEF-TC-2018-4: is-saħħa elettronika ( ĠU C 225, 28.6.2018 )

10


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

22.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 422/1


Komunikazzjoni tal-Kummissjoni li temenda l-Linji Gwida għall-eżami tal-Għajnuna mill-Istat għas-settur tas-sajd u tal-akkwakultura

(2018/C 422/01)

Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni — Il-linji gwida għall-eżami tal-Għajnuna mill-Istat għas-settur tas-sajd u tal-akkwakultura (1) hija emendata kif ġej:

(1)

il-punt (9) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“L-Għajnuna mill-Istat għas-settur tas-sajd u tal-akkwakultura hija integrata fi ħdan il-qafas usa’ tal-Politika Komuni tas-Sajd (PKS). B’hekk, l-użu tal-għajnuna mill-Istat jista’ jiġi ġġustifikat biss jekk ikun konformi mal-objettivi tal-PKS. Għalhekk, il-Kummissjoni tapplika u tinterpreta dawn il-Linji gwida skont ir-regoli tal-PKS. Fi ħdan il-PKS l-Unjoni tipprovdi appoġġ finanzjarju għas-settur tas-sajd u tal-akkwakultura permezz tal-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd. L-impatt soċjali u ekonomiku tal-appoġġ pubbliku huwa l-istess, irrispettivament minn jekk dan huwiex (anki parzjalment) iffinanzjat mill-Unjoni jew minn Stat Membru waħdu. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li għandu jkun hemm konsistenza u koerenza bejn il-politika tagħha ta’ kontroll tal-għajnuna mill-Istat u l-appoġġ li jingħata skont il-PKS. Filwaqt li l-għajnuna mill-Istat ma għandhiex, fil-prinċipju, tingħata għal operazzjonijiet li mhumiex eliġibbli għall-appoġġ mill-FEMS, madankollu ċerti miżuri ta’ għajnuna mill-Istat, minħabba li huma kontribuzzjoni pożittiva għall-objettivi tal-PKS, f’ċirkostanzi speċifiċi jistgħu jkunu kompatibbli mas-suq intern.”;

(2)

il-punt (35) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“L-ebda għajnuna ma għandha tingħata għal attivitajiet li jikkorrispondu għal operazzjonijiet ineliġibbli skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014, sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor f’dawn il-Linji gwida.”;

(3)

il-punt (38) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Il-Kummissjoni tqis li l-miżuri ta’ għajnuna li jissodisfaw il-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fit-Taqsimiet 4, 5.1, 5.3, 5.4 u 5.6a ta’ dawn il-Linji gwida jikkontribwixxu biex jinkiseb objettiv ta’ interess komuni.”;

(4)

il-punt (42) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Għall-finijiet ta’ dawn il-Linji gwida, il-Kummissjoni tqis li s-suq mhux qed jikseb l-objettivi mistennija mingħajr l-intervent tal-Istat u għalhekk huwa meħtieġ l-intervent tal-Istat fil-każ tal-għajnuna li tissodisfa l-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fit-Taqsimiet 4, 5.1, 5.3, 5.4 u 5.6a ta’ dawn il-Linji gwida.”;

(5)

il-punt (44) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Il-Kummissjoni tqis li l-għajnuna li tissodisfa l-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fit-Taqsimiet 4, 5.1, 5.3, 5.4, u 5.6a ta’ dawn il-Linji gwida hija strument ta’ politika adegwat. Fil-każijiet l-oħra kollha, Stat Membru jrid juri li ma jeżisti l-ebda strument ta’ politika ieħor inqas distorsiv.”;

(6)

il-punt (52) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Għajnuna li hija ta’ natura kompensatorja, bħal għajnuna li tissodisfa l-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fit-Taqsimiet 4, 5.3, u 5.4, u għajnuna li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fit-Taqsima 5.6, u għajnuna li tissodisfa l-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fit-Taqsima 5.6a, mhumiex meħtieġa jkollhom effett ta’ inċentiv.”;

(7)

il-punt (58) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Għajnuna li hija ta’ natura kompensatorja, bħal għajnuna li tissodisfa l-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fit-Taqsimiet 4, 5.3, u 5.4, u għajnuna li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fit-Taqsima 5.6, u għajnuna li tissodisfa l-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fit-Taqsima 5.6a, jitqiesu li huma proporzjonali.”;

(8)

il-punt (62) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Minħabba l-effetti pożittivi tagħha għall-iżvilupp tas-settur, il-Kummissjoni tqis li, meta l-għajnuna tissodisfa l-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fit-Taqsimiet 4, 5.1, 5.3, 5.4 u 5.6a, l-effetti negattivi fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ ikunu limitati għall-minimu.”;

(9)

wara l-punt (114), jiddaħħal it-Taqsima 5.6a li ġejja:

