EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C:2014:088A:FULL

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, CA 088, 27 ta' Marzu 2014


Display all documents published in this Official Journal
 

ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.CA2014.088.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 88A

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 57
27 ta' Marzu 2014


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO)

2014/C 088A/01

Avviż ta' kompetizzjoni ġenerali — EPSO/AD/278/14 — Amministraturi (AD 7) fl-oqsma li ġejjin:

1

REVIŻJONI TAL-ĠU C A KOMPETIZZJONI

Hawn taħt għandek issib il-lista ta' C A ppubblikati matul din is-sena.

Ħlief meta indikat mod ieħor, il-Ġurnali Uffiċjali huma ppubblikati fil-lingwi kollha.

5

 

6

 

11

 

19

 

21

 

26

 

27

 

30

(PL)

35

 

41

(DE/EN/FR)

42

 

43

 

46

 

47

 

48

 

55

 

56

 

60

 

62

 

65

 

73

(DE/EN/FR)

74

 

81

 

88

 

MT

 


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO)

27.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CA 88/1


AVVIŻ TA' KOMPETIZZJONI ĠENERALI

EPSO/AD/278/14 — AMMINISTRATURI (AD 7)

fl-oqsma li ġejjin:

1.

IL-FORENSIKA DIĠITALI

2.

L-ANALIŻI OPERATTIVA

(2014/C 88 A/01)

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) qed jorganizza din il-kompetizzjoni ġenerali permezz ta' kwalifiki u eżamijiet sabiex tinħoloq lista ta' riżerva għar-reklutaġġ ta' amministraturi (1).

L-għan ta' din il-kompetizzjoni huwa li jinħolqu żewġ listi ta' riżerva maħsuba biex jimtlew xi postijiet vakanti ta' uffiċċjali fl-Uffiċċju Ewropew għall-Ġlieda Kontra l-Frodi, fi Brussell.

Qabel tapplika, għandek taqra bir-reqqa d-dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli għall-kompetizzjonijiet ġenerali ppubblikati f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 60 A tal-1 ta' Marzu 2014 kif ukoll fuq il-websajt tal-EPSO.

Dan id-dokument, li jagħmel parti integrali mill-avviż tal-kompetizzjoni, jgħinek tifhem ir-regoli dwar il-proċeduri u l-kundizzjonijiet tal-applikazzjoni.

WERREJ

I.

QAFAS ĠENERALI

II.

DESKRIZZJONI TAD-DMIRIJIET

III.

KUNDIZZJONIJIET TA' AMMISSJONI

IV.

TESTIJIET TA' DĦUL

V.

AMMISSJONI GĦALL-KOMPETIZZJONIJIET U GĦAŻLA ABBAŻI TAL-KWALIFIKI

VI.

ĊENTRU TAL-EVALWAZZJONI

VII.

LISTI TA' RIŻERVA

VIII.

KIF TAPPLIKA?

I.   QAFAS ĠENERALI

1.

Numru ta' kandidati magħżula skont il-qasam

Qasam 1 = 16

Qasam 2 = 16

2.

Kummenti

Dan l-avviż jirreferi għal żewġ oqsma. Int tista' tapplika għal qasam wieħed biss.

Din l-għażla ssir meta timla l-applikazzjoni elettronika u ma tistax tinbidel ladarba tkun ikkonfermajt u vvalidajt l-applikazzjoni tiegħek b'mod elettroniku.

II.   DESKRIZZJONI TAD-DMIRIJIET

Il-missjoni tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) tinqasam fi tlieta:

iħares l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea billi jwettaq investigazzjonijiet fuq każijiet ta' frodi u korruzzjoni u fuq kwalunkwe attività illegali oħra,

jikxef u jinvestiga kwistjonijiet serji marbuta mat-twettiq tad-dmirijiet professjonali minn membri u persunal tal-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE li jistgħu jwasslu għal proċedimenti dixxiplinarji jew kriminali,

jappoġġa lill-Kummissjoni Ewropea fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' politiki ta' prevenzjoni u kxif ta' frodi.

Id-Direttur Ġenerali tal-OLAF għandu indipendenza statutorja kif isiru l-investigazzjonijiet.

Il-poteri ta' investigazzjoni indipendenti li għandu l-OLAF jestendu għall-Istituzzjonijiet u l-korpi kollha tal-UE, kif ukoll għall-operaturi ekonomiċi li għandhom relazzjoni mal-baġit tal-Unjoni kemm fl-Istati Membri kif ukoll f'pajjizi terzi.

Il-profili speċifiċi huma deskritti fl-Anness.

III.   KUNDIZZJONIJIET TA' AMMISSJONI

Fid-data ta' għeluq stabbilita għall-applikazzjoni elettronika, int għandek tissodisfa dawn il-kundizzjonijiet kollha ġenerali u speċifiċi li ġejjin:

1.

Kundizzjonijiet ġenerali

(a)

Tkun ċittadin ta' wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea.

