EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C:2014:041:FULL

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, C 041, 12 ta' Frar 2014


Display all documents published in this Official Journal
 

ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2014.041.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 41

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 57
12 ta' Frar 2014


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2014/C 041/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.7019 – Trimet/EDF/Newco) ( 1 )

1

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2014/C 041/02

Rata tal-kambju tal-euro

2

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2014/C 041/03

Notifika mill-Ministeru tal-Iżvilupp Ekonomiku tar-Repubblika Taljana skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi

3

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2014/C 041/04

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.7061 – Huntsman Corporation/Equity Interests held by Rockwood Holdings) ( 1 )

5

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

12.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 41/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.7019 – Trimet/EDF/Newco)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2014/C 41/01

Fit-12 ta’ Diċembru 2013, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32013M7019. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

12.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 41/2


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Il-11 ta’ Frar 2014

2014/C 41/02

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3676

JPY

Yen Ġappuniż

140,00

DKK

Krona Daniża

7,4622

GBP

Lira Sterlina

0,83075

SEK

Krona Żvediża

8,8200

CHF

Frank Żvizzeru

1,2235

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,3680

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,530

HUF

Forint Ungeriż

310,10

LTL

Litas Litwan

3,4528

PLN

Zloty Pollakk

4,1825

RON

Leu Rumen

4,4768

TRY

Lira Turka

3,0076

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5148

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5093

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,6072

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6416

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,7330

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 457,65

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

15,0272

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,2879

HRK

Kuna Kroata

7,6545

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 609,27

MYR

Ringgit Malażjan

4,5579

PHP

Peso Filippin

61,610

RUB

Rouble Russu

47,5073

THB

Baht Tajlandiż

44,757

BRL

Real Brażiljan

3,2895

MXN

Peso Messikan

18,1600

INR

Rupi Indjan

85,0904


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

12.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 41/3


Notifika mill-Ministeru tal-Iżvilupp Ekonomiku tar-Repubblika Taljana skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi

2014/C 41/03

Il-Ministero dello Sviluppo Economico rċieva applikazzjoni mill-kumpanija Enel Longanesi Developments S.r.l. għal liċenzja għat-tiftix tal-idrokarburi, tradizzjonalment magħrufin bħala “GALLIA”, f'żona fir-reġjun Lombardija, b'mod speċifiku fil-provinċja ta' Pavia delimitata mill-arki meridjani u paralleli, li, min-naħa tagħhom, jgħaqqdu l-punti definiti hawn taħt permezz tal-koordinati ġeografiċi tagħhom:

Punti

Koordinati ġeografiċi

Lonġitudni tal-Punent imkejla mill-meridjan ta' Monte Mario

Latitudni tat-Tramuntana

a

– 3°48′

45°08′

b

– 3°34′

45°08′

c

– 3°34′

45°04′

d

– 3°48′

45°04′

Il-koordinati ġeografiċi ta' hawn fuq ġew immarkati skont il-mappa tal-Italja mogħtija mill-Istitut Ġeografiku Militari (Istituto Geografico Militare, IGM) fuq skala ta' 1 100 000 – fil-kwadru tal-mappa Nru 58.

Abbażi ta' din id-deskrizzjoni tal-fruntieri, is-superfiċje tammonta għal 135,60 km2.

Skont id-Direttiva msemmija fuq, l-Artikolu 4 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 625 tal-25 ta' Novembru 1996, id-Digriet Ministerjali tal-4 ta' Marzu 2011 u d-Digriet Direttorali tat-22 ta' Marzu 2011, il-Ministero dello Sviluppo Economico irid jippubblika notifika biex jippermetti li nies interessati oħra jissottomettu applikazzjonijiet għal liċenzji għat-tiftix tal-idrokarburi fl-istess żona deskritta fuq.

L-awtorità kompetenti għall-għoti tal-liċenzja rilevanti hija d-Diviżjoni VI tad-Direttorat-Ġenerali għar-Riżorsi Minerali u tal-Enerġija tad-Dipartiment tal-Enerġija fil-Ministero dello Sviluppo Economico.

Ir-regoli għall-għoti tal-liċenzja minerarja huma stipulati fid-dispożizzjonijiet li ġejjin:

Il-Liġi Nru 613 tal-21 ta' Lulju 1967; Il-Liġi Nru 9 tad-9 ta' Jannar 1991; Id-Digriet Leġiżlattiv Nru 625 tal-25 ta' Novembru 1996; Id-Digriet Ministerjali tal-4 ta' Marzu 2011 u d-Digriet Direttorali tat-22 ta' Marzu 2011.

Il-limitu taż-żmien għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet huwa ta' tliet xhur wara l-pubblikazzjoni ta' din in-notifika f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Mhux ser jitqiesu applikazzjonijiet sottomessi wara l-iskadenza ta' dan il-perjodu.

L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu f'dan l-indirizz:

Ministero dello sviluppo economico

Dipartimento per l’energia

Direzione generale delle risorse minerarie ed energetiche

Divisione VI

Via Molise 2

00187 Roma RM

ITALIA

L-applikazzjoni tista' tintbagħat ukoll bil-posta elettronika f'dan l-indirizz elettroniku: ene.rme.div6@pec.sviluppoeconomico.gov.it; id-dokumenti rekwiżiti għandhom jiġu sottomessi b'format elettroniku mal-firma diġitali tar-rappreżentant legali tal-applikant.

Skont il-Punt 2 tal-Anness A tad-Digriet Nru 22 tal-Prim Ministru tat-22 ta' Diċembru 2010, it-tul ġenerali tal-proċedura għall-għoti tal-liċenzji għat-tiftix ma għandux ikun ta' aktar minn 180 ġurnata.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

12.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 41/5


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.7061 – Huntsman Corporation/Equity Interests held by Rockwood Holdings)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2014/C 41/04

1.

Fid-29 ta’ Jannar 2014, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Huntsman International LLC, sussidjarja proprjetà sħiħa ta' Huntsman Corporation (Huntsman, l-Istati Uniti tal-Amerika) takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll sħiħ ta' ċerti interessi ta' ekwità miżmuma minn Rockwood Specialties Group Inc. (“in-Negozju Akkwistat”) permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Huntsman: produzzjoni globali ta' firxa wiesgħa ta' kimika ta' speċjalità u intermedja,

għan-Negozju Akkwistat: produzzjoni tasd-diossidu tat-titanju u adittivi funzjonali (negozju operat taħt l-isem “Sachtleben”), u l-produzzjoni ta' pigmenti tal-kulur, kimika għat-trattamenti u għall-protezzjoni tal-injam, kimika għat-trattament tal-ilma u l-fornitura ta' spare parts tal-gomma għall-vetturi (negozju operat taħt l-isem “Gomet”).

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.7061 – Huntsman Corporation/Equity Interests held by Rockwood Holdings, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


Top