“5.6a.   Għajnuna għat-tiġdid tal-flotta tas-sajd fir-reġjuni ultraperiferiċi

(114a)

Meta wieħed iqis l-istatus partikolari tar-reġjuni ultraperiferiċi skont l-Artikolu 349 tat-Trattat u l-isfidi prevalenti għall-iżvilupp soċjoekonomiku tagħhom minħabba l-fatturi speċifiċi stabbiliti f’dak l-Artikolu, bħala segwitu għall-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar sħubija strateġika aktar b’saħħitha u mġedda mar-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE tal-24 ta’ Ottubru 2017 (*1) li tirrikonoxxi r-rwol ta’ sajd sostenibbli għall-iżvilupp tal-ekonomija blu ta’ dawk ir-reġjuni, u fid-dawl tal-kontribut pożittiv ta’ għajnuna tal-PKS fir-reġjuni ultraperiferiċi, b’mod partikolari, fir-rigward tal-attivitajiet tas-sajd ambjentalment sostenibbli, il-benefiċċji ekonomiċi, soċjali u tal-impjiegi, u d-disponibbiltà ta’ provvisti tal-ikel, meta l-għajnuna timmira li ssostni l-ispejjeż marbuta mal-akkwist ta’ bastiment tas-sajd ġdid li se jiġi rreġistrat f’reġjun ultraperiferiku, il-Kummissjoni se tivvaluta l-għajnuna fuq il-bażi tal-prinċipji stabbiliti fit-Taqsima 3 ta’ dawn il-Linji gwida u l-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti f’din it-Taqsima.

(114b)

Għajnuna għall-akkwist ta’ bastiment tas-sajd ġdid f’din it-Taqsima tista’ tingħata biss jekk:

(a)

il-bastiment tas-sajd il-ġdid jikkonforma mar-regoli nazzjonali u tal-Unjoni dwar l-iġjene, is-saħħa, is-sikurezza u l-kondizzjonijiet tax-xogħol għal xogħol abbord ta’ bastimenti tas-sajd u fuq karatteristiċi tal-bastimenti tas-sajd; kif ukoll

(b)

fid-data tal-applikazzjoni għall-għajnuna il-benefiċjarju kellu l-post ewlieni tiegħu tar-reġistrazzjoni fir-reġjun ultraperiferiku fejn il-bastiment il-ġdid se jiġi rreġistrat.

(114c)

Fid-data tal-għoti tal-għajnuna, l-aħħar rapport imħejji skont l-Artikolu 22(2) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 qabel dik id-data għandu juri li hemm bilanċ bejn il-kapaċità tas-sajd u l-opportunitajiet tas-sajd skont is-segment tal-flotta tar-reġjun ultraperiferiku li għalih il-bastiment il-ġdid se jappartjeni. L-ebda appoġġ ma jingħata, jekk il-valutazzjoni dwar il-bilanċ f’dak ir-rapport għas-segment tal-flotta li għalih se jappartjeni l-bastiment ikkonċernat, ma tkunx ġiet imħejjija abbażi tal-indikaturi bijoloġiċi, ekonomiċi u tal-użu tal-bastiment stabbiliti fil-linji gwida komuni imsemmija fl-Artikolu 22(2) ta’ dak ir-Regolament (*2).

(114d)

Il-limiti massimi tal-kapaċità tas-sajd ta’ kull Stat Membru u ta’ kull segment tal-flotta tar-reġjuni ultraperiferiċi stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, filwaqt li jitqies kwalunkwe tnaqqis possibbli ta’ dawk il-limiti massimi skont l-Artikolu 22(6) ta’ dak ir-Regolament, qatt ma għandhom jinqabżu. Id-dħul fil-flotta ta’ kapaċità ġdida miksuba b’għajnuna għandha titwettaq b’rispett sħiħ ta’ dawn il-limiti massimi tal-kapaċità u m’għandux iwassal għal sitwazzjoni li fiha dawn il-limitu jinqabżu.

(114e)

L-għajnuna ma għandhiex tkun kundizzjonali fuq l-akkwist tal-bastiment il-ġdid minn tarzna speċifika.

(114f)

L-intensità massima ta’ għajnuna pubblika m’għandhiex tkun aktar minn 60 % tal-ispejjeż totali eliġibbli fil-każ ta’ bastimenti b’tul totali ta’ inqas minn 12-il metru, m’għandhiex tkun aktar minn 50 % tal-ispejjeż totali eliġibbli fil-każ tal-bastimenti b’tul totali ta’ 12-il metru jew aktar u anqas minn 24 metru, u m’għandhiex tkun aktar minn 25 % tal-ispejjeż totali eliġibbli fil-każ ta’ bastimenti b’tul totali ta’ 24 metru u aktar.