(b)

Tgawdi mid-drittijiet ċiviċi tiegħek.

(c)

Tkun wettaqt kwalunkwe obbligu impost mil-liġijiet dwar ir-reklutaġġ applikabbli fil-qasam militari.

(d)

Tipproduċi r-referenzi dwar il-karattru, meħtieġa għall-qadi tad-dmirijiet previsti.

2.

Kundizzjonijiet speċifiċi

2.1.

Kwalifiki

Ara l-punt 2 fl-Annessi

2.2.

Esperjenza professjonali

Ara l-punt 3 fl-Annessi

2.3.

Għarfien lingwistiku (2)

Lingwa 1

Il-lingwa ewlenija

għarfien profond ta' waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

Lingwa 2

It-tieni lingwa, bilfors għandha tkun differenti mil-lingwa 1

l-għarfien sodisfaċenti tal-Ġermaniż, tal-Ingliż jew tal-Franċiż

Biex tiġi reklutat mill-OLAF f'dawn iż-żewġ oqsma (il-forensika diġitali u l-analiżi operattiva), jeħtieġ li jkollok għarfien tajjeb tal-Ingliż (orali u bil-miktub).

L-Ingliż huwa l-lingwa ewlenija tal-esperti tal-forensika diġitali u l-analisti operattivi li jaħdmu fil-qasam tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni u/jew il-kriminalità finanzjarja f'kuntest internazzjonali. Għalhekk, kmand tajjeb tal-Ingliż, kemm għall-preżentazzjonijiet u d-diskussjonijiet kif ukoll għat-tħejjija tar-rapporti hu essenzjali biex jiġu żgurati l-kooperazzjoni u l-iskambju tal-informazzjoni effettivi mal-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri u l-pajjiżi terzi.

F'konformità mas-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewoprea (l-Awla Manja) fil-Kawża C-566/10 P, ir-Repubblika Taljana vs. il-Kummissjoni, l-Istituzzjonijiet tal-Unjoni huma obbligati, fil-qafas ta' din il-kompetizzjoni, jindikaw ir-raġunijiet għalfejn jillimitaw l-għażla tat-tieni lingwa għal għadd ristrett ta' lingwi uffiċjali tal-Unjoni.

Għaldaqstant il-kandidati huma infurmati li l-għażliet tat-tieni lingwa aċċettati għal din il-kompetizzjoni ġew definiti b'konformità mal-interess tas-servizz, li jeżiġi li dawk li jiġu rreklutati jkunu jistgħu jibdew jaħdmu minnufih u jikkomunikaw b'mod effiċjenti fix-xogħol tagħhom ta' kuljum. Jekk dan ma jkunx il-każ, it-tħaddim effettiv tal-Istituzzjonijiet jista' jiġi affettwat ħażin ħafna.

Abbażi ta' prassi tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni li ilha titħaddem fir-rigward tal-lingwi użati għal komunikazzjoni interna u b'kunsiderazzjoni wkoll tal-ħtiġijiet tas-servizzi dwar il-komunikazzjoni esterna u l-immaniġġar tal-fajls, l-Ingliż, il-Franċiż u l-Ġermaniż jibqgħu l-aktar lingwi użati. Barra minn hekk, l-Ingliż, il-Franċiż u l-Ġermaniż huma l-aktar tieni lingwi użati fl-Unjoni Ewropea u dawk l-aktar studjati bħala t-tieni lingwa. Dan jikkonferma l-livell ta' edukazzjoni u l-kompetenzi professjonali li attwalment wieħed jista' jistenna mill-kandidati f'pożizzjonijiet fl-Istituzzjonijiet tal-Unjoni, jiġifieri l-għarfien ta' mill-inqas waħda minn dawn il-lingwi. Konsegwentement, meta wieħed iqabbel l-interess tas-servizz u l-ħtiġijiet u l-ħiliet tal-kandidati, meta jitqies il-qasam partikolari ta' din il-kompetizzjoni, ikun ġust li jiġu organizzati eżamijiet f'dawn it-tliet lingwi sabiex jiġi żgurat li, tkun xi tkun l-ewwel lingwa uffiċjali tagħhom, il-kandidati kollha jkunu jafu tajjeb mill-inqas waħda mit-tliet lingwi uffiċjali fil-livell ta' xogħol. Il-valutazzjoni tal-kompetenzi speċifiċi b'dan il-mod tippermetti lill-Istituzzjonijiet tal-Unjoni jevalwaw il-ħila tal-kandidati li jkunu jistgħu jibdew jaħdmu minnufih f'ambjent simili għal dak li se jsibu fl-impjieg.

Għall-istess raġunijiet, huwa indikat li tiġi limitata l-lingwa ta' komunikazzjoni bejn il-kandidati u l-istituzzjoni, inkluża l-lingwa li biha jitfasslu l-applikazzjonijiet. Din l-eżiġenza tiżgura l-omoġeneità tat-tqabbil u l-kontroll tal-kandidati fl-applikazzjonijiet tagħhom stess.

Barra minn hekk, fl-interess ta' trattament ugwali tal-kandidati kollha, inklużi dawk li l-ewwel lingwa uffiċjali tagħhom hija waħda minn dawn it-tlieta, kulħadd huwa meħtieġ li jagħmel l-eżami fit-tieni lingwa tiegħu, magħżula minn fost dawn it-tliet lingwi.

Dawn id-dispożizzjonijiet ma jaffettwawx it-tagħlim ulterjuri tat-tielet lingwa ta' ħidma, b'konformità mal-Artikolu 45(2) tar-Regolamenti tal-Persunal.

IV.   TESTIJIET TA' DĦUL

It-testijiet ta' dħul isiru fuq il-kompjuter u huma organizzati mill-EPSO. Il-bord tal-għażla jiddetermina l-livell ta' diffikultà tat-testijiet u japprova l-kontenut tagħhom abbażi tal-proposti magħmula mill-EPSO.

It-testijiet ta' dħul fuq kompjuter jiġu organizzati biss jekk in-numru tal-kandidati li japplikaw ikun ogħla minn ċertu limitu. Il-limitu jiġi determinat mid-Direttur tal-EPSO bħala Awtorità tal-Ħatra (autorité investie du pouvoir de nomination — AIPN), wara li tagħlaq ir-reġistrazzjoni tal-applikazzjonijiet. Dan il-limitu jista' jvarja minn qasam għall-ieħor u int tkun infurmat permezz tal-kont EPSO tiegħek.

Jekk dan ma jkunx il-każ, jiġu organizzati testijiet tal-kapaċità fiċ-ċentru ta' evalwazzjoni (ara l-punt 2 tat-Taqsima VI).

1.

Stedina għat-testijiet

Inti tiġi mistieden għat-testijiet jekk tkun ivvalidajt l-applikazzjoni tiegħek fil-ħin (ara t-Taqsima VIII).

Attenzjoni:

1.

meta tivvalida l-applikazzjoni tiegħek, inti tiddikjara li tissodisfa l-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi tat-Taqsima III;

2.

biex tipparteċipa fit-testijiet, trid tirriżerva data; din ir-riżervazzjoni trid bilfors issir fiż-żmien stipulat li jiġi indikat lilek permezz tal-profil tal-EPSO tiegħek.

2.

Deskrizzjoni tat-testijiet u dettalji dwar il-marki

Sensiela ta' testijiet ibbażati fuq mistoqsijiet b'għażla multipla bil-għan li jiġu evalwati l-kapaċitajiet u l-kompetenzi ġenerali tiegħek fir-rigward tar-raġunament:

Test (a)

Ir-raġunament verbali

marki: minn 0 sa 20 punt

minimu meħtieġ: 10 punti

Test (b)

Ir-raġunament numeriku

marki: minn 0 sa 10 punti

Test (c)

Ir-raġunament astratt

marki: minn 0 sa 10 punti

 

Il-minimu meħtieġ għaż-żewġ testijiet b) u c) huwa ta' 10 punti

3.

Il-lingwa tat-testijiet

Lingwa 1

V.   AMMISSJONI GĦALL-KOMPETIZZJONIJIET U GĦAŻLA ABBAŻI TAL-KWALIFIKI

1.   Proċedura

L-evalwazzjoni tal-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi kif ukoll l-għażla abbażi tal-kwalifiki l-ewwel isiru skont id-dikjarazzjonijiet li tkun ipprovdejt fl-applikazzjoni tiegħek.

(a)

Ir-risposti tiegħek għall-mistoqsijiet dwar il-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi jkunu pproċessati sabiex jiġi ddeterminat jekk inti tagħmilx parti mil-lista tal-kandidati li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha tal-ammissjoni għall-kompetizzjoni.

Fil-każ li t-testijiet ta' dħul huma organizzati minn qabel, l-evalwazzjoni tal-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi ssir, f'ordni dixxendenti tal-punti miksuba, għal kull qasam, sakemm jintlaħaq in-numru stabbilit mill-AIPN  (3) , għall-kandidati li:

kisbu kemm il-minimu meħtieġ kif ukoll l-aħjar marki fit-testijiet ta' dħul, u

jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta' ammissjoni għall-kompetizzjoni.

F'każ li diversi kandidati jkunu kisbu l-istess marka għall-aħħar post, dawn il-kandidati kollha jiġu kkunsidrati għall-fażi ta' għażla abbażi tal-kwalifiki. L-applikazzjonijiet elettroniċi tal-kandidati li jiġu kklassifikati taħt dan il-limitu ma jkunux eżaminati.