(114g)

Il-bastiment miksub bl-għajnuna għandu jibqa’ rreġistrat fir-reġjun ultraperiferiku għal mill-inqas 15-il sena mid-data tal-għoti tal-għajnuna, u matul dak iż-żmien għandu jħott l-art il-qabdiet kollha tiegħu f’reġjun ultraperiferiku. Jekk dik il-kundizzjoni ma tiġix rispettata, l-għajnuna għandha tiġi rimbursata f’ammont li huwa proporzjonat għall-perijodu jew il-grad ta’ nuqqas ta’ konformità.

(*1)  Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-Bank Ewropew tal-Investiment - Sħubija strateġika aktar b’saħħitha u mġedda mar-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE (COM(2017) 623 final)."

(*2)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill - Linji gwida għall-analiżi tal-bilanċ bejn il-kapaċità tas-sajd u l-opportunitajiet tas-sajd skont l-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Politika Komuni tas-Sajd (COM(2014) 545 final).”;"

(10)

il-punt (115) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Meta l-għajnuna ma tikkorrispondix għal wieħed mit-tipi ta’ għajnuna msemmija fit-Taqsimiet 4 u 5.1 sa 5.6a, fil-prinċipju din mhijiex kompatibbli mas-suq intern.”.


(1)  ĠU C 217, 2.7.2015, p. 1.


22.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 422/4


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8984 — HG/Vista/Allocate)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 422/02)

Fit 22.8.2018, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32018M8984. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


22.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 422/4


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.9132 — ICF Novedis/CDC Habitat/Swiss Life REIM/Foncière Vesta)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 422/03)

Fil-15 ta’ Novembru 2018, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fil-Franċiż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali.

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32018M9132. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

22.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 422/5


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Il-21 ta’ Novembru 2018

(2018/C 422/04)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1409

JPY

Yen Ġappuniż

129,04

DKK

Krona Daniża

7,4617

GBP

Lira Sterlina

0,89108

SEK

Krona Żvediża

10,3143

CHF

Frank Żvizzeru

1,1341

ISK

Krona Iżlandiża

141,20

NOK

Krona Norveġiża

9,7290

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

26,002

HUF

Forint Ungeriż

321,63

PLN

Zloty Pollakk

4,2995

RON

Leu Rumen

4,6632

TRY

Lira Turka

6,0888

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5725

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5144

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,9361

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6686

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5663

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 287,06

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

15,9020

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,9121

HRK

Kuna Kroata

7,4318

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 655,14

MYR

Ringgit Malażjan

4,7735

PHP

Peso Filippin

59,593

RUB

Rouble Russu

75,0963

THB

Baht Tajlandiż

37,593

BRL

Real Brażiljan

4,3262

MXN

Peso Messikan

23,1180

INR

Rupi Indjan

81,3520


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


22.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 422/6


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2018/C 422/05)

Image

Il-wiċċ nazzjonali tal-munita kommemorattiva l-ġdida taż-2 euro għaċ-ċirkulazzjoni u maħruġa minn Monaco.

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-Żona tal-Euro. Biex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti taż-2 euro biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-2 euro, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun tassew simboliku f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Pajjiż li qiegħed joħroġ il-munita : Monako

Suġġett tal-kommemorazzjoni : François Joseph Bosio

Deskrizzjoni tad-disinn : Id-disinn juri lil BOSIO u statwa fl-isfond. L-iskrizzjoni “MONACO” jinsab fil-quċċata l-immaġni f’nofs ċirku. F’nofs ċirku, fil-qiegħ, ukoll, hemm żewġ skrizzjonijiet: “FRANÇOIS JOSEPH BOSIO” u taħt “1768 - SCULPTEUR - 2018”. Fuq in-naħa xellugija u dik leminija ta’ dawn iż-żewġ skrizzjonijiet, hemm il-marka taz-zekka u l-marka tal-mastru taz-zekka.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta’ muniti li għandhom jinħarġu :

16 000

Data tal-ħruġ : L-1 ta’ Ġunju 2018


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

Awtorità ta' Sorveljanza EFTA

22.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 422/7


Festi pubbliċi fl-2019: Stati taż-ŻEE-EFTA u l-istituzzjonijiet taż-ŻEE

(2018/C 422/06)

 

L-Iżlanda

Il-Liechtenstein

In-Norveġja

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA

Il-Qorti tal-EFTA

It-Tlieta, l-1 ta' Jannar

X

X

X

X

X

L-Erbgħa, it-2 ta’ Jannar

 

X

 

X

X

It-Tnejn, it-18 ta' Frar

 

 

 

 

X

It-Tlieta, il-5 ta’ Marzu

 

X

 

 

 

It-Tlieta, id-19 ta’ Marzu

 

X

 

 

 

Il-Ħamis, it-18 ta' April

X

 

X

X

X

Il-Ġimgħa, id-19 ta’ April

X

X

X

X

X

It-Tnejn, it-22 ta' April

X

X

X

X

X

Il-Ħamis, il-25 ta' April

X

 