(b)

Imbagħad, il-bord tal-għażla jagħżel abbażi tal-kwalifiki sabiex jidentifika, fost il-kandidati li jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta' ammissjoni għall-kompetizzjoni, dawk il-kandidati li għandhom l-aktar kwalifiki rilevanti (speċjalment diplomi u esperjenza professjonali) fid-dawl tad-deskrizzjoni tad-dmirijiet u tal-kriterji ta' għażla deskritti f'dan l-avviż ta' kompetizzjoni. Din l-għażla ssir biss fuq il-bażi tad-dikjarazzjonijiet tiegħek ipprovduti fit-taqsima “evalwazzjoni tal-kapaċitajiet” skont klassifikazzjoni stabbilita kif ġej:

kull kriterju ta' għażla jitqies minn 1 sa 3, skont l-importanza mogħtija mill-bord;

il-bord tal-għażla jeżamina r-risposti tal-kandidati u jagħti marka minn 0 sa 4 għal kull risposta, skont il-kwalifiki tal-kandidat. Il-marki, immultiplikati bil-piż mogħti lil kull mistoqsija, jingħaddu ma' xulxin biex tinkiseb il-marka globali.

Imbagħad, il-bord tal-għażla jistabbilixxi klassifika tal-kandidati skont dawn il-marki globali. In-numru ta' kandidati (4) mistiedna għaċ-ċentru ta' evalwazzjoni (5) jikkorrispondi. għal kull qasam, għal mhux aktar minn 3 darbiet in-numru ta' kandidati magħżula. Dan in-numru jkun ippubblikat fuq il-websajt tal-EPSO (http://blogs.ec.europa.eu/eu-careers.info/).

2.   Verifika tad-dikjarazzjonijiet tal-kandidati

Meta joħorġu r-riżultati taċ-ċentru tal-evalwazzjoni, u fid-dawl ta' dawn ir-riżultati, id-dikjarazzjonijiet li jsiru mill-kandidati fl-applikazzjoni elettronika tagħhom jiġu vverifikati mill-EPSO għall-konformità mal-kundizzjonijiet ġenerali, filwaqt li l-bord tal-għażla jagħmel l-istess għall-kundizzjonijiet speċifiċi abbażi tad-dokumenti ġustfikattivi pprovduti mill-kandidati. Għall-evalwazzjoni tal-kwalifiki, id-dokumenti ġustifikattivi jkunu kkunsidrati biss biex jikkonfermaw ir-risposti diġà mogħtija fis-sezzjoni “evalwazzjoni tal-Kapaċitajiet”. Jekk matul din il-verifika jinstab li dawn id-dikjarazzjonijiet (6) mhumiex ikkonfermati mid-dokumenti ġustifikattivi rilevanti, il-kandidati kkonċernati jiġu esklużi mill-kompetizzjoni.

Il-verifika ssir b'ordni dixxendenti ta' mertu, għall-kandidati li kisbu l-minimu meħtieġ u l-aħjar marki fit-testijiet (d), (f), (g) u (h) kollha (ara t-Taqsima VI, punt 2) taċ-ċentru tal-evalwazzjoni. Jekk meħtieġ, dawn il-kandidati jridu wkoll ikunu kisbu l-marka minima fit-testijiet tal-kapaċità (a), (b) u (c) u fit-test tal-komprensjoni tal-lingwa (e). Din il-verifika tibqa' ssir sakemm jintlaħaq in-numru ta' kandidati li jistgħu jitniżżlu fil-lista ta' riżerva u li effettivament jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha tal-ammissjoni. Id-dokumenti ġustifikattivi tal-kandidati li jikklassifikaw taħt dan in-numru ma jiġux eżaminati.

VI.   ĊENTRU TAL-EVALWAZZJONI

1.

L-istedina

Jekk inti tkun wieħed mill-kandidati

li skont id-dikjarazzjonijiet tagħhom fl-applikazzjoni elettronika, jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta' ammissjoni ġenerali u speċifiċi tat-Taqsima III.

u

li kisbu waħda mill-aħjar marki fl-għażla abbażi tal-kwalifiki,

inti tiġi mistieden biex tipparteċipa fl-eżamijiet taċ-ċentru ta' evalwazzjoni li ġeneralment isiru fi Brussell (7) u li jdumu jum jew jumejn.

2.

Iċ-ċentru ta' evalwazzjoni

Inti tkun soġġett għal tliet tipi ta' evalwazzjoni li l-kontenut tagħhom ikun vvalidat mill-bord tal-għażla:

il-kapaċitajiet fir-rigward tar-raġunament (ħlief jekk dawn ma kinux diġà evalwati waqt it-testijiet ta' dħul organizzati minn qabel) permezz ta' dawn it-testijiet:

(a)

test tar-raġunament verbali

(b)

test tar-raġunament numeriku

(c)

test tar-raġunament astratt

il-kompetenzi speċifiċi tiegħek jiġu evalwati permezz ta':

(d)

intervista strutturata dwar il-kompetenzi fil-qasam, abbażi tar-risposti li tkun tajt fit-taqsima “evalwazzjoni tal-kapaċitajiet” tal-applikazzjoni

(e)

test tal-komprensjoni tal-lingwa

il-kompetenzi ġenerali  (8) tiegħek jiġu evalwati permezz ta' dawn l-elementi li ġejjin:

(f)

studju ta' każ

(g)

eżerċizzju fi grupp

(h)

intervista strutturata

Jiġu ttestjati dawn il-kompetenzi ġenerali skont it-tabella li ġejja:

 

Studju ta' każ

Eżerċizzju fi grupp

Intervista strutturata

Analiżi u soluzzjoni tal-problemi

x

x

 

Komunikazzjoni

x

 

x

Kwalità u riżultati

x

 

x

Tagħlim u żvilupp

 

x

x

Prijoritizzazzjoni u organizzazzjoni

x

x

 

Reżiljenza

 

x

x

Xogħol f'tim

 

x

x

Ħiliet fit-tmexxija

 

x

x

3.

Lingwi taċ-ċentru ta' evalwazzjoni

Lingwa 1 għat-testijiet (a), (b) u (c)

L-Ingliż (EN) għat-test (e)

Lingwa 2 għat-testijiet (d), (f), (g) u (h)

4.

Il-marki u l-piż tal-marki

Kapaċitajiet ta' raġunament

(a)

verbali: minn 0 sa 20 punt

minimu meħtieġ: 10 punti

(b)

numeriku: minn 0 sa 10 punti

(c)

astratt: minn 0 sa 10 punti

minimu meħtieġ għat-testijiet (b) u (c) flimkien: 10 punti

It-testijiet (a), (b) u (c) huma eliminatorji iżda l-marki tagħhom ma jiżdidux mal-marki tat-testijiet l-oħra taċ-ċentru ta' evalwazzjoni.

Kompetenzi speċifiċi (it-testijiet d u e)

test (d): minn 0 sa 100 punt

minimu meħtieġ: 50 punt

test (e): minn 0 sa 10 punt

minimu meħtieġ: 5 punti

It-test (e) jiskwalifika iżda l-marka ma jkunx miżjud mal-marki tat-testijiet l-oħra taċ-ċentru ta' evalwazzjoni.

Il-piż: 60 % tal-marka globali

Kompetenzi ġenerali (it-testijiet f, g u h)

minn 0 sa 80 punt għall-kompetenzi ġenerali kollha (10 punti għal kull kompetenza)

minimu meħtieġ:

 

3 punti għal kull kompetenza u

 

40 punt minn 80 għat-8 kompetenzi ġenerali kollha f'daqqa

Il-piż: 40 % tal-marka globali

VII.   LISTI TA' RIŻERVA

1.

Ir-reġistrazzjoni

Il-bord tal-għażla jniżżel ismek fil-lista ta' riżerva:

jekk int tkun wieħed mill-kandidati (9) li jkunu kisbu l-minimu meħtieġ għat-testijiet kollha minn a) sa h) u li kisbu waħda mill-aħjar marki fit-testijiet kollha d), f), g) u h) taċ-ċentru ta' evalwazzjoni (ara l-għadd ta' kandidati magħżula, Taqsima I, punt 1),

u jekk, skont id-dokumenti ta' appoġġ, tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha ta' ammissjoni kif definiti fit-Taqsimiet III u IV ta' din l-avviż.

2.

Klassifika

Listi stabbiliti skont il-qasam u f'ordni alfabetika.

VIII.   KIF TAPPLIKA?

1.

Applikazzjoni elettronika

Għandek tapplika b'mod elettroniku billi ssegwi l-proċedura indikata fuq il-websajt tal-EPSO, u b'mod partikolari fil-Manwal tal-Applikazzjoni.

Data ta' skadenza (inkluża l-validazzjoni): id- 29 ta' April 2014 f'12:00 (nofsinhar), ħin ta' Brussell

2.

Fajl tal-applikazzjoni

Jekk inti tkun fost il-kandidati ammessi għaċ-ċentru ta' evalwazzjoni, tkun trid iġġib miegħek (10) il-fajl tal-applikazzjoni komplut (l-applikazzjoni elettronika tiegħek iffirmata u d-dokumenti ta' prova) meta tiġi għaċ-ċentru ta' evalwazzjoni.

Kundizzjonijiet: ara l-punt 2.1.7 tad-dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli għall-kompetizzjonijiet ġenerali.


(1)  F'dan l-avviż, kull referenza għal persuna tas-sess maskil hija wkoll għal persuna tas-sess femminil.

(2)  Ara l-Qafas Ewropew ta' Referenza Komuni għal-Lingwi(QERK) — livell minimu meħtieġ: lingwa 1 = C1, lingwa 2 = B2, l-Ingliż = B2

(http://europass.cedefop.europa.eu/europass/home/hornav/Downloads/CEF/LanguageSelfAssessmentGrid.csp)

(3)  Dan in-numru jikkorrispondi għal-limitu msemmi fit-tieni paragrafu tat-Taqsima IV.