 

 

 

L-Erbgħa, l-1 ta’ Mejju

X

X

X

X

X

Il-Ġimgħa, is-17 ta’ Mejju

 

 

X

 

 

Il-Ħamis, it-30 ta' Mejju

X

X

X

X

X

Il-Ġimgħa, il-31 ta’ Mejju

 

 

 

X

X

It-Tnejn, l-10 ta' Ġunju

X

X

X

X

X

It-Tnejn, is-17 ta' Ġunju

X

 

 

 

 

Il-Ħamis, l-20 ta' Ġunju

 

X

 

 

 

It-Tnejn, l-24 ta' Ġunju

 

 

 

 

X

It-Tnejn, il-5 ta’ Awwissu

X

 

 

 

 

L-Erbgħa, il-15 ta’ Awwissu

 

X

 

X

X

Il-Ġimgħa, is-16 ta’ Awwissu

 

 

 

 

X

It-Tnejn, it-2 ta' Settembru

 

 

 

 

X

Il-Ġimgħa, l-1 ta' Novembru

 

X

 

X

X

It-Tlieta, l-24 ta' Diċembru

X

X

 

X

X

L-Erbgħa, il-25 ta' Diċembru

X

X

X

X

X

Il-Ħamis, is-26 ta' Diċembru

X

X

X

X

X

Il-Ġimgħa, is-27 ta' Diċembru

 

 

 

X

X

It-Tnejn, it-30 ta' Diċembru

 

 

 

X

X

It-Tlieta, il-31 ta' Diċembru

X

X

 

X

X

Il-festi pubbliċi li jinzertaw nhar ta’ Sibt u nhar ta’ Ħadd mhumiex elenkati.


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Qorti tal-EFTA

22.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 422/9


SENTENZA TAL-QORTI

tas-27 ta’ Ottubru 2017

fil-Kawża E-21/16

Pascal Nobile vs DAS Rechtsschutz-Versicherungs AG

(Id-Direttiva 87/344/KEE — Artikolu 201(1)(a) tad-Direttiva 2009/138/KE — Assigurazzjoni għall-ispejjeż legali — Libertà ta’ għażla tal-avukat)

(2018/C 422/07)

Fil-Kawża E-21/16, Pacal Nobile v DAS Rechtsschutz-Versicherungs AG – TALBA lill-Qorti skont l-Artikolu 34 tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u ta’ Qorti tal-Ġustizzja mill-Qorti tal-Appell tal-Prinċipat (Fürstliches Obergericht) dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 201(1)(a) tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II), il-Qorti, magħmula minn Carl Baudenbacher, President, Per Christiansen (Imħallef Relatur) u Benedikt Bogason (ad hoc), Imħallfin, tat is-sentenza fis-27 ta’ Ottubru 2017, li l-parti operattiva tagħha hija kif ġej:

L-Artikolu 201(1)(a) tad-Direttiva 2009/138/KE jipprekludi termini u kundizzjonijiet f’kuntratt ta’ assigurazzjoni dwar spejjeż legali li jeħilsu lill-kumpanija tal-assigurazzjoni mill-obbligi tagħha skont il-kuntratt jekk il-persuna assigurata tirrikorri għand avukat biex jirrappreżenta l-interessi tagħha, mingħajr il-kunsens tal-kumpanija, f’mument meta l-persuna assigurata tkun intitolata li tagħmel talba skont il-kuntratt.


Rettifika

22.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 422/10


Rettifika tas-sejħa għall-proposti skont il-programm ta’ ħidma tal-2018 għal għajnuna finanzjarja fil-qasam tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF) — Is-settur tat-telekomunikazzjonijiet, għall-perjodu 2014–2020 (Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2018)568)

Is-sejħa “CEF-TC-2018-4: is-saħħa elettronika”

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 225 tat-28 ta’ Ġunju 2018 )

(2018/C 422/08)

Id-Direttorat-Ġenerali għan-Netwerks tal-Komunikazzjonijiet, il-Kontenut u t-Teknoloġija tal-Kummissjoni Ewropea qiegħed iħabbar rettifika tas-sejħa għall-proposti CEF-TC-2018–4: dwar is-saħħa elettronika, sabiex jingħataw għotjiet skont il-prijoritajiet u l-objettivi ddefiniti fil-programm ta’ ħidma għall-2018 għal għajnuna finanzjarja fil-qasam tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF) — Is-settur tat-telekomunikazzjonijiet, kif ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali (2018/C 225/06) fit-28 ta’ Ġunju 2018.

Ir-rettifika tas-sejħa għall-proposti tinsab fuq is-sit web:

https://ec.europa.eu/inea/en/connecting-europe-facility/cef-telecom/apply-funding/2018-cef-telecom-call-ehealth


Top