(4)  Fil-każ li fl-aħħar post ikun hemm diversi kandidati li jkunu kisbu l-istess marka, dawn il-kandidati kollha jkunu mistiedna għaċ-ċentru ta' evalwazzjoni.

(5)  Il-kandidati li ma jkunux mistiedna għaċ-ċentru tal-evalwazzjoni jirċievu r-riżultati tal-evalwazzjoni tagħhom kif ukoll il-piż ta' kull mistoqsija mill-bord tal-għażla.

(6)  Din l-informazzjoni tiġi vverifikata, abbażi tad-dokumenti ta' sostenn, qabel ma tinħoloq il-lista ta' riżerva (ara t-Taqsima VII, il-punt 1 u t-Taqsima VIII, il-punt 2).

(7)  Minħabba raġunijiet organizzattivi, it-testijiet ta' kapaċità jistgħu jkunu organizzati fiċ-ċentri ta' testijiet fl-Istati Membri, b'mod indipendenti minn eżamijiet oħra taċ-ċentru ta' evalwazzjoni.

(8)  Dawn il-kompetenzi huma mfissra fid-detall fil-punt 1.2 tad-dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli għall-kompetizzjonijiet ġenerali.

(9)  Fil-każ li, diversi kandidati jkunu kisbu l-istess marka għall-aħħar post, dawn il-kandidati kollha jitniżżlu fil-lista ta' riżerva.

(10)  Id-data ta' meta trid tattendi għaċ-ċentru ta' evalwazzjoni tiġi kkomunikata lilek fi żmien xieraq permezz tal-profil tal-EPSO tiegħek.


ANNESS I

QASAM 1: IL-FORENSIKA DIĠITALI

1.   Deskrizzjoni tad-dmirijiet

Din il-kompetizzjoni ġenerali timmira li tirrekluta amministraturi (AD 7) fil-qasam tal-forensika diġitali.

Il-kompiti ewlenin li l-persuna magħżula trid twettaq huma dawn li ġejjin:

takkumpanja l-investigaturi fil-missjoni tagħhom biex iwettqu operazzjonijiet ta' forensika diġitali waqt il-kontrolli fuq il-post u l-ispezzjonijiet tal-postijiet,

tagħti parir lill-investigaturi dwar il-proċeduri li għandhom jiġu segwiti biex jipproteġu l-katina ta' evidenza potenzjali fil-forensika diġitali biex tkun tista' tintuża fil-qorti,

tikseb dejta skont ir-regoli tal-forensika minn media diġitali ta' kull tip (memorja tal-kompjuter, hard disk, bandwidth, smartphone, eċċ.),

twettaq kompiti ta' forensika diġitali, pereżempju tagħmel riċerki biex tirkupra dejta/dokumenti mħassra fl-ispazju mhux allokat biex tidentifika evidenza diġitali potenzjali,

tipprovdi lill-investigaturi b'evidenza diġitali potenzjali mill-estrazzjoni ta' dejta/dokumenti minn immaġini forensiċi abbażi ta' riċerki bl-użu ta' kliem importanti jew riċerki kronoloġiċi, kif ukoll permezz ta' tekniki oħra tat-tiftix aktar avvanzati,

issegwi l-iżviluppi fit-teknoloġija forensika (f'termini ta' hardware u software) biex b'hekk l-OLAF ikollu tagħmir forensiku mill-aħjar,

tfassal, bl-Ingliż, rapporti ta' operazzjonijiet u rapporti ta' kompetenza fil-forensika diġitali bl-appoġġ tal-investigazzjonijiet tal-OLAF,

bl-awtorizzazzjoni tad-Direttur Ġenerali, tixhed fil-qorti jew fi smigħ ta' bord dixxiplinari.

2.   Kwalifiki

Livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji konklużi ta' mill-inqas erba' snin iċċertifikati b'diploma relatati mad-dmirijiet jew taħriġ/kwalifika professjonali rikonoxxuta/ċċertifikata minn organizzazzjoni pubblika/internazzjonali approvata (pereżempju l-iskola tal-pulizija, l-iskola doganali, l-International Association of Kompjuter Investigative Specialists, International Society of Forensic Kompjuter Examiners, eċċ.) relatati mad-dmirijiet u ta' livell ekwivalenti.

JEW

Livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji konklużi ta' mill-inqas tliet snin iċċertifikati b'diploma relatati mad-dmirijiet jew taħriġ/kwalifika professjonali rikonoxxuta/ċċertifikata minn organizzazzjoni pubblika/internazzjonali approvata (pereżempju l-iskola tal-pulizija, l-iskola doganali, l-International Association of Kompjuter Investigative Specialists, International Society of Forensic Kompjuter Examiners, eċċ.) relatati mad-dmirijiet u ta' livell ekwivalenti, segwiti minn sena esperjenza professjonali marbuta mad-dmirijiet.

NB: L-esperjenza professjonali ta' mill-inqas sena għandha tkun tagħmel parti integrali mil-lawrja u ma tistax tiġi kkunsidrata man-numru ta' snin ta' esperjenza professjonali meħtieġa hawn isfel.

3.   Esperjenza professjonali

Esperjenza professjonali, ta' livell xieraq u ta' tul minimu ta' 6 snin bħala espert fil-forensika diġitali li jgħin l-investigazzjonijiet bl-għan tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni pubblika u/jew il-kriminalità finanzjarja.

Il-kandidati għandhom ikunu kisbu l-esperjenza professjonali tagħhom ma' awtorità tal-infurzar tal-liġi ta' Stat Membru jew ma' organizzazzjoni internazzjonali.

Barra minn hekk, irid ikollhom il-ħiliet prattiċi u jridu jkunu ċċertifikati fl-informatika fil-qasam tal-kisba tad-dejta u l-kompetenza fl-apparati diġitali, b'mod partikolari l-esperjenza b'għodod bħal FTK, Encase u X-Ways.

Din l-esperjenza professjonali hija rilevanti biss jekk tkun inkisbet wara l-għoti tad-diploma li tagħti aċċess għall-kompetizzjoni.

4.   Kriterji għall-għażla

Fil-qafas tal-għażla abbażi tal-kwalifiki, il-bord tal-għażla jikkunsidra l-kriterji li ġejjin:

1.

diploma universitarja, apparti dik meħtieġa għall-aċċess għall-kompetizzjoni f'wieħed mill-oqsma li ġejjin: il-forensika diġitali, l-informatika, it-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u l-inġinerija;

2.

ċertifikazzjoni fil-forensika diġitali u/jew ċertifikazzjonijiet fl-użu ta' għodod speċifiċi għall-investigazzjoni forensika bħal Encase, FTK, X-Ways, eċċ.;

3.

esperjenza professjonali fil-forensika diġitali f'investigazzjonijiet amministrattivi u/jew kriminali, pereżempju, mas-servizzi tal-pulizija, fid-dwana jew fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni;

4.

missjonijiet fil-forensika diġitali mwettqa bl-appoġġ ta' investigazzjonijiet barra mill-pajjiż;

5.

esperjenza fit-tekniki ta' riċerka avvanzati (barra minn dawk bl-użu ta' kliem importanti jew dawk kronoloġiċi) li jintużaw għall-estrazzjoni ta' kull evidenza diġitali minn immaġini forensika;

6.

esperjenza professjonali fir-rappurtar fil-qasam tal-forensika diġitali;

7.

esperjenza professjonali fid-disinn jew l-implimentazzjoni ta' infrastruttura tal-informatika tal-forensika diġitali;

8.

esperjenza professjonali fil-manutenzjoni ta' infrastruttura tal-informatika tal-forensika diġitali;

9.

esperjenza professjonali fl-organizzazzjoni ta' taħriġ fil-forensika diġitali;

10.

esperjenza professjonali fil-preżentazzjoni ta' suġġetti relatati mal-forensika diġitali waqt konferenzi, seminars jew workshops;

11.

esperjenza ta' xogħol f'ambjent internazzjonali relatat mal-qasam tal-forensika diġitali.


ANNESS II

QASAM 2: L-ANALIŻI OPERATTIVA

1.   Deskrizzjoni tad-dmirijiet

Din il-kompetizzjoni ġenerali timmira li tirrekluta Amministraturi (AD 7) fil-qasam tal-analiżi operattiva biex jgħinu lill-investigazzjonijiet tal-OLAF.

Il-kompiti ewlenin li l-persuna magħżula trid twettaq huma dawn li ġejjin:

tipprovdi lill-investigaturi tal-OLAF b'informazzjoni u jgħinu waqt l-analiżi fl-investigazzjonijiet fil-kompetenza tal-Uffiċċju,

tiġbor, taħżen, tipproċessa, tanalizza u tiskambja informazzjoni u intelligence,

tipprovdi intelligence u tgħin fl-analiżi lis-sħab fl-Istati Membri, fl-istituzzjonijiet Ewropej u fl-organizzazzjonijiet internazzjonali dwar investigazzjonijiet ta' interess komuni,

tipprovdi appoġġ lill-DĠs operattivi permezz ta' għodda u metodi ta' analiżi fl-istrateġiji ta' verifika tagħhom ibbażati fuq ir-riskju,

tistabbilixxi, bl-Ingliż, il-valutazzjonijiet ta' theddid, l-analiżi strateġiċi u rapporti ġenerali dwar is-sitwazzjoni relatati mal-mandat tal-OLAF,

tikkontribwixxi għal inizjattivi ta' politika tal-Kummissjoni Ewropea, bħall-istrateġija kontra l-frodi u l-pjan ta' azzjoni kontra l-kuntrabandu organizzat tul il-fruntiera tal-Lvant tal-UE,

tħarreġ lill-investigaturi tal-OLAF dwar l-attivitajiet ta' riċerka u ta' analiżi ta' informazzjoni minn databases kummerċjali u sorsi pubbliċi,

bl-awtorizzazzjoni tad-Direttur Ġenerali, tixhed fil-qorti jew fi smigħ ta' bord dixxiplinari.

2.   Kwalifiki

Livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji konklużi ta' mill-inqas erba' snin iċċertifikati b'diploma relatati mad-dmirijiet jew taħriġ/kwalifika professjonali rikonoxxuta/ċċertifikata minn organizzazzjoni pubblika/internazzjonali approvata (pereżempju l-iskola tal-pulizija, l-iskola doganali, l-International Association of Kompjuter Investigative Specialists, International Society of Forensic Kompjuter Examiners, eċċ.) relatati mad-dmirijiet u ta' livell ekwivalenti.

JEW

Livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji konklużi ta' mill-inqas tliet snin iċċertifikati b'diploma relatati mad-dmirijiet jew taħriġ/kwalifika professjonali rikonoxxuta/ċċertifikata minn organizzazzjoni pubblika/internazzjonali approvata (pereżempju l-iskola tal-pulizija, l-iskola doganali, l-International Association of Kompjuter Investigative Specialists, International Society of Forensic Kompjuter Examiners, eċċ.) relatati mad-dmirijiet u ta' livell ekwivalenti, segwiti minn sena esperjenza professjonali marbuta mad-dmirijiet.

NB: L-esperjenza professjonali ta' mill-inqas sena għandha tkun tagħmel parti integrali mil-lawrja u ma tistax tiġi kkunsidrata man-numru ta' snin ta' esperjenza professjonali meħtieġa hawn isfel.

3.   Esperjenza professjonali

Esperjenza professjonali, ta' livell xieraq u ta' tul minimu ta' 6 snin bħala analist operattiv li jgħin l-investigazzjonijiet bl-għan tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni pubblika u/jew il-kriminalità finanzjarja.

Il-kandidati għandhom ikunu kisbu l-esperjenza professjonali tagħhom ma' awtorità tal-infurzar tal-liġi ta' Stat Membru jew ma' organizzazzjoni internazzjonali.

Barra minn hekk, huma jrid ikollhom kapaċitajiet prattiċi u ċċertifikati fl-informatika fil-qasam tal-ġbir u l-analiżi tal-intelligence, b'mod partikolari esperjenza fil-qasam tal-interrogazzjoni u l-manipulazzjoni ta' databases, permezz ta' għodod bħal MS-Access, SQL Server jew Oracle; ta' viżwalizzazzjoni tad-dejta, bl-użu ta' applikazzjonijiet bħal Business Objects jew Tableau; u għodod ta' intelligence speċifiċi, bħal iBase jew Analyst Notebook.

Din l-esperjenza professjonali hija rilevanti biss jekk tkun inkisbet wara l-għoti tal-lawrja li tagħti aċċess għall-kompetizzjoni.

4.   Kriterji għall-għażla

Fil-qafas tal-għażla abbażi tal-kwalifiki, il-bord tal-għażla jikkunsidra l-kriterji li ġejjin:

1.

diploma universitarja, apparti dik meħtieġa għall-aċċess għall-kompetizzjoni f'wieħed mill-oqsma li ġejjin: il-kriminoloġija, l-ekonomija, il-finanzi, it-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, il-liġi, il-matematika u l-istatistika;

2.

ċertifikazzjoni fl-użu ta' software ta' intelligence speċifiku, bħal iBase, Analyst Notebook, eċċ.;

3.

esperjenza professjonali fl-appoġġ operattiv f'investigazzjonijiet amministrattivi u/jew kriminali, bħal fis-servizzi tal-pulizija, id-dwana u jew fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni;

4.

esperjenza professjonali fl-investigazzjonijiet, amministrattivi u/jew kriminali, li fihom intużaw għodda ta' estrazzjoni tad-dejta u dokumenti biex jiġu analizzati ammonti kbar ta' dejta operattiva;

5.

esperjenza professjonali fir-rappurtar ta' analiżi operattiva f'qasam relevanti għall-kompetenza tal-OLAF;

6.

esperjenza professjonali fid-disinn jew l-implimentazzjoni ta' infrastruttura tal-informatika għall-ġbir ta' informazzjoni u l-iskambju ta' intelligence;

7.

esperjenza professjonali fil-manutenzjoni ta' infrastruttura tal-informatika għall-ġbir ta' informazzjoni u l-iskambju ta' intelligence;

8.

esperjenza professjonali fl-organizzazzjoni ta' taħriġ għal attivitajiet ta' riċerka u analiżi ta' informazzjoni minn databases kummerċjali u sorsi pubbliċi;

9.

esperjenza professjonali fil-preżentazzjoni tar-riżultati ta' analiżi waqt konferenzi, seminars jew workshops;

10.

esperjenza ta' xogħol f'ambjent internazzjonali relatat mal-qasam tal-analiżi operattiva.


Top